European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/637

16.4.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 295/2025

tal-5 ta’ Diċembru 2025

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/637]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/878 tat-3 ta’ Frar 2025 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, fir-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 u fir-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 fir-rigward tad-dettalji tekniċi tal-ittestjar retrospettiv u tar-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju, u t-trattament tar-riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punti 14azzg (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2059), 14azzh (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060) u 14azzl (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1577) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiżdied l-inċiż li ġej:

“, kif emendat bi:

32025 R 0878: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/878 tat-3 ta’ Frar 2025 (ĠU L, 2025/878, 8.5.2025).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2025/878 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L, 2025/878, 8.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/878/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/637/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)