|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/516 |
11.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/516
tal-10 ta’ Marzu 2026
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1403 fir-rigward tal-konċentrazzjoni tat-tuġones fiż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjola
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanza Żejt essenzjali tas-salvja Spanjola minn Salvia officinalis ssp. Lavandulifolia (Vahl) Gams ġiet awtorizzata bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1403 (2) għal 10 snin. |
|
(2) |
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1403, il-konċentrazzjoni tat-tuġones fiż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjola hija mniżżla bi żball bil-valur ta’ “0,001 %”, filwaqt li skont l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tas-17 ta’ Settembru 2024 (3), ma kienx hemm detezzjoni tal-konċentrazzjoni tat-tuġones fiż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjola bil-kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa (limitu ta’ detezzjoni (LOD, Limit of detection) 0,001 %). |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1403 jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1403
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1403, fl-entrata għall-addittiv tal-għalf 2b413-eo Żejt essenzjali tas-salvja Spanjola, fit-tielet kolonna “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”, taħt l-intestatura “Speċifikazzjonijiet”, l-inċiż “— Tuġones: 0,001 %” huwa sostitwit bi “— Tuġones: ≤ 0,001 %”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1403 tas-16 ta’ Lulju 2025 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjola minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u taż-żejt essenzjali tal-ispika minn Lavandula angustifolia Mill. bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2025/1403, 17.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1403/oj).
(3) EFSA Journal 2024:22(10), e9015, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9015.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/516/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)