|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/544 |
17.6.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/544
tat-12 ta’ Marzu 2026
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri tar-rieżaminaturi esterni, il-funzjoni tal-konformità tagħhom, il-politiki u l-proċeduri interni, il-metodoloġiji tal-valutazzjoni u l-informazzjoni użata għar-rieżamijiet, kif ukoll l-informazzjoni u l-forma u l-kontenut tal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tar-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 29(4), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 30(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 31(4), it-tielet subparagrafu u l-Artikolu 42(9), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, tar-riżorsi u tal-proċeduri tagħhom, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jikkunsidraw b’mod komprensiv l-arranġamenti interni tagħhom, mir-robustezza tas-sistemi ta’ informazzjoni sas-suffiċjenza tar-riżorsi umani, tekniċi u materjali. Ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżviluppaw qafas ta’ valutazzjoni robust bħala parti mill-proċeduri tagħhom, li jenħtieġ li jinkludi l-kriterji minimi li għandhom jiġu applikati għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-informazzjoni u l-affidabbiltà tas-sorsi użati fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni. |
|
(2) |
Għall-istess raġuni, kwalunkwe nuqqas tas-sistemi, riżorsi u proċeduri identifikati meta jiġu mmonitorjati u evalwati l-adegwatezza u l-effettività tagħhom jenħtieġ li jiġi rreġistrat, rimedjat u rrapportat b’mod adegwat, u l-membri tal-korp maniġerjali tar-rieżaminatur estern jenħtieġ li jissorveljaw l-azzjonijiet korrettivi. |
|
(3) |
Sabiex il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità jkun jista’ jkollha l-awtorità li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u b’mod indipendenti, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jkollhom politika jew politiki dwar il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità approvati mill-bord u l-preżenza tal-funzjoni ta’ verifika tal-konformità fl-istrutturi organizzazzjonali rilevanti tar-rieżaminatur estern, inklużi l-kumitati. |
|
(4) |
Sabiex jiġu ggarantiti r-riżorsi meħtieġa tal-funzjoni għall-konformità u sabiex il-funzjoni għall-konformità tkun tista’ twettaq b’mod effettiv il-kompiti ta’ monitoraġġ tagħha, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiddedikaw biżżejjed riżorsi tekniċi u umani għal din il-funzjoni. |
|
(5) |
Sabiex jiġi stabbilit l-għarfien espert meħtieġ tal-funzjoni għall-konformità, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżguraw il-ħila u l-esperjenza kollettivi u aġġornati tal-persuni li jwettqu l-funzjoni għall-konformità, inkluż billi jivverifikaw jekk dawk il-persuni għandhomx l-istorja tal-impjieg u l-kwalifiki professjonali meħtieġa, u billi jipprovdu livelli għoljin biżżejjed ta’ taħriġ intern. |
|
(6) |
Sabiex il-funzjoni għall-konformità jkun jista’ jkollha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżguraw li l-funzjoni għall-konformità tkun tista’ tikseb informazzjoni mis-sorsi kollha li teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha b’mod adegwat, inklużi rekords korporattivi u tal-funzjoni ta’ kontroll, rapporti tal-awditjar, rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta u lmenti tal-klijenti. Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-fornituri terzi ta’ servizzi u unitajiet kummerċjali oħra jaderixxu mal-istess standards bħar-rieżaminatur estern innifsu, il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità jenħtieġ li jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni dwar kwalunkwe funzjoni esternalizzata jew linji operatorji oħra tar-rieżaminatur estern. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata s-solidità tal-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tagħhom, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jżommu rekords adegwati tal-avvenimenti kontabilistiċi rilevanti u jikkonformaw mal-istandards u r-regoli kontabilistiċi applikabbli. |
|
(8) |
Sabiex jinżammu mekkaniżmi ta’ kontroll intern sodi, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jimplimentaw sistema komprensiva ta’ kontroll intern iffukata fuq il-ħolqien ta’ ambjent ta’ kontroll b’saħħtu u proporzjonat, il-ġestjoni effettiva tar-riskji, l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll meħtieġa, l-iżgurar ta’ flussi ċari ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u l-monitoraġġ kontinwu tal-attivitajiet. |
|
(9) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effettività tal-arranġamenti ta’ kontroll u ta’ salvagwardja għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jimplimentaw qafas ta’ kontroll għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT li jinkludi valutazzjonijiet tal-IT u tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-ittestjar ta’ sistemi tal-ICT ta’ riżerva biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li l-opinjoni tagħhom tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa ta’ informazzjoni li tkun ta’ kwalità suffiċjenti u minn sorsi affidabbli, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni japplikaw fil-metodoloġiji ta’ valutazzjoni tagħhom kriterji speċifiċi għall-valutazzjoni ta’ tali informazzjoni. |
|
(11) |
Sabiex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni użata, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżguraw li tali informazzjoni tkun kompluta, rilevanti, f’waqtha u bbażata fuq suppożizzjonijiet raġonevoli, inkluż billi jiżguraw li tali informazzjoni tipprovdi rappreżentazzjoni komprensiva tal-proġett iffinanzjat mill-bonds filwaqt li jitqiesu t-tip u s-settur tal-attivitajiet ekonomiċi. Għal din ir-raġuni, l-informazzjoni għandu jkollha konnessjoni diretta mal-karatteristiċi tal-bond, toffri riflessjoni preċiża tal-proġett iffinanzjat, tkun aġġornata u tikkunsidra l-limitazzjonijiet tat-tbassir u l-inċertezzi inerenti. |
|
(12) |
Sabiex tiġi evalwata l-affidabbiltà tas-sorsi, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżguraw li dawk is-sorsi jipprovdu informazzjoni oġġettiva u sostanzjata. Is-sorsi jenħtieġ li jkunu kredibbli u akkumpanjati minn dokumentazzjoni li tiddeskrivi l-passi għall-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni, l-approċċ rigward ir-reviżjoni tad-data storika fejn applikabbli, u kwalunkwe limitazzjoni li taffettwa s-sors. Ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jagħtu prominenza xierqa lill-informazzjoni li tirriżulta minn rekwiżiti regolatorji jew lil informazzjoni soġġetta għal assigurazzjoni jew ċertifikazzjoni indipendenti, u lil standards rilevanti rikonoxxuti internazzjonalment, meta disponibbli. |
|
(13) |
Sabiex tiġi promossa l-komparabbiltà tal-informazzjoni miġbura, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li japplikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità suffiċjenti tal-informazzjoni u l-affidabbiltà tas-sorsi ta’ informazzjoni b’mod li jista’ jitkejjel għal kull rieżami estern u għal kull sors ta’ informazzjoni. |
|
(14) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jenħtieġ li tkun tista’ tivvaluta jekk l-applikanti għar-rikonoxximent bħala rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(2) u 42(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631, inklużi l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2180 (2). Għal dik ir-raġuni, l-applikanti jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni li tkun aġġornata u li tinkludi d-dettalji rilevanti kollha f’format ċar u mhux ambigwu. |
|
(15) |
Biex tissalvagwardja s-sigurtà u ttejjeb il-ġestjoni u l-użu tad-data, l-ESMA adottat mezz diġitali ta’ reġistrazzjoni li jispeċifika l-informazzjoni, il-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej. Għalhekk, kwalunkwe informazzjoni sottomessa lill-ESMA f’applikazzjoni jenħtieġ li tkun tista’ tinqara minn magna u f’mezz durabbli. |
|
(16) |
Biex jassistu lill-ESMA fl-identifikazzjoni tad-dokumenti li applikant ikun issottometta bħala parti mill-applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz, l-applikanti jenħtieġ li jipprovdu numru ta’ referenza uniku li jikkorrispondi għal kull dokument. |
|
(17) |
Għall-finijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ responsabbiltà, l-applikanti li japplikaw għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jenħtieġ li jikkomplementaw dik l-applikazzjoni b’ittra ffirmata minn membru tal-maniġment superjuri tagħhom, li tiċċertifika li l-informazzjoni sottomessa hija preċiża u kompluta sa fejn jaf dak il-membru. |
|
(18) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li l-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq mill-ESMA fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq minn entitajiet li japplikaw għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u mar-rekwiżiti nazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. |
|
(19) |
Huwa meħtieġ li l-ESMA tkun tista’ tivvaluta jekk applikant li japplika għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jikkonformax mal-kundizzjonijiet għal tali rikonoxximent, filwaqt li jiġu żgurati salvagwardji xierqa. Għal dik ir-raġuni, id-data personali relatata mal-applikanti għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jenħtieġ li tinżamm minn dawk ir-rieżaminaturi esterni u mill-ESMA għal mhux aktar minn ħames snin wara li dak l-applikant ikun waqaf iwettaq il-funzjoni tiegħu. Għall-istess raġunijiet, meta l-ESMA tkun irrifjutat ir-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jew meta l-applikant ikun irtira l-applikazzjoni tiegħu għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz, id-data personali relatata ma’ dak l-applikant jenħtieġ li tinżamm mill-ESMA għal mhux aktar minn ħames snin wara r-rifjut tar-rikonoxximent tal-applikant jew wara l-irtirar tal-applikazzjoni. |
|
(20) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u pprovda kummenti formali fid-19 ta’ Novembru 2025, |
|
(21) |
L-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati abbażi tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 26(3), it-tielet subparagrafu, fl-Artikolu 29(4), it-tielet subparagrafu, fl-Artikolu 30(3), it-tielet subparagrafu, fl-Artikolu 31(4), it-tielet subparagrafu, u fl-Artikolu 42(9), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) 2023/2631 huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin, peress li kollha japplikaw għar-rieżaminaturi esterni. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva mir-rieżaminaturi esterni prospettivi tal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2023/2631, dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiġu raggruppati f’Regolament Delegat wieħed. |
|
(22) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-ESMA lill-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(23) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk ir-rieżaminaturi esterni jużawx is-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa, adegwati u effettivi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2023/2631
Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza u tal-effettività tas-sistemi, tar-riżorsi u tal-proċeduri użati mir-rieżaminaturi esterni biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2023/2631, kif imsemmi fl-Artikolu 26(1) ta’ dak ir-Regolament, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
is-sistemi li huma fis-seħħ jissalvagwardjaw is-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tar-rieżamijiet esterni; |
|
(b) |
ir-riżorsi umani, tekniċi u materjali użati huma biżżejjed biex jidentifikaw, jimmaniġġjaw, jimmonitorjaw u jirrapportaw ir-riskji:
|
|
(c) |
il-proċeduri li huma fis-seħħ għall-applikazzjoni oġġettiva u konsistenti tal-metodoloġiji ta’ valutazzjoni jinkludu l-elementi li ġejjin:
|
Artikolu 2
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk ir-rieżaminaturi esterni jimmonitorjawx u jevalwawx l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri tagħhom
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk ir-rieżaminaturi esterni jimmonitorjawx u jevalwawx l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, tar-riżorsi u tal-proċeduri tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jitwettqu minn funzjoni li hija indipendenti mil-linji operatorji; |
|
(b) |
il-miżuri biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjonijiet tal-monitoraġġ jinkludu:
|
Artikolu 3
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-funzjoni għall-konformità għandhiex l-awtorità li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b’mod xieraq u indipendenti
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità ta’ rieżaminatur estern għandhiex l-awtorità li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u b’mod indipendenti, kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-korp maniġerjali tar-rieżaminatur estern ikun adotta politiki li jippermettu lill-funzjoni tal-konformità biex:
|
|
(b) |
mill-inqas membru wieħed tal-funzjoni għall-konformità:
|
Artikolu 4
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-funzjoni għall-konformità għandhiex ir-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-funzjoni tal-konformità ta’ rieżaminatur estern għandhiex ir-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa, kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-għadd ta’ persuni li jwettqu l-funzjoni ta’ verifika tal-konformità jkun xieraq għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tar-rieżaminatur estern; |
|
(b) |
il-persuni li jwettqu l-funzjoni ta’ konformità kollettivament ikollhom il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa fil-ġestjoni tar-riskju, l-awditjar, il-liġi jew il-konformità; |
|
(c) |
il-funzjoni għall-konformità għandha sistemi li jippermettulha:
|
Artikolu 5
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-funzjoni għall-konformità għandhiex aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-funzjoni tal-konformità ta’ rieżaminatur estern għandhiex aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità għandha drittijiet ta’ aċċess fiżiċi u diġitali għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex dejjem twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv, inkluż:
|
|
(b) |
il-funzjoni tal-konformità għandha aċċess fiżiku għall-bini u l-faċilitajiet tan-negozju tar-rieżaminatur estern. |
Artikolu 6
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi humiex sodi
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi ta’ rieżaminatur estern humiex sodi, kif imsemmi fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
ir-rekords miżmuma mir-rieżaminatur estern f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2023/2631 jiżguraw li jkun hemm rekord tal-awditjar ċar tal-avvenimenti rilevanti kollha; |
|
(b) |
is-sistema kontabilistika tippermetti riflessjoni ġusta u preċiża tal-pożizzjoni finanzjarja tar-rieżaminatur estern u hija konformi mal-istandards u r-regoli kontabilistiċi applikabbli. |
Artikolu 7
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern humiex sodi
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern ta’ rieżaminatur estern humiex tajbin, kif imsemmi fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-mekkaniżmu ta’ kontroll huwa:
|
|
(b) |
hemm qafas ta’ ġestjoni tar-riskju li jistabbilixxi l-mekkaniżmi tar-rieżaminatur estern għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, il-mitigazzjoni u r-rapportar effettivi tar-riskji kollha li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-kapaċità ta’ rieżaminatur estern li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2023/2631; |
|
(c) |
hemm miżuri ta’ kontroll preventivi u ta’ detezzjoni biex jiġu indirizzati riskji operazzjonali speċifiċi; |
|
(d) |
hemm proċeduri interni u esterni ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni rilevanti, f’waqtha u affidabbli; |
|
(e) |
proċeduri ta’ monitoraġġ li jippermettu l-evalwazzjoni kontinwa tal-adegwatezza u l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern. |
Artikolu 8
Kriterji biex jiġi vvalutat jekk l-arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardja għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni humiex effettivi
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk l-arranġamenti ta’ kontroll u ta’ salvagwardja għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni ta’ rieżaminatur estern humiex effettivi, kif imsemmi fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
tiġi implimentata struttura ta’ kontroll u salvagwardja li:
|
|
(b) |
hemm ġestjoni effettiva u prudenti tar-riskji tal-ICT li tinkludi:
|
Artikolu 9
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni użata mir-rieżaminaturi esterni għar-rieżamijiet tagħhom hijiex ta’ kwalità suffiċjenti
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni użata mir-rieżaminaturi esterni għar-rieżamijiet tagħhom hijiex ta’ kwalità suffiċjenti, kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-informazzjoni tkun kompluta u tipprovdi rappreżentazzjoni komprensiva tal-proġett iffinanzjat mill-bond, inklużi biżżejjed dettalji fir-rigward tat-tip u s-settur tal-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati; |
|
(b) |
l-informazzjoni għandha relazzjoni diretta u ċara mal-karatteristiċi tal-bond u tipprovdi rappreżentazzjoni preċiża tal-proġett iffinanzjat; |
|
(c) |
l-informazzjoni tkun konformi mal-aktar data aġġornata disponibbli għar-rieżaminaturi esterni meta jipproduċu r-rieżami tagħhom u, fejn disponibbli u meħtieġ mill-metodoloġiji tagħhom, ikun fiha data storika; |
|
(d) |
kwalunkwe informazzjoni relatata, inklużi komputazzjonijiet, proporzjonijiet u stimi, hija bbażata fuq dikjarazzjonijiet raġonevoli. |
Artikolu 10
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni użata mir-rieżaminaturi esterni għar-rieżamijiet tagħhom tiġix minn sorsi affidabbli
Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni użata mir-rieżaminaturi esterni għar-rieżamijiet tagħhom tiġix minn sorsi affidabbli, kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
is-sors tal-informazzjoni, meta jkun meħtieġ, jipprovdi informazzjoni li tkun oġġettivament sostnuta b’evidenza; |
|
(b) |
is-sors tal-informazzjoni jkun kapaċi juri l-kredibbiltà tagħha; |
|
(c) |
is-sors tal-informazzjoni huwa akkumpanjat mid-dokumenti li ġejjin:
|
|
(d) |
is-sors tal-informazzjoni jipprivileġġa informazzjoni li hija soġġetta għal rekwiżit ta’ divulgazzjoni bil-liġi, awditi, valutazzjonijiet tal-konformità, aċċertament indipendenti jew ċertifikazzjonijiet rikonoxxuti jew, fejn ma tkunx disponibbli, informazzjoni soġġetta għal standards applikabbli rikonoxxuti internazzjonalment, inklużi prinċipji u l-aħjar prattiki żviluppati minn korpi internazzjonali kredibbli li jiggwidaw kif l-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà jenħtieġ li titħejja, tiġi ppreżentata jew evalwata, anki jekk ma tkunx legalment meħtieġa jew soġġetta għal awditu statutorju. |
Artikolu 11
Format li għandu jiġi segwit għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz
1. L-applikanti minn pajjiżi terzi li jkunu qed ifittxu rikonoxximent bħala rieżaminaturi esterni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament fil-format stabbilit f’dawk l-Annessi.
2. L-applikanti minn pajjiżi terzi għandhom jipprovdu l-applikazzjoni lill-ESMA f’format li jinqara mill-magni li jippermetti:
|
(a) |
l-informazzjoni għandha tibqa’ aċċessibbli għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-applikazzjoni; |
|
(b) |
għar-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. |
3. L-applikanti għandhom jipprovdu numru ta’ referenza uniku għal kull dokument li jippreżentaw lill-ESMA. L-applikanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jissottomettu tidentifika b’mod ċar liema rekwiżit speċifiku stabbilit fl-Artikolu 23(2) u 42(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631 tirreferi għalih u f’liema dokument tiġi pprovduta dik l-informazzjoni. L-applikanti għandhom jippreżentaw it-tabella stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom u għandhom jidentifikaw b’mod ċar id-dokument li fih ikunu pprovdew l-informazzjoni meħtieġa.
4. Applikant li jqis li rekwiżit tar-Regolament (UE) 2023/2631 ma japplikax għall-applikazzjoni tiegħu għal rikonoxximent għandu:
|
(a) |
jagħmel dikjarazzjoni għal dak l-għan fit-tabella kkonċernata stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
jispjega għaliex iqis li tali rekwiżit ma japplikax. |
5. L-applikanti għandhom jakkumpanjaw l-applikazzjoni tagħhom għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz b’ittra ffirmata minn membru tal-maniġment superjuri tal-applikant, li tiċċertifika li l-informazzjoni sottomessa hija preċiża u kompluta sa fejn jaf dak il-membru, fid-data ta’ dik is-sottomissjoni.
6. Ir-rieżaminaturi esterni jew l-ESMA għandhom iżommu d-data personali relatata mal-applikanti għar-rikonoxximent bħala rieżaminatur estern sakemm dan ikun meħtieġ għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni inizjali u mhux aktar tard minn ħames snin wara li dak l-applikant ikun waqaf iwettaq il-funzjoni tiegħu.
7. Meta l-ESMA tkun irrifjutat ir-rikonoxximent tar-rieżaminatur estern applikant jew meta l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu, l-ESMA għandha żżomm id-data personali relatata ma’ dak l-applikant għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin wara r-rifjut tar-rikonoxximent tal-applikant jew wara l-irtirar tal-applikazzjoni.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2180 tat-12 ta’ Settembru 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ rieżaminaturi esterni, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-ġestjoni soda u prudenti tar-rieżaminaturi esterni, l-adegwatezza tal-għarfien, l-esperjenza u t-taħriġ tal-impjegati tar-rieżaminaturi esterni, u l-kundizzjonijiet li taħthom ir-rieżaminaturi esterni jistgħu jesternalizzaw l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tagħhom (ĠU L, 2025/2180, 30.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2180/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
ANNESS I
REFERENZI TAD-DOKUMENTI
|
Anness ta’ dan ir-Regolament li għalih tirreferi l-informazzjoni (II-VIII) |
Numru ta’ referenza uniku tad-dokument |
Titolu tad-dokument |
Rekwiżit speċifiku tar-Regolament (UE) 2023/2631 li għalih tirreferi l-informazzjoni |
Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għalfejn l-informazzjoni mhix ipprovduta |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS II
INFORMAZZJONI ĠENERALI TAL-APPLIKANT
|
Isem sħiħ tal-applikant minn pajjiż terz |
|
|
|
Indirizz tal-uffiċċju reġistrat |
[Pajjiż, belt, indirizz tat-triq, kodiċi postali] |
|
|
Sit web |
|
|
|
Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI - Legal Entity Identifier) (Fejn disponibbli) |
|
|
|
Persuna/persuni ta’ kuntatt |
Isem |
|
|
Titolu |
|
|
|
Indirizz |
[Pajjiż, belt, indirizz tat-triq, kodiċi postali] |
|
|
Indirizz tal-email |
|
|
|
Numru tat-telefon |
|
|
|
Forma ġuridika tal-applikant minn pajjiż terz |
|
|
|
Awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li jkun qed ifittex rikonoxximent fil-pajjiż terz [Fejn applikabbli] |
|
|
ANNESS III
STRUTTURA TA’ SJIEDA TAL-APPLIKANT
|
Sid |
Perċentwal mill-kapital |
Natura tal-parteċipazzjoni |
Persentaġġ tad-drittijiet tal-vot |
|
[Speċifika jekk hux persuna ġuridika jew fiżika] |
|
[Diretta jew indiretta] |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS IV
MEMBRI TAL-MANIĠMENT SUPERJURI U TAL-BORD TAL-APPLIKANT
|
Isem |
Membru tal-Bord |
Membru tal-maniġment superjuri |
Data tat-twelid |
Post tat-twelid |
Rwol |
Dokumenti ppreżentati |
||
|
CV |
Prova tan-nuqqas ta’ rekords kriminali relatati ma’ ħasil tal-flus, ma’ finanzjament tat-terroriżmu, ma’ forniment ta’ servizzi finanzjarji jew servizzi ta’ data, ma’ atti ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali, jew, fejn tali ċertifikat ma jkunx disponibbli fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż terz, awtodikjarazzjoni ta’ reputazzjoni tajba u l-awtorizzazzjoni lill-ESMA biex titlob tali informazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti dwar jekk dak il-membru ġiex ikkundannat għal reat kriminali b’rabta mal-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew servizzi ta’ data jew b’rabta ma’ atti ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita; |
Dikjarazzjoni ta’ idoneità u ta’ adegwatezza kif ukoll ta’ kunflitti ta’ interess imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2180 |
||||||
|
[Isem] [Kunjom] |
[Iva/Le] |
[Iva/Le] |
[JJ/XX/SSSS] |
[Belt, Pajjiż] |
|
[Numru ta’ referenza uniku] |
[Numru ta’ referenza uniku] |
[Numru ta’ referenza uniku] |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS V
RIŻORSI ANALITIĊI TAL-APPLIKANT
1. Informazzjoni dwar l-analisti, l-impjegati u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni
|
Isem |
Rwol |
Agħżel il-kolonna adegwata |
Snin fir-rwol |
Snin fl-industrija |
CV |
|
|
Temporanji |
Permanenti |
|||||
|
|
|
|
|
|
[Pereżempju, l-għadd ta’ snin ta’ xogħol f’attivitajiet ta’ evalwazzjoni simili għal dawk mitluba minn reviżur estern skont ir-Regolament (UE) 2023/2631] |
[Numru ta’ referenza uniku tad-dokument] |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kwalunkwe informazzjoni rigward l-għadd ta’ impjegati għandha tkun ipprovduta fuq bażi ekwivalenti għal full-time (FTE, full-time equivalent) ikkalkulata bħala t-total ta’ sigħat maħduma diviżi bl-għadd ta’ sigħat massimi suġġett għal kumpens f’sena ta’ ħidma kif definit mil-liġi nazzjonali rilevanti.
2. Informazzjoni rigward l-attivitajiet ta’ valutazzjoni
|
Tul ta’ żmien stmat ta’ rieżami estern |
[Għadd ta’ jiem] |
|
L-għadd mistenni ta’ valutazzjonijiet fl-24 xahar li jmiss |
[Numru] |
3. Informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-applikant
|
Ir-raġunijiet li l-applikant iqis li l-għadd ta’ analisti, ta’ impjegati u ta’ persuni oħra direttament involuti fl-attivitajiet ta’ evalwazzjoni u r-rwoli tagħhom huma adegwati |
|
|
Ir-raġunijiet li l-applikant iqis li l-għadd u t-tul ta’ żmien tar-rieżamijiet esterni huma adegwati |
|
ANNESS VI
POLITIKI U PROĊEDURI TAL-APPLIKANT
|
Punt |
Suġġett |
Numru ta’ referenza |
||||||||
|
1 |
Pjan ta’ taħriġ u ta’ żvilupp għall-analisti, l-impjegati u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni |
|
||||||||
|
2 |
Politiki u proċeduri stabbiliti biex jiżguraw:
|
|
||||||||
|
3 |
Politiki u proċeduri li jiddeskrivu l-qafas ta’ kontroll intern [Fil-każ ta’ għadd kbir ta’ dokumenti, dawn għandhom jiġu raggruppati skont l-oqsma rilevanti tal-qafas ta’ kontroll intern.] |
|
||||||||
|
4 |
Politiki u proċeduri biex jiżguraw li l-qafas ta’ kontroll intern jikkonforma mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/2180 |
|
||||||||
|
5 |
Politika dwar l-informaturi li tiżgura li l-anonimità tal-informaturi tiġi salvagwardjata u li r-ritaljazzjoni tkun ipprojbita |
|
||||||||
|
6 |
Politika ta’ remunerazzjoni li tiżgura l-indipendenza tal-impjegati soġġetti għal arranġamenti ta’ kumpens varjabbli |
|
||||||||
|
7 |
Proċeduri u metodoloġiji implimentati għall-ħruġ ta’ rieżamijiet |
|
||||||||
|
8 |
Termini ta’ referenza tal-korpi ta’ governanza, inkluż il-bord u, fejn stabbilit, il-kumitati tiegħu |
|
||||||||
|
9 |
Minuti tal-aħħar laqgħa tal-bord |
|
||||||||
|
10 |
Organigramma, inkluża l-identifikazzjoni tal-linji ta’ rapportar u tal-funzjonijiet tax-xogħol |
|
||||||||
|
11 |
Politika dwar il-kunflitt ta’ interess |
|
||||||||
|
12 |
Inventarju ta’ kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali u miżuri ta’ mitigazzjoni proposti |
|
||||||||
|
13 |
Informazzjoni dwar kif jiġu rieżaminati u approvati b’mod konsistenti sitwazzjonijiet potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, inklużi tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati, negozjar akkont personali tal-impjegati, attivitajiet kummerċjali esterni u l-aċċettazzjoni ta’ rigali u ospitalità |
|
||||||||
|
14 |
Dokumenti u informazzjoni relatati ma’ kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni eżistenti jew ippjanat għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern koperti mir-Regolament (UE) 2023/2631, inkluża informazzjoni dwar l-entitajiet li jassumu funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni, u l-evalwazzjoni ta’ kif ir-rieżaminatur estern jiżgura l-konformità mal-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament |
|
ANNESS VII
ATTIVITAJIET OĦRA TAL-APPLIKANT
|
Attività |
Deskrizzjoni |
Offrut permezz ta’ sussidjarji |
|
[Kodiċi NACE tal-attività, fejn disponibbli] |
|
[Iva/Le: jekk Iva, ipprovdi l-isem tal-entità] |
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS VIII
RAPPREŻENTANT LEGALI STABBILIT FL-UNJONI
|
Isem sħiħ |
|
|
Indirizz tal-uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni |
[Stat Membru tal-UE, belt, indirizz tat-triq, kodiċi postali] |
|
Indirizz tal-email |
|
|
Status Ġuridiku |
|
|
Kwalunkwe att ta’ inkorporazzjoni, artikoli ta’ assoċjazzjoni, jew dokumenti kostituzzjonali oħra |
|
|
Sit web |
|
|
Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (LEI - Legal Entity Identifier) (Fejn disponibbli) |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/544/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)