European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/593

16.4.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 324/2025

tal-5 ta’ Diċembru 2025

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2026/593]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/1331 tad-9 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1803 rigward l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 1, 7, 9 u 10 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 7 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness XXII, il-punt 10bb tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2023/1803) jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32025 R 1331: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/1331 tad-9 ta’ Lulju 2025 (ĠU L, 2025/1331, 10.7.2025).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2025/1331 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L, 2025/1331, 10.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1331/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/593/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)