|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/630 |
16.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 302/2025
tal-5 ta’ Diċembru 2025
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/630]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1142 tas-27 ta’ Frar 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għal politiki u proċeduri dwar il-kunflitti ta’ interess għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u d-dettalji u l-metodoloġija għall-kontenut tal-iżvelar dwar il-kunflitti ta’ interess (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1264 tas-27 ta’ Ġunju 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu tal-politika u tal-proċeduri għall-ġestjoni tal-likwidità fir-rigward ta’ ċerti emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Wara l-punt 31rzd (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1125) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
“31rze. |
32025 R 1142: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1142 tas-27 ta’ Frar 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għal politiki u proċeduri dwar il-kunflitti ta’ interess għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u d-dettalji u l-metodoloġija għall-kontenut tal-iżvelar dwar il-kunflitti ta’ interess (ĠU L, 2025/1142, 10.6.2025). |
|
31rzf. |
32025 R 1264: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1264 tas-27 ta’ Ġunju 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu tal-politika u tal-proċeduri għall-ġestjoni tal-likwidità fir-rigward ta’ ċerti emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi (ĠU L, 2025/1264, 3.10.2025).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2025/1142 u (UE) 2025/1264 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/1142, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1142/oj.
(2) ĠU L, 2025/1264, 3.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1264/oj.
(*1) Mhuwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/630/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)