|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/541 |
10.3.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/541
tas-17 ta’ Frar 2026
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Nicola MARINI sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sa Helin YILDIZ, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Consigliere, Comune di Varese (Kunsillier ta’ Varese), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Helin YILDIZ, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali, Consigliere, Comune di Varese (Kunsillier ta’ Varese), hija b’dan maħtura bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KERAVNOS
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13 (ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/541/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)