|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/551 |
16.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/551
tat-13 ta’ Marzu 2026
li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 fir-rigward tal-listi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti komposti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632 (2) jistabbilixxi, fl-Anness tiegħu, listi ta’ annimali, prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati, prodotti komposti, u ħuxlief u tiben, li jridu jiġu preżentati għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, bl-indikazzjoni tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“kodiċijiet NM”) rispettivi tagħhom kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3). |
|
(2) |
Jeħtieġ li jiġi aġġornat l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 biex jinkludi ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali, u prodotti komposti, li bħalissa huma neqsin mil-lista ta’ prodotti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Għalhekk jixraq li jiżdiedu l-intestaturi u l-kodiċijiet NM 1301 , 2008 19 , 2106 90 55 , 2933 , 3002 13 , 3002 14 , 3002 15 , 3105 90 , 3821 , 3823 u 3824 fil-lista stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità fir-rigward ta’ liema kunsinni ta’ oġġetti huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(3) |
Barra minn hekk, minħabba l-għadd ta’ emendi li jridu jsiru fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632, b’dan ir-Regolament, fl-interess taċ-ċarezza, jixraq li l-Anness kollu jiġi sostitwit. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Barra minn hekk, biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil tal-kummerċ fir-rigward id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tal-prodotti kkonċernati bl-emendi li saru fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 b’dan ir-Regolament, u biex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-operaturi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għal dawk l-emendi, jixraq li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2026. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632 tat-13 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom, prodotti komposti, u ħuxlief u tiben soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/632/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA’ ANNIMALI, PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI, PRODOTTI ĠERMINALI, PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI U PRODOTTI DERIVATI, PRODOTTI KOMPOSTI, U ĦUXLIEF U TIBEN SOĠĠETTI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FIL-POSTIJIET TA’ KONTROLL FUQ IL-FRUNTIERI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3
Noti:
1. Kummenti ġenerali
Qed jiżdiedu xi rimarki ġenerali ma’ ċerti Kapitoli biex jiċċaraw liema huma l-annimali jew l-oġġetti li huma koperti fil-Kapitolu rilevanti. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, issir referenza għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Il-lista ta’ prodotti komposti li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi u li huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 (1).
2. Nota għall-Kapitolu
Il-listi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma strutturati f’Kapitoli li jikkorrispondu mal-Kapitoli rilevanti fin-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2).
In-noti tal-Kapitoli huma spjegazzjonijiet estratti, fejn meħtieġ, min-Noti tal-Kapitoli individwali tan-NM.
3. Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni u l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata
Ġiet estratta informazzjoni addizzjonali dwar il-Kapitoli differenti; fejn meħtieġ, min-Noti ta’ Spjegazzjoni u mill-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali.
Tabelli:
4. Kolonna (1) — Kodiċi NM
Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti (SA) konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983 u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (3). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tas-SA sa sitt ċifri, u s-seba’ u t-tmien ċifri b’mod esklużiv joħolqu subintestaturi oħrajn li huma speċifiċi għaliha.
Meta jintuża kodiċi b’erba’ ċifri: sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-annimali u l-oġġetti kollha prefissi b’dawn l-erba’ ċifri jew koperti minnhom għandhom jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet, il-kodiċijiet NM rilevanti inklużi fis-sistema TRACES stabbilita bl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625, huma magħmula minn kodiċijiet b’sitt jew tmien ċifri.
Meta ċerti annimali u oġġetti speċifikati biss taħt kwalunkwe kodiċi b’erba’, b’sitt jew bi tmien ċifri jkunu meħtieġa li jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali u ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi fin-NM, il-kodiċi jiġi mmarkat “ex”. F’dak il-każ, l-annimali u l-oġġetti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma determinati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti fil-kolonna (2) u l-kwalifikazzjoni u l-ispjegazzjoni fil-kolonna (3).
5. Kolonna (2) — Deskrizzjoni
Id-deskrizzjoni tal-annimali u l-oġġetti hija kif ġie stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM. Soġġett għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-annimali u l-oġġetti fil-kolonna (2) huwa meqjus li jkun ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-annimali u l-oġġetti koperti b’dan ir-Regolament huma determinati mill-kodiċijiet NM.
6. Kolonna (3) — Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni
Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-annimali jew l-oġġetti koperti. Aktar informazzjoni dwar l-annimali jew l-oġġetti koperti fil-Kapitoli differenti tan-NM tista’ tinstab fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (4).
Il-prodotti derivati minn prodotti sekondarji tal-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 mhumiex identifikati speċifikament fid-dritt tal-Unjoni. Għandhom isiru kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li huma parzjalment ipproċessati iżda jibqgħu prodotti grezzi li għandhom jiġu pproċessati ulterjorment fi stabbiliment approvat jew irreġistrat fid-destinazzjoni. L-ispetturi uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom jivvalutaw u jispeċifikaw, meta jkun meħtieġ, jekk prodott derivat huwiex ipproċessat biżżejjed sabiex ma jkunx jeħtieġ aktar kontrolli uffiċjali previsti fid-dritt tal-Unjoni.
KAPITOLU 1
ANNIMALI ĦAJJIN
Nota relatata mal-Kapitolu 1 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu jkopri l-annimali ħajjin kollha, ħlief:
|
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0106 tinkludi, inter alia, l-annimali domestiċi jew selvaġġi li ġejjin:
|
(A) |
Mammiferi
|
|
(B) |
Rettili (inkluż sriep u fkieren) |
|
(C) |
Għasafar
|
|
(D) |
Insetti, bħan-naħal (kemm jekk jivvjaġġaw f’kaxxi jew f’gaġeġ jew f’kaxxi tan-naħal u kemm jekk le). |
|
(E) |
Oħrajn, eż. żrinġijiet. |
Din l-intestatura teskludi l-annimali li jiffurmaw parti minn ċirkli, menageries jew wirjiet simili oħra ta’ annimali ambulanti (l-intestatura 95.08).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||||||
|
0101 |
Żwiemel, ħmir, bgħula tad-debba u bgħula tal-ħmara ħajjin. |
Kollox. |
||||||||||||||||||||||||||
|
0102 |
Annimali bovini ħajjin. |
Kollox. |
||||||||||||||||||||||||||
|
0103 |
Ħnieżer ħajjin. |
Kollox. |
||||||||||||||||||||||||||
|
0104 |
Nagħaġ u mogħoż ħajjin. |
Kollox. |
||||||||||||||||||||||||||
|
0105 |
Pollam ħaj, jiġifieri, tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u farawni. |
Kollox. |
||||||||||||||||||||||||||
|
0106 |
Annimali ħajjin oħrajn. |
Kollox, tkopri l-annimali kollha mis-subintestaturi li ġejjin:
|
KAPITOLU 2
LAĦAM U ĠEWWIENI TAL-LAĦAM KOMMESTIBBLI
Nota relatata mal-Kapitolu 2 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||
|
0201 |
Laħam tal-annimali bovini, frisk jew imkessaħ. |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux adatt għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. |
||||||||||||
|
0202 |
Laħam tal-annimali bovini, iffriżat. |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. |
||||||||||||
|
0203 |
Laħam tal-ħnieżer, frisk, imkessaħ jew iffriżat. |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. |
||||||||||||
|
0204 |
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat. |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. |
||||||||||||
|
0205 00 |
Laħam taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula tad-debba jew tal-bgħula tal-ħmara, frisk, imkessaħ jew iffriżat. |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. |
||||||||||||
|
0206 |
Ġewwieni kommestibbli tal-annimali bovini, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula tad-debba jew tal-bgħula tal-ħmara, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. |
||||||||||||
|
0207 |
Laħam u ġewwieni kommestibbli, tal-pollam tal-intestatura 0105, friski, imkessħin jew iffriżati. |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. |
||||||||||||
|
0208 |
Laħam u ġewwieni kommestibbli ieħor, frisk, imkessaħ jew iffriżat. |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. Din l-intestatura tkopri materja prima oħra għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-kollaġen għall-konsum mill-bniedem. Tkopri wkoll il-laħam u l-ġewwieni kommestibbli kollu mis-subintestaturi li ġejjin:
|
||||||||||||
|
0209 |
Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tal-pollam, mhux imdewweb jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat. |
Kollox, tkopri kemm xaħam kif ukoll xaħam ipproċessat kif deskritt fil-kolonna (2), anki jekk adattat biss għall-użu industrijali (mhux adattat għall-konsum uman). |
||||||||||||
|
0210 |
Laħam u ġewwieni kommestibbli, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti kommestibbli mil-laħam jew mill-ġewwieni tal-laħam. |
Kollox, tkopri l-laħam, il-prodotti tal-laħam u prodotti oħra ta’ oriġini mill-annimali. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta f’din l-intestatura, imma fl-intestatura 0511. Tkopri l-proteini pproċessati tal-annimali u l-widnejn tal-ħnieżer imnixxfin għall-konsum mill-bniedem. Anki meta t-tali widnejn tal-ħnieżer imnixxfin jintużaw bħala għalf tal-annimali, l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 (6) jikkjarifika li dawn jistgħu jiġu koperti mill-kodiċi 0210 99 49. Madankollu, il-ġewwieni mnixxef u l-widnejn tal-ħnieżer imnixxfin mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem huma klassifikati taħt il-kodiċi NM 0511 99 85. Iz-zalzett huwa kopert taħt l-intestatura 1601. L-estratti u s-sugu tal-laħam huma koperti taħt l-intestatura 1603. Il-qrieqeċ huma koperti taħt l-intestatura 2301. |
KAPITOLU 3
ĦUT U KRUSTAĊJI, MOLLUSKI U INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri kemm il-ħut ħaj għat-tnissil u għar-riproduzzjoni, il-ħut ornamentali ħaj, u l-ħut ħaj jew il-krustaċji ħajjin li jiġu ttrasportati ħajjin iżda li jiġu importati għall-konsum mill-bniedem.
Il-prodotti kollha msemmijin f’dan il-Kapitolu huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
Noti relatati mal-Kapitolu 3 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
|
|
2. |
F’dan il-kapitolu, it-terminu “pellets” ifisser prodotti li ġew agglomerati direttament b’kompressjoni jew biż-żieda ta’ kwantità żgħira ta’ legant. |
|
3. |
L-intestaturi 0305 sa 0308 ma jkoprux id-dqiq, il-frakass u l-pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem (l-intestatura 0309 ).” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
|
0301 |
Ħut ħaj. |
Kollox, tkopri t-trot, is-sallur, il-karpjuni komuni, jew kwalunkwe speċi oħra jew kwalunkwe ħuta oħra li tiġi importata għat-tnissil jew għar-riproduzzjoni. Il-ħut ħaj importat għall-konsum immedjat mill-bniedem jiġi ttrattat, għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali, daqslikieku kien prodott. Tkopri l-ħut ornamentali fil-kodiċijiet NM 0301 11 00 u 0301 19 00. |
||||||
|
0302 |
Ħut, frisk jew imkessaħ, eskluż il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304. |
Kollox, tkopri l-fwied, il-bajd u l-isperma, friski jew imkessħa, fil-kodiċi NM 0302 91 00. |
||||||
|
0303 |
Ħut, iffriżat, eskluż il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304. |
Kollox, tkopri l-fwied, il-bajd u l-isperma, iffriżati, fis-subintestatura 0303 91. |
||||||
|
0304 |
Fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat u kemm jekk le), frisk, imkessaħ jew iffriżat. |
Kollox. |
||||||
|
0305 |
Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le. |
Kollox, tkopri l-irjus, id-dnub u l-vexxiki tal-għawm tal-ħut u ġewwieni kommestibbli ieħor tal-ħut. |
||||||
|
0306 |
Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra u kemm jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra u kemm jekk le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura u kemm jekk le. |
Kollox. Il-krustaċji ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu trattati għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali daqslikieku kienu prodotti. Tkopri x-xadini marini ornamentali u ċ-ċisti tagħhom għall-użu bħala annimali domestiċi u l-krustaċji ornamentali ħajjin kollha. |
||||||
|
0307 |
Molluski, kemm jekk fil-qoxra u kemm jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra u kemm jekk le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le. |
Din l-intestatura tkopri wkoll molluski affumikati li jkunu diġà msajrin qabel il-proċess tal-affumikar. Molluski imsajrin oħrajn huma koperti fl-intestatura 1605. Tkopri molluski ornamentali ħajjin. Il-molluski ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu trattati għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali daqslikieku kienu prodotti. Tkopri kollox mis-subintestaturi 0307 11 sa 0307 99, bħal dawn l-eżempji li ġejjin:
|
||||||
|
0308 |
Invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi affumikati għajr il-krustaċji u l-molluski, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le. |
Kollox. |
||||||
|
0309 |
Dqiq, frakass jew pellets tal-ħut, tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn, tajbin għall-konsum mill-bniedem. |
Kollox. |
KAPITOLU 4
PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAL-GĦASAFAR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI KOMMESTIBBLI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI, MHUX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI F’KAPITOLI OĦRA TAN-NM
Noti relatati mal-Kapitolu 4 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
L-espressjoni ‘ħalib’ tfisser ħalib sħiħ jew ħalib parzjalment jew kompletament xkumat. |
|
2. |
Għall-finijiet tal-intestatura 0403 , il-jogurt jista’ jkun ikkonċentrat jew imħawwar u jista’ jkun fih zokkor jew dolċifikant ieħor, frott, ġewż, kawkaw, ċikkulata, ħwawar, kafè jew estratti tal-kafè, pjanti, partijiet mill-pjanti, ċereali jew prodotti tal-furnara miżjudin, dment li kwalunkwe sustanza miżjuda ma tintużax biex tissostitwixxi, kompletament jew parzjalment, kwalunkwe kostitwent tal-ħalib, u l-prodott iżomm il-karattru essenzjali tal-jogurt. |
|
3. |
Għall-finijiet tal-intestatura 0405 :
|
|
4. |
Il-prodotti magħmulin bil-konċentrazzjoni tax-xorrox u biż-żieda tal-ħalib jew tax-xaħam tal-ħalib għandhom ikunu kklassifikati bħala ġobon fl-intestatura 0406 sakemm ikollhom it-tliet karatteristiċi li ġejjin:
|
|
5. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
|
|
6. |
Għall-finijiet tal-intestatura 0410 , it-terminu ‘insetti’ jfisser insetti mhux ħajjin kommestibbli, sħaħ jew f’partijiet, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, affumikati, immellħin jew fis-salmura, kif ukoll dqiq u frakass tal-insetti, tajbin għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, ma jkoprix l-insetti mhux ħajjin kommestibbli ppreparati jew ippreservati mod ieħor (ġeneralment it-Taqsima IV tan-NM).” |
Estratti min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0408 tkopri l-bajd sħiħ mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd tal-għasafar kollha. Il-prodotti ta’ din l-intestatura jistgħu jkunu friski, imnixxfin, imsajrin bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, iffurmati (eż. ‘bajd twil’ ċilindriku), iffriżati jew ippreservat mod ieħor. Dawn kollha jaqgħu taħt l-intestatura kemm jekk ikun fihom zokkor jew dolċifikant ieħor miżjuda u kemm jekk le u kemm jekk biex jintużaw bħala ikel jew għal finijiet industrijali (eż. fl-ikkonzar).
Din l-intestatura ma tkoprix:
|
(a) |
Żejt tal-isfar tal-bajd (l-intestatura 1506 ); |
|
(b) |
Preparati tal-bajd li fihom taħwir, ħwawar jew addittivi oħra (l-intestatura 2106 ); |
|
(c) |
Leċitina (l-intestatura 2923 ); |
|
(d) |
Abjad tal-bajd separat (albumina tal-bajd) (l-intestatura 3502 ). |
[…]
L-intestatura 0409 tkopri l-għasel prodott min-naħal (Apis mellifera) jew minn insetti oħra, ċentrifugat jew fix-xehda jew li fih biċċiet ta’ xehda, dment li ma jkunx ġie miżjud iz-zokkor jew sustanza oħra. Dan l-għasel jista’ jiġi ddeżinjat skont is-sors, l-oriġini jew il-kulur tal-fjuri.
L-intestatura 0409 teskludi l-għasel artifiċjali u t-taħlitiet ta’ għasel naturali u artifiċjali (l-intestatura 1702 ).
[…]
L-intestatura 0410 tkopri insetti (kif definit fin-Nota 6 ta’ dan il-Kapitolu) u prodotti oħrajn ta’ oriġini mill-annimali adatti għall-konsum uman, li mhumiex speċifikati jew inklużi f’Kapitoli oħra tan-Nomenklatura Magħquda. Madankollu, insetti mhux ħajjin mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem (inkluż dqiq u frakass tagħhom) huma klassifikati fl-intestatura 05.11. Dan jinkludi:
|
(a) |
Bajd tal-fkieren. Dawn huma bajd tal-fkieren tax-xmajjar jew tal-baħar; jistgħu jkunu friski, imnixxfa jew ippreservati mod ieħor. Iż-żejt tal-bajd tal-fkieren huwa eskluż (l-intestatura 15.06). |
|
(b) |
Bejtiet tas-Salanganes (‘bejtiet tal-għasafar’). Dawn jikkonsistu minn sustanza merħija mill-għasafar li tissolidifika malajr mal-esponiment għall-arja. Il-bejtiet jistgħu jiġu ppreżentati mhux trattati, jew jistgħu jkunu ġew imnaddfa biex jitneħħewlhom ir-rix, iż-żajbar, it-trab u impuritajiet oħra sabiex isiru adatti għall-konsum. Dawn huma ġeneralment fil-forma ta’ strixxi jew ħajtiet bajdanin. Il-bejtiet tas-Salanganes għandhom kontenut għoli ta’ proteini u jintużaw kważi b’mod esklużiv fis-sopop jew fi preparati oħrajn tal-ikel. |
L-intestatura 0410 teskludi d-demm tal-annimali, kommestibbli jew le, likwidu jew imnixxef (l-intestatura 0511 jew 3002 ).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0401 |
Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr ma jkun fihom zokkor jew dolċifikant ieħor miżjuda. |
Kollox. Il-ħalib għall-għalf tal-annimali huwa kopert taħt din l-intestatura, filwaqt li l-għalf tal-annimali li fih il-ħalib huwa kopert fl-intestatura 2309. Il-ħalib għal użu terapewtiku/profilattiku huwa kopert fl-intestatura 3001. |
|
0402 |
Ħalib u krema, konċentrati jew li jkun fihom zokkor jew dolċifikant ieħor miżjuda. |
Kollox. |
|
0403 |
Jogurt; xorrox tal-butir, baqta u krema, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew aċidifikati, kemm jekk ikkonċentrati jew li jkun fihom zokkor jew dolċifikant ieħor miżjuda jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw u kemm jekk le. |
Kollox. Tkopri krema, ħalib imħawwar jew bil-frott, iffriżat u fermentat, għall-konsum mill-bniedem. Il-ġelat huwa kopert fl-intestatura 2105. Ix-xorb li fih il-ħalib b’togħma ta’ kawkaw jew sustanzi oħra huwa kopert fl-intestatura 2202. |
|
0404 |
Xorrox, kemm jekk konċentrat jew li jkun fih zokkor jew dolċifikant ieħor miżjuda u kemm jekk le; prodotti li jikkonsistu minn kostitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk ikun fihom zokkor jew dolċifikant ieħor miżjuda u kemm jekk le, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu. |
Kollox. Tkopri prodotti tal-ħalib għat-trabi. Il-kodiċi NM 0404 10 48 ikopri l-kolostru bovin, f’forma likwida, bix-xaħam imneħħi u dekaseinat, għall-konsum mill-bniedem. Il-kodiċi NM 0404 90 21 ikopri trab tal-kolostru, imnixxef bl-isprej, bix-xaħam ridott li ma jkunx dekaseinat, għall-konsum mill-bniedem. |
|
0405 |
Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn derivati mill-ħalib; spreads tal-prodotti tal-ħalib. |
Kollox. |
|
0406 |
Ġobon u baqta. |
Kollox. |
|
0407 |
Bajd tal-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar. |
Kollox. Tkopri il-bajd għat-tifqis u l-bajd speċifikat ħieles minn patoġeni u l-bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni (0407 11 u 0407 19). Tkopri l-bajd frisk (0407 21 sa 0407 29) u bajd ieħor (0407 90), mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem u tajbin għall-konsum mill-bniedem. Ikopri il-“bajd ta’ 100 sena”. L-albumina tal-bajd mhux tajba għall-konsum mill-bniedem u tajba għall-konsum mill-bniedem hija koperta fl-intestatura 3502. |
|
0408 |
Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor jew dolċifikant ieħor miżjuda u kemm jekk le. |
Kollox. Tkopri l-prodotti tal-bajd kemm jekk trattati bis-sħana u kemm jekk le u l-prodotti mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem. |
|
0409 00 00 |
Għasel naturali. |
Kollox. |
|
0410 10 |
Insetti. |
Kollox. L-insetti jew il-bajd tal-insetti għall-konsum mill-bniedem huma koperti f’din l-intestatura. L-insetti mhux ħajjin mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem (inkluż dqiq u frakass tagħhom) huma esklużi (l-intestatura 05.11) kif ukoll l-insetti mhux ħajjin kommestibbli ppreparati jew ippreservati mod ieħor (ġeneralment it-Taqsima IV tan-NM). |
|
0410 90 00 |
Prodotti kommestibbli ta’ oriġini mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu. |
Kollox. Dan il-kodiċi NM ikopri l-ħalib tan-naħal u l-propolis (użati fil-manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi u tas-supplimenti tal-ikel) u materjal ieħor derivat mill-annimali għall-konsum mill-bniedem. Dan il-kodiċi NM ikopri għadam kommestibbli u prodotti tal-għadam ikkunsmati direttament (pereżempju dqiq tal-għadam, għadam magħmul trab, għadam tas-soppa), jekk derivati minn karkassi li jkunu ġew skarnati għall-konsum mill-bniedem. |
KAPITOLU 5
PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI, MHUX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI F’KAPITOLI OĦRA TAN-NM
Kummenti ġenerali
Ir-rekwiżiti speċifiċi għal ċerti prodotti f’dan il-Kapitolu huma stabbiliti fit-Tabella 2, fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
|
Ringiela 7 |
: |
lanżit tal-ħnieżer; |
|
Ringiela 8 |
: |
suf u xagħar mhux trattati prodotti minn annimali għajr dawk tal-ispeċi porċini; |
|
Ringiela 9 |
: |
rix, partijiet ta’ rix u żajbar trattati. |
Noti relatati mal-Kapitolu 5 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
[…] |
|
2. |
Fin-nomenklatura, in-nejbiet tal-iljunfanti, tal-ipoppotami, tal-odobeni, tan-narwal u tal-ħalluġ, il-qrun tar-rinoċeronti u s-snien tal-annimali kollha huma meqjusin bħala ‘avorju’. |
|
3. |
Fin-nomenklatura, l-espressjoni ‘krin’ tfisser ix-xagħar tal-krinjieri jew tad-dnub tal-annimali ekwini jew tal-annimali bovini. L-intestatura 0511 tkopri, inter alia, il-krin u l-iskart tal-krin, kemm jekk ikun ippreżentat bħala saff u kemm jekk le b’materjal ta’ appoġġ jew le.” |
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0505 tkopri:
|
(1) |
Ġlud u partijiet oħra tal-għasafar (eż. rjus, ġwienaħ) bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, u |
|
(2) |
Rix u partijiet tar-rix (kemm jekk bit-truf mirqumin u kemm jekk le), u żajbar, dment li ma jkunux maħdumin, jew ikunu sempliċiment imnaddfa, diżinfettati jew trattati għall-preservazzjoni iżda mhux maħdumin jew immuntati mod ieħor. |
L-intestatura 0505 tkopri wkoll trab, frakass u skart mir-rix jew mill-partijiet tar-rix.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||
|
0502 10 00 |
Lanżit u xagħar tal-ħnieżer, tal-majjali tas-simna jew taċ-ċingjali u l-iskart tagħhom. |
Kollox, trattati u mhux trattati. |
||||||||||||
|
0504 00 00 |
Imsaren, bżieżaq tal-awrina u stonkijiet tal-annimali (għajr il-ħut), sħaħ jew biċċiet minnhom, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati. |
Kollox. Tkopri stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u intestini mnaddfin, immellħin, imnixxfin jew imsaħħnin ta’ oriġini mill-bovini, mill-porċini, mill-ovini, mill-kaprini jew mill-pollam. |
||||||||||||
|
ex 0505 |
Ġlud u partijiet oħrajn tal-għasafar, bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, rix u partijiet tar-rix (kemm jekk bit-trufijiet imberflin u kemm jekk le) u żajbar, mhux maħdumin ulterjorment milli mnaddfin, diżinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart tar-rix jew tal-partijiet tar-rix. |
Kollox, inkluż trofej tal-kaċċa tal-għasafar, iżda eskluż ir-rix dekorattiv trattat, rix trattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix trattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali, kif imsemmi fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6(a), tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. L-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ rix u partijiet tar-rix u żajbar mhux trattati. Il-kontrolli uffiċjali japplikaw għar-rix irrispettivament minn jekk ikunx sarlu trattament, kif imsemmi fil-Kapitolu VII, il-punt C, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Hemm aktar rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa stabbiliti fil-Kapitolu II, it-Taqsima 5, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Il-Kapitolu II, it-Taqsima 6 tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tkopri r-rix li jintuża għall-mili, iż-żajbar, ir-rix grezz jew rix ieħor. |
||||||||||||
|
0506 |
Għadam u l-qlub tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, sempliċement ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), trattati bl-aċidu jew deġelatinizzati; trab u skart ta’ dawn il-prodotti. |
Tkopri l-għadam użat bħala magħda tal-klieb u l-għadam użat għall-produzzjoni tal-ġelatina. L-għadam u dqiq tal-għadam kommestibbli għall-konsum mill-bniedem huma koperti taħt il-kodiċi NM 0410 90 00. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti bħal dawn mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fir-Ringiela 6 (trofej tal-kaċċa), fir-Ringiela 11 (għadam u prodotti mill-għadam (eskluż il-frakass tal-għadam), qrun u prodotti mill-qrun (eskluż il-frakass tal-qrun) u qwieqeb u prodotti mill-qwieqeb (eskluż il-frakass tal-qwieqeb) għal użu ieħor għajr bħala materjal tal-għalf, fertilizzant organiku jew materjal li jtejjeb il-ħamrija), u fir-Ringiela 12 (affarijiet ta’ tgerrim mill-klieb) tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
||||||||||||
|
0507 |
Avorju, qoxra tal-fekruna, għadma tal-baliena u xagħar tal-baliena, qrajjen, qrajjen imsaġġra, qwieqeb, dwiefer u mnaqar, mhux maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhux maqtugħin għall-forma; trab u skart ta’ dawn il-prodotti. |
Tkopri t-trofej tal-kaċċa trattati mill-għasafar u mill-ungulati li jkunu biss għadam, qrajjen, qwieqeb, dwiefer, qrajjen imsaġġra u snien. Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
||||||||||||
|
ex 0508 00 |
Qroll u materjali simili, mhux maħdum jew sempliċement ippreparat iżda mhux maħdum mod ieħor; qxur ta’ molluski, krustaċej jew ekinodermi u għadam tas-siċċ, mhux maħdumin jew sempliċiment ippreparati iżda mhux maqtugħin għall-forma, trab u skart tagħhom. |
Tkopri qxur vojta għall-użu fl-ikel u għall-użu bħala materja prima għall-glukożammina. Barra minn hekk, din l-intestatura tkopri l-qxur, inkluż l-għadam tas-siċċ, li jkun fihom tessut artab u laħam, kif imsemmi fl-Artikolu 10, il-punt (k)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
||||||||||||
|
ex 0510 00 00 |
Ambra griża, kastorju, żibett u misk; kantaridi; bila, kemm jekk imnixxfa u kemm jekk le; glandoli u prodotti oħrajn tal-annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħin, iffriżati jew ippreservati provviżorjament mod ieħor. |
L-ambra griża u l-kantaridi huma esklużi. Il-glandoli, prodotti oħra tal-annimali u l-bila huma koperti minn dan il-kodiċi NM. Il-glandoli mnixxfa u l-prodotti tagħhom huma koperti fl-intestatura 3001. Jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi għajr l-ikel nej għall-annimali domestiċi u ta’ prodotti derivati minnu għal użi barra mill-katina tal-għalf (għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra). |
||||||||||||
|
ex 0511 |
Prodotti tal-annimali, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem. |
Kollox. Tkopri materjal ġenetiku (semen u embrijuni ta’ oriġini mill-annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, ekwina u porċina) u prodotti sekondarji tal-annimali ta’ materjali tal-Kategoriji 1 u 2, kif imsemmi fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ prodotti mill-annimali tas-subintestaturi 0511 10 sa 0511 99:
|
KAPITOLU 6
SIĠAR ĦAJJIN U PJANTI OĦRAJN; BASAL, GĦERUQ U BĦALHOM; FJURI MAQTUGĦIN U WERAQ ORNAMENTALI
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri ż-żergħa bajda tal-fungi f’kompost ta’ demel sterilizzat ta’ oriġini mill-annimali.
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM
“ 0602 90 10 Żergħa bajda tal-fungi:
It-terminu żergħa bajda tal-fungi huwa referenza għal xibka ta’ ħjut fraġli (Thallus jew Mycelium) li spiss tinsab taħt l-art, li tgħix u tikber fuq is-superfiċe ta’ annimali jew materjal veġetali li jkun qed jiddekomponi u li tiżviluppa fit-tessuti stess u tipproduċi l-faqqiegħ.
Din is-subintestatura tinkludi wkoll prodott li jikkonsisti minn żergħa bajda tal-fungi, mhux kompletament żviluppata, imqiegħed f’ammonti mikroskopiċi fuq saff ta’ ħbub taċ-ċereali u mgeżwer f’kompost ta’ demel taż-żwiemel sterilizzat (taħlita ta’ tiben u rawt taż-żwiemel).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 0602 90 10 |
Żergħa bajda tal-fungi. |
Biss jekk ikun fiha demel ipproċessat ta’ oriġini mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 9
KAFÈ, TE, MATÉ U ĦWAWAR
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 0901 |
Kafè, kemm jekk inkaljat jew dekafeinat u kemm jekk le; ħliefa u qxur u tal-kafè; sostituti tal-kafè li jkun fihom kafè fi kwalunkwe proporzjon. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 12
ŻRIERAGĦ U FROTT ŻEJTNIN; DIVERSI ĦBUB, ŻRIERAGĦ U FROTT; PJANTI INDUSTRIJALI JEW MEDIĊINALI; TIBEN U FORAĠĠ
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1212 99 95 |
Prodotti veġetali oħrajn tat-tip li jintuża primarjament għall-konsum mill-bniedem, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu. |
It-trab tad-dakra tan-naħal huwa kopert taħt dan il-kodiċi NM. |
|
ex 1213 00 00 |
Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux ippreparati, kemm jekk imqattgħin, mitħunin, magħsurin jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le. |
Tiben biss. |
|
ex 1214 90 |
Lift tal-Iżvezja, mangolds, għeruq għall-foraġġ, ħuxlief, nifel (alfalfa), xnien, sainfoin, kaboċċi għall-foraġġ, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-foraġġ, kemm jekk fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le: għajr frakass u pellets tan-nifel (alfalfa). |
Ħuxlief biss. |
KAPITOLU 13
GOMMALAKKA; GOMOM, RAŻI, U MERAQ U ESTRATTI VEĠETALI OĦRAJN
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1301 |
Gommalakka; gomom naturali, rażi, rażi tal-gomma u oleoreżini (pereżempju, balzmi). |
L-addittiv koloranti E904 biss, inkluż xellak ta’ oriġini mill-annimali, użat fl-industrija tal-ikel. |
KAPITOLU 15
XAĦMIJIET U ŻJUT TAL-ANNIMALI, VEĠETALI JEW MIKROBJALI U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI KOMMESTIBBLI; XEMGĦAT TAL-ANNIMALI JEW VEĠETALI
Kummenti ġenerali
Xaħmijiet u żjut kollha derivati mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti li ġejjin huma stabbiliti fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
|
(1) |
xaħmijiet imdewba u żjut tal-ħut fir-Ringiela 3 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1; |
|
(2) |
xaħmijiet imdewba mill-materjali tal-Kategorija 2 għal ċerti finijiet barra l-katina tal-għalf għall-annimali tar-razzett (pereżempju għal finijiet oleokimiċi) fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1; |
|
(3) |
derivattivi tax-xaħam fir-Ringiela 18 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1. |
Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti tal-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom, li jiġu prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu XI, il-punt 1, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Id-derivattivi mħalltin ma’ materjali oħra huma soġġetti għal kontrolli uffiċjali.
Noti relatati mal-Kapitolu 15 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
[…] […]. |
|
3. |
L-intestatura 1518 ma tkoprix ix-xaħmijiet jew iż-żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom, żnaturati biss, li għandhom ikunu kklassifikati fl-intestatura xierqa għax-xaħmijiet u ż-żjut mhux żnaturati korrispondenti u l-frazzjonijiet tagħhom. |
|
4. |
L-istokkijiet tas-sapun, ir-residwi u l-fond taż-żejt, iż-żift tal-istearina, iż-żift tal-gliċerol u r-residwi tal-grass tas-suf jaqgħu fl-intestatura 1522 .” |
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 1516 tkopri x-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimika speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew ippreparati ulterjorment.
L-intestatura tkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi li ġew trattati b’mod simili.
L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f’kuntatt mal-idroġenu pur f’temperatura u taħt pressjoni adattati fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b’mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati (eż. ta’ aċidi olejki, linolejki, eċċ.) fi gliċeridi saturati b’punti ta’ tidwib ogħla (eż. ta’ aċidi palmitiċi, steariċi, eċċ.).
L-intestatura 1518 tkopri taħlitiet jew preparati inkommestibbli ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut differenti tal-Kapitolu, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra.
L-intestatura tkopri wkoll, inter alia, iż-żejt tal-qali użat li fih, pereżempju, żejt tal-kolza, żejt tas-sojja u kwantità żgħira ta’ xaħam tal-annimali, għall-użu fil-preparazzjoni tal-għalf tal-annimali.
L-intestatura tinkludi wkoll xaħmijiet u żjut idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati jew il-frazzjonijiet tagħhom, meta l-modifika tkun tinvolvi aktar minn xaħam jew żejt wieħed.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1501 |
Xaħam tal-ħanżir (inkluż il-lardu) u xaħam tal-pollam għajr dak tal-intestatura 0209 jew 1503. |
Kollox. |
|
1502 |
Xaħmijiet tal-annimali bovini, tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, għajr dawk tal-intestatura 1503. |
Kollox. |
|
1503 00 |
Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleomarġerina u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew ippreparati mod ieħor. |
Kollox. |
|
1504 |
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut jew ta’ mammiferi tal-baħar, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
Kollox. Tkopri ż-żjut tal-ħut u ż-żjut minn prodotti tas-sajd u minn mammiferi tal-baħar. Il-preparati diversi kommestibbli huma koperti taħt l-intestatura 1517 tan-NM jew il-Kapitolu 21 tan-NM. |
|
1505 00 |
Grass tas-suf u sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluża l-lanolina). |
Kollox. Tkopri l-grass tas-suf importat bħala xaħam imdewweb, kif stipulat fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jew il-lanolina importata bħala prodott intermedju. |
|
1506 00 00 |
Xaħam u żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
Kollox. Tkopri xaħmijiet jew żjut mhux imxerrħa, u wkoll il-frazzjonijiet inizjali tagħhom prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu XI, il-punt 1, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
1516 10 |
Xaħmijiet u żjut tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom. |
Xaħmijiet u żjut kollha tal-annimali. Għall-kontrolli uffiċjali d-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti fl-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut tal-annimali meta fl-istat pur tagħhom, prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu XI, il-punt 1, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1517 |
Marġerina; taħlitiet jew preparati kommestibbli tax-xaħmijiet jew taż-żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi jew tal-frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-Kapitolu, għajr ix-xaħmijiet u żjut kommestibbli jew il-frazzjonijiet tagħhom tal-intestatura 1516. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1518 00 91 |
Ix-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollijin, ossidizzati, deidrati, sulfurizzati, minfuħin, polimerizzati bis-sħana ġewwa vakwu jew ġewwa gass inerti jew modifikati kimikament mod ieħor, ħlief dawk tal-intestatura 1516. |
Biss jekk ikun fihom xaħam u żjut tal-annimali. Id-derivattivi tax-xaħam huma prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu XI, il-punt 1, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 17 (xaħmijiet imdewba) u r-Ringiela 18 (derivattivi mix-xaħam) tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1518 00 95 |
Taħlitiet jew preparati inkommestibbli tax-xaħmijiet u taż-żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom. |
Xaħmijiet u preparati ta’ żjut, xaħmijiet imdewba u derivattivi mill-annimali biss. Tkopri ż-żejt tat-tisjir użat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’konformità mal-Artikolu 2 tiegħu. Tkopri d-derivattivi tax-xaħam prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu XI, il-punt 1, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1518 00 99 |
Xaħmijiet u żjut veġetali jew mikrobiċi oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu, ħlief xaħmijiet u żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollijin, ossidizzati, deidrati, sulfurizzati, minfuħin, polimerizzati bis-sħana ġewwa vakwu jew f’gass inerti jew modifikati kimikament mod ieħor, u ħlief dawk tal-intestatura 1516 jew taħlitiet jew preparati inkommestibbli ta’ xaħmijiet tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom. |
Biss jekk ikun fihom xaħam ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1520 00 00 |
Gliċerol, grezz; ilmijiet tal-gliċerol u lissiji tal-gliċerol. |
Biss jekk ikun fihom prodotti tal-annimali. |
|
1521 90 91 |
Xemgħa tan-naħal grezza u xemgħat oħrajn tal-insetti. |
Kollox. Tkopri xemgħat naturali f’xehdiet naturali, u xemgħa tan-naħal grezza għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi. L-Artikolu 25(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ xemgħa tan-naħal fil-forma ta’ xehda. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti sekondarji tal-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1521 90 99 |
Xemgħa tan-naħal u xemgħa ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew ikkuluriti u kemm jekk le, għajr dawk grezzi. |
Kollox. Tkopri xemgħa, ipproċessata jew raffinata, kemm jekk ibbliċjata jew ikkulurita u kemm jekk le, għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti sekondarji tal-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Il-prodotti sekondarji tal-apikultura ħlief ix-xemgħa tan-naħal għandhom jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali taħt il-kodiċi NM 0511 99 85 “Oħrajn”. |
|
ex 1522 00 |
Degras; residwi li jirriżultaw mit-trattament tas-sustanzi xaħmin jew tax-xemgħat tal-annimali jew veġetali. |
Biss jekk ikun fihom prodotti tal-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 18 (derivattivi mix-xaħam) tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 16
PREPARATI TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊEJ, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN, JEW TA’ INSETTI
Noti relatati mal-Kapitolu 16 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix il-laħam, il-ġewwieni tal-laħam, il-ħut, il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, kif ukoll l-insetti, ippreparati jew ippreservati bil-proċessi speċifikati fil-Kapitolu 2 jew 3, fin-Nota 6 tal-Kapitolu 4 jew fl-intestatura 0504 . |
|
2. |
Il-preparati tal-ikel jaqgħu f’dan il-Kapitolu dment li jkollhom aktar minn 20 % skont il-piż ta’ zalzett, laħam, ġewwieni tal-laħam, demm, insetti, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kwalunkwe kombinament tagħhom. Meta l-preparat ikun fih tnejn jew aktar mill-prodotti msemmijin hawn fuq, ikun ikklassifikat fl-intestatura tal-Kapitolu 16 li jikkorrispondi għall-komponent jew għall-komponenti li jippredominaw skont il-piż. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti mimlijin tal-intestatura 1902 jew għall-preparati tal-intestatura 2103 jew 2104 .
Għall-preparati li fihom il-fwied, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ma għandhomx japplikaw meta jkunu se jiġu ddeterminati s-subintestaturi fl-intestatura 1601 jew 1602 .” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1601 00 |
Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, tal-ġewwieni tal-laħam, tad-demm jew tal-insetti; preparati tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti. |
Kollox. Tkopri l-laħam ippreservat f’forom differenti. |
|
1602 |
Laħam, ġewwieni tal-laħam, demm jew insetti ppreparati jew ippreservati oħrajn. |
Kollox. Tkopri l-laħam ippreservat f’forom differenti. |
|
1603 00 |
Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn. |
Kollox. Tkopri l-estratti tal-laħam u konċentrati tal-laħam, il-proteini tal-ħut f’forma ta’ ġel kemm jekk imkessħin jew iffriżati, kif ukoll il-qarquċa tal-klieb il-baħar. |
|
1604 |
Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati minn bajd tal-ħut. |
Kollox. Tkopri preparati kulinari msajrin jew imsajrin minn qabel li fihom il-ħut jew il-prodotti tas-sajd jew imħalltin magħhom. Tkopri preparati tas-surimi fil-kodiċi NM 1604 20 05. Tkopri ħut fil-laned u kavjar fil-laned f’kontenituri mitbuqa, kif ukoll sushi dment li dawn ma jkunux iridu jiġu kklassifikati taħt kodiċi NM imsemmi fil-Kapitolu 19 tan-NM). Il-prodotti magħrufa bħala skewers tal-ħut (jiġifieri laħam tal-ħut nej jew gambli nejjin bil-ħaxix ippreżentati fuq stikka tal-injam) huma kklassifikati fil-kodiċi NM 1604 19 97. |
|
1605 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati. |
Kollox, tkopri bebbux ippreparat b’mod sħiħ jew ippreparat minn qabel, krustaċji fil-laned, jew invertebrati akkwatiċi oħrajn kif ukoll trab tal-maskli. |
KAPITOLU 17
ZOKKRIJIET U DOLĊERIJA BIZ-ZOKKOR
Noti relatati mal-Kapitolu 17 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
[…].” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1702 |
Zokkrijiet oħrajn, inkluż il-lattożju kimikament pur, il-maltożju, il-glukożju u l-fruttożju, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx ħwawar u materji koloranti miżjuda; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali u kemm jekk le; karamella. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Tkopri zokkor u għasel artifiċjali, jekk imħallat ma’ għasel naturali. |
|
ex 1704 |
Dolċerija biz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata bajda), li ma fihiex kawkaw. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 18
KAWKAW U PREPARATI TAL-KAWKAW
Noti relatati mal-Kapitolu 18 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix
|
|
2. |
L-intestatura 1806 tinkludi dolċerija biz-zokkor li fiha l-kawkaw u, soġġetta għan-Nota 1 ta’ dan il-Kapitolu, preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1806 |
Ċikkulata u preparati tal-ikel oħra li fihom il-kawkaw. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 19
PREPARATI TA’ ĊEREALI, DQIQ, LAMTU JEW ĦALIB; PRODOTTI TAL-PASTIĊĊIERA
Noti relatati mal-Kapitolu 19 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
[…].” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1901 |
Estratt tax-xgħir; preparati tal-ikel tad-dqiq, tal-ħbub imfesdqa, tal-grixa, tal-lamtu jew tal-estratt tal-malt, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % skont il-piż ta’ kawkaw ikkalkulat fuq bażi bix-xaħam imneħħi totalment, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu; preparati tal-ikel tal-oġġetti tal-intestaturi 0401 sa 0404, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 5 % ta’ kawkaw skont il-piż ikkalkulat fuq bażi bix-xaħam imneħħi totalment, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Tkopri oġġetti tal-ikel mhux imsajrin (eż. pizez) li jkun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Il-preparati kulinari huma koperti mill-Kapitoli 16 u 21 tan-NM. |
|
ex 1902 11 00 |
Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, li fih il-bajd. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 19 |
Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, għajr dak li fih il-bajd. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 20 10 |
Għaġin mimli, kemm jekk imsajjar jew ippreparat mod ieħor u kemm jekk le li fih aktar minn 20 % skont il-piż ħut, krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 20 30 |
Għaġin mimli, kemm jekk imsajjar, jew ippreparat b’mod ieħor u kemm jekk le, li fih aktar minn 20 % skont il-piż zalzett u bħalu, tal-laħam u tal-ġewwieni tal-laħam ta’ kwalunkwe tip, inkluż xaħmijiet ta’ kull tip u oriġini. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 20 91 |
Għaġin mimli msajjar. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 20 99 |
Għaġin mimli, għajr dak imsajjar. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 30 |
Għaġin ieħor ħlief l-għaġin tas-subintestaturi 1902 11, 1902 19 u 1902 20. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 40 |
Kuskus. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 10 10 |
Ikel ippreparat miksub billi jintefaħ jew jiġi nkaljat l-qamħirrum. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 10 30 |
Ikel ippreparat miksub billi jintefaħ jew jiġi nkaljat r-ross. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 10 90 |
Ikel ippreparat miksub billi jintefħu jew jiġi nkaljati ċ-ċereali jew il-prodotti taċ-ċereali għajr il-qamħirrum jew ir-ross. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 20 |
Ikel ippreparat miksub mill-fjokki taċ-ċereali mhux inkaljati jew minn taħlitiet tal-fjokki taċ-ċereali mhux inkaljati u l-fjokki taċ-ċereali nkaljati jew iċ-ċereali minfuħa. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 90 10 |
Ross f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ fjokki jew ħbub oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, ħabb imfesdaq u grixa), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Tkopri, pereżempju, sushi (dment li dawn ma jkunux iridu jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 16). |
|
ex 1904 90 80 |
Ċereali (għajr qamħirrum) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ fjokki jew ħbub oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, ħabb imfesdaq u grixa), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu, ħlief qamħ bulgur u għajr dawk miksuba mir-ross. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1905 |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħrajn tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta li huma adattati għall-użu farmaċewtiku, wafers tas-siġill, karta tar-ross u prodotti simili. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 20
PREPARATI TA’ ĦAXIX, FROTT, ĠEWŻ JEW PARTIJIET OĦRAJN TAL-PJANTI
Noti relatati mal-Kapitolu 20 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
[…]
[…] |
|
2. |
L-intestaturi 2007 u 2008 ma japplikawx għall-jellies tal-frott, il-pastes tal-frott, il-perlini jew bħalhom fil-forma ta’ dolċerija biz-zokkor (l-intestatura 1704 ) jew dolċerija biċ-ċikkulata (l-intestatura 1806 ).” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2001 |
Ħaxix, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti kommestibbli, ippreparati u ppreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2004 |
Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tal-intestatura 2006. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2005 |
Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, għajr il-prodotti tal-intestatura 2006. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2008 19 |
Ġewż u żrieragħ oħrajn, għajr il-karawett, kemm jekk imħalltin flimkien u kemm jekk le. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2008 99 |
Preparati oħra ta’ frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti kommestibbli, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew dolċifikant ieħor jew spirtu miżjuda u kemm jekk le, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 21
PREPARATI KOMMESTIBBLI DIVERSI
Noti relatati mal-Kapitolu 21 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
[…];
[…] |
|
3. |
Għall-finijiet tal-intestatura 2104 , l-espressjoni ‘preparati tal-ikel komposti omoġenizzati’ tfisser il-preparati magħmulin minn taħlita omoġenizzata fina ta’ żewġ ingredjenti bażiċi jew aktar bħal-laħam, il-ħut, il-ħaxix, il-frott jew il-ġewż, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel tajjeb għat-trabi jew għat-tfal żgħar jew għall-finijiet dijetetiċi, f’kontenituri b’kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. Biex tiġi applikata din id-definizzjoni, ma għandhomx jitqiesu l-kwantitajiet żgħar ta’ kwalunkwe ingredjent li setgħu kienu miżjudin mal-preparat għat-taħwir, għall-preservazzjoni jew għal finijiet oħrajn. Dawn il-preparati jista’ jkun fihom kwantità żgħira ta’ biċċiet viżibbli ta’ ingredjenti. |
Noti addizzjonali
[…]
|
5. |
Il-preparati l-oħra tal-ikel ippreżentati f’dożi mkejla, bħal pereżempju kapsuli, tablets, pastilji u pilloli, u li huma maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel għandhom ikunu kklassifikati fl-intestatura 2106 , sakemm mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2101 |
Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tat-te jew tal-maté u preparati b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, te jew maté; ċikwejra nkaljata jew sostituti nkaljati oħrajn tal-kafè, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2103 |
Zlazi u preparati tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħalltin; dqiq u grixa tal-mustarda u mustarda ppreparata. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2104 |
Sopop u brodi u preparati tagħhom; preparati tal-ikel komposti omoġenizzati. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2105 00 |
Ġelati u silġ ieħor kommestibbli, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2106 10 |
Konċentrati tal-proteini u sustanzi tal-proteini tessurizzati. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2106 90 51 |
Ġulepp tal-lattożju. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2106 90 55 |
Ġulepp tal-glukożju u ġulepp tal-maltodestrina. |
Biss jekk ikun fihom prodott ta’ oriġini mill-annimali (pereżempju, creamers li jagħmlu r-ragħwa). |
|
ex 2106 90 92 |
Preparati tal-ikel oħrajn mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu, li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew li fihom, skont il-piż, inqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2106 90 98 |
Preparati tal-ikel oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 22
XARBIET, SPIRTI U ĦALL
Noti relatati mal-Kapitolu 22 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“3. |
Għall-finijiet tal-intestatura 2202 , it-terminu ‘xarbiet mhux alkoħoliċi’ ifisser xarbiet ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum li ma taqbiżx 0,5 % vol. Ix-xarbiet alkoħoliċi huma klassifikati fl-intestaturi 2203 sa 2206 jew fl-intestatura 2208 kif xieraq.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2202 99 91 |
Xarbiet mhux alkoħoliċi, għajr ilmijiet li jkun fihom dolċifikanti jew aromatizzati, li ma jinkludux meraq tal-frott, tal-ġewż jew tal-ħxejjex tal-intestatura 2009, u li jkun fihom inqas minn 0,2 % skont il-piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404. |
Kollox. |
|
ex 2202 99 95 |
Xarbiet mhux alkoħoliċi, għajr ilmijiet li jkun fihom dolċifikanti jew aromatizzati, li ma jinkludux meraq tal-frott, tal-ġewż jew tal-ħxejjex tal-intestatura 2009, u li jkun fihom 0,2 % jew aktar imma inqas minn 2 % skont il-piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404. |
Kollox. |
|
ex 2202 99 99 |
Xarbiet mhux alkoħoliċi, għajr ilmijiet li jkun fihom dolċifikanti jew aromatizzati, li ma jinkludux meraq tal-frott, tal-ġewż jew tal-ħxejjex tal-intestatura 2009, u li jkun fihom 2 % jew aktar skont il-piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404. |
Kollox. |
|
ex 2208 70 |
Likuri u kordjali. |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 23
RESIDWI U SKART MILL-INDUSTRIJI TAL-IKEL; FORAĠĠ TAL-ANNIMALI PPREPARAT
Nota relatata mal-Kapitolu 23 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
L-intestatura 2309 tinkludi l-prodotti tat-tip li jintużaw fl-għalf tal-annimali, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra, miksubin bl-ipproċessar ta’ materjali veġetali jew tal-annimali sa tali punt li jkunu tilfu l-karatteristiki essenzjali tal-materjal oriġinali, għajr l-iskart veġetali, ir-residwi veġetali u l-prodotti sekondarji ta’ dan l-ipproċessar.” |
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“Qrieqeċ, it-tessuti tal-membrana li jifdal wara li jkunu ddewbu ix-xaħmijiet tal-ħnieżer jew ta’ annimali oħra. Dawn jintużaw prinċipalment fil-preparazzjoni tal-ikel tal-annimali (eż. gallettini tal-klieb), iżda dawn jibqgħu fl-intestatura 2301 , anki jekk ikunu adatti għall-konsum mill-bniedem.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
2301 |
Dqiq, frakass u pellets, tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn, mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem; qrieqeċ. |
Kollox. Tkopri l-proteini proċessati mill-annimali mhux għall-konsum mill-bniedem, frakass tal-laħam mhux għall-konsum mill-bniedem, u qrieqeċ, kemm jekk għall-konsum mill-bniedem u kemm jekk le. Id-dqiq, il-frakass u l-pellets tal-insetti, mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem huma esklużi minn din l-intestatura. Dawn huma koperti fl-intestatura 0511. Il-frakass tar-rix huwa kopert fl-intestatura 0505. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-proteina proċessata tal-annimali huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 2309 |
Preparati ta’ tip li jintużaw fl-għalf tal-annimali. |
Kollox, jekk ikun fihom prodotti tal-annimali, ħlief il-kodiċijiet NM 2309 90 20 u 2309 90 91. Tkopri, fost oħrajn, ikel tal-klieb jew tal-qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut (is-subintestatura 2309 10), li jkun fih prodotti ġejjin mill-annimali u sustanzi solubbli tal-ħut jew tal-mammiferi tal-baħar (il-kodiċi NM 2309 90 10). Tkopri wkoll prodotti tal-annimali għall-għalf tal-annimali, inklużi taħlitiet ta’ frakass (bħal qwieqeb u qrajjen). Din l-intestatura tkopri ħalib likwidu, kolostru u prodotti li fihom prodotti tal-ħalib, kolostru mhux dekaseinat, jew karboidrati, kollha tajbin għall-għalf tal-annimali iżda mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem (il-kolostru dekaseinat tajjeb għall-għalf tal-annimali huwa kopert fl-intestatura 3001). Din l-intestatura tkopri wkoll l-ikel tal-annimali domestiċi, il-magħda tal-klieb u t-taħlitiet ta’ frakassi (it-taħlitiet jistgħu jinkludu insetti mejta). Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ikel tal-annimali domestiċi inkluż il-magħda tal-klieb huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Din l-intestatura tkopri l-prodotti pproċessati tal-bajd mhux għall-konsum mill-bniedem u prodotti pproċessati oħra tal-annimali mhux għall-konsum mill-bniedem. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti tal-bajd huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 28
SUSTANZI KIMIĊI INORGANIĊI; KOMPOSTI ORGANIĊI JEW INORGANIĊI TA’ METALLI PREZZJUŻI, METALLI TAL-MATERJALI TAL-ART RARI, ELEMENTI RADJOATTIVI JEW ISOTOPI
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2835 25 00 |
Idroġenortofosfat tal-kalċju (“fosfat tad-dikalċju”). |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat tad-dikalċju huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 2835 26 00 |
Fosfati tal-kalċju, għajr l-idroġenortofosfat tal-kalċju (“fosfat tad-dikalċju”). |
Fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat tat-trikalċju huma stabbiliti fir-Ringiela 7 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 29
SUSTANZI KIMIĊI ORGANIĊI
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||
|
ex 2906 |
Alkoħols ċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrożati tagħhom. |
Kolesterol ta’ oriġini mill-annimali biss. |
||||
|
ex 2922 41 |
Lisina u l-esteri tagħha; l-imlieħ tagħhom. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. |
||||
|
ex 2922 42 |
Aċidu glutamiku u l-imlieħ tiegħu. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. |
||||
|
ex 2922 43 |
Aċidu antraniliku u l-imlieħ tiegħu. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. |
||||
|
ex 2922 49 |
Amminoaċidi oħra, għajr dawk li fihom aktar minn tip wieħed ta’ funzjoni ta’ ossiġenu, u l-esteri tagħhom; l-imlieħ tagħhom (għajr il-liżina u l-esteri tagħha; l-imlieħ tagħhom, aċidu glutamiku u l-imlieħ tiegħu, aċidu antraniliku u l-imlieħ tiegħu, tilidine (INN) u l-imlieħ tiegħu). |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. |
||||
|
ex 2925 29 00 |
Immini oħra u d-derivattivi tagħhom għajr il-chlordimeform (ISO); l-imlieħ tagħhom (għajr il-chlordimeform (ISO). |
Tkopri l-kreatina ta’ oriġini mill-annimali. |
||||
|
ex 2930 |
Komposti organiċi tal-kubrit. |
Tkopri l-amminoaċidi ta’ oriġini mill-annimali bħal:
|
||||
|
ex 2932 99 00 |
Komposti eteroċikliċi b’eteroatomu/i tal-ossiġenu biss, għajr il-komposti li fihom furan b’ċirku mhux fuż (kemm jekk idroġenat u kemm jekk le) fl-istruttura, u għajr lattoni jew Isosafrole, 1-(1,3-Benżodiossol-5-il)propan-2-on, Piperonal, Safrol, Tetraidrokannabinoli (kollha isomeri) u Carbofuran (ISO)). |
Ta’ oriġini mill-annimali biss, pereżempju, glukożammina, glukożammina-6-fosfat u s-sulfati tagħhom. |
||||
|
ex 2933 |
Komposti eteroċikliċi b’eteroatomu/i tan-nitroġenu biss. |
Peptidi iżolati ta’ oriġini mill-annimali biss. |
||||
|
ex 2936 |
Provitamini u vitamini, naturali jew riprodotti b’sinteżi (inklużi l-konċentrati naturali), id-derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u l-intertaħlitiet ta’ dawn ta’ hawn fuq, kemm jekk fi kwalunkwe solvent u kemm jekk le. |
Vitamina D3 u l-prekursuri tagħha ta’ oriġini mill-annimali biss. |
||||
|
ex 2942 00 00 |
Komposti organiċi oħrajn. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. |
KAPITOLU 30
PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI
Kummenti ġenerali
|
1. |
Il-prodotti lesti (jiġifieri prodotti kożmetiċi, apparati mediċi attivi impjantabbli, apparati mediċi, apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, prodotti mediċinali veterinarji, prodotti mediċinali) elenkati fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 huma esklużi mil-lista ta’ prodotti msemmija f’dan il-Kapitolu. Il-prodotti intermedji huma inklużi. |
|
2. |
Għall-finijiet tal-intestatura 3002 , l-espressjoni “prodotti immunoloġiċi” tapplika għall-peptidi u għall-proteini (għajr l-oġġetti tal-intestatura 2937 ) li huma involuti direttament fir-regolamentazzjoni tal-proċessi immunoloġiċi, bħall-antikorpi monoklonali (MAB), il-frammenti tal-antikorpi, il-konjugati tal-antikorpi u l-konjugati tal-frammenti tal-antikorpi, l-interlewkini, l-interferoni (IFN), il-kemokini u ċerti fatturi ta’ nekrożi tumurali (TNF), il-fatturi tat-tkabbir (GF), l-ematopojetini u l-fatturi li jistimulaw il-kolonji (CSF). |
|
3. |
Għall-finijiet tas-subintestaturi 3002 13 u 3002 14 , dawn li ġejjin għandhom ikunu ttrattati: |
|
3.1. |
bħala prodotti mhux imħalltin, prodotti puri, kemm jekk fihom l-impuritajiet u kemm jekk le; |
|
3.2. |
bħala prodotti mħalltin: |
|
3.2.1. |
il-prodotti msemmija fil-punt 3.1 dissolti fl-ilma jew f’solventi oħrajn; |
|
3.2.2. |
il-prodotti msemmija fil-punti 3.1 u 3.2.1 bi stabbilizzatur miżjud meħtieġ għall-preservazzjoni jew għat-trasport tagħhom; |
|
3.3.3. |
il-prodotti msemmija fil-punti 3.1, 3.2.1 u 3.2.2 ma’ kwalunkwe addittiv ieħor.
|
KAPITOLU 31
FERTILIZZANTI
Noti relatati mal-Kapitolu 31 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
[…]. […]. |
|
6. |
Għall-finijiet tal-intestatura 3105 , it-terminu ‘fertilizzanti oħrajn’ japplika biss għall-prodotti li jintużaw bħala fertilizzanti u li jkun fihom, bħala kostitwent essenzjali, mill-inqas wieħed mill-elementi fertilizzanti nitroġenu, fosforu jew potassju.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3101 00 00 |
Fertilizzanti ta’ oriġini annimali jew veġetali, kemm jekk imħalltin flimkien jew trattati kimikament u kemm jekk le; fertilizzanti magħmulin bit-taħlit jew bit-trattament kimiku ta’ prodotti tal-annimali jew veġetali. |
Prodotti derivati mill-annimali biss. Tkopri l-gwanu, ħlief il-gwanu mineralizzat. Tkopri d-demel imħallat bi proteina pproċessata mill-annimali, jekk jintuża bħala fertilizzant. Ir-rekwiżiti speċifiċi għad-demel ipproċessat, għall-prodotti derivati mid-demel ipproċessat u għall-gwanu tal-friefet il-lejl huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3105 10 00 |
L-oġġetti ta’ dan il-kapitolu f’forma ta’ tablets jew forom simili jew f’pakketti ta’ piż gross li ma jaqbiżx l-10 kg. |
Fertilizzanti li jkun fihom prodotti derivati mill-annimali biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għad-demel ipproċessat, għall-prodotti derivati mid-demel ipproċessat u għall-gwanu tal-friefet il-lejl huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3105 90 |
Fertilizzanti oħrajn. |
Fertilizzanti li jkun fihom prodotti derivati mill-annimali biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għad-demel ipproċessat, għall-prodotti derivati mid-demel ipproċessat u għall-gwanu tal-friefet il-lejl huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 32
ESTRATTI GĦALL-IKKONZAR JEW GĦAŻ-ŻBIGĦ; TANNINI U D-DERIVATTIVI TAGĦHOM; ŻEBGĦAT, PIGMENTI U MATERJA KOLORANTI OĦRA; ŻEBGĦAT U VERNIĊI; STOKK U MASTIĊI OĦRAJN; LINEK
Noti relatati mal-Kapitolu 32 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“3. |
L-intestaturi 3203 , 3204 , 3205 u 3206 japplikaw ukoll għall-preparati ibbażati fuq il-materja koloranti (inkluż, fil-każ tal-intestatura 3206 , il-pigmenti koloranti tal-intestatura 2530 jew tal-Kapitolu 28, fjokki tal-metall u trab tal-metall), li jintużaw għaż-żbigħ ta’ kwalunkwe materjal jew li jintużaw bħala ingredjenti fil-manifattura tal-preparati koloranti. Madankollu l-intestaturi ma japplikawx għall-pigmenti dispersi f’media mhux milwiema, f’forma likwida jew ta’ paste, li jintużaw fil-manifattura taż-żebgħat, inkluż l-enamels (l-intestatura 3212 ), jew għal preparati oħrajn tal-intestaturi 3207 , 3208 , 3209 , 3210 , 3212 , 3213 jew 3215 .” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3203 00 |
Materja koloranti ta’ oriġni mill-annimali (inkluż estratti taż-żbigħ iżda eskluż l-iswed ta’ oriġini mill-annimali), kemm jekk definiti kimikament u kemm jekk le; preparati kif speċifikat fin-Nota 3 ta’ dan il-kapitolu bbażati fuq materja koloranti ta’ oriġni mill-annimali. |
Prodotti derivati mill-annimali biss (eż. kuċċinilja karminju), jew id-dispersjonijiet tal-kulur f’bażi ta’ xaħam tal-ħalib biss, użati għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
|
ex 3204 |
Materja koloranti organika sintetika, kemm jekk definita kimikament u kemm jekk le; preparati kif speċifikat fin-Nota 3 ta’ dan il-Kapitolu bbażati fuq materja koloranti organika sintetika; prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti brillaturi fluworexxenti jew bħala luminofori, kemm jekk definiti kimikament u kemm jekk le. |
Prodotti derivati mill-annimali biss (eż. kuċċinilja karminju), jew id-dispersjonijiet tal-kulur f’bażi ta’ xaħam tal-ħalib biss, użati għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
KAPITOLU 33
ŻJUT ESSENZJALI U REŻINOJDI; PREPARATI TA’ FWEJJAĦ, KOSMETIĊI JEW TAT-TWALETTA
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3302 |
Taħlitiet ta’sustanzi bir-riħa u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparati oħra bbażati fuq sustanzi bir-riħa, tat-tip użati għall-manifattura tax-xarbiet. |
L-aromatizzanti f’bażi ta’ xaħam tal-ħalib biss, użati fil-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
KAPITOLU 35
SUSTANZI ALBUMINOJDI; LAMTI MODIFIKATI; KOLOL; ENZIMI
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3501 |
Kaseina, kaseinati u derivattivi oħrajn tal-kaseina; kolol tal-kaseina. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. Tkopri l-kaseina għall-konsum mill-bniedem, għall-għalf tal-annimali jew għall-finijiet tekniċi. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib u għall-kolostru mhux għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3502 |
Albumini (inklużi l-konċentrati ta’ żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, b’kontenut, skont il-piż, ta’ aktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, ikkalkulati fuq il-materja niexfa), albuminati u derivattivi oħrajn tal-albumina. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. Tkopri l-prodotti derivati mill-bajd u derivati mill-ħalib għall-konsum mill-bniedem u mhux għall-konsum mill-bniedem(inkluż għal finijiet tal-għalf tal-annimali). L-albumina għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi hija koperta fl-intestatura 3002. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib, għall-kolostru u l-prodotti tal-kolostru mhux għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1 tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u dawk għall-prodotti tal-bajd mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1 tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
3503 00 |
Ġelatina (inkluża l-ġelatina f’folji rettangolari (inkluż kwadri), kemm jekk bis-superfiċe maħduma jew ikkulurita u kemm jekk le) u derivattivi tal-ġelatina; isinglass; kolol oħra ta’ oriġini mill-annimali, għajr il-kolol tal-kaseina tal-intestatura 3501. |
Tkopri l-ġelatina għall-konsum mill-bniedem, għall-għalf tal-annimali u għall-użu tekniku. Il-ġelatina kklassifikata fl-intestatura 3913 (proteini mwebbsin) u l-ġelatina kklassifikata fl-intestatura 9602 (ġelatina maħduma, mhux imwebbsa u oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa) pereżempju, kapsuli vojta jekk mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, huma esklużi mill-kontrolli uffiċjali. Ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata mhux għall-konsum mill-bniedem u fil-Kapitolu II, it-Taqsima 11, tal-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament għall-fotoġelatina. |
|
ex 3504 00 |
Peptoni u d-derivattivi tagħhom; sustanzi oħra tal-proteini u d-derivattivi tagħhom, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu; trab għall-ġilda kemm jekk ikkromat u kemm jekk le. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. Tkopri l-kollaġen u l-proteini idrolizzati għall-konsum mill-bniedem, għall-għalf tal-annimali u għall-użu tekniku. Tkopri l-prodotti tal-kollaġen b’bażi ta’ proteina derivati minn ġlud, għadam u għeruq tal-annimali. Tkopri l-proteini idrolizzati li jikkonsistu minn polipeptidi, peptidi jew amminoaċidi, u taħlitiet tagħhom, miksuba permezz tal-idroliżi tal-prodotti sekondarji tal-annimali. L-oġġetti inklużi f’din l-intestatura huma esklużi mill-kontrolli uffiċjali meta jintużaw bħala addittivi tal-ikel fil-preparati tal-ikel (l-intestatura 2106). Tkopri kwalunkwe prodotti sekondarji tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem fil-każ li ma jkunux koperti fl-intestatura 0404. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-kollaġen huma stabbiliti fir-Ringiela 8 u għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3507 10 00 |
Ilma tat-tames u l-konċentrati tiegħu. |
Ilma tat-tames u l-konċentrati għall-konsum mill-bniedem, derivati minn prodotti tal-annimali biss. |
|
ex 3507 90 90 |
Enzimi oħra u enzimi ppreparati, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu, għajr l-Ilma tat-tames u l-konċentrati tiegħu jew il-lipoproteina lipażi jew il-proteażi alkalina tal-aspergillus. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss. |
KAPITOLU 38
DIVERSI PRODOTTI KIMIĊI
Noti relatati mal-Kapitolu 38 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“4. |
Fin-nomenklatura, ‘skart muniċipali’ tfisser l-iskart li jinġabar mill-unitajiet domestiċi, mil-lukandi, mir-ristoranti, mill-isptarijiet, mill-ħwienet, mill-uffiċċji, eċċ. il-ġbir mill-knis tat-toroq u tal-bankini, kif ukoll l-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni. L-iskart muniċipali ġeneralment ikun fih varjetà kbira ta’ materjali bħal plastik, lastiku, injam, karti, tessuti, ħġieġ, metalli, materjali tal-ikel, għamara miksura u oġġetti oħrajn miksurin jew mormijin.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3821 00 00 |
Media ppreparata għall-kolturi għall-iżvilupp jew għall-manutenzjoni tal-mikro-organiżmi (inklużi l-viruses u bħalhom) jew taċ-ċelloli tal-pjanti, tal-bniedem jew tal-annimali. |
Jekk ikun fihom prodotti derivati mill-annimali biss. |
|
ex 3822 |
Ir-reaġenti dijanjostiċi jew tal-laboratorju fuq rifda, ir-reaġenti ppreparati dijanjostiċi jew tal-laboratorju kemm jekk fuq rifda u kemm jekk le, kemm jekk ippreżentati fil-forma ta’ kits u kemm jekk le, għajr dawk tal-intestatura 3006; materjali ta’ referenza ċertifikati. |
Prodotti derivati mill-annimali biss, għajr apparati mediċi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
ex 3823 |
Aċidi xaħmin monokarbossiliċi industrijali; żjut aċidużi mir-raffinar; alkoħols xaħmin industrijali. |
Addittivi tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali biss. |
|
ex 3824 |
Leganti ppreparati għall-forom jew għall-qlub tal-fonderija; prodotti u preparati kimiċi oħrajn tal-industriji kimiċi jew konnessi (inkluż dawk li jikkonsistu minn taħlitiet ta’ prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dak il-Kapitolu. |
Ta’ oriġini mill-annimali biss (pereżempju, prodotti kimiċi, prodotti intermedji għall-industrija farmaċewtika, addittivi tal-Ikel). |
|
ex 3825 10 00 |
Skart muniċipali. |
L-iskart tal-catering li fih prodotti tal-annimali biss, jekk dan ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(2), il-punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ħlief l-iskart tal-catering li joriġina direttament minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment u li jintrema f’konformità mal-Artikolu 12, il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament. Tkopri ż-żejt tat-tisjir użat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’konformità mal-Artikolu 2 tiegħu. Pereżempju, il-fertilizzanti organiċi, il-bijogass, il-bijodiżil jew il-fjuwil jistgħu jiġu koperti f’dan il-kodiċi NM. |
KAPITOLU 39
PLASTIK U OĠĠETTI MAGĦMULA MINNU; LASTIKU U OĠĠETTI MAGĦMULA MINNU
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3913 90 00 |
Polimeri naturali u polimeri naturali modifikati, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu, f’forom primarji, għajr l-aċidu alġiniku, l-imlieħ u l-esteri tiegħu. |
Il-prodotti derivati mill-annimali biss (pereżempju, sulfat tal-kondrojtin, kitosan, ġelatina mwebbsa). |
|
ex 3917 10 |
Imsaren artifiċjali (budellati) ta’ proteina mwebbsa jew ta’ materjal ċellulożiku. |
Prodotti derivati mill-annimali biss. |
|
ex 3926 90 97 |
Oġġetti oħrajn tal-plastik u oġġetti ta’ materjali oħrajn tal-intestaturi 3901 sa 3914, għajr dawk tas-subintestaturi/kodiċijiet 3926 10 00, 3926 20 00, 3926 30 00, 3926 40 00, 3926 90, 3926 90 50 u 3926 90 60. |
Tkopri l-kapsuli vojta tal-ġelatina mwebbsa għall-ikel u għall-konsum mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ġelatina huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 41
ĠLUD GREZZI (GĦAJR IL-ĠLUD TAL-PELLIĊĊERIJA) U L-ĠILDA
Kummenti ġenerali
Il-ġlud tal-ungulati koperti fl-intestaturi 4101 , 4102 u 4103 biss għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ġlud tal-ungulati huma stabbiliti fir-Ringieli 4 u 5 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Noti relatati mal-Kapitolu 41 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 4101 |
Ġlud grezzi tal-annimali bovini (inkluż il-buflu) jew ekwini (friski, jew immellħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, piklati jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkonzati, parċminati jew ippreparati ulterjorment) kemm jekk bix-xagħar imneħħi jew maqsumin u kemm jekk le. |
Ġlud friski, imkessħin jew trattati biss, inkluż imnixxfin, immellħin fix-xott, jew ippreservati bi proċess għajr bi proċess ta’ kkonzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud trattati kif imsemmi fil-Kapitolu V, il-punt C.2, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-kodiċijiet NM ex 4101 20 80 u ex 4101 50 90. |
|
ex 4102 |
Ġlud grezzi tan-nagħaġ jew tal-ħrief (friski, jew immellħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, piklati jew ippreservati b’mod ieħor, iżda mhux ikkonzati, parċminati jew ippreparati ulterjorment), kemm jekk bis-suf jew maqsumin u kemm jekk le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1(c) ta’ dan il-Kapitolu. |
Ġlud friski, imkessħin jew trattati biss, inkluż imnixxfin, immellħin fix-xott, jew ippreservati bi proċess għajr bi proċess ta’ kkonzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud trattati kif imsemmi fil-tal-Kapitolu V, il-punt C.2, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-kodiċijiet NM ex 4102 21 00 u ex 4102 29 00. |
|
ex 4103 |
Ġlud grezzi oħrajn (friski, jew immellħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, piklati jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkonzati, parċminati jew ippreparati ulterjorment), kemm jekk bix-xagħar imneħħi jew maqsumin u kemm jekk le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1(b) jew 1(c) ta’ dan il-Kapitolu. |
Ġlud friski, imkessħin jew trattati biss, inkluż imnixxfin, immellħin fix-xott, jew ippreservati bi proċess għajr bi proċess ta’ kkonzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud trattati kif imsemmi fil-Kapitolu V, il-punt C.2, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-kodiċi NM ex 4103 90 00. |
KAPITOLU 42
OĠĠETTI TAL-ĠILDA; OĠĠETTI TAS-SARRAĠ U XEDD; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, HANDBAGS U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI TAL-MUSRANA TA’ ANNIMALI (ĦLIEF MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)
Noti relatati mal-Kapitolu 42 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“2. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 4205 00 90 |
Oġġetti oħrajn tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita, għajr ta’ tip użati fil-makkinarju jew fl-apparat mekkaniku jew għal użi tekniċi oħrajn. |
Magħda tal-klieb u materja prima biss għall-manifattura tal-magħda tal-klieb. |
|
ex 4206 00 00 |
Oġġetti magħmulin mill-imsaren (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir), mill-ġilda tal-battiloro, mill-bżieżaq tal-awrina jew mill-għeruq. |
Ikel għall-annimali domestiċi u materja prima biss għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi ipproċessat. |
KAPITOLU 43
ĠLUD TAL-PELLIĊĊERIJA U FER ARTIFIĊJALI; MANIFATTURI TAGĦHOM
Noti relatati mal-Kapitolu 43 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Fin-nomenklatura kollha, ir-referenzi għal ‘ġlud tal-pelliċċerija’, għajr il-ġlud tal-pelliċċerija grezzi tal-intestatura 4301 , japplikaw għall-ġlud tal-annimali kollha li jkunu ġew ikkonzati jew ippreparati bix-xagħar jew bis-suf. |
|
2. |
Dan il-Kapitolu ma jkoprix:
|
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“Intestatura 4301: Il-ġlud tal-pelliċċerija jitqiesu bħala grezzi u jaqgħu taħt din l-intestatura mhux biss meta jkunu fl-istat naturali, iżda wkoll jekk ikunu mnaddfin u ppreservati minn deterjorazzjoni, eż. billi jiġu mnixxfin jew immellħin (fin-niedi jew fix-xott). Il-fer jista’ wkoll ikun ‘miġbud’ jew ‘imqaxxar’, jiġifieri, ix-xagħar oħxon jiġi estratt jew maqtugħ, jew is-superfiċe tal-ġilda ‘titneħħiela l-ġilda’ jew ‘jinbarax’.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||
|
ex 4301 |
Ġlud tal-pelliċċerija grezzi (bl-irjus, bid-dnub, bis-saqajn u b’biċċiet jew qatgħat oħra, tajbin għall-użu mill-pelliċċier), għajr il-ġlud grezzi tal-intestaturi 4101, 4102 jew 4103. |
Kollox, esklużi l-ġlud tal-pelliċċerija trattati f’konformità mal-Kapitolu VIII tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Tkopri s-subintestaturi li ġejjin:
|
KAPITOLU 51
SUF, XAGĦAR FIN JEW AĦRAX TAL-ANNIMALI; RADEN U DRAPP MINSUĠ MILL-KRIN
Kummenti ġenerali
Għall-intestaturi 5101 sa 5103 , ir-rekwiżiti speċifiċi għas-suf u x-xagħar mhux trattati huma stabbiliti fir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Nota relatata mal-Kapitolu 51 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Fin-nomenklatura:
|
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“Fin-nomenklatura, l-espressjoni ‘xagħar aħrax tal-annimali’ tfisser ix-xagħar kollu tal-annimali li mhux ‘xagħar fin tal-annimali’ ħlief is-suf (l-intestatura 5101 ), ix-xagħar tal-krinjieri jew tad-dnub tal-annimali ekwini jew bovini (ikklassifikati bħala ‘krin’ l-intestatura 0511 ), il-lanżit u x-xagħar tal-ħnieżer, tal-majjali tas-simna jew taċ-ċingjali u x-xagħar tal-badger u xagħar ieħor għall-manifattura tal-ixkupilji jew tal-pniezel (l-intestatura 0502 ) (ara n-Nota tal-Kapitolu 1(c)).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 5101 |
Suf, mhux imqardax jew mimxut. |
Tkopri s-suf mhux trattat. |
|
ex 5102 |
Xagħar fin jew aħrax tal-annimali, mhux imqardax jew mimxut. |
Tkopri x-xagħar fin jew aħrax mhux trattat tal-annimali, inkluż ix-xagħar aħrax mill-falda tal-annimali bovini jew ekwini. |
|
ex 5103 |
Skart tas-suf jew tax-xagħar fin jew aħrax tal-annimali, inkluż skart tar-raden iżda eskluż il-materjal imrixtel. |
Tkopri s-suf jew x-xagħar fin jew aħrax mhux trattati tal-annimali. |
KAPITOLU 67
RIX U ŻAJBAR IPPREPARATI U OĠĠETTI MAGĦMULIN MIR-RIX JEW MIŻ-ŻAJBAR; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI TAX-XAGĦAR TAL-BNIEDEM
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 6701 tkopri:
|
(A) |
Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, rix u żajbar, u partijiet mir-rix, li għalkemm għadhom ma jikkostitwixxux oġġetti magħmula, ikunu għaddew minn proċess għajr trattament sempliċi ta’ tindif, diżinfettar jew preservazzjoni (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 0505 ); l-oġġetti ta’ din is-subintestatura jistgħu, pereżempju, ikunu bbliċjati, miżbugħa, innukklati jew mibruma. |
|
(B) |
Oġġetti magħmula minn ġlud jew partijiet oħra tal-għasafar bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, oġġetti magħmulin mir-rix, miż-żajbar jew minn partijiet tar-rix, anke jekk ir-rix jew ż-żajbar, eċċ. mhumiex maħdumin jew sempliċement imnaddfin, iżda dawn ma jinkludux l-oġġetti magħmulin minn pinen tal-ġwienaħ u qasab tar-rix. Għalhekk l-intestatura tinkludi:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 6701 00 00 |
Ġlud u partijiet oħrajn tal-għasafar bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, rix, partijiet tar-rix, żajbar u oġġetti magħmulin minnhom (għajr l-oġġetti tal-intestatura 0505 u pinen tal-ġwienaħ u qasab tar-rix maħdumin). |
Ġlud u partijiet oħrajn tal-għasafar bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, rix u żajbar, u partijiet tar-rix. Tkopri l-oġġetti ta’ ġlud mhux maħdumin jew sempliċiment imnaddfa, rix jew żajbar, u partijiet tar-rix. Eskluż ir-rix dekorattiv trattat, ir-rix trattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom jew il-kunsinni ta’ rix trattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali, kif imsemmi fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6(a), tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Ir-rekwiżiti speċifiċi għar-rix huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 71
PERLI NATURALI JEW KULTIVATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMIPREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MLIBBSA B’METALL PREZZJUŻ, U OĠĠETTI MAGĦMULA MINNHOM; BIĠOTTERIJA; MUNITA
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 7101 21 00 |
Perli kultivati mhux maduma. |
Tinkludi gajdri mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, li fihom perla kultivata waħda jew aktar, ippreservati fis-salmura jew b’metodi differenti, ippakkjati f’kontenituri mitbuqa. Tkopri perli kultivati mhux maħduma msemmija fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 sakemm ma jkunux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 kif previst fl-Artikolu 2(2), il-punt (f), ta’ dak ir-Regolament. |
KAPITOLU 95
ĠUGARELLI, LOGĦOB U OĠĠETTI GĦALL-ISPORTS; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“Id-divertiment tal-fieri, iċ-ċirkli ambulanti, il-menageries ambulanti u t-teatri ambulanti jaqgħu fl-intestatura 9508 dment li dawn jinkludu l-unitajiet essenzjali kollha meħtieġa għall-operazzjoni normali tagħhom. L-intestatura tinkludi wkoll oġġetti ta’ tagħmir awżiljarju dment li dawn ikunu preżentati ma’ dawn id-diversi forom ta’ divertiment, u bħala komponenti tagħhom, minkejja li meta jiġu preżentati separatament, dawn l-oġġetti (eż. tined, annimali, strumenti mużikali, impjanti tal-enerġija, muturi, fittings tat-tidwil, sits u armi u munizzjon) jaqgħu taħt intestaturi oħra tan-Nomenklatura.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9508 10 00 |
Ċirkli ambulanti u menageries ambulanti. |
Annimali ħajjin biss. |
|
ex 9508 30 |
Divertiment tal-fieri. |
Annimali ħajjin biss. |
|
ex 9508 40 |
Teatri ambulanti. |
Annimali ħajjin biss. |
KAPITOLU 96
OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“Għall-finijiet tal-intestatura 9601 , l-espressjoni ‘maħdum’ tirreferi għall-materjali li jkunu għaddew minn proċessi li jestendu lil hinn mill-preparazzjonijiet sempliċi permessi fl-intestatura għall-materja prima inkwistjoni (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-intestaturi 05.05 sa 05.08). Għalhekk l-intestatura 9601 tkopri biċċiet ta’ avorju, vireg, eċċ. maqtugħin għall-forma (inkluż kwadru jew rettangolari) jew polixxjati jew maħdumin mod ieħor bl-immolar, it-titqib, it-tħin, l-inturnjar eċċ. Madankollu, il-biċċiet li huma identifikabbli bħala partijiet ta’ oġġetti huma esklużi mill-intestatura 9601 jekk tali partijiet ikunu koperti minn intestatura oħra tan-Nomenklatura. Għalhekk, il-pjanċi fuq it-tasti tal-pjanu u l-pjanċi li jiddaħħlu fil-manku tal-armi tan-nar jidħlu fl-intestaturi 92.09 u 93.05 rispettivament. Madankollu, il-materjali maħduma mhux identifikabbli bħala partijiet minn oġġetti jibqgħu klassifikati fl-intestatura 9601 (eż. diski sempliċi, pjanċi jew strixxi għall-interzjar, eċċ. jew għall-użu sussegwenti fil-manifattura tat-tasti tal-pjanu).
L-intestatura 9602 tinkludi l-folji tal-ġelatina mhux imwebbsa maqtugħin għall-forma għajr kwadri jew rettangolari. Il-folji maqtugħin f’forma rettangolari (inkluża forma kwadra), kemm jekk bis-superfiċe maħduma u kemm jekk le, jidħlu fl-intestatura 35.03 jew fil-Kapitolu 49 (eż. kartolini) (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 35.03). L-oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa jinkludu, pereżempju:
|
(i) |
Diski żgħar biex jitwaħħlu l-ponot tal-istikek tal-biljard. |
|
(ii) |
Kapsuli għall-prodotti farmaċewtiċi u għall-fjuwil tal-lighters mekkaniċi.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9602 00 00 |
Materjal veġetali jew minerali għall-intaljar maħdum u oġġetti ta’ dawn il- materjali; oġġetti ffurmati jew intaljati tax-xemgħa, tal-istearina, tal-gomom naturali jew tar-reżini naturali jew tal-pastes tal-immudellar, u oġġetti ffurmati jew intaljati oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu; ġelatina maħduma, mhux imwebbsa (ħlief il-ġelatina tal-intestatura 3503) u oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa. |
Tkopri l-kapsuli vojta tal-ġelatina mhux imwebbsa għall-ikel jew għall-konsum mill-annimali; ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-konsum mill-annimali. |
KAPITOLU 97
XOGĦLIJIET TAL-ARTI, BIĊĊIET TAL-KOLLEZZJONI U ANTIKITAJIET
Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata
“(A) L-intestatura tinkludi l-kollezzjonijiet u l-biċċiet tal-kollezzjoni ta’ interess żooloġiku, botaniku, mineraloġiku jew anatomiku, bħal:
|
(1) |
Annimali mejtin ta’ kwalunkwe speċi, ippreservati nexfin jew f’likwidu; annimali bbalzmati għall-kollezzjonijiet. |
|
(2) |
Bajd żvujtat bl-infiħ jew bl-aspirazzjoni; insetti f’kaxxi, gwarniċi, eċċ. (ħlief oġġetti mmuntati li jikkostitwixxu biġotterija jew ornamenti żgħar); qxur vojta, għajr dawk ta’ tip adatt għall-użu industrijali. |
|
(3) |
Żrieragħ jew pjanti, imnixxfin jew ippreservati f’likwidu; erbarji. |
|
(4) |
Kampjuni ta’ minerali (li mhumiex ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż li jaqgħu taħt il-Kapitolu 71); kampjuni ta’ petrifikazzjoni. |
|
(5) |
Kampjuni osteoloġiċi (skeletri, irjus tal-iskeletri, għadam). |
|
(6) |
Eżemplari anatomiċi u patoloġiċi.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9705 |
Kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjoni ta’ interess arkeoloġiku, etnografiku, storiku, żooloġiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, paleontoloġiku jew numismatiku. |
Prodotti derivati mill-annimali biss. Teskludi t-trofej tal-kaċċa u preparati oħra ta’ kwalunkwe speċi ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament komplut ta’ bbalzmar li jiżgura l-preservazzjoni tagħhom f’temperaturi ambjentali. Teskludi t-trofej tal-kaċċa u preparati oħra ta’ speċijiet oħra għajr l-ungulati u l-għasafar (kemm jekk trattati u kemm jekk le). Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 99
KODIĊIJIET SPEĊJALI TAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA
Subkapitolu II
Kodiċijiet statistiċi għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri oġġetti li joriġinaw minn pajjiżi terzi u jiġu konsenjati lil bastimenti u inġenji tal-ajru fl-Unjoni Ewropea taħt il-proċedura ta’ tranżitu doganali (T1).
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9930 24 00 |
Oġġetti tal-Kapitoli 1 sa 24 tan-NM li jiġu konsenjati lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru. |
Tkopri prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti destinati għall-provvista ta’ bastimenti kif previst fl-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 (9). |
|
ex 9930 99 00 |
Oġġetti kklassifikati fi kwalunkwe Kapitolu tan-NM għajr il-Kapitoli 1 sa 24 ikkonsenjati lil bastimenti u inġenju tal-ajru. |
Tkopri prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti destinati għall-provvista ta’ bastimenti kif previst fl-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2124. |
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/630/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/369/oj).
(4) ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1069/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 tal-21 ta’ Lulju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1125/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/745/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/746/oj).
(9) Ir-Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2124/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/551/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)