|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/535 |
17.3.2026 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq dan l-indirizz: https://unece.org/transport/road-transport/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Ir-Regolament tan-NU Nru 118 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-imġiba tal-ħruq u/jew l-impermeabbiltà għal fjuwils u lubrikanti, ta’ ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi motorizzati [2026/535]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
is-Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 04 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-12 ta’ Ġunju 2025
Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-testi awtentiċi u legalment vinkolanti huma:
|
|
ECE/TRANS/WP.29/2018/24 |
|
|
ECE/TRANS/WP.29/2021/27 |
|
|
ECE/TRANS/WP.29/2021/101 |
|
|
ECE/TRANS/WP.29/2022/121 |
|
|
ECE/TRANS/WP.29/2024/114 |
|
|
ECE/TRANS/WP.29/2024/115 |
KONTENUT
Regolamentazzjoni
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet: Ġenerali |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Parti I: Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-imġiba tal-ħruq tal-komponenti użati fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u rigward kif jinħarqu l-kejbils tal-elettriku u s-sleeves tal-kejbils jew il-kondjuwits tal-kejbils użati fil-vetturi u/jew l-impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrikanti tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin |
|
6. |
Parti II: L-approvazzjoni ta’ komponent rigward kif jinħaraq u/jew l-impermeabbiltà tiegħu għal fjuwils jew lubrikanti |
|
7. |
Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
|
12. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
Annessi
|
1 |
Dokument ta’ informazzjoni dwar il-vettura |
|
2 |
Dokument ta’ informazzjoni dwar il-komponent |
|
3 |
Komunikazzjoni (dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura) |
|
4 |
Komunikazzjoni (dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ komponent) |
|
Appendiċi 1 — |
Appendiċi tal-formola ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skont ir-Regolament tan-NU Nru 118 |
|
5 |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
6 |
Test li jiddetermina r-rata tal-ħruq orizzontali tal-materjali |
|
7 |
Test li jiddetermina l-imġiba tat-tidwib tal-materjali |
|
8 |
Test li jiddetermina r-rata tal-ħruq vertikali tal-materjali |
|
9 |
Test li jiddetermina l-impermeabbiltà tal-materjali għal fjuwils jew lubrikanti |
|
10 |
Test li jiddetermina r-reżistenza tal-kejbils tal-elettriku għall-propagazzjoni tal-fjammi |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
|
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-imġiba tal-ħruq (kemm jaqbdu, ir-rata tal-ħruq u l-imġiba tat-tidwib) u l-impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrikanti tal-materjali li jintużaw fil-vetturi tal-kategoriji M3, il-Klassijiet II u III (1). |
|
1.1.1. |
Fuq talba tal-manifattur, dan ir-Regolament jista’ japplika wkoll għal vetturi tal-Kategoriji M3, il-Klassi I.
L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont: |
|
1.2. |
Parti I – L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew l-impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrifikanti tal-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u rigward l-imġiba tal-ħruq ta’ kejbils tal-elettriku u ta’ sleeves tal-kejbils jew ta’ conduits tal-kejbils użati għall-protezzjoni tal-kejbils tal-elettriku fil-vetturi |
|
1.3. |
Parti II – L-approvazzjoni ta’ komponent installat fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin, rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew l-impermeabbiltà tiegħu għal fjuwils jew lubrikanti. |
2. Definizzjonijiet: Ġenerali
|
2.1. |
“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li huma responsabbli lejn l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b’mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew tal-komponent li huwa s-suġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni. |
|
2.2. |
“Kompartiment ta’ ġewwa” tfisser kull kompartiment maħsub għall-passiġġieri, għas-sewwieqa u/jew għall-ekwipaġġ, li jkun delimitat mis-superfiċe jew superfiċi ta’ dawn l-elementi li jħarsu fuq in-naħa ta’ ġewwa:
|
|
2.3. |
“Kompartiment tal-magna” tfisser il-kompartiment li fih tkun installata l-magna u li fih jista’ jiġi installat heater tal-kombustjoni. |
|
2.4. |
“Kompartiment separat tat-tisħin” tfisser kompartiment għall-heater tal-kombustjoni li jkun barra l-kompartimenti ta’ ġewwa u tal-magna. |
|
2.5. |
“Materjali tal-produzzjoni” tfisser prodotti, f’għamla ta’ materjali kbar (eż. rombli ta’ tapizzerija) jew komponenti prefabbrikati li jiġu fornuti lill-manifattur biex jintużaw f’tip ta’ vettura li jkun approvat skont dan ir-Regolament, jew fornuti lil workshop biex jintużaw għat-tiswija jew għall-manutenzjoni tal-vetturi. |
|
2.6. |
“Seat” tfisser struttura li tista’ tkun jew ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod bilqiegħda persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm seat individwali kif ukoll parti minn seat f’forma ta’ bank maħsub biex tpoġġi fuqu persuna adulta waħda. |
|
2.7. |
“Grupp ta’ seats” tfisser jew tip ta’ seat f’forma ta’ bank jew seats li huma separati imma ħdejn xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ seat wieħed allinjati ma’ jew ’il quddiem mill-ankraġġi ta’ wara nett u allinjati ma’ jew wara l-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ seat ieħor) u li jakkomodaw persuna adulta bilqiegħda waħda jew aktar. |
|
2.8. |
“Seat f’forma ta’ bank” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha jpoġġu aktar minn persuna adulta waħda. |
|
2.9. |
“Materjal installat f’pożizzjoni vertikali” tfisser materjal installat fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin, li l-inklinazzjoni tiegħu tkun aktar minn 15 fil-mija mil-linja orizzontali meta l-vettura tkun bil-massa tagħha fi stat ta’ tħaddim u fuq superfiċe orizzontali u lixxa. |
|
2.10. |
“Kejbil tal-elettriku” tfisser kejbil single-core jew kejbil multi-core, u meta jkun applikabbli miksi, skrinjat u mhux skrinjat, b’żewġ cores jew aktar paralleli maġenb xulxin u magħqudin, mibrumin, jew immaljati, inklużi cores li jiffurmaw assemblaġġ wieħed li jippermetti t-trasferiment ta’ sinjali elettriċi minn apparat wieħed għall-ieħor. |
|
2.11. |
“Sleeve tal-kejbils” tfisser kwalunkwe komponent li jħaddan fih kejbils single-core ma’ kejbil multi-core jew ma’ kejbils tal-elettriku. |
|
2.12. |
“Conduit tal-kejbils” tfisser kwalunkwe komponent li jkopri kejbils tal-elettriku biex jiggwida jew iwassal il-kejbils (eż. tubi, kanali, passaġġi) jew jorbot il-kejbils tal-elettriku mal-vettura. |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur. |
|
3.2. |
Din għandha tkun akkumpanjata minn dokument ta’ informazzjoni li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness 1 jew fl-Anness 2. |
|
3.3. |
Dawn li ġejjin għandhom jiġu ppreżentati lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip: |
|
3.3.1. |
Fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ vettura: vettura rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat. |
|
3.3.2. |
Fil-każ ta’ komponenti li diġà jkollhom approvazzjoni tat-tip: fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura għandha tiġi inkluża lista tan-numri tal-approvazzjoni tat-tip u tad-deżinjazzjonijiet tat-tip tal-manifattur tal-partijiet ikkonċernati; |
|
3.3.3. |
Fil-każ ta’ komponenti li ma jkollhomx approvazzjoni tat-tip: |
|
3.3.3.1. |
Kampjuni, li n-numru tagħhom huwa speċifikat fl-Annessi 6 sa 9, tal-komponenti użati fil-vetturi, li huma rappreżentattivi tat-tip li jrid jiġi approvat; |
|
3.3.3.2. |
Barra minn hekk, għandu jiġi ppreżentat kampjun wieħed lis-Servizz Tekniku biex iservi bħala referenza fil-futur; |
|
3.3.3.3. |
Għal apparati bħal seats, purtieri, ġnub diviżorji, eċċ., il-kampjuni speċifikati fil-paragrafu 3.3.3.1. flimkien ma’ apparat wieħed sħiħ, kif imsemmi qabel. |
|
3.3.3.4. |
Il-kampjuni għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant u bl-indikazzjoni tat-tip. |
4. Approvazzjoni
|
4.1. |
Jekk it-tip ippreżentat għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata. |
|
4.2. |
Għal kull tip approvat, għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 04, li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 04) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru fir-rigward tar-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew ta’ komponent, kif iddefinit f’dan ir-Regolament. |
|
4.3. |
Għandha tiġi kkomunikata notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ waħda mill-formoli konformi mal-mudelli fl-Annessi 3 jew 4, kif xieraq, ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma mat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, fejn tidher sew u f’pożizzjoni faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali tal-approvazzjoni magħmula minn: |
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2); |
|
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, “I” li jindika l-Parti I ta’ dan ir-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.4.3. |
Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolamenti li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.4.3.1. |
Jekk il-komponent jikkonforma ma’ tip ta’ komponent approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ta’ hawn fuq ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. hawn fuq. |
|
4.4.4. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar. |
|
4.4.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur. |
|
4.5. |
Il-materjali tal-produzzjoni ma għandhomx għalfejn jiġu mmarkati individwalment. Madankollu, l-imballaġġ tagħhom għandu jkun immarkat bil-marka tal-approvazzjoni internazzjonali, li tkun magħmula minn: |
|
4.5.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi lill-pajjiż li ta l-approvazzjoni2; |
|
4.5.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, “II” li jindika l-Parti II ta’ dan ir-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.5.1. |
|
4.5.3. |
Viċin iċ-ċirku: |
|
4.5.3.1. |
Simboli li jindikaw id-direzzjoni li fiha jista’ jiġi installat il-materjal:
|
|
4.5.3.2. |
Is-simbolu “V” li jindika li l-materjal jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2. |
|
4.5.4. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar. |
|
4.6. |
Il-komponenti jistgħu jkunu mmarkati bil-marka tal-approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 4.5. |
|
4.6.1. |
Jekk il-komponenti sħaħ bħalma huma s-seats, il-ġnub diviżorji, l-ixkafef għall-bagalji, eċċ. jkunu mmarkati, din il-marka għandu jkun fiha s-simbolu “CD” li jindika li l-komponent ġie approvat bħala apparat sħiħ. |
|
4.7. |
L-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni. |
5. Parti I: L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-imġiba tal-ħruq tal-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u rigwardl-imġiba tal-ħruq ta’ kejbils tal-elettriku u ta’ sleeves tal-kejbils jew ta’ conduits tal-kejbils użati fil-vetturi u/jew l-impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrikanti, tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin
|
5.1. |
Definizzjoni
Għall-iskop tal-Parti I ta’ dan ir-Regolament, |
|
5.1.1. |
“Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħad-deżinjazzjoni tat-tip tal-manifattur. |
|
5.2. |
Speċifikazzjonijiet |
|
5.2.1. |
Il-materjali fil-kompartiment ta’ ġewwa u mhux aktar minn 13 mm ’il barra minnu, il-materjali tal-kompartiment tal-magna, il-materjali ta’ kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u l-kejbils tal-elettriku, is-sleeves tal-kejbils jew il-conduits tal-kejbils li jintużaw fil-vettura li trid tiġi approvata għat-tip, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.2.2. |
Il-materjali u/jew it-tagħmir li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u/jew fl-apparat approvat bħala komponenti, kejbils tal-elettriku u sleeves tal-kejbils jew conduits tal-kejbils li jintużaw fil-vettura għandhom jiġu installati b’tali mod li jimminimizzaw ir-riskju ta’ żvilupp u propagazzjoni tal-fjammi. |
|
5.2.3. |
Dawn il-materjali u/jew it-tagħmir għandhom jiġu installati f’konformità mal-iskopijiet li jkunu maħsuba għalihom u skont it-test(ijiet) li jkunu għaddew minnu/minnhom (ara l-paragrafi 6.2.1., 6.2.2., 6.2.3., 6.2.4., 6.2.5., 6.2.6., u 6.2.7.), speċjalment fir-rigward tal-imġiba tal-ħruq u tat-tidwib (direzzjoni orizzontali/vertikali) u/jew rigward l-impermeabbiltà tagħhom għal fjuwils jew lubrikanti. |
|
5.2.4. |
Kwalunkwe aġent adeżiv li jintuża biex jitwaħħal il-materjal intern mal-istruttura ta’ appoġġ tiegħu ma għandux, kemm jista’ jkun, jaggrava l-imġiba tal-ħruq tal-materjal. |
|
5.2.4.1. |
Materjali singoli li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-paragrafi 6.2.1. sa 6.2.7., magħqudin flimkien b’aġent adeżiv li ma jaggravax l-imġiba tal-ħruq jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti bħala materjal kompożitu. Id-dokument ta’ informazzjoni fl-Anness 2 għandu jkun fih lista ta’ aġenti adeżivi li jistgħu jintużaw mingħajr deterjorazzjoni tal-imġiba tal-ħruq tal-materjal. |
|
5.2.4.2. |
Jekk aġent adeżiv, li ma jkunx iddikjarat fl-Anness 2, il-paragrafu 5.1. li ma jiddeterjorax l-imġiba tal-ħruq tal-materjal intern, jintuża biex iwaħħal il-materjal ta’ ġewwa mal-istruttura ta’ appoġġ tiegħu, tali materjal għandu jiġi ttestjat f’kombinazzjoni mal-aġent adeżiv u ma’ struttura ta’ appoġġ possibbli. |
6. Parti II: L-approvazzjoni ta’ komponent rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew l-impermeabbiltà tiegħu għal fjuwils jew lubrikanti
|
6.1. |
Definizzjonijiet
Għall-iskop tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament, |
|
6.1.1. |
“Tip ta’ komponent” tfisser komponenti li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal: |
|
6.1.1.1. |
Id-deżinjazzjoni tat-tip tal-manifattur, |
|
6.1.1.2. |
L-użu maħsub (tapizzerija tas-seats, il-kisi tas-saqaf, l-iżolament, eċċ), |
|
6.1.1.3. |
Il-materjal(i) ta’ bażi (eż. suf, plastik, lastiku, materjali mħallta), |
|
6.1.1.4. |
L-għadd ta’ saffi fil-każ ta’ materjali kompożiti, u |
|
6.1.1.5. |
Il-karatteristiċi l-oħra sa fejn dawn ikollhom effett sinifikanti fuq il-prestazzjoni preskritta f’dan ir-Regolament. |
|
6.1.2. |
“Rata tal-ħruq” tfisser il-kwozjent tad-distanza maħruqa mkejjel skont l-Anness 6 u/jew l-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament u l-ħin li damet biex tinħaraq din id-distanza. Din tiġi indikata f’millimetri kull minuta. |
|
6.1.3. |
“Materjal kompożitu” jfisser materjal magħmul minn bosta folji ta’ materjali simili jew differenti mwaħħlin sew flimkien mis-superfiċi tagħhom permezz ta’ simentar, kolla, tlibbis, iwweldjar, eċċ. Meta jkunu mwaħħlin flimkien materjali differenti b’mod intermittenti (pereżempju, permezz ta’ ħjata, iwweldjar bi frekwenza għolja, imsiemer irbattuti), dawn il-materjali ma għandhomx jitqiesu bħala materjali kompożiti. |
|
6.1.4. |
“Wiċċ espost” tfisser in-naħa ta’ materjal li tħares lejn il-kompartiment tal-passiġġieri, il-kompartiment tal-magna u lejn kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin meta l-materjal jiġi mmuntat fil-vettura. |
|
6.1.5. |
“Tapizzerija” tfisser il-kombinazzjoni tal-ikkuttunar intern u l-materjal tal-finitura tas-superfiċe li flimkien jikkostitwixxu l-kuxxin tal-qafas tas-seat. |
|
6.1.6. |
“Kisi/Kisjiet intern(i)” tfisser materjal(i) li (flimkien) jikkostitwixxi/u l-finitura tas-superfiċe u tas-sottostrat ta’ saqaf, ta’ ġenb jew ta’ art. |
|
6.1.7. |
“Materjal(i) iżolanti” tfisser materjal(i) li jintuża(w) biex inaqqas/inaqqsu (i)t-trasferiment tas-sħana permezz tal-konduzzjoni, tar-radjazzjoni jew tal-konvezzjoni, u li jintuża(w) għall-iżolament akustiku tal-kompartiment tal-magna u kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin. |
|
6.1.8. |
“Impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrikanti” tfisser il-kapaċità tal-materjali biex ma jassorbux fjuwils jew lubrikanti, imkejla skont l-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament. |
|
6.1.9. |
“Vitraġġ tal-plastik” huwa materjal għall-vitraġġ li jinkludi bħala ingredjent essenzjali sustanza organika polimerika waħda jew aktar ta’ piż molekulari kbir, li fl-istat lest tiegħu jkun solidu u, f’xi stadju fil-manifattura jew fl-ipproċessar tiegħu f’oġġetti lesti, jista’ jiġi ffurmat bi fluss. |
|
6.2. |
Speċifikazzjonijiet |
|
6.2.1. |
Dawn il-materjali għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament:
Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq orizzontali ma tkunx aktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl. Il-materjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.3. jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu. |
|
6.2.2. |
Dawn il-materjali għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament:
Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ma tifforma l-ebda qatra li tqabbad it-tajjar. |
|
6.2.3. |
Dawn il-materjali għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament:
Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq vertikali ma tkunx aktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tinqered għalkollox xi waħda mill-ewwel ħjut tal-immarkar. |
|
6.2.4. |
Materjali li jiksbu valur medju tas-CFE (fluss termiku kritiku fil-ħin li jintefa n-nar) li jkun ta’ 20 kW/m2 jew aktar meta jiġu ttestjati skont l-ISO 5658-2 (3), jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.2. u 6.2.3., sakemm ma jiġi nnutat l-ebda taqtir inkandexxenti meta jkunu qegħdin jitqiesu l-agħar riżultati tat-testijiet. |
|
6.2.5. |
Il-materjal(i) iżolanti kollha installati fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament.
Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, iż-żieda fil-piż tal-kampjun tat-test ma tkunx aktar minn 1 g. L-ispazji vojta li jkunu meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, eż. biex minn ġol-materjal jgħaddu xi tubi jew partijiet tal-istruttura, għandhom ikunu permessi sakemm tinżamm il-protezzjoni (eż. permezz ta’ siġillant jew tejp, jew xi mezz ieħor). |
|
6.2.6. |
Kwalunkwe kejbil tal-elettriku itwal minn 100 mm li jintuża fil-vettura għandu jgħaddi mit-test tar-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi deskritt fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament. Bħala alternattiva għal dawn ir-rekwiżiti, tista’ tiġi applikata l-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 5.22. tal-istandard ISO 6722-1:2011. Ir-rapporti tat-test u l-approvazzjonijiet ta’ komponenti miksuba skont il-paragrafu 12. tal-ISO 6722:2006 għandhom jibqgħu validi.
L-esponiment għall-fjamma tat-test għandu jkun tlesta:
Il-kejbils tal-elettriku skont (2) jistgħu jiġu ttestjati kompletament jew separatament. Il-kejbils tal-elettriku skont (3) għandhom jiġu ttestjati separatament. Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, kwalunkwe fjamma ta’ kombustjoni tal-materjali iżolanti tintefa fi żmien 70 sekonda u mill-inqas 50 mm ta’ iżolament fin-naħa ta’ fuq tal-kampjun tat-test jibqa’ mhux maħruq. |
|
6.2.7. |
Kwalunkwe sleeve tal-kejbils jew conduit tal-kejbils itwal minn 100 mm għandu jgħaddi mit-test li jiddetermina r-rata tal-ħruq tal-materjali kif speċifikat fl-Anness 8. Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq vertikali ma tkunx aktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tinqered għalkollox xi waħda mill-ewwel ħjut tal-immarkar. |
|
6.2.8. |
Il-materjali li mhumiex meħtieġa li jgħaddu mit-testijiet deskritti fl-Annessi 6 sa 8 huma: |
|
6.2.8.1. |
Il-partijiet magħmula mill-metall jew mill-ħġieġ; partijiet magħmula minn vitraġġ tal-plastik mhumiex inklużi f’din l-eżenzjoni. |
|
6.2.8.2. |
Kull aċċessorju ta’ seat individwali b’massa ta’ materjal mhux metalliku ta’ inqas minn 200 g. Jekk il-massa totali ta’ dawn l-aċċessorji taqbeż 400 g ta’ materjal mhux metalliku għal kull seat, allura għandu jiġi ttestjat kull materjal individwali; |
|
6.2.8.3. |
L-elementi li l-erja tas-superfiċe jew il-volum tagħhom ma jkunux aktar minn, rispettivament,: |
|
6.2.8.3.1. |
100 cm2 jew 40 cm3 għall-elementi li huma marbutin ma’ post bilqiegħda individwali; |
|
6.2.8.3.2. |
300 cm2 jew 120 cm3 għal kull filliera ta’ seats u, bħala massimu, għal kull metru lineari ta’ ġewwa l-kompartiment ta’ ġewwa għal dawn l-elementi li huma mqassma fil-vettura u li mhumiex marbutin ma’ post bilqiegħda individwali; |
|
6.2.8.4. |
Elementi li għalihom ma jkunx possibbli li jittieħed kampjun fid-dimensjonijiet preskritti kif speċifikat fil-paragrafu 3.1. tal-Anness 6, fil-paragrafu 3. tal-Anness 7, u fil-paragrafu 3.1. tal-Anness 8. |
7. Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni
|
7.1. |
Kull modifika ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tal-vettura jew tal-komponent. L-Awtorità mbagħad tista’ jew: |
|
7.1.1. |
Tikkunsidra li l-modifiki li saru x’aktarx ma jkollhom l-ebda effett avvers notevoli u li fi kwalunkwe każ il-vetturi jew il-komponenti għadhom konformi mar-rekwiżiti, jew |
|
7.1.2. |
Titlob li jsir rapport tat-test ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
|
7.2. |
Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandhom jiġu kkomunikati permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
|
7.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal din l-estensjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. |
8. Konformità tal-produzzjoni
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), bir-rekwiżiti li ġejjin:
|
8.1. |
Il-vetturi/komponenti approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
|
8.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
9. Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
|
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, din għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudelli fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. |
10. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament mill-produzzjoni tat-tip ta’ vettura approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 3 jew dak fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.
11. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
12. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
|
12.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01. |
|
12.2. |
Minn 24 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ komponent li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01. |
|
12.3. |
Minn 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01. |
|
12.4. |
Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom. |
|
12.5. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta’ emendi 00 ta’ dan ir-Regolament. |
|
12.6. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02. |
|
12.7. |
Minn 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ komponent li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02. |
|
12.8. |
Minn 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02. |
|
12.9. |
Minn 96 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02. |
|
12.10. |
Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom. |
|
12.11. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. |
|
12.12. |
Mill-1 ta’ Settembru 2019, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ komponent li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. |
|
12.13. |
Mill-1 ta’ Settembru 2021, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. |
|
12.14. |
Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom. |
|
12.15. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 04. |
|
12.16. |
Mill-1 ta’ Settembru 2023, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi jew ta’ komponent skont is-serje ta’ emendi preċedenti, maħruġa għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Settembru 2023. |
|
12.17. |
Sal-1 ta’ Settembru 2025, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi jew ta’ komponent skont is-serje ta’ emendi preċedenti, maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Settembru 2023. |
|
12.18. |
Mill-1 ta’ Settembru 2025, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi jew ta’ komponent maħruġa skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament. |
|
12.19. |
Minkejja l-paragrafu 12.16. to 12.18. ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettaw approvazzjonijiet, u li jatu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet, skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament, għal vetturi jew komponenti li mhumiex affettwati mill-bidliet introdotti mis-serje ta’ emendi 04. |
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.7, il-paragrafu 2 —
https://unece.org/transport/vehicle-regulations/wp29/resolutions.
(2) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jinsabu fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.7, l-Anness 3 —
https://unece.org/transport/vehicle-regulations/wp29/resolutions.
(3) ISO 5658-2:2006 Reazzjoni għat-testijiet tan-nar – tixrid tal-fjamma – Il-Parti 2: Tixrid laterali fuq il-prodotti tal-bini u tat-trasport f’konfigurazzjoni vertikali.
ANNESS 1
Dokument ta’ informazzjoni dwar il-vettura
F’konformità mal-paragrafu 3.2. ta’ dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura rigward l-imġiba tal-ħruq tal-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin, u/jew rigward l-impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrikanti tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin.
1.
Ġenerali
1.1.
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2.
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …
1.3.
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …
1.4.
Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: …
1.5.
Kategorija tal-vettura (1): …
1.6.
Isem u indirizz tal-manifattur: …
1.7.
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
2.
Karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura
2.1.
Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva:
3.
KarozzerijaFittings interni u/jew materjali iżolanti
3.1.
Seats
3.1.1.
Numru: …
3.2.
Materjal(i) li jintuża(w) fil-kompartiment ta’ ġewwa, fejn għal kull materjal irid jiġi iddikjarat
3.2.1.
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent, jekk disponibbli: …
3.2.2.
Għamla: …
3.2.3.
Deżinjazzjoni tat-tip: …
3.2.4.
Ittestjat skont il-paragrafu 6.2.1., 6.2.2., 6.2.3., 6.2.4 (2).: …
3.2.5.
Għal materjali mhux approvati
3.2.5.1.
Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni: . . . / …
3.2.5.3.
Tip ta’ passata (2): …
3.2.5.4.
Ħxuna massima/minima … mm
3.3.
Materjali li jintużaw għall-iżolazzjoni fil-kompartiment tal-magna u/jew fil-kompartiment separat tat-tisħin, fejn għal kull materjal għandu jiġi ddikjarat
3.3.1.
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent, jekk disponibbli: …
3.3.2.
Għamla: …
3.3.3.
Deżinjazzjoni tat-tip: …
3.3.4.
Ittestjat skont il-paragrafu 6.2.1., 6.2.2., 6.2.3., 6.2.4., 6.2.5. (2): …
3.3.5.
Għal materjali mhux approvati
3.3.5.1.
Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni: . . . / …
3.3.5.3.
Tip ta’ passata (2): …
3.3.5.4.
Ħxuna massima/minima … mm
3.4.
Kejbils tal-elettriku, fejn għal kull tip għandu jiġi ddikjarat
3.4.1.
Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, jekk disponibbli: …
3.4.2.
Għamla: …
3.4.3.
Deżinjazzjoni tat-tip: …
3.4.4.
Għal materjali mhux approvati
3.4.4.1.
Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni: . . . / …
3.4.4.3.
Tip ta’ passata (2): …
3.4.4.4.
Ħxuna massima/minima … mm
(1) Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), l-Anness 7 (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.7, il-paragrafu 2).
(2) Ħassar dak li mhux applikabbli.
ANNESS 2
Dokument ta’ informazzjoni dwar il-komponent
F’konformità mal-paragrafu 3.2. tar-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, rigward l-imġiba tal-ħruq tal-komponenti li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-kompartiment ta’ ġewwa, tal-kompartiment tal-magna, u kull kompartiment separat tat-tisħin, u/jew l-impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrikanti tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin.
1.
Ġenerali
1.1.
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2.
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …
1.3.
Isem u indirizz tal-manifattur: …
1.4.
Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-pożizzjoni u … l-metodu ta’ twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni:
1.5.
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
2.
Materjali interni
2.1.
Materjal(i) maħsub(a) għal installazzjoni orizzontali / vertikali / orizzontali u vertikali (1)Materjal maħsub biex jiġi installat aktar minn 500 mm ’il fuq mill-kuxxin tas-seat u/jew fis-saqaf tal-vettura: iva / le / mhux applikabbli (1)
2.2.
Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni: . . . / …
2.4.
Tip ta’ passata (1): …
2.5.
Ħxuna massima/minima … mm
2.6.
Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …
3.
Materjali iżolanti
3.1.
Materjal(i) maħsub(a) għal installazzjoni orizzontali / vertikali / orizzontali u vertikali (1)
3.2.
Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni: . . . / …
3.4.
Tip ta’ passata (1): …
3.5.
Ħxuna massima/minima … mm
3.6.
Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …
4.
Kejbils tal-elettriku
4.1.
Materjal(i) li jintuża(w) għal: …
4.2.
Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni: . . . / …
4.4.
Tip ta’ passata (1): …
4.5.
Ħxuna massima/minima … mm
4.6.
Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …
5.
Aġenti adeżivi
5.1.
Lista tal-aġenti adeżivi li jistgħu jintużaw mingħajr deterjorazzjoni tal-imġiba tal-ħruq tal-materjal(i): …
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
ANNESS 3
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni: … … … |
|
dwar: (2) |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura skont ir-Regolament tan-NU Nru 118.
Nru tal-approvazzjoni … Nru tal-estensjoni …
Raġuni għall-estensjoni: …
Taqsima I
Ġenerali
|
1.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
1.2. |
Tip: … |
|
1.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (2) ((b)): … |
|
1.3.1. |
Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: … |
|
1.4. |
Kategorija tal-vettura: … |
|
1.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: …
… |
|
1.6. |
Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: … |
|
1.7. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: … |
Taqsima II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli) |
|
2. |
Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: … |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): … |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: … |
|
9. |
L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li jista’ jinkiseb wara talba għalih, jinsab mehmuż. |
(1) Numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta jew irtira l-approvazzjoni.
(2) Ħassar dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli iktar minn annotazzjoni waħda).
((b)) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri li ma humiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip tal-vettura, il-komponenti jew l-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
ANNESS 4
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni: … … … |
|
dwar: (2) |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ komponent skont ir-Regolament tan-NU Nru 118
Nru tal-approvazzjoni … Nru tal-estensjoni …
Raġuni għall-estensjoni: …
Taqsima I
Ġenerali
|
1.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
1.2. |
Tip: … |
|
1.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq l-apparat ((b)): …
… |
|
1.3.1. |
Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: … |
|
1.4. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
1.5. |
Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: … |
|
1.6. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
… |
Taqsima II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Appendiċi 1 |
|
2. |
Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:
… |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): … |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: … |
|
9. |
L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li jista’ jinkiseb wara talba għalih, jinsab mehmuż. |
(1) Numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta jew irtira l-approvazzjoni.
(2) Ħassar dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli iktar minn annotazzjoni waħda).
((b)) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri li ma humiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip tal-vettura, il-komponenti jew l-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
Appendiċi 1
Appendiċi tal-formola ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skont ir-Regolament tan-NU Nru 118
1.
Informazzjoni addizzjonali.
1.1.
Materjali interni
1.1.1.
Id-direzzjoni li fiha jrid jiġi installat il-komponent: orizzontali / vertikali / kemm f’direzzjoni(jiet) orizzontali kif ukoll vertikali (1).
1.1.2.
Jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.: iva / le / mhux applikabbli (1)
1.1.3.
Il-konformità tal-komponenti approvati bħala apparati sħaħ ġiet ivverifikata: iva / le (1)
1.1.4.
Kwalunkwe restrizzjoni tal-użu u rekwiżit tal-installazzjoni: ….
1.2.
Materjali iżolanti
1.2.1.
Id-direzzjoni li fiha jrid jiġi installat il-komponent: orizzontali / vertikali / kemm f’direzzjoni(jiet) orizzontali kif ukoll vertikali (1).
1.2.2.
Il-konformità tal-komponenti approvati bħala apparati sħaħ ġiet ivverifikata: iva / le (1)
1.2.3.
Kwalunkwe restrizzjoni tal-użu u rekwiżit tal-installazzjoni: …
1.3.
Kejbils tal-elettriku
1.3.1.
Kwalunkwe restrizzjoni tal-użu u rekwiżit tal-installazzjoni: …
2.
Rimarki: …
(1) Ħassar dak li mhux applikabbli.
ANNESS 5
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
Eżempju 1
(ara l-Parti I ta’ dan ir-Regolament)
a = minimu ta’ 8 mm.
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla fuq vettura, turi li t-tip konċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont il-Parti I tar-Regolament tan-NU Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 041234. L-ewwel żewġ ċifri (04) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tas-serje ta’emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 118.
Eżempju 2
(Ara l-Parti II ta’ dan ir-Regolament)
a ≥ 5 mm
Il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq imwaħħla fuq komponent turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont il-Parti II tar-Regolament tan-NU Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 041234. L-ewwel żewġ ċifri (04) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tas-serje ta’emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 118.
Dawn is-simboli jintużaw biss jekk ikunu applikabbli.
Eżempju 3
(Ara l-Parti II ta’ dan ir-Regolament)
a ≥ 5 mm
Il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq imwaħħla fuq komponent turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont il-Parti II tar-Regolament tan-NU Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 041234 u r-Regolament tan-NU Nru 10 (1) bin-numru tal-approvazzjoni 068230.
L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li, fid-data meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament tan-NU Nru 118 inkluda s-serje ta’ emendi 04 u r-Regolament Nru 10 inkluda s-serje ta’ emendi 06.
Dawn is-simboli jintużaw biss jekk ikunu applikabbli.
(1) It-tieni numru jingħata sempliċement bħala eżempju.
ANNESS 6
Test li jiddetermina r-rata tal-ħruq orizzontali tal-materjali
1.
Teħid tal-kampjuni u prinċipju
1.1.
Fil-każ ta’ materjal iżotropiku, għandhom jiġu ttestjati ħames kampjuni, jew għaxar kampjuni fil-każ ta’ materjal mhux iżotropiku (ħamsa għal kull direzzjoni).
1.2.
Il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-materjal li jkun qed jiġi ttestjat. Il-materjali li għandhom rati tal-ħruq differenti f’direzzjonijiet differenti, għandhom jiġu ttestjati għal kull direzzjoni. Il-kampjuni jridu jittieħdu u jitqiegħdu fl-apparat tat-test biex titkejjel l-ogħla rata tal-ħruq. Meta l-materjal ikun fornit fi strixxi skont il-wisa’, għandu jinqata’ tul ta’ mill-inqas 500 mm li jkopri l-wisa’ kollha. Minn din l-istrixxa maqtugħa, il-kampjuni għandhom jittieħdu b’tali mod li jkunu mill-inqas 100 mm mit-tarf tal-materjal u ekwidistanti minn xulxin. Bl-istess mod għandhom jittieħdu l-kampjuni minn prodotti kompluti, meta l-forma tal-prodott tippermetti li dan isir. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13 mm, din għandha titnaqqas għal 13 mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat fuq il-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (kompartiment ta’ ġewwa, kompartiment tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test għandu jitwettaq, f’konformità mas-Servizz Tekniku, fuq il-ħxuna inizjali tal-materjal, u dan għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test.Il-materjali kompożiti (ara l-paragrafu 6.1.3.) għandhom jiġu ttestjati daqslikieku kienu ta’ kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta’ materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta’ kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali kompożiti, is-saffi kollha tal-materjal inklużi sa fond ta’ 13 mm mis-superfiċe li tkun faċċata tal-kompartiment rispettiv għandhom jiġu ttestjati individwalment.
1.3.
Il-kampjun jinżamm orizzontalment f’holder forma ta’ U u jiġi espost għall-azzjoni ta’ fjamma definita għal 15-il sekonda f’kompartiment tal-kombustjoni, fejn il-fjamma taġixxi fuq it-tarf tal-kampjun li jisporġi mill-kontenitur. It-test jiddetermina jekk u meta tintefa l-fjamma jew il-ħin li fih il-fjamma taqbeż distanza mkejla.
2.
Apparat
2.1.
Kompartiment tal-kombustjoni (Illustrazzjoni 1), preferibbilment tal-azzar inossidabbli u bid-dimensjonijiet indikati fl-Illustrazzjoni 2. Il-faċċata ta’ quddiem tal-kompartiment tinkludi tieqa tal-osservazzjoni reżistenti għall-fjammi, li tista’ tgħatti l-faċċata ta’ quddiem u li tista’ sservi bħala bieba għall-aċċess.Il-qiegħ tal-kompartiment għandu t-toqob għall-arja, u n-naħa ta’ fuq għandha xaqq għall-arja mad-dawra kollha. Il-kompartiment tal-kombustjoni jitqiegħed fuq erba’ saqajn, b’għoli ta’ 10 mm.
Il-kompartiment jista’ jkollu toqba f’tarf wieħed għall-introduzzjoni tal-kontenitur tal-kampjun li fih jinsab il-kampjun; fin-naħa l-oħra, tkun provduta toqba għall-pajp tal-gass. Il-materjal imdewweb jinqabad f’dixx (ara l-Illustrazzjoni 3) li jitpoġġa fil-qiegħ tal-kompartiment bejn ix-xquq għall-arja b’tali mod li ma jgħatti ebda toqba tal-arja.
Illustrazzjoni 1
Eżempju ta’ kompartiment tal-kombustjoni bil-holder tal-kampjun u d-dixx għall-qtar
Illustrazzjoni 2
Eżempju ta’ kompartiment tal-kombustjoni
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Illustrazzjoni 3
Dixx għall-qtar tipiku
(Dimensjonijiet f’millimetri)
2.2.
Holder tal-kampjun, magħmul minn żewġ pjanċi tal-metall forma ta’ U jew oqfsa magħmulin minn materjal reżistenti għall-korrużjoni. Id-dimensjonijiet huma indikati fl-Illustrazzjoni 4.Il-pjanċa ta’ isfel tkun mgħammra b’pinnijiet, u dik ta’ fuq b’toqob korrispondenti sabiex jiġi żgurat li l-kampjun jinżamm b’mod konsistenti. Il-pinnijiet iservu wkoll bħala punti tal-kejl fil-bidu u fl-aħħar tad-distanza tal-ħruq.
Għandu jkun hemm support fil-forma ta’ wajers reżistenti għas-sħana b’dijametru ta’ 0,25 mm li jgħaddu minn naħa għall-oħra tal-qafas ta’ taħt bil-forma ta’ U, b’intervalli ta’ 25 mm (ara l-Illustrazzjoni 5).
Il-wiċċ ta’ taħt tal-kampjuni għandu jkun 178 mm ’il fuq mill-pjanċa tal-art. Id-distanza tat-tarf ta’ quddiem tal-holder tal-kampjun mit-tarf tal-kompartiment għandha tkun 22 mm; id-distanza tal-ġnub lonġitudinali tal-holder tal-kampjun mill-ġnub tal-kompartiment għandhom ikunu 50 mm (id-dimensjonijiet kollha minn ġewwa tal-kompartiment). (Ara l-Illustrazzjonijiet 1 u 2)
Illustrazzjoni 4
Eżempju ta’ holder tal-kampjun
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Illustrazzjoni 5
Eżempju ta’ sezzjoni ta’ disinn tal-qafas ta’ taħt bil-forma ta’ U, għat-tagħmir tas-support tal-wajer
(Dimensjonijiet f’millimetri)
2.3.
Berner tal-gassSabiex titqabbad il-fjamma jintuża Bunsen berner b’dijametru intern ta’ 9,5 ± 0,5 mm. Dan jitqiegħed fil-kabinett tat-test b’tali mod li ċ-ċentru taż-żennuna tiegħu jkun 19 mm taħt iċ-ċentru tat-tarf ta’ taħt tat-tarf sporġut tal-kampjun (ara l-Illustrazzjoni 2).
2.4.
Gass tat-testIl-gass fornut lill-berner għandu jkollu valur kalorifiku ta’ madwar 38 MJ/m3 (pereżempju l-gass naturali).
2.5.
Pettne tal-metall, tul ta’ mill-inqas 110 mm, b’seba’ jew tmien snien lixxi ġejjin għat-tond, kull 25 mm.
2.6.
Stop-watch, akkurat sa 0,5 sekondi.
2.7.
Kabinett għad-dħaħen. Il-kompartiment tal-kombustjoni jista’ jitpoġġa f’kabinett għad-dħaħen sakemm il-volum intern ikun mill-inqas 20 darba, imma mhux aktar minn 110 darbiet ikbar mill-volum tal-kompartiment tal-kombustjoni u sakemm l-ebda dimensjoni tal-għoli, tal-wisa’, jew tat-tul tal-kabinett għad-dħaħen ma tkun akbar minn darbtejn u nofs ta’ kwalunkwe waħda mid-dimensjonijiet l-oħra. Qabel it-test, għandha tiġi mkejla l-veloċità vertikali tal-arja fil-kabinett għad-dħaħen 100 mm quddiem u wara tal-pożizzjoni finali fejn se jitpoġġa l-kompartiment tal-kombustjoni. Għandha tkun ta’ bejn 0,10 u 0,30 m/s sabiex tevita l-possibilità ta’ nuqqas ta’ kumdità għall-operatur minħabba l-prodotti tal-kombustjoni. Jista’ jintuża kabinett għad-dħaħen b’ventilazzjoni naturali u b’veloċità xierqa tal-arja.
3.
Kampjuni
3.1.
Forma u dimensjonijiet
3.1.1.
Il-forma u d-dimensjonijiet tal-kampjuni huma indikati fl-Illustrazzjoni 6. Il-ħxuna tal-kampjun tikkorrispondi għall-ħxuna tal-prodott li jrid jiġi ttestjat. Ma għandhiex tkun aktar minn 13 mm. Meta t-teħid tal-kampjun jippermetti, il-kampjun għandu jkollu sezzjoni kostanti għat-tul kollu tiegħu.Illustrazzjoni 6
Kampjun
(Dimensjonijiet f’millimetri)
3.1.2.
Jekk il-forma u d-dimensjonijiet ta’ prodott ma jippermettux li jittieħed kampjun tad-daqs indikat, għandhom jinżammu dawn id-dimensjonijiet minimi:|
(a) |
Għall-kampjuni b’wisa’ ta’ bejn 3 u 60 mm, it-tul għandu jkun ta’ 356 mm. F’dan il-każ il-materjal jiġi ttestjat fil-wisa’ tal-prodott; |
|
(b) |
Għall-kampjuni li jkollhom wisa’ ta’ bejn 60 u 100 mm, it-tul għandu jkun mill-inqas 138 mm. F’dan il-każ id-distanza potenzjali tal-ħruq tikkorrispondi għat-tul tal-kampjun u l-kejl jibda mill-ewwel punt tal-kejl. |
3.2.
KundizzjonamentIl-kampjuni għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa iżda mhux iktar minn 7 ijiem f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.
3.1.3.
Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test.
4.
Proċedura
4.1.
Qiegħed il-kampjuni li jkollhom wiċċ bil-pil jew bit-trofof fuq superfiċe ċatta u omxot darbtejn kontra l-pil bil-pettne (il-paragrafu 2.5.).
4.2.
Qiegħed il-kampjun fil-holder tal-kampjun (il-paragrafu 2.2.) b’tali mod li n-naħa esposta tkun tħares ’l isfel lejn il-fjamma.
4.3.
Aġġusta l-fjamma tal-gass għal għoli ta’ 38 mm fuq il-marka fil-kompartiment, bid-dħul tal-arja fil-berner magħluq. Qabel ma jingħata bidu għall-ewwel test, il-fjamma għandha tkun ilha mixgħula għal mill-inqas minuta biex tilħaq tistabbilizza ruħha.
4.4.
Imbotta l-holder tal-kampjun fil-kompartiment tal-kombustjoni b’tali mod li t-tarf tal-kampjun ikun espost għall-fjamma, u wara 15-il sekonda aqta’ l-fluss tal-gass.
4.5.
Il-kejl tal-ħin tal-ħruq jibda fil-mument meta l-bażi tal-fjamma taqbeż l-ewwel punt tal-kejl. Osserva l-propagazzjoni tal-fjamma fuq in-naħa li tinħaraq aktar malajr mill-oħra (ta’ fuq jew ta’ taħt).
4.6.
Il-kejl tal-ħin tal-ħruq ikun lest meta l-fjamma tkun waslet fl-aħħar punt tal-kejl jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tasal sal-aħħar punt tal-kejl. Jekk il-fjamma ma tilħaqx l-aħħar punt tal-kejl, kejjel id-distanza l-maħruqa sal-punt fejn il-fjamma tkun intfiet. Id-distanza tal-ħruq hija l-parti dekomposta tal-kampjun, li s-superfiċe jew l-intern tiegħu jinqered mill-ħruq.
4.7.
Sakemm il-kampjun ma jaqbadx jew ma jkomplix jinħaraq wara li l-berner ikun intefa, jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-ewwel punt tal-kejl, b’tali mod li ma jitkejjel l-ebda ħin ta’ ħruq, niżżel fir-rapport tat-test li r-rata tal-ħruq hija 0 mm/min.
4.8.
Meta twettaq serje ta’ testijiet jew testijiet ripetuti, żgura li l-kompartiment tal-kombustjoni u l-kontenitur tal-kampjun ikollhom temperatura massima ta’ 30 °C qabel ma tibda t-test li jmiss.
5.
KalkoluIr-rata tal-ħruq, B (1), f’millimetri kull minuta, tingħata permezz tal-formola:
B = 60 s/t
fejn:
|
s |
= |
id-distanza maħruqa, f’millimetri; |
|
t |
= |
il-ħin, f’sekondi, biex tinħaraq id-distanza s. |
(1) Ir-rata tal-ħruq (B) għal kull kampjun tiġi kkalkulata biss fil-każ li l-fjamma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl jew it-tarf tal-kampjun.
ANNESS 7
Test li jiddetermina l-imġiba tat-tidwib tal-materjali
1.
Teħid tal-kampjuni u prinċipju
1.1.
Għandhom jiġu ttestjati erba’ kampjuni għaż-żewġt uċuħ (jekk dawn ma jkunux identiċi).
1.2.
Il-kampjun għandu jitqiegħed f’pożizzjoni orizzontali u jiġi espost għal radjatur tal-elettriku. Taħt l-eżemplar għandu jitqiegħed reċipjent biex jiġbor il-qtar li joħorġu. Fir-reċipjent jitqiegħed ftit tajjar biex jiġi vverifikat jekk tkunx qed tinħaraq xi qatra.
2.
ApparatL-apparat għandu jikkonsisti minn (Illustrazzjoni 1):
|
(a) |
Radjatur tal-elettriku; |
|
(b) |
Support għall-kampjun, bi gradilja; |
|
(c) |
Reċipjent (għall-qtar li joħorġu); |
|
(d) |
Support (għall-apparat). |
2.1.
Is-sors tas-sħana huwa radjatur tal-elettriku b’output utli ta’ 500 W. Is-superfiċe tar-radjazzjoni għandha tkun magħmula minn pjanċa tal-kwarz trasparenti b’dijametru ta’ 100 ± 5 mm.Is-sħana rradjata mill-apparat, imkejla fuq superfiċe li tkun parallela mas-superfiċe tar-radjatur f’distanza ta’ 30 mm, għandha tkun ta’ 3 W/cm2.
2.2.
KalibrazzjoniGħall-kalibrazzjoni tar-radjatur, għandu jintuża miter tal-fluss tas-sħana (radjometru) tat-tip Gardon (fojl) b’medda tad-disinn li ma taqbiżx l-10 W/cm2. L-oġġett fil-mira li jirċievi r-radjazzjoni, u possibbilment xi ftit konvezzjoni wkoll, għandu jkun ċatt, tond, b’dijametru ta’ mhux iktar minn 10 mm u mogħti passata b’finitura sewda matta reżistenti.
L-oġġett fil-mira għandu jitpoġġa ġo kontenitur imkessaħ bl-ilma li l-wiċċ ta’ quddiem tiegħu jkun magħmul minn metall ċatt illostrat tajjeb, b’forma tonda, b’dijametru ta’ madwar 25 mm, u li jikkoinċidi mal-pjan tal-oġġett fil-mira.
Ir-radjazzjoni ma għandha tgħaddi mill-ebda tieqa qabel ma tilħaq l-oġġett fil-mira.
L-istrument għandu jkun robust, sempliċi biex jintrama u jintuża, mhux sensittiv għall-kurrenti tal-arja, u stabbli waqt il-kalibrazzjoni. L-istrument għandu jkollu akkuratezza ta’ ±3 fil-mija u ripetibbiltà ta’ 0,5 fil-mija.
Il-kalibrazzjoni tal-miter tal-fluss tas-sħana għandha tiġi vverifikata kull darba li titwettaq rikalibrazzjoni tar-radjatur, billi titqabbel ma’ strument ikkunsidrat bħala standard ta’ referenza u li ma jintużax għal xi skop ieħor.
L-istrument tal-istandard ta’ referenza għandu jiġi kkalibrat kompletament darba fis-sena f’konformità mal-istandard nazzjonali.
2.2.1.
Verifika tal-kalibrazzjoniL-irradjanza prodotta mill-input tal-enerġija li l-kalibrazzjoni inizjali tkun uriet li tikkorrispondi għal irradjanza ta’ 3 W/cm2 trid tiġi vverifikata spiss (mill-inqas darba kull 50 siegħa ta’ tħaddim) u l-apparat għandu jiġi rikalibrat jekk din il-verifika turi devjazzjoni ta’ aktar minn 0,06 W/cm2.
2.2.2.
Proċedura tal-kalibrazzjoniL-apparat għandu jitqiegħed f’ambjent essenzjalment ħieles minn kurrenti tal-arja (mhux iktar minn 0,2 m/s).
Qiegħed il-miter tal-fluss tas-sħana fl-apparat fil-pożizzjoni tal-eżemplar b’tali mod li l-oġġett fil-mira tal-miter tal-fluss tas-sħana jkun jinsab f’pożizzjoni ċentrali fis-superfiċe tar-radjatur.
Ixgħel il-provvista tal-elettriku u stabbilixxi l-input tal-enerġija tat-tagħmir tal-kontroll meħtieġ biex tiġi prodotta irradjanza fiċ-ċentru tas-superfiċe tar-radjatur ta’ 3 W/cm2. L-aġġustament fl-unità tal-enerġija biex jiġu reġistrati 3 W/cm2 jenħtieġ li jkun segwit minn perjodu ta’ 5 minuti mingħajr aġġustament addizzjonali biex jiġi żgurat l-ekwilibriju.
2.3.
Is-support tal-kampjuni għandu jkun ċirku tal-metall (Illustrazzjoni 1). Fuq dan is-support titqiegħed gradilja, magħmula minn wajers tal-azzar inossidabbli, li jkollha dawn id-dimensjonijiet:|
(a) |
Dijametru intern: 118 mm, |
|
(b) |
Dimensjoni tat-toqob: kwadri, 2,10 mm, |
|
(c) |
Dijametru tal-wajer tal-azzar: 0,70 mm. |
2.4.
Ir-reċipjent għandu jkun jikkonsisti f’tubu ċilindriku b’dijametru minn ġewwa ta’ 118 mm u fond ta’ 12 mm. Ir-reċipjent għandu jkun mimli bit-tajjar.
2.5.
L-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 2.1., 2.3. u 2.4. għandhom jintrifdu minn kolonna vertikali.Ir-radjatur jitqiegħed fuq is-support b’tali mod li s-superfiċe tar-radjazzjoni tkun orizzontali u r-radjazzjoni tkun ’l isfel.
Għandu jkun hemm liver/pedala fil-kolonna biex terfa’ s-support tar-radjatur bil-mod. Għandu jkun mgħammar ukoll bi qfil biex jiġi żgurat li r-radjatur ikun jista’ jerġa’ jitqiegħed fil-pożizzjoni normali.
Fil-pożizzjoni normali tagħhom, l-assi tar-radjatur, is-support tal-kampjun u r-reċipjent għandhom jikkoinċidu.
3.
KampjuniIl-kampjuni tat-test għandu jkollhom dawn id-dimensjonijiet: 70 mm × 70 mm. Bl-istess mod għandhom jittieħdu l-kampjuni minn prodotti kompluti, meta l-forma tal-prodott tippermetti li dan isir. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13 mm, din għandha titnaqqas għal 13 mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat fuq il-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (kompartiment ta’ ġewwa, kompartiment tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test għandu jitwettaq f’konformità mas-Servizz Tekniku, fuq il-wisa’ inizjali tal-materjal, u dan għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test.
Il-materjali kompożiti (ara l-paragrafu 6.1.3. tar-Regolament) għandhom jiġu ttestjati daqslikieku kellhom kostruzzjoni uniformi.
Fil-każ ta’ materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta’ kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali kompożiti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta’ 13 mm mis-superfiċe li jkun faċċata tal-kompartiment rispettiv (kompartiment ta’ ġewwa, kompartiment tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin) għandhom jiġu ttestjati individwalment.
Il-massa totali tal-kampjun li jrid jiġi ttestjat għandha tkun ta’ mill-inqas 2 g. Jekk il-massa ta’ kampjun wieħed tkun inqas, għandhom jiġu miżjuda biżżejjed kampjuni biex dan it-total jintlaħaq.
Jekk iż-żewġt uċuħ tal-materjal ikunu differenti, iż-żewġ faċċati għandhom jiġu ttestjati, li jfisser li jridu jiġu ttestjati tmien kampjuni. Il-kampjuni u t-tajjar għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.
4.
ProċeduraIl-kampjun jitqiegħed fuq is-support u dan tal-aħħar jitqiegħed b’tali mod li d-distanza bejn is-superfiċe tar-radjatur u n-naħa ta’ fuq tal-kampjun tkun ta’ 30 mm.
Ir-reċipjent, li jkun fih it-tajjar, jitqiegħed taħt il-gradilja tas-support f’distanza ta’ 300 mm.
Ir-radjatur jitwarrab f’ġenb, biex ma jitfax radjazzjoni fuq il-kampjun, u jinxtegħel. Meta dan jilħaq il-potenza massima tiegħu, jitqiegħed fuq il-kampjun u jibda jittieħed il-ħin.
Jekk il-materjal idub jew jiġi deformat, l-għoli tar-radjatur jinbidel biex tinżamm id-distanza ta’ 30 mm.
Jekk il-materjal jaqbad, ir-radjatur għandu jitwarrab wara 3 sekondi. Dan jerġa’ jitpoġġa fil-pożizzjoni meta l-fjamma tintefa u l-istess proċedura tiġi ripetuta bil-frekwenza meħtieġa fl-ewwel 5 minuti tat-test.
Wara l-5 minuta tat-test:
|
(i) |
Jekk il-kampjun ikun intefa (kemm jekk ikun qabad u kemm jekk ma qabadx fl-ewwel 5 minuti tat-test) ħalli r-radjatur fl-istess pożizzjoni anki jekk il-kampjun jerġa’ jaqbad; |
|
(ii) |
Jekk il-materjal ikun għadu jaqbad, stenna sakemm jintefa n-nar qabel ma terġa’ tressaq ir-radjatur fil-pożizzjoni tiegħu. |
Fi kwalunkwe każ, it-test għandu jitkompla għal 5 minuti addizzjonali.
5.
RiżultatiFir-rapport tat-test għandhom jiġu indikati l-fenomeni osservati, bħal:
|
(i) |
Jekk jaqa’ xi qtar, u jekk dan ikunx qed jaqbad jew le; |
|
(ii) |
Jekk it-tajjar ikunx qabad. |
Illustrazzjoni 1
(Dimensjonijiet f’millimetri)
ANNESS 8
Test li jiddetermina r-rata tal-ħruq vertikali tal-materjali
1.
Teħid tal-kampjuni u prinċipju
1.1.
Fil-każ ta’ materjal iżotropiku, għandhom jiġu ttestjati tliet kampjuni, jew sitt kampjuni fil-każ ta’ materjal mhux iżotropiku.
1.2.
Dan it-test jikkonsisti fl-esponiment tal-kampjuni, miżmuma f’pożizzjoni vertikali quddiem fjamma, u d-determinazzjoni tal-veloċità tal-propagazzjoni tal-fjamma fuq il-materjal li jrid jiġi ttestjat.
2.
ApparatL-apparat għandu jkun magħmul minn:
|
(a) |
Holder tal-eżemplar; |
|
(b) |
Berner; |
|
(c) |
Sistema ta’ ventilazzjoni biex tneħħi l-gassijiet u l-prodotti tal-kombustjoni; |
|
(d) |
Mudell; |
|
(e) |
Ħjut tal-immarkar bojod magħmula minn qoton abjad mogħti l-leqqa, li jkollhom densità lineari massima ta’ 50 tex. |
2.1.
Il-holder tal-eżemplar għandu jkun magħmul minn qafas rettangolari b’għoli ta’ 560 mm u għandu jkollu żewġ vireg paralleli konnessi b’mod riġidu bi spazju ta’ 150 mm bejniethom li fuqhom għandhom jitwaħħlu l-pinnijiet biex jiġi mmuntat l-eżemplar tat-test li jitqiegħed fuq pjan li jkun mill-inqas 20 mm mill-qafas. Il-pinnijiet li jintużaw għall-immuntar għandu jkollhom dijametru ta’ mhux aktar minn 2 mm u tul ta’ mill-inqas 40 mm. Il-pinnijiet għandhom jitqiegħdu fuq il-vireg paralleli fil-pożizzjonijiet indikati fl-Illustrazzjoni 1. Il-qafas għandu jiġi mmuntat fuq support adattat biex iżomm il-vireg orjentati vertikalment waqt l-ittestjar (biex l-eżemplar jitqiegħed fuq il-pinnijiet fi pjan lil hinn mill-qafas, maġenb il-pinnijiet jistgħu jintużaw spazjaturi b’dijametru ta’ 2 mm).Il-holder tal-eżemplar muri fl-Illustrazzjoni 1 jista’ jiġi mmodifikat fil-wisa’ biex jippermetti t-twaħħil tal-kampjun.
Biex il-kampjun jitwaħħal f’pożizzjoni vertikali, jista’ jintuża support magħmul minn wajers reżistenti għas-sħana b’dijametru ta’ 0,25 mm li orizzontalment jgħaddu minn fuq il-kampjun f’intervalli ta’ 25 mm tul l-għoli kollu tal-holder tal-eżemplar. Alternattivament, il-kampjun jista’ jitwaħħal bi klampijiet addizzjonali mal-holder tal-eżemplar.
2.2.
Il-berner huwa deskritt fl-Illustrazzjoni 3.Il-gass ipprovdut lill-berner jista’ jkun gass tal-propan kummerċjali jew gass tal-butan kummerċjali.
Il-berner għandu jitqiegħed faċċata tal-eżemplar, iżda ’l isfel minnu, b’tali mod li jkun qiegħed fi pjan li jgħaddi mil-linja ċentrali vertikali tal-eżemplar u f’direzzjoni perpendikulari mal-wiċċ tiegħu (ara l-Illustrazzjoni 2), b’tali mod li l-assi lonġitudinali jkun inklinat ’il fuq fi 30° mal-linja vertikali tat-tarf ta’ isfel tal-eżemplar. Id-distanza bejn il-ponta ta’ fuq tal-berner u t-tarf ta’ isfel tal-eżemplar għandha tkun ta’ 20 mm.
2.3.
L-apparat tat-test jista’ jitqiegħed f’kabinett għad-dħaħen. Id-daqs u l-forma tal-kabinett għad-dħaħen għandhom ikunu tali li r-riżultati tat-test ma jiġux affettwati. Qabel it-test, għandha tiġi mkejla l-veloċità vertikali tal-arja fil-kabinett għad-dħaħen 100 mm quddiem u wara l-pożizzjoni finali fejn se jitpoġġa l-apparat tat-test. Għandha tkun ta’ bejn 0,10 u 0,30 m/s sabiex tevita l-possibilità ta’ nuqqas ta’ kumdità għall-operatur minħabba l-prodotti tal-kombustjoni. Jista’ jintuża kabinett għad-dħaħen b’ventilazzjoni naturali u b’veloċità xierqa tal-arja.
2.4.
Għandu jintuża mudell ċatt u riġidu magħmul minn materjal xieraq u ta’ daqs li jikkorrispondi mad-daqs tal-eżemplar. Fil-mudell għandhom jiġu mtaqqba toqob b’dijametru ta’ madwar 2 mm li l-pożizzjoni tagħhom tkun tali li d-distanzi bejn iċ-ċentri tat-toqob jikkorrispondu mad-distanzi bejn il-pinnijiet ta’ fuq l-oqfsa (ara l-Illustrazzjoni 1). It-toqob għandhom ikunu ekwidistanti mil-linji ċentrali vertikali tal-mudell.
3.
Kampjuni
3.1.
Materjali skont il-paragrafu 6.2.3. ta’ dan ir-Regolament: Id-dimensjonijiet tal-kampjuni huma 560 mm × 170 mm.Jekk id-dimensjonijiet ta’ materjal ma jippermettux it-teħid ta’ kampjun tad-dimensjonijiet indikati, it-test għandu jitwettaq billi jittieħed kampjun li jkollu d-dimensjonijiet ta’ mill-inqas 380 mm fl-għoli u ta’ mill-inqas 3 mm fil-wisa’.
Sleeves tal-kejbils u conduits tal-kejbils: Id-dimensjonijiet tal-kampjuni huma: tul: 560 mm, iżda mill-inqas 380 mm jekk id-dimensjonijiet tal-materjal ma jippermettux it-teħid ta’ kampjun tad-dimensjonijiet indikati; wisa’: id-dimensjoni reali tal-komponent.
3.2.
Materjali skont il-paragrafu 6.2.3. ta’ dan ir-Regolament: Meta l-ħxuna tal-kampjun tkun aktar minn 13 mm, din għandha titnaqqas għal 13 mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat fuq il-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (kompartiment ta’ ġewwa, kompartiment tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test għandu jitwettaq f’konformità mas-Servizz Tekniku, fuq il-ħxuna inizjali tal-materjal, u dan għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test. Il-materjali kompożiti (ara l-paragrafu 6.1.3.) għandhom jiġu ttestjati daqslikieku kienu ta’ kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta’ materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta’ kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali kompożiti, is-saffi kollha tal-materjal inklużi sa fond ta’ 13 mm mis-superfiċe li tkun faċċata tal-kompartiment rispettiv għandhom jiġu ttestjati individwalment.
3.3.
Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test.
3.4.
Il-kampjuni għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.
4.
Proċedura
4.1.
It-test għandu jitwettaq f’atmosfera b’temperatura ta’ bejn 10 °C u 30 °C u f’umdità relattiva ta’ bejn 15 fil-mija u 80 fil-mija.
4.2.
Il-berner għandu jissaħħan minn qabel għal 2 minuti. L-għoli tal-fjamma għandu jiġi aġġustat għal 40 ± 2 mm, imkejla bħala d-distanza bejn il-ponta ta’ fuq tat-tubu tal-berner u l-ponta ta’ fuq tal-parti s-safra tal-fjamma meta l-berner ikollu orjentazzjoni vertikali u l-fjamma tkun osservata f’dawl baxx.
4.3.
L-eżemplar għandu jitqiegħed (wara li jitqiegħdu l-ħjut tal-immarkar tan-naħa ta’ wara) fuq il-pinnijiet tal-qafas tat-test, filwaqt li jiġi żgurat li l-pinnijiet jgħaddu mill-punti mmarkati fuq il-mudell u li l-eżemplar ikun mill-inqas 20 mm lil hinn mill-qafas. Il-qafas għandu jitwaħħal fuq is-support b’tali mod li l-eżemplar ikun vertikali.
4.4.
Il-ħjut tal-immarkar għandhom jitwaħħlu orizzontalment quddiem u wara l-eżemplar fil-pożizzjonijiet indikati fl-Illustrazzjoni 1. F’kull pożizzjoni, għandha tiġi fformata għoqda tal-ħajt b’tali mod li ż-żewġ segmenti jkollhom spazju ta’ 1 mm u 5 mm mill-faċċata ta’ quddiem u mill-faċċata ta’ wara tal-eżemplar.Kull għoqda għandha tkun marbuta ma’ apparat xieraq li jkejjel il-ħin. Il-ħjut għandhom jiġu stirati biżżejjed biex jinżammu fil-pożizzjoni tagħhom mal-eżemplar.
4.5.
Il-fjamma għandha tiġi applikata fuq l-eżemplar għal 5 sekondi. L-eżemplar għandu jitqies li jkun qabad meta l-ħruq tiegħu jsostni għal 5 sekondi wara li titneħħa l-fjamma li tkun qabbdet in-nar. Jekk l-eżemplar ma jaqbadx, il-fjamma għandha tiġi applikata għal 15-il sekonda fuq kampjun ieħor ikkundizzjonat.
4.6.
Jekk kwalunkwe riżultat minn kwalunkwe sett ta’ tliet eżemplari jaqbeż ir-riżultat minimu b’50 fil-mija, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta’ tliet eżemplari għal dik id-direzzjoni jew għal dak il-wiċċ. Jekk eżemplar wieħed jew tnejn minn kwalunkwe sett ta’ tliet eżemplari ma jaqbadx sal-ħajta tal-immarkar ta’ fuq, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta’ tliet eżemplari għal dik id-direzzjoni jew għal dak il-faċċata.
4.7.
Għandhom jitkejlu l-ħinijiet li ġejjin, f’sekondi:|
(a) |
Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta jinqatgħu l-ewwel ħjut tal-immarkar (t1); |
|
(b) |
Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta jinqatgħu t-tieni ħjut tal-immarkar (t2); |
|
(c) |
Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta jinqatgħu t-tielet ħjut tal-immarkar (t3). |
4.8.
Jekk il-kampjun ma jaqbadx jew ma jibqax jaqbad wara li jintefa l-berner, jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma jinħarqu għalkollox l-ewwel ħjut tal-immarkar, u ma jkun tkejjel l-ebda ħin tal-ħruq, ir-rata tal-ħruq titqies bħala 0 mm/minuta.
4.9.
Jekk il-kampjun jaqbad u l-fjammi tiegħu jaslu sal-għoli tat-tielet ħjut tal-immarkar mingħajr ma jkunu ħarqu l-ewwel u t-tieni ħjut tal-immarkar (eż. minħabba l-karatteristiki tal-kampjun tal-materjal irqiq), ir-rata tal-ħruq titqies li tkun aktar minn 100 mm/min.
5.
RiżultatiIl-fenomeni osservati għandhom jiġu indikati fir-rapport tat-test, u jinkludu:
|
(a) |
It-tul ta’ żmien tal-kombustjoni: t1, t2 u t3 f’sekondi, u |
|
(b) |
Id-distanzi maħruqa korrispondenti: d1, d2 u 3 f’mm. |
Ir-rata tal-ħruq V1 u r-rati V2 u V3, jekk ikunu applikabbli, għandhom jiġu kkalkulati (għal kull kampjun jekk il-fjamma tilħaq mill-inqas waħda mill-ewwel ħjut tal-immarkar) kif ġej:
Vi = 60 di/ti (mm/min)
Għandha tiġi meqjusa l-ogħla rata tal-ħruq minn V1, V2 u V3.
Illustrazzjoni 1
Holder tal-eżemplar
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Illustrazzjoni 2
Il-pożizzjoni tal-berner, għat-tqabbid
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Illustrazzjoni 3
Berner tal-gass
(Dimensjonijiet f’millimetri)
ANNESS 9
Test li jiddetermina l-impermeabbiltà tal-materjali għal fjuwils jew lubrikanti
1.
Kamp ta’ applikazzjoniDan l-anness jelenka l-preskrizzjonijiet biex tiġi ttestjata l-kapaċità tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fil-kompartiment separat tat-tisħin.
2.
Teħid tal-kampjuni u prinċipju
2.1.
Il-kampjuni tat-test għandu jkollhom dawn id-dimensjonijiet: 140 mm × 140 mm.
2.2.
Il-ħxuna tal-kampjuni għandha tkun 5 mm. Jekk il-ħxuna tal-kampjuni tat-test tkun aktar minn 5 mm, din għandha titnaqqas għal 5 mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat fuq il-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment tal-magna jew tal-kompartiment separat tat-tisħin.
2.3.
Il-likwidu tat-test għandu jkun fjuwil tad-diżil skont l-istandard EN 590:1999 (Fjuwils kummerċjali) jew inkella fjuwil tad-diżil skont ir-Regolament Nru 83 (l-Anness 10: Speċifikazzjoni tal-fjuwils ta’ referenza).
2.4.
Għandhom jiġu ttestjati erba’ kampjuni.
3.
Apparat (ara l-Illustrazzjonijiet 4a u 4b)L-apparat għandu jkun magħmul minn:
|
A |
pjanċa bażi, ta’ ebusija ta’ mill-inqas 70 Shore D. |
|
B |
superfiċe assorbenti (eż. tal-karta) fuq il-pjanċa bażi; |
|
C |
ċilindru tal-metall (b’dijametru intern ta’ 120 mm, b’dijametru ta’ barra ta’ 130 mm, b’għoli ta’ 50 mm), mimli bil-likwidu tat-test; |
|
D-D' |
żewġ viti bl-iskorfini b’żewġ widnejn; |
|
E |
il-kampjun tat-test; |
|
F |
pjanċa ta’ fuq |
4.
Proċedura
4.1.
Il-kampjun tat-test u l-apparat għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.
4.2.
Il-kampjun tat-test għandu jintiżen.
4.3.
Il-kampjun tat-test, bil-wiċċ ta’ fuq nett espost, għandu jitqiegħed fuq il-bażi tal-apparat billi ċ-ċilindru tal-metall jintrabat b’viti f’pożizzjoni ċentrali li jiġu ssikkati biżżejjed. Il-likwidu tat-test ma għandux inixxi.
4.4.
Imla ċ-ċilindru tal-metall bil-likwidu tat-test sa għoli ta’ 20 mm u ħalli s-sistema tistrieħ għal 24 siegħa.
4.5.
Neħħi l-likwidu tat-test u l-kampjun tat-test minn fuq l-apparat. Jekk ikun hemm xi likwidu tat-test fuq il-kampjun, dan għandu jitneħħa mingħajr ma ssir kompressjoni fuq il-kampjun tat-test.
4.6.
Il-kampjun tat-test għandu jintiżen.Illustrazzjoni 4a
Apparat għat-test li jiddetermina l-impermeabbiltà tal-materjali għal fjuwils jew lubrikanti
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Illustrazzjoni 4b
Apparat għat-test li jiddetermina l-impermeabbiltà tal-materjali għal fjuwils jew lubrikanti
(Dehra mill-ġenb)
ANNESS 10
Test li jiddetermina r-reżistenza tal-kejbils tal-elettriku għall-propagazzjoni tal-fjammi
1.
Kamp ta’ applikazzjoniDan l-anness jiddefinixxi l-preskrizzjonijiet biex tiġi ttestjata r-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi, tal-kejbils tal-elettriku użati fil-vettura.
2.
Teħid tal-kampjuni u prinċipju
2.1.
Għandhom jiġu ttestjati ħames kampjuni
3.
Kampjuni
3.1.
Il-kampjuni tat-test għandu jkollhom tul ta’ mill-inqas 600 mm ta’ iżolament.
4.
ProċeduraIddetermina r-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi bl-użu ta’ Bunsen berner b’gass xieraq, li jkollu tubu tal-kombustjoni b’dijametru intern ta’ 9 mm, fejn it-temperatura tal-fjamma fuq il-ponta ta’ fuq tal-kon blu ta’ ġewwa għandha tkun (950 +/- 50) °C.
Issospendi l-kampjun tat-test f’kompartiment bla kurrenti tal-arja u esponi l-kampjun tat-test għall-ponta ta’ fuq tal-kon ta’ ġewwa tal-fjamma, kif muri fl-Illustrazzjoni 1. It-tarf ta’ fuq tal-kejbil għandu jipponta lil hinn mill-eqreb ġenb tal-kompartiment. Il-kampjun għandu jkun soġġett għal stress, eż. permezz ta’ piż fuq taljola, sabiex jinżamm dritt f’kull ħin. L-angolu tal-kejbil għandu jkun ta’ 45° ± 1° mal-linja vertikali. Fi kwalunkwe każ, l-iqsar distanza ta’ kwalunkwe parti tal-kampjun għandha tkun ta’ minimu ta’ 100 mm minn kwalunkwe ġenb tal-kompartiment. Applika l-fjamma bil-ponta ta’ fuq tal-kon blu ta’ ġewwa tmiss l-iżolament (500 ± 5) mm mit-tarf ta’ fuq tal-iżolament.
Illustrazzjoni 1
Apparat għar-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi (Dimensjonijiet f’millimetri)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/535/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)