|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/650 |
16.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 282/2025
tal-5 ta’ Diċembru 2025
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/650]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1152 tal-11 ta’ Ġunju 2025 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva kinolina-8-ol bħala kandidat għas-sostituzzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) 2015/408 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1177 tas-16 ta’ Ġunju 2025 li japprova s-sustanza attiva liżat tal-Willaertia magna bħala sustanza attiva b’riskju baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fil-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011) jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:
|
|
2. |
Fil-punt 13zzzzt (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408) jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
3. |
Wara l-punt 13zzzzzzzzzzzzzzzk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/910) jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1152 u (UE) 2025/1177 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/1152, 12.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1152/oj.
(2) ĠU L, 2025/1177, 17.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1177/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/650/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)