|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/567 |
18.3.2026 |
DEĊIŻJONI (UE) 2026/567 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Marzu 2026
dwar l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2025 (BĊE/2026/7)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Filwaqt li:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/41) (2), għandu jinħareġ avviż tariffarju kull sena mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) lil kull debitur tariffarju fi żmien sitt xhur wara l-bidu tal-perijodu tariffarju li jmiss. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) it-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni huma kkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż annwali tal-BĊE. L-ammont tal-ispejjeż annwali huwa ddeterminat abbażi tal-ammont tan-nefqa annwali li jikkonsisti fi kwalunkwe spiża mġarrba mill-BĊE fil-perijodu tariffarju rilevanti li tkun relatata direttament jew indirettament mal-kompiti superviżorji tiegħu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), sabiex jiġu kkalkulati t-tariffi superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż annwali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tal-ispejjeż allokati għall-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u tal-gruppi sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u ta’ gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta’ imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 u ċerti ammonti oħra riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll meta jiġu ddeterminati l-ispejjeż annwali. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), fi żmien erba’ xhur wara t-tmiem ta’ kull perijodu tariffarju, l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għal dak il-perijodu tariffarju għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (3) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).
Artikolu 2
Ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2025
1. L-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2025 għandu jkun ta’ EUR 690 027 932, ikkalkulat kif jidher fl-Anness.
2. Kull kategorija ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali li ġej:
|
(a) |
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 659 093 053; |
|
(b) |
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 30 934 879. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Marzu 2026.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1024/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1163/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/468/oj).
ANNESS
Kalkolu tal-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2025
|
(EUR) |
|||
|
|
Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni |
Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni |
Total |
|
Spejjeż annwali attwali għall-2025 |
659 019 260 |
30 763 479 |
689 782 738 |
|
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
|
|
|
|
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru |
|
|
|
|
Ħlasijiet ta’ imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar ’il fuq |
–7 973 |
–22 471 |
–30 444 |
|
Ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar ’il fuq |
81 767 |
193 871 |
275 638 |
|
TOTAL |
659 093 053 |
30 934 879 |
690 027 932 |
|
(Jista’ jkun li t-totali ma jaqblux minħabba t-tqarrib għall-eqreb euro.) |
|||
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/567/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)