European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/488

5.3.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/488

tal-4 ta’ Marzu 2026

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/455 fir-rigward ta’ bidla minuri fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Marzu 2025, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/455 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0032869-0000 lil CSI-Ireland għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA”. L-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprovdi s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal dak il-prodott bijoċidali.

(2)

Fit-30 ta’ April 2025, CSI-Ireland issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (3), għal bidla minuri fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA”, kif imsemmi fit-Titolu 2 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”) bin-numru tal-każ BC-QY105662-08. Il-bidla proposta għal dik l-awtorizzazzjoni tikkonċerna l-estensjoni tal-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa minn sentejn għal 3 snin.

(3)

Fid-9 ta’ Settembru 2025, f’konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni (4) dwar il-bidla minuri applikata fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA”, flimkien ma’ sommarju rivedut tal-karatteristiċi tal-prodott u rapport ta’ valutazzjoni rivedut. L-opinjoni kkonkludiet li l-bidla proposta hija bidla minuri kif imsemmi fl-Artikolu 50(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u kif speċifikat fit-Titolu 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, u li wara l-implimentazzjoni tal-bidla, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jibqgħu jiġu ssodisfati.

(4)

Fl-10 ta’ Settembru 2025, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni s-sommarju rivedut tal-karatteristiċi tal-prodott tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA” bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jkopri l-bidla minuri li saret applikazzjoni għaliha, f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013.

(5)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk jidhrilha li jixraq li tiġi emendata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA” biex tintroduċi l-bidla minuri mitluba minn CSI-Ireland.

(6)

Ħlief għall-emendi rigward il-bidla minuri proposta, l-informazzjoni l-oħra kollha inkluża fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ “SatPax® 70/30 IPA”, kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/455, tibqa’ l-istess.

(7)

Biex tissaħħaħ iċ-ċarezza u jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-utenti u tal-partijiet interessati għall-verżjoni konsolidata tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott li għandha tiġi ppubblikata mill-Aġenzija, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/455 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. Minħabba bidla fil-format użat biex jiġi ġġenerat is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali fir-Reġistru fi Frar 2024, jenħtieġ li s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali f’dak l-Anness jinkludi wkoll xi bidliet minuri editorjali u fit-tqassim.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/455 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/455 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/455 tas-7 ta’ Marzu 2025 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/455, 10.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/455/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).

(4)  L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC, Biocidal Products Committee) dwar il-bidla minuri fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali uniku “SatPax® 70/30 IPA” tad-9 ta’ Settembru 2025, ECHA/BPC/487/2025 https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.


ANNESS

SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL PRODOTT BIJOĊIDALI

SatPax® 70/30 IPA

Tip(i) ta’ prodott

PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0032869-0000

Numru tal-assi R4BP: EU-0032869-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott

Isem/Ismijiet kummerċjali

SatPax® 70/30 IPA

SatPax® Choice® 500

Sterile SatPax® Choice® 500

SatPax® 550

Sterile SatPax® 550

SatPax® 550 Low Endotoxin

Sterile SatPax® 550 Low Endotoxin

SatPax® Choice® 600

Sterile SatPax® Choice® 600

SatPax® 670

Sterile SatPax® 670

SatPax® 670A

Sterile SatPax® 670A

SatPax® 670-R

Sterile SatPax® 670-R

SatPax® 3000

Sterile SatPax® 3000

SatPax® Choice® 700

Sterile SatPax® Choice® 700

SatPax® Choice® 900

Sterile SatPax® Choice® 900

SatPax® 1000

Sterile SatPax® 1000

SatPax® S1200

Sterile SatPax® S1200

SatPax® Choice® SuperSorb

Sterile SatPax® Choice® SuperSorb

SatPax® MicroSeal SuperSorb®

Sterile SatPax® MicroSeal SuperSorb®

SatPax® Microseal®-VP

Sterile SatPax® Microseal®-VP

SatPax® Microseal®-VP Low Endotoxin

Sterile SatPax® MicroSeal®-VP Low Endotoxin

SatPax® ValuSeal-HA®

Sterile SatPax® ValuSeal-HA®

SatPax® SPSE

Sterile SatPax® SPSE

SatPax® SPLWSE

Sterile SatPax® SPLWSE

SatPax® SPSWSE

Sterile SatPax® SPSWSE

SatPax® ValuSeal® IonX®

Sterile SatPax® ValuSeal® IonX®

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

CSI-Ireland

Indirizz

Block C Ardilaun Court 112-114 St. Stephen’s Green D02 TD28 Dublin IE

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0032869-0000

Numru tal-assi R4BP

 

EU-0032869-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

 

30.3.2025

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

 

28.2.2035

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

Isem tal-manifattur

Berkshire International Ltd

Indirizz tal-manifattur

Unit A, The Apex, Farrier Close NR18 0WF Wymondham Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Post ta’ siti ta’ manifattura

Berkshire International Ltd site 1 Techtex, Units 7 & 8, Rhodes Business Park M24 4NE Middleton Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Berkshire International Ltd site 2 Berkshire Corporation, 6509 Franz Warner Parkway NC 27377 Whitsett L-Istati Uniti

Berkshire International Ltd site 3 Berkshire International Ltd. Unit A , The Apex, Farrier Close NR18 0WF Wymondham Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propān-2-ols

Isem tal-manifattur

Ineos Solvents Germany GmbH

Indirizz tal-manifattur

Römerstraße 733 47443 Moers Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Ineos Solvents Germany GmbH site 1 Römerstraße 733 47443 Moers Il-Ġermanja


Sustanza attiva

Propān-2-ols

Isem tal-manifattur

Exxon Mobil Chemical Europe

Indirizz tal-manifattur

Hermeslaan 2 1831 Machelen Il-Belġju

Post ta’ siti ta’ manifattura

Exxon Mobil Chemical Europe site 1 Exxon Mobil Chemical Plant, 4999 Scenic Highway Louisiana 70897 Baton Rouge L-Istati Uniti

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Propān-2-ols

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

64,7 % (w/w)

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni

Mselħa tal-RTU mxarrba minn qabel b’formulazzjoni likwida (AL)

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet ta’ periklu

H225: Likwidu u fwar li jaqbdu malajr.

H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn.

H336: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

EUH066: Esponiment ripetut tista’ tikkaġuna nxif jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni

P210: Żomm ’il bogħod mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħrajn li jaqbdu. Tpejjipx.

P261: Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

P264: Aħsel idejk sew wara li tużah.

P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ.

P303+P361+P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer].

P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs.

P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib.

P312: Ikkuntattja tabibr jekk tħossok ma tiflaħx.

P403+P235: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Żomm frisk.

P405: Aħżen f’post imsakkar.

P501: Armi l-kontenut fi skont ir-regolamenti kollha lokali, nazzjonali u internazzjonali.

4.   UŻU/I AWTORIZZATI

4.1.   Deskrizzjoni tal-użu

Table 1

Diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin iżgħar permezz tal-imsiħ fi kmamar sterili u f’żoni simili kkontrollati f’ambjenti tal-manifattura u industrijali (eż.: bankijiet tax-xogħol f’kamra sterili)

Tip ta’ prodott

PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: ebda data

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: kollha

Isem xjentifiku: ebda data

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: kollha

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

Diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin iżgħar permezz tal-imsiħ fi kmamar sterili u f’żoni simili kkontrollati f’ambjenti tal-manifattura u industrijali (eż.: bankijiet tax-xogħol f’kamra sterili)

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: imsiħ

Deskrizzjoni dettaljata:

Imsiħ. Applikazzjoni diretta fuq l-uċuħ b’imselħa mxarrba minn qabel.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: 30 - 130 mL/m2

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Prodott lest għall-użu Uża biżżejjed imsielaħ biex iżżomm il-wiċċ imxarrab għal ħin tal-kuntatt ta’ minuta. Kull imselħa fiha 3,0 – 56,3 ml ta’ soluzzjoni ta’ IPA: ilma 70:30 v/v % (2,1 – 39,4 ml jew 1,6 sa 30,9 g tas-sustanza attiva). Ir-rata tal-applikazzjoni tiddependi fuq it-tip ta’ wipe (ara hawn taħt).

1.

55 % ċelluloża / 45 % poliester

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 9 - 18

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 2

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 6 - 9

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 3

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 4,5 - 6

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 4

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 4 - 4,5

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 5

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 3 - 4

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 6

2.

60 % ċelluloża / 40 % poliester

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 9 - 15

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 2

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 5,75 - 9

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 3

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 4,5 - 5,75

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 4

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 3,75 - 4,5

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 5

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 3 - 3,75

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 6

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 2 - 3

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 7

3.

100 % polipropilen

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 7,5 - 15

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 2

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 5 - 7,5

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 3

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 3,5 - 5

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 4

4.

100 % poliester

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 16 - 56

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 1

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 8 - 16

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 2

 

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 7 - 8

 

msielaħ biex iżżomm 0,5 m2 imxarrab: 3

 

Numru tipiku ta’ applikazzjonijiet fil-ġurnata: 10

Kategorija/i ta’ utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 55 % ċelluloża / 45 % poliester

Kanister/ boroż tal-mili mill-ġdid

60, 75, 100, 125 imselħa

Daqs tal-imselħa (ċm): 13 x 20, 15 x 23, 30 x 30

Materjal tar-reċipjent: HDPE (polietilen ta’ densità għolja)

Materjal tal-għatu: PP (polipropilen)

Borża

25, 30, 50, 75, 100 imselħa

Daqs tal-imselħa (ċm): 15 x 23, 18 x 20, 23 x 23, 23 x 28, 30 x 30

Materjal tas-saff ta’ barra: PET (tereftalat tal-polietilen)

Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE (polietilen jew polietilen ta’ densità baxxa lineari)

Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 60 % ċelluloża / 40 % poliester

Kanister/ borża tal-mili mill-ġdid

75, 100, 125, 150 imselħa

Daqs tal-imselħa (ċm): 13 x 20, 15 x 23, 30 x 30

Materjal tar-reċipjent: HDPE

Materjal tal-għatu: PP

Borża

30, 75, 90, 100 imselħa

Daqs tal-imselħa (ċm): 15 x 20, 18 x 20, 23 x 23, 23 x 28, 30 x 30

Materjal tas-saff ta’ barra: PET

Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE

Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 100% polipropilen

Kanister/ borża tal-mili mill-ġdid

50, 75, 100, 125, 150 imselħa

Daqs tal-imselħa (ċm): 15 x 23, 23 x 30

Materjal tar-reċipjent: HDPE

Materjal tal-għatu: PP

Borża

50, 75, 100, 125 imselħa

Daqs tal-imselħa (ċm): 18 x 28, 23 x 28, 28 x 36

Materjal tas-saff ta’ barra: PET

Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE

Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 100 % poliester

Borża

20, 25, 30, 50, 75, 100 imselħa

Daqs tal-imselħa (ċm): 15 x 23, 18 x 20, 23 x 23, 30 x 30

Materjal tas-saff ta’ barra: PET

Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE

4.1.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Uża f’temperatura tal-kamra.

Uża biss fuq uċuħ nodfa.

Neħħi mselħa waħda mill-pakkett. Aqgħlaq il-pakkett.

Itwi kwart tal-imselħa u ibqa’ itwi kif meħtieġ biex tuża kull wiċċ tagħha.

Applika l-imselħa mxarrba minn qabel direttament fuq il-wiċċ li jrid jiġi diżinfettat.

Ara li l-wiċċ ikun imxarrab kompletament.

Mhux meħtieġ imsiħ addizzjonali.

Ħalli ħin ta’ kuntatt ta’ minuta għal batterji u ħmejjer.

Uża l-imselħa darba.

Armi l-imselħa minnufih wara l-użu f’kontenitur magħluq.

Tħallatx ma’ prodotti oħrajn.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara t-taqsima 5.2.

4.1.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara t-taqsima 5.3.

4.1.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara t-taqsima 5.4.

4.1.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara t-taqsima 5.5.

4.2.   Deskrizzjoni tal-użu

Table 2

Diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin ikbar bl-użu ta’ msielaħ u mopp fi kmamar sterili u f’żoni simili kkontrollati f’ambjenti tal-manifattura u industrijali (eż.: pavimenti f’kamra sterili)

Tip ta’ prodott

PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: ebda data

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: kollha

Isem xjentifiku: ebda data

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: kollha

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

Diżinfezzjoni ta’ uċuħ ibsin ikbar bl-użu ta’ msielaħ u mopp fi kmamar sterili u f’żoni simili kkontrollati f’ambjenti tal-manifattura u industrijali (eż.: pavimenti f’kamra sterili)

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: bil-mopp

Deskrizzjoni dettaljata:

bil-mopp. Qabbad l-imselħa mxarrba minn qabel ma’ mop tal-art għal applikazzjoni fuq l-uċuħ

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: 17 mL/m2

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Prodott lest għall-użu Uża biżżejjed imsielaħ biex iżżomm il-wiċċ imxarrab għal ħin tal-kuntatt ta’ minuta. Kull imselħa tal-art fiha 22,0 sa 24,7 ml ta’ soluzzjoni ta’ IPA:ilma 70:30 v/v % (15,4 sa 17,3 ml jew 12,4 sa 13,9 g tas-sustanza attiva).

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 25

msielaħ biex iżżomm 25 m2 imxarrab:17

ml ta’ likwidu formulat/imselħa: 22

msielaħ biex iżżomm 25 m2 imxarrab: 19

Numru tipiku ta’ applikazzjonijiet fil-ġurnata: 1

Kategorija/i ta’ utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Msielaħ Imxarrbin Minn Qabel – 55 % ċelluloża / 45 % poliester

Borża

25, 30, 50, 75 imselħa

Daqs tal-imselħa (ċm): 23 x 58

Saturazzjoni tal-prodott: 60 %

Materjal tas-saff ta’ barra: PET

Materjal tas-saff ta’ ġewwa: PE jew LLDPE

4.2.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Uża f’temperatura tal-kamra.

Uża biss fuq uċuħ nodfa.

Neħħi l-imselħa/imsielaħ mill-pakkett. Aqgħlaq il-pakkett.

Qabbad 4 strati fuq ir-ras tal-mop u erġa’ itwi jew dawwar l-imsielaħ kif meħtieġ biex iżżomm il-wiċċ imxarrab għal ħin ta’ kuntatt ta’ minuta.

Applika l-imselħa direttament fuq il-wiċċ li jrid jiġi diżinfettat.

Uża biżżejjed imsielaħ biex iżżomm il-wiċċ imxarrab għal ħin tal-kuntatt ta’ minuta.

Mhux meħtieġ imsiħ addizzjonali.

Ħalli ħin ta’ kuntatt ta’ minuta għal batterji u ħmejjer.

Uża l-imselħa darba.

Armi l-imselħa minnufih wara l-użu f’kontenitur magħluq.

Tħallatx ma’ prodotti oħrajn.

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara t-taqsima 5.2.

4.2.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara t-taqsima 5.3.

4.2.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara t-taqsima 5.4.

4.2.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara t-taqsima 5.5.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Struzzjonijiet għall-użu

Ara t-taqsimiet 4.1.1 u 4.2.1.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

Kun żgur li l-applikazzjoni titwettaq f’żoni b’rata ta’ ventilazzjoni minima ta’ 20 bidla tal-arja/siegħa.

Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 jew ekwivalenti (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

Ara t-Taqsima 6 għal informazzjoni dwar l-istandard EN u d-Direttiva tal-Kunsill.

Żomm fil-kontenitur oriġinali, magħluq sew meta ma jkunx qed jintuża. Kontenituri vojta jkollhom residwi tal-prodott u jistgħu jkunu perikolużi. Terġax tuża l-kontenitur.

5.3.   Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom.Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.

JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.

Miżuri ta’ emerġenza

Informa lill-awtoritajiet rilevanti jekk il-prodott ikkawża tniġġis ambjentali (kanali tad-drenaġġ, passaġġi tal-ilma, ħamrija jew l-arja).

Tixrid żgħir:

Uża vacuum cleaner jew iknes biex tiġbor il-materjal u poġġih f’kontenitur tal-iskart deżinjat u ttikkettat. Armi permezz ta’ kuntrattur liċenzjat għar-rimi tal-iskart

Tixrid kbir:

Waqqaf it-tnixxija jekk dan ma jinvolvix riskju. Ċaqlaq il-kontenituri barra miż-żona tat-tixrid. Uża għodod reżistenti għal xrar u tagħmir reżistenti għal splużjonijiet. Ersaq lejn il-materjal rilaxxat mil-lat li jiġi kontra r-riħ. Evita d-dħul f’kanali tad-drenaġġ, ħamrija, mogħdijiet tal-ilma, kantini jew żoni konfinati. Ikkontjeni u iġbor it-tixrid b’materjal assorbenti li ma jaqbadx, eż. ramel, materjal tal-art, vermikulit jew materjal tal-art tad-dijatomaċju u poġġih f’kontenitur għar-rimi skont ir-regolamenti lokali. Armi permezz ta’ kuntrattur liċenzjat għar-rimi tal-iskart. Materjal assorbenti kontaminat jista’ jimponi l-istess periklu bħall-prodott li nxtered.

5.4.   Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu

Il-ġenerazzjoni ta’ skart għandha tiġi evitata jew imnaqqsa kemm jista’ jkun. Ir-rimi ta’ dan il-prodott għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent u r-rimi tal-iskart u kwalunkwe rekwiżit tal-awtoritajiet lokali reġjonali. Armi prodotti żejda u mhux riċiklabbli permezz ta’ kuntrattur liċenzjat għar-rimi tal-iskart. L-iskart m’għandux jintrema fis-sistema tad-drenaġġ. M’għandekx tifflaxxja l-mesħiet fit-tojlit. M’għandekx timmaċera.

Rimi tal-imballaġġ:

Il-ġenerazzjoni ta’ skart għandha tiġi evitata jew imnaqqsa kemm jista’ jkun. L-iskart tal-imballaġġ għandu jiġi riċiklat. L-inċinerazzjoni jew ir-rimi f’landfill għandu jiġi kkunsidrat biss meta r-riċiklaġġ ma jkunx fattibbli. Dan il-materjal u l-kontenitur tiegħu għandhom jintremew bilprekawzjonijiet meħtieġa. Kontenituri vojta jew il-kisi ta’ ġewwa tagħhom jista’ jkollhom xi residwi tal-prodott. Alkoħol residwali għandu jiġi żvojtat qabel ir-rimi tal-kontenitur.

5.5.   Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żomm f’post frisk, xott bil-kurrenti għadejjin fil-kontenitur oriġinali.

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Aħżen f’temperaturi li ma jaqbżux 40 °C. Ipproteġi mill-ġlata.

Aħżen fejn tista’ tilqa’ mid-dawl tax-xemx dirett.

Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 3 snin

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

Il-prodott fih imsielaħ ta’ erba’ tipi ta’ materjal mimli b’soluzzjoni IPA:ilma (64,7:35,3 % w/w). Il-materjali huma ċelluloża/poliester (55 %/45 %), ċelluloża/poliester (60 %/40 %), polipropilen (100 %) u poliester (100 %). Id-daqsijiet tal-imsielaħ ivarjaw minn 13 x 20 ċm sa 23 x 58 ċm. Informazzjoni aktar dettaljata dwar id-daqsijiet tal-imsielaħ hija inkluża taħt it-titlu “Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ” fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2.

Jekk jogħġbok kun konxju dwar il-valur ta’ riferiment Ewropew ta’ 129,28 mg/m3 għas-sustanza attiva propan-2-ol (CAS Nru.: 67-63-0) li ntuża għall-istima ta’ riskju għal dan il-prodott.

It-titli sħaħ tal-istandards EN u l-leġiżlazzjoni msemmija fi taqsima 5.2:

EN 374 – Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi.

Id-Direttiva tal-kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE).

Fir-rigward tal-“Kategorija/Kategoriji ta’ utenti” innota: Professjonisti (li jinkludu utenti industrijali) tfisser professjonisti mħarrġa jekk dan huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/488/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)