|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/628 |
16.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 283/2025
tal-5 ta’ Diċembru 2025
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/628]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/877 tat-12 ta’ Mejju 2025 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1175 tas-16 ta’ Ġunju 2025 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-glossarju tal-ismijiet komuni tal-ingredjenti għall-użu fit-tikkettar tal-prodotti kożmetiċi u tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/677 (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1175 tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/677 (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fil-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2. |
Wara l-punt 1aa (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/674/UE) jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
3. |
Jitħassar it-test tal-punt 13a (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/677). |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 2025/877 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1175 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/877, 13.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/877/oj.
(2) ĠU L, 2025/1175, 10.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1175/oj.
(3) ĠU L 127, 29.4.2022, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/628/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)