|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/540 |
12.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/540
tal-11 ta’ Marzu 2026
dwar l-awtorizzazzjoni tal-gomma tal-akaċja bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-gomma tal-akaċja ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali fil-kategorija “aġenti emulsifikanti u stabbilizzanti, aġenti li jħaxxnu u ġellifikanti”. Dik is-sustanza ġiet sussegwentement inkluża fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-gomma tal-akaċja bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-gruppi funzjonali “emulsifikanti” u “stabilizzanti”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-applikant irtira l-applikazzjoni għall-gruppi funzjonali “sustanzi li jgħaqqdu” u “aġenti li jgħaqqdu”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ Ġunju 2025 (3), li rrevediet l-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Settembru 2022 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-gomma tal-akaċja hija sikura għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-gomma tal-akaċja hija sensitizzatur dermali u respiratorju potenzjali, u kwalunkwe esponiment mir-rotta dermali jew mill-inalazzjoni jitqies bħala riskju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-gomma tal-akaċja hija effikaċi bħala emulsifikant u fl-istabbilizzazzjoni tal-emulsjonijiet maż-żmien, li jappoġġa l-effikaċja tagħha bħala stabilizzant. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-gomma tal-akaċja tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dik is-sustanza jiġi awtorizzat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki lill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza kkonċernata, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-gruppi funzjonali “emulsifikanti” u “stabbilizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf, il-gomma tal-akaċja, kif awtorizzat skont id-Direttiva 70/524/KEE u l-premixxeli li fihom dan l-addittiv, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-1 ta’ Ottubru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-1 ta’ April 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-1 ta’ April 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-1 ta’ April 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati, jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-1 ta’ April 2028 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-1 ta’ April 2026, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati, jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) EFSA Journal, 23(7), e9542, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9542.
(4) EFSA Journal, 2022; 20(4):7252, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7252.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: emulsifikanti |
||||||||||||||||
|
1c414 |
Gomma tal-akaċja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Gomma tal-akaċja Għamla solida Purità: Telf mat-tnixxif: ≤ 10 % Irmied totali: ≤ 4 % Materjal insolubbli fl-aċidu: ≤ 1 % Rmied insolubbli fl-aċidu: ≤ 0,5 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Il-gomma tal-akaċja hija l-estrużjoni mnixxfa akkwistata miz-zkuk u l-friegħi ta’ razez ta’ Acacia senegal (L) Willdenow jew speċijiet relatati mill-qrib ta’ Acacia (familja Leguminosae). Hija magħmula minn polisakkaridi ta’ piż molekulari għoli, li l-katina taz-zokkor tagħhom hija magħmula minn zokkor newtrali (galattożju, arabinożju u ramnożju) u zokkor aċiduż (aċidu glukuroniku) u/jew l-imlieħ tagħhom. Nru CAS: 9000-01-5 Metodu analitiku (1) Għall-karatterizzazzjoni tal-gomma tal-akaċja (addittiv tal-għalf):
|
Dundjani tas-simna |
- |
- |
375 |
|
L-1 ta’ April 2036 |
||||||||
|
Tiġieġ tas-simna jew imrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni Pollam minuri tas-simna jew imrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni Għasafar ornamentali |
- |
- |
278 |
|||||||||||||
|
Pollam għall-bajd jew għar-riproduzzjoni |
- |
- |
415 |
|||||||||||||
|
Speċijiet porċini għat-tismin |
- |
- |
600 |
|||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet porċini |
|
|
500 |
|||||||||||||
|
Majjali tal-ispeċijiet porċini |
- |
- |
729 |
|||||||||||||
|
Għoġġiela tal-vitella (sostitut tal-ħalib) |
- |
- |
1 164 |
|||||||||||||
|
Ovini Kaprini |
- |
- |
1 100 |
|||||||||||||
|
Ruminanti (għajr ovini u kaprini) u kamelidi tas-simna jew imrobbija għall-produzzjoni tal-ħalib jew għar-riproduzzjoni Ekwidi Qtates |
- |
- |
1 100 |
|||||||||||||
|
Ruminanti (għajr ovini u kaprini) u kamelidi għall-produzzjoni tal-ħalib jew għar-riproduzzjoni |
- |
- |
715 |
|||||||||||||
|
Leporidi |
- |
- |
440 |
|||||||||||||
|
Ħut bil-pinen li jipproduċi l-ikel |
|
|
1 257 |
|||||||||||||
|
Klieb |
- |
- |
1 320 |
|||||||||||||
|
Ħut ornamentali |
|
|
4 889 |
|||||||||||||
|
Speċijiet oħra ta’ annimali |
- |
- |
278 |
|||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti |
||||||||||||||||
|
1c414 |
Gomma tal-akaċja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Gomma tal-akaċja Għamla solida Purità: Telf mat-tnixxif: ≤ 10 % Irmied totali: ≤ 4 % Materjal insolubbli fl-aċidu: ≤ 1 % Rmied insolubbli fl-aċidu: ≤ 0,5 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Il-gomma tal-akaċja hija l-estrużjoni mnixxfa akkwistata miz-zkuk u l-friegħi ta’ razez ta’ Acacia senegal (L) Willdenow jew speċijiet relatati mill-qrib ta’ Acacia (familja Leguminosae). Hija magħmula minn polisakkaridi ta’ piż molekulari għoli, li l-katina taz-zokkor tagħhom hija magħmula minn zokkor newtrali (galattożju, arabinożju u ramnożju) u zokkor aċiduż (aċidu glukuroniku u/jew l-imlieħ tagħhom). Nru CAS: 9000-01-5 Metodu analitiku (3) Għall-karatterizzazzjoni tal-gomma tal-akaċja (addittiv tal-għalf):
|
Dundjani tas-simna |
- |
- |
375 |
|
L-1 ta’ April 2036 |
||||||||
|
Tiġieġ tas-simna jew imrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni Pollam minuri tas-simna jew imrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni Għasafar ornamentali |
- |
- |
278 |
|||||||||||||
|
Pollam għall-bajd jew għar-riproduzzjoni |
- |
- |
415 |
|||||||||||||
|
Speċijiet porċini għat-tismin |
- |
- |
600 |
|||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet porċini |
|
|
500 |
|||||||||||||
|
Majjali tal-ispeċijiet porċini |
- |
- |
729 |
|||||||||||||
|
Għoġġiela tal-vitella (sostitut tal-ħalib) |
- |
- |
1 164 |
|||||||||||||
|
Ovini u kaprini |
- |
- |
1 100 |
|||||||||||||
|
Ruminanti (għajr ovini u kaprini) u kamelidi tas-simna jew imrobbija għall-produzzjoni tal-ħalib jew għar-riproduzzjoni Ekwidi Qtates |
- |
- |
1 100 |
|||||||||||||
|
Ruminanti (għajr ovini u kaprini) u kamelidi għall-produzzjoni tal-ħalib jew għar-riproduzzjoni |
- |
- |
715 |
|||||||||||||
|
Leporidi |
- |
- |
440 |
|||||||||||||
|
Ħut bil-pinen li jipproduċi l-ikel |
|
|
1 257 |
|||||||||||||
|
Klieb |
- |
- |
1 320 |
|||||||||||||
|
Ħut ornamentali |
|
|
4 889 |
|||||||||||||
|
Speċijiet oħra ta’ annimali |
- |
- |
278 |
|||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/231/oj).
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/540/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)