European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/563

10.3.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/563

tal-5 ta’ Marzu 2026

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti ta’ Marzu 2026 għal regolamenti tan-NU

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew użati fil-vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew użati fil-vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u l-introduzzjoni fis-suq tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (ir-“regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki ta’ regolamenti tan-NU, regolamenti tekniċi globali tan-NU (GTRs tan-NU) u riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU ġodda u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jinħolqu emendi tal-GTRs tan-NU jew biex jinħolqu GTRs tan-NU ġodda, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għal GTRs tan-NU.

(5)

Mill-10 sat-13 ta’ Marzu 2026, waqt il-198 sessjonitiegħu, id-WP.29 jista’ jadotta: proposti għal modifiki tar-regolamenti Nri 10, 13, 13-H, 39, 40, 41, 48, 49, 79, 83, 107, 130, 140, 148, 149, 154, 168 u 177 tan-NU; proposta għal regolament tan-NU ġdid dwar il-kejl fil-laboratorju tal-emissjonijiet tal-brejkijiet għall-vetturi ħfief; proposta għal regolament tan-NU ġdid dwar sistemi tal-monitoraġġ abbord (OBM), passaport ambjentali tal-vetturi (EVP) u skrin fil-vetturi b’data ambjentali; proposta għal regolament tan-NU ġdid dwar sistemi ta’ trażżin tan-nar tal-magni; proposta għal regolament tan-NU ġdid dwar sistema ta’ twissija għall-attenzjoni u f’każ ta’ ħedla tas-sewwieq; proposta għal regolament tan-NU ġdid dwar sistema avvanzata ta’ twissija f’każ ta’ distrazzjoni tas-sewwieq; u proposta għal emenda tar-riżoluzzjoni konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl.

(6)

Biex jitqiesu l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi tul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, jeħtieġ li r-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew karatteristiċi koperti mir-riżoluzzjoni tan-NU dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl u mir-regolamenti Nri 10, 13, 13-H, 39, 40, 41, 48, 49, 79, 83, 107, 130, 140, 148, 149, 154, 168 u 177 tan-NU jiġu emendati jew supplimentati.

(7)

Biex ikun jista’ jissokta l-progress teknoloġiku u titħeġġeġ id-dekarbonizzazzjoni, jeħtieġ li jiġu adottati regolamenti tan-NU ġodda dwar il-kejl fil-laboratorju tal-emissjonijiet tal-brejkijiet għall-vetturi ħfief, dwar is-sistemi OBM, l-EVP u skrin fil-vettura b’data ambjentali, dwar sistemi ta’ trażżin tan-nar tal-magna, dwar sistema ta’ twissija għall-attenzjoni u f’każ ta’ ħedla tas-sewwieq, u dwar is-sistema avvanzata ta’ twissija f’każ ta’ distrazzjoni tas-sewwieq.

(8)

Ir-regolamenti tan-NU se jkunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mar-riżoluzzjoni tan-NU, dawn se jinfluwenzaw il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, huwa jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 fir-rigward tal-adozzjoni tal-proposti għal dawk ir-regolamenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni waqt il-198 sessjoni tal-Forum Dinji tal-NU/KEE għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WD.29) tan-NUKEE, li se ssir bejn l-10 u t-13 ta’ Marzu 2026 għandha tkun li tivvota favur id-dokumenti ta’ ħidma tan-NU elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fid-WP.29 jistgħu jaqblu fuq bidliet żgħar fid-dokumenti ta’ ħidma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

N. IOANNIDES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew użati fil-vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/836/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/125/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj).


ANNESS

Regolament Nru

Titlu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument (1)

10

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament Nru 10 tan-NU (Kompatibbiltà Elettromanjetika)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/93, para. 29, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/3 kif emendat bi GRE-93-20

ECE/TRANS/WP.29/2026/29

13

Proposta għal Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 15 tar-Regolament Nru 13 tan-NU (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 57, 59, 61 u 63, abbażi ta’: ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/43 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-18/Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/34 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-07/Rev.2, ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/46/Rev.1 u bid-dokument informali GRVA-23-11/Rev.2

ECE/TRANS/WP.29/2026/6

13

Proposta għal Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 14 tar-Regolament Nru 13 tan-NU (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 57, 59, 61 u 63, abbażi ta’: ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/43 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-18/Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/34 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-07/Rev.2, ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/46/Rev.1 u bid-dokument informali GRVA-23-11/Rev.2

ECE/TRANS/WP.29/2026/11

13

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 13 tar-Regolament Nru 13 tan-NU (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 59, 61 u 63, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/34 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-07/Rev.2, ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/46/Rev.1 u bid-dokument informali GRVA-23-11/Rev.2

ECE/TRANS/WP.29/2026/12

13

Proposta għal Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 12 tar-Regolament Nru 13 tan-NU (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 59, 61, u 63, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/34 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-07/Rev.2, ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/46/Rev.1 u bid-dokument informali GRVA-23-11/Rev.2

ECE/TRANS/WP.29/2026/13

13

Proposta għal Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 15 tar-Regolament Nru 13 tan-NU (Ibbrejkjar tal-vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 23, abbażi ta’: ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/39 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-14

ECE/TRANS/WP.29/2026/7

13-H

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 13-H tan-NU (Brejkijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 57 u 60, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/44 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-18/Rev.1 u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/45/Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/14

13-H

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 13-H tan-NU (Brejkijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 57, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/34 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-07/Rev.2 u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/45/Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/15

13-H

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 13-H tan-NU (Brejkijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 23, abbażi ta’: ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/40 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-15

ECE/TRANS/WP.29/2026/8

39

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 39 tan-NU (Speedometer u Odometru)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/109, para. 46, abbażi ta’ GRSG-130-25-Rev.1)

ECE/TRANS/WP.29/2026/21

40

Proposta għas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 40 tan-NU (Emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi mill-muturi)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/93, para. 54, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/22, GRPE-93-27, kif emendat bl-Addendum 9)

ECE/TRANS/WP.29/2026/24

41

Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament Nru 41 tan-NU (Emissjonijiet tal-istorbju tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/80, para. 3, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2025/19

ECE/TRANS/WP.29/2026/3

41

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 05 tar-Regolament Nru 41 tan-NU (Emissjonijiet tal-istorbju tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/80, para. 3, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2025/19

ECE/TRANS/WP.29/2026/4

41

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament Nru 41 tan-NU (Emissjonijiet tal-istorbju tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/80, para. 3, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2025/19

ECE/TRANS/WP.29/2026/5

48

Proposta għas-Suppliment 23 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/93, para. 12, 13 u 20 abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/10, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/19 kif emendat bi GRE-93-10-Rev.1, GRE-93-07

ECE/TRANS/WP.29/2026/30

48

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/93, para. 12, 13 u 20 abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/10, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/19 kif emendat bi GRE-93-10-Rev.1, GRE-93-07

ECE/TRANS/WP.29/2026/31

48

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 08 tar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/93, para. 12, 13 u 20 abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/10, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/19 kif emendat bi GRE-93-10-Rev.1, GRE-93-07

ECE/TRANS/WP.29/2026/32

48

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 09 tar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/93, para. 12, 13 u 20 abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/10, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/19 kif emendat bi GRE-93-10-Rev.1, GRE-93-07

ECE/TRANS/WP.29/2026/33

49

Proposta għal Rettifika tas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament Nru 49 tan-NU (Emissjonijiet tal-magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u tal-magni li jaqbdu bl-ispark (LPG u CNG))

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/93, para. 35, abbażi ta’ GRPE-93-44)

ECE/TRANS/WP.29/2025/162

79

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 41 u 44, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/48/Rev.1 u d-dokumenti informali GRVA-23-45 u GRVA-23-19

ECE/TRANS/WP.29/2026/16

79

Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 41 u 44, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/48/Rev.1 u d-dokumenti informali GRVA-23-45 u GRVA-23-19

ECE/TRANS/WP.29/2026/17

79

Proposta għas-serje ta’ emendi 05 tar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 23, abbażi ta’: ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/41 kif emendat bid-dokument informali GRVA-23-16, u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/48/Rev.1 u bid-dokumenti informali GRVA-23-45 u GRVA-23-19

ECE/TRANS/WP.29/2026/9

83

Proposta għas-serje ta’ emendi 09 tar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/93, para. 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/16 u GRPE-93-54-Rev.1 kif emendat bl-Addendum 4)

ECE/TRANS/WP.29/2026/25, WP.29-198-06

107

Supplement 2 tas-serje ta’ emendi 10 tar-Regolament Nru 107 tan-NU (Vetturi M2 u M3)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/109, para. 3, abbażi ta’ GRSG-130-17)

ECE/TRANS/WP.29/2026/22

107

Supplement 1 tas-serje ta’ emendi 11 tar-Regolament Nru 107 tan-NU (Vetturi M2 u M3)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/109, para. 3, abbażi ta’ GRSG-130-17)

ECE/TRANS/WP.29/2026/23

130

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 130 (LDWS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, abbażi ta’:

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/42

ECE/TRANS/WP.29/2026/18

130

Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 130 tan-NU (LDWS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 54, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/42

ECE/TRANS/WP.29/2026/19

140

Proposta għas-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 140 tan-NU (ESC)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, para. 55, abbażi tad-dokument informali GRVA-23-39

ECE/TRANS/WP.29/2026/20

148

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 148 tan-NU (Apparati għas-Sinjalar bid-Dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/93, para. 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/11, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/12, GRE-92-14

ECE/TRANS/WP.29/2026/34

149

Proposta għas-Supplement 7 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 149 tan-NU (Apparati għat-Tidwil tat-Triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/93, para. 28, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/13, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/14, GRE-92-16

ECE/TRANS/WP.29/2026/35

154

Proposta għas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament Nru 154 tan-NU (WLTP)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/93, para. 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/15 u GRPE-93-29 kif emendat bl-Addendum 2)

ECE/TRANS/WP.29/2026/26

168

Proposta għas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 168 tan-NU (RDE Globali)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/93, para. 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/20 u GRPE-93-52 kif emendat bl-Addendum 6)

ECE/TRANS/WP.29/2026/27

177

Proposta għas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 177 tan-NU (DEVP)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/93, para. 39, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/21, GRPE-93-28, GRPE-93-50 kif emendat bl-Anness V)

ECE/TRANS/WP.29/2026/28

Regolament Ġdid [179]

Proposta għal Regolament tan-NU ġdid [Nru 179] dwar il-kejl fil-laboratorju tal-emissjonijiet tal-brejkijiet għall-vetturi ħfief

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/93, para. 49, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/18, GRPE-93-48-Rev.1, kif emendat bl-Addendum 8 tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2026/36

Regolament Ġdid [180]

Proposta għal Regolament tan-NU ġdid [Nru 180] dwar sistemi tal-monitoraġġ abbord (OBM), passaport ambjentali tal-vetturi (EVP) u skrin fil-vetturi b’data ambjentali

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/93, para. 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/19, GRPE-93-49-Rev.1, kif emendat bl-Addendum 1 tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2026/37

Regolament Ġdid [181]

Proposta għal Regolament tan-NU ġdid [Nru 181] dwar is-Sistemi ta’ Trażżin tan-Nar tal-Magni

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/109, para. 41, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/47, kif emendat bl-Anness III tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2026/38

Regolament Ġdid [182]

Proposta għal Regolament tan-NU ġdid [Nru 182] dwar sistema ta’ twissija għall-attenzjoni u f’każ ta’ ħedla tas-sewwieq

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/109, para. 44, abbażi ta’ GRSG-130-37)

ECE/TRANS/WP.29/2026/39

Regolament Ġdid [183]

Proposta għal Regolament tan-NU ġdid [Nru 183] dwar sistema avvanzata ta’ twissija f’każ ta’ distrazzjoni tas-sewwieq

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/109, para. 44, abbażi ta’ GRSG-130-38)

ECE/TRANS/WP.29/2026/40

Punti mixxellanji

Titlu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

Il-Ftehim tal-1958

Proposta għal emendi tal-Iskeda 2 tal-Ftehim tal-1958

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/47

ECE/TRANS/WP.29/2026/2

Riżoluzzjoni

Proposta għall-Emenda 12 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl

ECE/TRANS/WP.29/GRE/93, para. 10 u 11, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/15, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/17

ECE/TRANS/WP.29/2026/41

Awtorizzazzjoni

Talba għal awtorizzazzjoni għal Fażi 3 tal-Grupp ta’ Ħidma Informali dwar is-Sikurezza tal-Vetturi Elettriċi

ECE/TRANS/WP.29/2026/42


(1)  Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella jinsabu fuq:

https://unece.org/info/Transport/Vehicle-Regulations/events/410147


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/563/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)