European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/613

16.3.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/613

tas-16 ta’ Marzu 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu li jibqa’ jingħata għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-isforzi sabiex tkompli tiġi limitata l-kapaċità tar-Russja li tiġġieled gwerra jridu jkomplu. Huwa esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li żżid il-pressjoni fuq ir-Russja, inkluż billi timponi aktar sanzjonijiet.

(3)

Fid-dawl tal-aggressjoni kontinwa u li qed teskala tar-Russja kontra l-Ukrajna, u b’mod partikolari l-kampanja militari brutali reċenti tagħha mmirata deliberatament lejn l-infrastruttura ċivili, inkluż il-faċilitajiet tal-enerġija, tal-ilma u tas-saħħa, li kkawżat tbatija serja lill-popolazzjoni ċivili u li għandha l-għan li ddgħajjef ir-reżiljenza tal-Ukrajna, il-Kunsill iqis li huwa neċessarju li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi.

(4)

B’mod partikolari, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li disgħa’ persuni responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jiżdiedu fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“2023.

Aleksandr Yuryevich CHAYKO

magħruf ukoll bħala Alexander Yuryevich CHAIKO

bir-Russu: Александр Юрьевич ЧАЙКО

Funzjoni: Kurunell Ġeneral; Kap tal-Armed Forces Group in Syria; eks Kmandant tad-Distrett Militari tal-Lvant

Data tat-twelid: 27.7.1971

Post tat-twelid: Golitsyno, Moscow Oblast, RSFSR, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 503009120703

Alexandr Chayko, kap tal-Armed Forces Group fis-Syria, huwa l-eks Kmandant tad-Distrett Militari tal-Lvant u kien l-uffiċjal militari Russu bl-akbar anzjanità fil-post fl-Ukrajna fil-bidu tal-invażjoni fuq skalasħiħa tar-Russja.

Alexandr Chayko kien il-Kmandant kap fl-Ukrajna meta t-truppi Russi daħlu Bucha. L-atroċitajiet f’Bucha jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

Alexandr Chayko ngħata t-titolu ta’ ‘Eroj tal-Federazzjoni Russa’ fl-2020.

Għalhekk, Alexandr Chayko qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026

2024.

Andrey Viktorovich KONDROV

bir-Russu: Андрей Викторович КОНДРОВ

Funzjoni: Kurunell; Kmandant tal-5th Separate Tank Brigade of the 36th Combined Arms Army

Data tat-twelid: 12.8.1976

Post tat-twelid: Dalnerechensk, Primorsky Krai, RSFSR, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Il-Kurunell Andrey Kondrov huwa l-Kmandant tal-5th Separate Tank Brigade of the 36th Combined Arms Army. Dik il-brigata, immexxija minn Andrey Kondrov, hija akkużata b’serq u l-omiċidju ta’ residenti f’Bucha, l-Ukrajna. Dawk l-atroċitajiet f’Bucha jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

Għalhekk, Andrey Kondrov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026

2025.

Artem Igorevich GORODILOV

bir-Russu: Артем Игоревич ГОРОДИЛОВ

Funzjoni: Kurunell; Kmandant tat-83rd Guards Air Assault Brigade; eks Kmandant tat-234th Guards Air Assault Regiment of the 76th Guard Air Assault Division of the Airborne Forces of the Russian Federation

Data tat-twelid: 8.8.1984

Post tat-twelid: Moscow, RSFSR, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Passaport: serje 4507 No 336855, maħruġ fl-20.8.2004 miċ-ċentru tal-affarijiet interni f’Moska (Distrett ta’ Sokolniki)

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa 370203319194

Il-Kurunell Artem Gorodilov huwa l-Kmandant tal-83th Guards Air Assault Brigade u l-eks Kmandant tat-234th Guards Air Assault Regiment, li hija parti mis-76th Guards Air Assault Division. It-234th Guards Air Assault Regiment ħa sehem fil-massakru ta’ ċivili f’Bucha meta dik il-belt kienet okkupata mit-truppi Russi fil-jiem bikrija tal-gwerra. Artem Gorodilov mexxa it-234th Guards Air Assault Regiment dak iż-żmien u kien preżenti f’Bucha fejn mietu eluf ta’ ċivili, f’xi każijiet b’riżultat ta’ eżekuzzjonijiet brutali.

Għalhekk, Artem Gorodilov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026

2026.

Sergey Viktorovich CHUBARYKIN

bir-Russu: Сергей Викторович ЧУБАРЫКИН

Funzjoni: Maġġur Ġeneral; Kmandant tas-76th Guards Air Assault Division of the Airborne Forces of the Russian Federation

Data tat-twelid: 25.8.1980

Post tat-twelid: Ryazan, RSFSR, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Passaport: serje 6102 Nru 632261, maħruġ fis-16.10.2002

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 231523648681

Il-Maġġur Ġeneral Sergey Chubarykin huwa l-Kmandant tas-76th Guards Air Assault Division, li t-truppi tiegħu wettqu l-biċċa l-kbira tal-atroċitajiet dokumentati f’Bucha inkluż eżekuzzjonijiet, tortura u serq. Dawk l-atroċitajiet f’Bucha jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

Is-76th Guards Air Assault Division kienet fuq quddiem nett fl-invażjoni fuq skala sħiha tal-Ukrajna mir-Russja fi Frar 2022, b’elementi differenti tad-diviżjoni rrappurtati bħala involuti fil-ħlieda fit-tramuntana ta’ Kyiv, fl-Oblast ta’ Kharkiv qrib il-belt ta’ Izyum u fl-Oblast tal-Lvant ta’ Luhansk madwar Popasna.

Għalhekk, Sergey Chubarykin qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026

2027.

Viktor Viktorovich FILONOV

bir-Russu: Виктор Викторович ФИЛОНОВ

magħruf ukoll bħala Віктор Вікторович ФIЛОНОВ

Funzjoni: Suldat fit-234th Guards Air Assault Regiment of the 76th Guards Air Assault Division of the Airborne Forces of the Russian Federation

Data tat-twelid: 9.4.1991

Post tat-twelid: RSFSR, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Viktor Filonov, waqt li kien qed jaqdi fit-234th Guards Air Assault Regiment of the 76th Guards Air Assault Division, kien involut f’delitti tal-gwerra tar-Russja kontra ċivili f’Bucha u Borodianka, fir-reġjun ta’ Kyiv Oblast, fi Frar sa Marzu 2022.

Huwa adotta wild minn — Donetsk Oblast tal-Lvant tal-Ukrajna okkupat illegalment li ġie deportat illegalment lejn ir-Russja.

Għalhekk, Viktor Filonov qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026

2028.

Vladimir Viatcheslavovitch SELIVERSTOV

bir-Russu: Владимир Вячеславович СЕЛИВЁРСТОВ

Funzjoni: Maġġur Ġeneral; eks Kmandant tal-106th Airborne Division

Data tat-twelid: 1.8.1973

Post tat-twelid: Stanki Village, Vyaznikovsky District, Vladimir Oblast, RSFSR, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: Russian Federation, Moscow Oblast, Kubinka, Armeyskaya Street, 26, apt. 29

Passaport: serje 3418 Nru 265658, maħruġ fl-2018

Il-Maġġur Ġeneral Vladimir Seliverstov tar-Russian Airborne Forces kmanda l-unitajiet tal-106th Airborne Division ġewwa l-‘Vostok’ Combined Troops Grouping. Fil-perjodu minn Frar saApril 2022, huwa mexxa l-azzjonijiet tat-truppi subordinati matul l-operazzjoni Russa biex tinħataf Kiev — mill-punent. Il-persunal ta’ dawk l-unitajiet tal-106th Airborne Division kienu involuti f’delitti tal-gwerra kontra ċ-ċivili fl-Oblast ta’ Kiev, inkluż f’Bucha, Hostomel u Irpen. Dawn l-atroċitajiet jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

Vladimir Seliverstov ngħata t-titolu ta’ ‘Eroj tal-Federazzjoni Russa’.

Għalhekk, Vladimir Seliverstov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026

2029.

Vadim Ivanovych PANKOV

bir-Russu: Вадим Иванович ПАНКОВ

Funzjoni: Kmandant tal-45th Separate Guards Special Purpose Brigade (Spetsnaz)

Data tat-twelid: 2.1.1968

Post tat-twelid: Gomel, Belarus SSR, USSR (issa Republic of Belarus)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Il-Maġġur Ġeneral Vadim Pankov huwa l-Kmandant tal-45th Separate Guards Special Purpose Brigade (Spetsnaz), li hija parti mill-forzi eliti tal-ajru. Huwa pparteċipa fl-annessjoni tal-Krimea fl-2014 u mexxa operazzjonijiet ta’ forzi speċjali. Vadim Pankov kkmanda unitajiet matul l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Il-brigata tiegħu kienet involuta fl-okkupazzjoni ta’ Bucha. Huwa kien akkużat li ordna l-eżekuzzjoni ta’ 30 resident lokali u li sforza ċ-ċivili jneħħu l-iġsma ta’ suldati Russi mejta. Dawk l-atroċitajiet jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

Vadim Pankov ingħata t-titolu ta’ ‘Eroj tal-Federazzjoni Russa’.

Għalhekk, Vadim Pankov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026

2030.

Denis Aleksandrovich SUVOROV

bir-Russu: Денис Александрович СУВОРОВ

Funzjoni: Logutenent Kurunell; Kmandant tal-175th Separate Reconnaissance Battalion tas-76th Guards Air Assault Division of the Airborne Forces of the Russian Federation

Data tat-twelid: 6.11.1984

Post tat-twelid: Pskov Oblast, RSFSR, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Il-Logutenent Kurunell Denis Suvorov huwa,l-Kmandant tal-175th Separate Reconnaissance Battalion tas-76th Guards Air Assault Division. Fil-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja, il-battaljun tiegħu ġie skjerat bħala parti mill-operazzjonijiet tad-diviżjoni f’Kiev Oblast, inkluż Bucha. L-attivitajiet ta’ rikonjizzjoni tal-battaljun tiegħu appoġġaw l-operazzjonijiet usa’ ta’ ‘tindif’ li wasslu għal delitti tal-gwerra dokumentati. Huwa pparteċipa personalment fit-tortura ta’ persuni ċivili matul l-okkupazzjoni Russa ta’ Bucha f’Marzu 2022.

Għalhekk, Denis Suvorov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026

2031.

Aleksey Nikolaevich TOLMACHEV

bir-Russu: Алексей Николаевич ТОЛМАЧЕВ

Funzjoni: Kurunell; Kmandant tal-104th Airborne Assault Regiment tas-76th Guards Air Assault Division of the Airborne Forces tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 23.4.1980

Post tat-twelid: Moscow, RSFSR, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Passaport: serje 6103 Nru 814361, maħruġ fit-8.4.2003 mir-Railway District Department of Internal Affairs

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 463205326671

Il-Kurunell Aleksey Tolmachev, il-Kmandant tal-104th Airborne Assault Regiment tas-76th Guards Air Assault Division, ipparteċipa fl-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Minn Frar sa April 2022, ikkmanda l-104th Airborne Assault Regiment bħala parti mill-grupp tal-forzi ‘Vostok’. Iż-żona ta’ operazzjonijiet tiegħu kienet il-parti fil-Punent ta’ Kiev Oblast. Unitajiet subordinati għal Aleksey Tolmachev kienu involuti fit-twettiq ta’ reati tal-gwerra kontra persuni ċivili fl-ibliet ta’ Bucha u Irpen.

Għalhekk, Aleksey Tolmachev qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

16.3.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/613/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)