|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/641 |
16.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 287/2025
tal-5 ta’ Diċembru 2025
li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2026/641]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2156 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jispjega fid-dettall il-modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva ta’ skema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-istokk tal-bini relattivament reċenti u uniformi tal-Iżlanda, intlaħaq qbil dwar eżenzjoni temporanja u kundizzjonali mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (2), skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2022 tad-29 ta’ April 2022 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 175/2025 tal-11 ta’ Lulju 2025 (4). Jenħtieġ li l-eżenzjoni tkun strettament limitata fiż-żmien u jenħtieġ li tapplika biss sakemm id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (riformulazzjoni) (5) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 17b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2155) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE:
|
“17c. |
32020 R 2156: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2156 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jispjega fid-dettall il-modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva ta’ skema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini (ĠU L 431, 21.12.2020, p. 25). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Iżlanda.” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2156 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 431, 21.12.2020, p. 25.
(2) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
(3) ĠU L 246, 22.9.2022, p. 87.
(4) ĠU L, 2025/2111, 6.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2111/oj.
(5) ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/641/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)