European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/596

16.4.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 321/2025

tal-5 ta’ Diċembru 2025

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2026/596]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/367 tal-25 ta’ Novembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli għad-dejn eċċessiv, il-konsum u l-ġid fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/29 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2887 tal-15 ta’ Novembru 2024 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-sett tad-data għas-suġġett ad hoc tal-2026 tal-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali fid-dominju tal-forza tax-xogħol f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1182 tas-17 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rigradazzjoni tal-indiċijiet armonizzati għall-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi tal-2025 skont ir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 18qm (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2022/29):

“, kif emendat bi:

32025 R 0367: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/367 tal-25 ta’ Novembru 2024 (ĠU L, 2025/367, 21.2.2025).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 18qzk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2915):

“18qzl.

32025 R 0367: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/367 tal-25 ta’ Novembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli għad-dejn eċċessiv, il-konsum u l-ġid fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/29 (ĠU L, 2025/367, 21.2.2025).

18qzm.

32024 R 2887: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2887 tal-15 ta’ Novembru 2024 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-sett tad-data għas-suġġett ad hoc tal-2026 tal-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali fid-dominju tal-forza tax-xogħol f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/2887, 18.11.2024).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 19bb:

“19bc.

32025 R 1182: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1182 tas-17 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rigradazzjoni tal-indiċijiet armonizzati għall-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi tal-2025 skont ir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/1182, 18.6.2025).’

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2025/367 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2887 u (UE) 2025/1182 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L, 2025/367, 21.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/367/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2887, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2887/oj.

(3)   ĠU L, 2025/1182, 18.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1182/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/596/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)