European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/553

16.3.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/553

tat-13 ta’ Marzu 2026

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1755 u (UE) 2024/1054 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, imrobbija għat-tnissil u għall-bajd u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Biochem Zusatzstoffe Handels- und Produktionsges. mbH)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għall-modifika ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 ġiet awtorizzata għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf għall-ħnienes Suidae miftuma u mhux miftuma, għall-pollam tas-simna u għall-għasafar ornamentali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1755 (2) u bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf u fl-ilma tax-xorb għall-ispeċijiet kollha ta’ pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil u għall-użu fl-ilma tax-xorb għall-ispeċijiet kollha ta’ pollam tas-simna, għall-għasafar ornamentali, għall-ħnienes Suidae miftuma u mhux miftuma bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1054 (3).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, fit-8 ta’ Awwissu 2024 tressqet applikazzjoni għall-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf u fl-ilma tax-xorb għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, imrobbija għat-tnissil u għall-bajd u għall-għasafar ornamentali, li titlob li jkun permess l-użu simultanju ta’ dik il-preparazzjoni mal-koċċidjostat amprolju, u taħlita ta’ koċċidjostati narasin u nikarbażina, li huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf. Flimkien mat-talba, intbagħtet id-data ta’ sostenn rilevanti.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Ġunju 2025 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-modifika proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 ma tbiddilx il-konklużjonijiet li waslet għalihom qabel fir-rigward tas-sikurezza ta’ dak l-addittiv għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 mhijiex irritant tal-ġilda jew tal-għajnejn iżda jenħtieġ li titqies bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda, u l-inalazzjoni u l-esponiment dermali jitqiesu bħala riskju. Ikkonkludiet ukoll li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni huwa kompatibbli mal-koċċidjostat amprolju u t-ttaħlita ta’ koċċidjostati narasin u nikarbażina skont il-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati bħalissa. L-Awtorità ma kkunsidratx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq.

(5)

Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu f’valutazzjoni preċedenti dwar applikazzjoni oħra għall-awtorizzazzjoni tal-istess addittiv u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2020 (5) huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (6), mhuwiex meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza.

(6)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 meta timmodifika t-termini tal-awtorizzazzjoni stabbiliti fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1755 u (UE) 2024/1054, billi tispeċifika l-kompatibbiltà tal-użu ta’ dik il-preparazzjoni mal-koċċidjostat amprolju u taħlita ta’ koċċidjostati narasin u nikarbażina. Barra minn hekk, meta jitqies li dawk il-koċċidjostati ma jistgħux jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għal kull waħda mill-ispeċijiet jew kategoriji elenkati fl-Annessi I u II, l-użu simultanju tagħhom fil-preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 jenħtieġ li jkun possibbli biss f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni rispettivi tagħhom bħala addittivi tal-għalf.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1755 u (UE) 2024/1054 jiġu emendati kif xieraq.

(8)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, imrobbija għat-tnissil u għall-bajd u għall-għasafar ornamentali mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jitħalla perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-awtorizzazzjoni kkonċernata.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1755

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1755 huwa sostitwit bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1054

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1054 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-addittiv tal-għalf Weizmannia faecalis DSM 32016, kif awtorizzat bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1755 u (UE) 2024/1054 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dak l-addittiv, li huma maħsuba għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, imrobbija għat-tnissil u għall-bajd u għall-għasafar ornamentali, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Ottubru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ April 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li huma maħsuba għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, imrobbija għat-tnissil u għall-bajd u għall-għasafar ornamentali, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ April 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ April 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1755 tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes Suidae miftuma u mhux miftuma, għall-pollam tas-simna u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni Biochem Zusatzstoffe Handels- und Produktionsges. mbH) (ĠU L 395, 25.11.2020, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1755/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1054 tal-10 ta’ April 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf u fl-ilma tax-xorb għall-ispeċijiet kollha ta’ pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil u għall-użu fl-ilma tax-xorb għall-ispeċijiet kollha ta’ pollam tas-simna, għall-għasafar ornamentali u għall-ħnienes Suidae miftuma u mhux miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni: Biochem Zusatzstoffe Handels- und Produktionsges. mbH), u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1755 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni (ĠU L, 2024/1054, 11.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1054/oj).

(4)   EFSA Journal. 2025;23:e9548, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9548.

(5)   EFSA Journal 2020;18(6):6158, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6158.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).


ANNESS I

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali

4b1900

Biochem Zusatzstoffe Handels- und Produktionsges. mbH

Weizmannia faecalis DSM 32016

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 li fiha minimu ta’ 2 × 1010 CFU/g tal-addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta’ ċelloli ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016

Metodu analitiku  (1)

Identifikazzjoni: Metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) – CEN/TS 17697.

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb: Il-metodu tat-tifrix fuq l-agar MRS (ibbażat fuq il-metodu EN 15787).

Ħnienes Suidae miftuma kif ukoll mhux miftuma

Pollam tas-simna

Għasafar ornamentali

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv jista’ jintuża simultanjament mal-koċċidjostati li ġejjin, f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni rispettivi tagħhom bħala addittivi tal-għalf: alofuġinon, diklażuril, sodju tal-monensina, kloridrat tar-robenidina, sodju tas-salinomiċina, amprolju, taħlita ta’ sodju tal-monensina man-nikarbażina u taħlita ta’ narasin man-nikarbażina.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir personali tal-protezzjoni għan-nifs u għall-ġilda.

15.12.2030


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.


ANNESS II

PARTI I

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

CFU/l ta’ ilma

tax-xorb

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali

4b1900

Biochem Zusatzstoffe Handels- und Produktionsges. mbH

Weizmannia faecalis DSM 32016

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 li fiha minimu ta’ 2 × 1010 CFU/g tal-addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016

Metodu analitiku  (1)

Identifikazzjoni: Metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) – CEN/TS 17697.

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb: Il-metodu tat-tifrix fuq l-agar MRS (ibbażat fuq il-metodu EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għall-bajd

L-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għat-tgħammir

1 × 109

5 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin, l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

2.

L-addittiv jista’ jintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

3.

L-addittiv jista’ jintuża simultanjament ma’ dan li ġej koċċidjostati, f’konformità mal-kundizzjonijiet rispettivi tagħhom tal-awtorizzazzjoni bħala addittivi tal-għalf: alofuġinon, diklażuril, sodju tal-monensina, kloridrat tar-robenidina, sodju tas-salinomiċina, amprolju, taħlita ta’ sodju tal-monensina man-nikarbażina u taħlita ta’ narasin man-nikarbażina.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir personali tal-protezzjoni għan-nifs u għall-ġilda.

L-1 ta’ Mejju 2034

PARTI II

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/l ta’ ilma tax- xorb

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali.

4b1900

Biochem Zusatzstoffe Handels- und Produktionsges. mbH

Weizmannia faecalis DSM 32016

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016 li fiha minimu ta’ 2 × 1010 CFU/g tal-addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta’ Weizmannia faecalis DSM 32016

Metodu analitiku  (2)

Identifikazzjoni: Metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) – CEN/TS 17697.

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb: Il-metodu tat-tifrix fuq l-agar MRS (ibbażat fuq il-metodu EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna

Ħnienes Suidae miftuma kif ukoll mhux miftuma

Għasafar ornamentali

5 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

2.

L-addittiv għandu jintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

3.

L-addittiv jista’ jintuża simultanjament ma’ dan li ġej koċċidjostati, f’konformità mal-kundizzjonijiet rispettivi tagħhom tal-awtorizzazzjoni bħala addittivi tal-għalf: alofuġinon, diklażuril, sodju tal-monensina, kloridrat tar-robenidina, sodju tas-salinomiċina, amprolju, taħlita ta’ sodju tal-monensina man-nikarbażina u taħlita ta’ narasin man-nikarbażina.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir personali tal-protezzjoni għan-nifs u għall-ġilda.

L-1 ta’ Mejju 2034


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/553/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)