European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/480

2.3.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/480

tat-23 ta’ Frar 2026

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mill-Iżvezja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/792, huwa possibbli li Stati Membri, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew sorsi oħra jipprovdu kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-Faċilità għall-Ukrajna, inkluż għall-Pjan għall-Ukrajna.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/792, l-Iżvezja impenjat ruħha li tipprovdi SEK 2 000 000 000, bħala kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli. Dik il-kontribuzzjoni tikkostitwixxi dħul assenjat estern. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-ġestjoni ta’ dik il-kontribuzzjoni f’konformità mal-proċeduri applikabbli għan-nefqa tal-Unjoni, b’mod partikolari l-proċeduri skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u r-Regolament (UE) 2024/792.

(3)

Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Iżvezja tkun disponibbli għall-Ukrajna soġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ta’ trasferiment bejn l-Iżvezja u l-Kummissjoni u t-trasferiment tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata. Jenħtieġ li dik il-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi allokata għat-tmien pagament parzjali trimestrali tal-Pjan għall-Ukrajna u jenħtieġ li tiġi żborżata soġġett għat-twettiq sodisfaċenti tal-passi kwalitattivi u kwantitattivi rilevanti. Jenħtieġ li l-ammont tat-tmien pagament parzjali tal-Pjan għall-Ukrajna jiġi aġġustat kif xieraq biex jitqies l-ammont finali ta’ dik il-kontribuzzjoni finanzjarja espress f’euro li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata tal-kambju uffiċjali fil-mument tat-trasferiment.

(4)

Wara li waslet l-ewwel kontribuzzjoni addizzjonali ta’ SEK 750 000 000 imsemmija fl-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 (3), il-valur finali f’euro ta’ dik il-kontribuzzjoni ġie determinat fuq il-bażi tar-rata tal-kambju applikabbli fil-mument tat-trasferiment. Sabiex jiġi rifless il-valur finali attwali, huwa xieraq li l-ammonti stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ ita’ Implimentazzjoni jiġu aġġustati skont dan.

(5)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.

(6)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali, fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli li jammonta għall-ekwivalenti f’euro ta’ SEK 2 000 000 000 bir-rata tal-kambju uffiċjali fil-mument tat-trasferiment tal-kontribuzzjoni mill-Iżvezja għall-Faċilità għall-Ukrajna, għandha ssir disponibbli għall-Ukrajna skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/792.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi implimentata f’konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”

(2)

l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj).


ANNESS

“ANNESS

APPOĠĠ FINANZJARJU SKONT IL-PJAN GĦALL-UKRAJNA

Il-pagamenti msemmija fl-Artikolu 19(.2), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2024/792 għandhom jiġu organizzati bil-mod li ġej, filwaqt li jitqiesu wkoll l-ammonti annwali massimi indikattivi kif previst mir-Regolament:

L-ewwel pagament (Q2-2024)

Ammont totali: EUR 4 365 691 244

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 1 500 000 000

Self: EUR 2 865 691 244

Għadd totali ta’ stadji: 9

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

2.2

C2.R1 Ġestjoni mtejba tad-dħul

Adozzjoni tal-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Doganali tal-Istat

2.3

C2.R2 Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi

Approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Baġit għall-2025-2027

2.7

C2.R4 Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku

Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għar-riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku

4.2

C4.R1 L-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni

Ħatra ta’ kap ġdid għall-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni

6.2

C6.R2 Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-governanza korporattiva tal-intrapriżi tal-istat

8.3

C8.R2 Riforma tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ir-reviżjoni tal-bażi legali tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna.

10.1

C10.R1 Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima

L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima

10.15

C10.R7 Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-modernizzazzjoni termali tal-bini sal-2050 u tal-Pjan ta’ Azzjoni

12.8

C12.R6 It-tneħħija ta’ mini mill-art u miż-żoni tal-ilma

L-adozzjoni tad-dokument strateġiku dwar l-Azzjoni kontra l-Mini għall-perjodu sal-2033

It-tieni pagament (Q3 2024)

Ammont totali: EUR 4 248 847 926

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 1 500 000 000

Self: EUR 2 748 847 926

Għadd totali ta’ stadji: 9

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

4.1

C4.R1 L-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni

Żieda fil-manodopera għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni

4.4

C4.R2 Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali u tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali emendati

4.6

C4.R2 Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni

Adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Irkupru tal-Assi għall-2023-2025

7.6

C7.R6 Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol

Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Demografiku għall-perjodu sal-2040

8.1

C8.R1 Ambjent regolatorju aħjar

Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni

9.5

C9.R3 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali

Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet biex tiġi emendata l-Istrateġija tal-Istat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2021-2027

10.8

C10.R3 Riforma tas-suq tal-elettriku

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-liġi tar-Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Swieq tal-Enerġija bl-Ingrossa (REMIT, Regulation on Wholesale Energy Market Integrity and Transparency)

15.1

C15. R1 Prevenzjoni, tnaqqis u kontroll tat-tniġġis industrijali

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis industrijali b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet

15.10

C15.R6 Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS)

Żvilupp ta’ nota kunċettwali li tiddefinixxi l-ambitu tad-devjazzjonijiet mir-regoli tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA)

It-tielet pagament (Q42024)

Ammont totali: EUR 3 717 741 935

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 400 000 000

Self: EUR 3 317 741 935

Għadd totali ta’ stadji: 13

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

2.1

C2.R1 Ġestjoni mtejba tad-dħul

Adozzjoni tal-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat

3.6

C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim tal-insolvenza

6.1

C6.R1 Adozzjoni ta’ politika ta’ sjieda mill-istat

Adozzjoni tal-politika ta’ sjieda mill-istat u tat-triage tal-intrapriżi tal-istat

7.5

C7.R5 Infrastruttura soċjali mtejba u deistituzzjonalizzazzjoni

Adozzjoni tal-Istrateġija għar-riforma tal-Istituzzjonijiet Psikonewroloġiċi, Istituzzjonijiet residenzjali Oħra u Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura tal-Persuni b’Diżabilità, u l-Persuni Anzjani u tal-Istrateġija għall-Iżgurar tad-Dritt tat-Tfal Kollha fl-Ukrajna biex Jikbru f’Ambjent tal-Familja għall-2024-2028

8.7

C8.R5 Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE

Adozzjoni tar-riżoluzzjoni għat-tkomplija tal-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel, inkluż l-ispezzjoni tas-sikurezza tal-prodotti

9.6

C9.R3 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali

Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali

10.2

C10.R2 Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija

Introduzzjoni ta’ qafas ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli

10.10

C10.R5 L-iżgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali għall-Utilitajiet tal-Enerġija

11.1

C11.R1 L-ippjanar komprensiv tas-settur tat-trasport

L-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna riveduta sal-2030

11.2

C11.R2 L-iżvilupp tal-potenzjal tal-loġistika tal-esportazzjoni tal-Ukrajna

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030

12.1

C12.R1 L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030

12.5

C12.R4 Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat

13.1

C13.R1 It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna sal-2030

Ir-raba’ pagament (Q1 2025)

Ammont totali: EUR 4 779 953 917

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 500 000 000

Self: EUR 4 279 953 917

Għadd totali ta’ stadji: 16

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

1.1

C1.R1 Riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku

Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi għar-riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku

4.3

C4. R1 L-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni

Żieda fil-manodopera għall-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni

4.7

C4.R2 Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni.

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi

6.6

C6.R3 Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat

Adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP

7.2

C7.R2 Edukazzjoni preprimarja aħjar

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni preprimarja

7.11

C7.R9 Żvilupp kulturali aħjar

Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena

9.1

C9.R1 Avvanz tad-deċentralizzazzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riforma tal-organizzazzjoni territorjali tal-awtoritajiet eżekuttivi fl-Ukrajna b’applikazzjoni ttardjata

9.4

C9.R2 Involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika pubblika b’applikazzjoni ttardjata

12.3

C12.R2 L-iżgurar ta’ suq tal-artijiet funzjonali

Twaqqif ta’ sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet dwar l-artijiet

12.7

C12.R5 L-iżvilupp fit-tul tas-sistema tat-tisqija biex tiżdied ir-reżiljenza għall-klima tas-settur

L-adozzjoni tal-pjan fit-tul dwar is-sistema tat-tisqija

13.5

C13.R2 Proċeduri amministrattivi mtejba

Twaqqif ta’ kabinett elettroniku mtejjeb tal-utenti tas-sottoswol

14.1

C14.R1 Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti

L-adozzjoni ta’ Pjan rivedut għall-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju fl-Ukrajna

14.2

C14.R1 Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-istat u l-infrastruttura kritika tal-informazzjoni

14.3

C14.R2 Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi

L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026

15.2

C15.R2 Politika dwar il-klima

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Politika dwar il-klima tal-Istat

15.5

C15.R3 Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju

L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istabbiliment ta’ Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra

Il-ħames pagament (Q2 2025)

Ammont totali: EUR 2 124 423 963

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 300 000 000

Self: EUR 1 824 423 963

Għadd totali ta’ stadji: 11

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

3.5

C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tirrevedi d-dikjarazzjonijiet tal-integrità tal-imħallfin u l-proċess ta’ verifika tagħhom

3.8

C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti relatati ma’ obbligi monetarji u mhux monetarji u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċedimenti ta’ infurzar.

5.4

C5.R3 Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix

Adozzjoni tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix

7.1

C7.R1 Edukazzjoni vokazzjonali aħjar

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni vokazzjonali

7.10

C7.R8 Sigurtà soċjali aħjar

Adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar l-akkwiżizzjoni tas-servizzi soċjali

8.4

C8.R3 Aċċess għall-finanzi u s-swieq

Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) u Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha

9.2

C9.R1 Avvanz tad-deċentralizzazzjoni

Approvazzjoni u pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Komunitajiet, it-Territorji u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Ukrajna ta’ studju dwar il-miżuri meħtieġa biex tingħata personalità ġuridika lill-muniċipalitajiet

10.4

C10.R2 Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija

L-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-proċess ta’ separazzjoni tal-ħlas addizzjonali fuq l-Enerġija Rinnovabbli mit-Tariffa tat-Trażmissjoni

13.3

C13.R2 Proċeduri amministrattivi mtejba

Il-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ proġetti ta’ investiment għall-estrazzjoni ta’ materja prima kritika

13.4

C13. R2 Proċeduri amministrattivi mtejba

It-tnedija ta’ offerti internazzjonali konnessi mal-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti (PSA) b’garanzija għat-trasparenza tagħhom

15.6

C15.R3 Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju

Tkomplija tas-sistema obbligatorja ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika (MRV)

Is-sitt pagament (Q3 2025)

Ammont totali: EUR 2 655 529 954

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 300 000 000

Self: EUR 2 355 529 954

Għadd totali ta’ stadji: 10

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

2.8

C2.R4 Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-għodda ta’ ġestjoni diġitali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna

3.1

C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Okkupazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji

3.2

C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tistabbilixxi qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi

5.2

C5.R2 It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-prinċipji għall-bejgħ ta’ banek tal-Istat

8.8

C8.R5 Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE

Adozzjoni ta’ standards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali

10.5

C10.R3 Riforma tas-suq tal-elettriku

Adozzjoni tal-Liġi dwar it-traspożizzjoni tal-pakkett tal-integrazzjoni tal-elettriku

12.4

C12.R3 Titjib tal-istruttura istituzzjonali u amministrattiva għall-ġestjoni tal-programmi ta’ investiment

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-appoġġ pubbliku għall-agrikoltura tal-Ukrajna

13.2

C13.R1 It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi

Il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-Ukrajna tal-Materja Prima Kritika

15.4

C.15.R2 Politika dwar il-klima

L-adozzjoni tat-tieni Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi

15.9

C15.R5 Żieda fl-ekonomija ċirkolari

L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Iskart sal-2033

Is-seba’ pagament (Q4 2025)

Ammont totali: EUR 2 944 082 949

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 173 000 000

Self: EUR 2 771 082 949

Għadd totali ta’ stadji: 20

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

1.2

C1.R2 Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku

Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi biex tittejjeb il-proċedura għad-dħul, suċċess fl-eżamijiet tad-dħul, u t-terminazzjoni tas-servizz pubbliku

2.6

C2.R3 Ġestjoni mtejba tad-dejn pubbliku

Adozzjoni tal-istrateġija għall-ġestjoni tad-dejn tal-istat fuq terminu medju

2.9

C2.R5 Sistema mtejba ta’ awditjar u ta’ kontroll finanzjarju

Adozzjoni tal-emendi għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-kontroll finanzjarju tal-istat

3.3

C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Saldu/aġġudikazzjoni ta’ 20 % tal-każijiet dixxiplinari l-qodma mhux ikkunsidrati sa tmiem l-2023

3.4

C3.R2 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Mit-30 ta’ Settembru 2016, it-tlestija tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki (skrutinju) fir-rigward ta’ 50 % tal-imħallfin li kien għad iridu jgħaddu minnha

3.9

C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Sistema ta’ ġbir ta’ data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali

4.8

C4.R3 Miżuri kontra l-ħasil tal-flus

Twettiq tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss

5.6

C5.R4 Kapaċità mtejba tal-awtorità superviżorja finanzjarja

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u għas-suq tal-komoditajiet organizzati

6.7

C6.R3 Separazzjoni tal-kontijiet bejn l-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP f’obbligi ta’ servizz pubbliku

Id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP

6.9

C6.R4 Qafas imtejjeb għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna mill-Istat u sospensjoni sħiħa tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat

7.8

C7.R7 Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika dwar l-Akkomodazzjoni

8.2

C8.R1 Ambjent regolatorju aħjar

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni f’setturi speċifiċi

10.3

C10.R2 Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex jittejbu l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli

10.7

C10.R3 Riforma tas-suq tal-elettriku

Ħatra ta’ operatur ġdid għas-suq tal-elettriku

10.11

C10.R5 L-iżgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet

Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet’

10.13

C10.R6 Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali

L-adozzjoni tal-programm ekonomiku tal-Istat mmirat għall-modernizzazzjoni tal-enerġija tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030

10.14

C10.R6 Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tappoġġa l-iżvilupp tat-tisħin distrettwali effiċjenti u aktar sostenibbli

11.3

C11.R3 Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar is-sikurezza tat-traffiku u l-interoperabbiltà tat-trasport ferrovjarju tal-Ukrajna b’applikazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha

13.6

C13.R3 L-użu ta’ Teknoloġiji Moderni tal-Estrazzjoni u l-Integrazzjoni tal-Ukrajna fil-Ktajjen Moderni tal-Valur tal-Ipproċessar

Il-pubblikazzjoni ta’ studju dwar il-leġiżlazzjoni dwar ir-rapportar ESG

15.3

C15.R2 Politika dwar il-klima

L-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-Kunsill Xjentifiku u Espert dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Preservazzjoni tas-Saff tal-Ożonu

It-tmien pagament (Q1 2026)

Ammont totali: EUR 1 881 426 726,68 u SEK 2 000 000 000

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 147 555 758,68 u SEK 2 000 000 000

Self: EUR 1 733 870 968

Għadd totali ta’ stadji: 8

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

1.5

C1.R3 Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani

Is-sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani (HRMIS) qed topera

3.7

C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għal proċeduri ssimplifikati ta’ insolvenza għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (MSMEs)

3.12

C3.R4 Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tippermetti għażla trasparenti u bbażata fuq il-mertu ta’ prosekuturi fil-livell maniġerjali

5.1

C5.R1 Valutazzjoni tas-settur bankarju

Valutazzjoni Pubblikata tar-Reżiljenza fis-sistema bankarja

8.5

C8.R3 Aċċess għall-finanzi u s-swieq

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-adeżjoni ta’ proprjetà immobbli ma’ networks esterni tal-inġinerija u t-titjib tar-regolamentazzjoni fil-qasam tat-trasport bil-pipelines

9.3

C9.R1 Avvanz tad-deċentralizzazzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata distribuzzjoni aħjar tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi

12.6

C12.R4 Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli

Pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat permezz tar-Reġistru Agrikolu pubbliku

15.8

C15.R5 Żieda fl-ekonomija ċirkolari

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha

Id-disa’ pagament (Q2 2026)

Ammont totali: EUR 2 412 976 959

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 173 000 000

Self: EUR 2 239 976 959

Għadd totali ta’ stadji: 16

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

1.4

C1.R3 Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani

Modernizzazzjoni tal-Portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi

3.10

C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Sistema tal-IT aġġornata għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali

4.5

C4.R2 Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni

Adozzjoni ta’ Strateġija ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Programm Statali Kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu wara l-2025

5.5

C5.R3 Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix

Id-dħul fis-seħħ tal-atti legali biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix

5.3

C5.R2 It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju

Adozzjoni tal-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju

6.3

C6.R2 Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

Ħatra ta’ bordijiet Superviżorji ta’ intrapriżi tal-istat b’maġġoranza ta’ membri indipendenti

7.7

C7.R6 Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol

Adozzjoni tal-Istrateġija dwar l-Impjiegi tal-Popolazzjoni

7.12

C7.I1 Investimenti fl-edukazzjoni

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fl-edukazzjoni

7.14

C7.I2 Investimenti fil-kura tas-saħħa

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fil-kura tas-saħħa

7.18

C7 I5 Investiment fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament

9.7

C9.I1 Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna

Allokazzjoni ta’ mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju kumplessiv mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali

10.6

C10.R3 Riforma tas-suq tal-elettriku

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tibdil tal-kundizzjonijiet tat-tassazzjoni tal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku

10.9

C10.R4 Liberalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali

L-adozzjoni ta’ Pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq tal-gass u l-elettriku, li għandu jiġi implimentat wara l-iskadenza tal-liġi marzjali

12.9

C12.I1 Investimenti fit-tneħħija tal-mini

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 30 miljun fit-tneħħija tal-mini ta’ art agrikola

14.4

C14.R2 Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi

Id-dħul fis-seħħ tal-att legali dwar il-funzjonament tas-sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183

15.7

C15.R4 Restawr u konservazzjoni tar-riżorsi naturali

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-tnaqqis tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti

L-għaxar pagament (Q3 2026)

Ammont totali: EUR 531 105 991

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 75 000 000

Self: EUR 456 105 991

Għadd totali ta’ stadji: 5

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

1.3

C1.R2 Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku

Ir-ritorn gradwali tar-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu fis-servizz pubbliku

3.13

C3.R4 Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb is-sistema dixxiplinari għall-prosekuturi u żżid il-kapaċità tal-Kummissjoni għall-Kwalifika u d-Dixxiplina tal-Prosekuturi

6.4

C6.R2 Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

Korporatizzazzjoni ta’ intrapriżi ewlenin tal-istat

7.4

C7.R4 Tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili

10.16

C10.R7 Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku

Adozzjoni ta’ atti legali dwar l-istabbiliment ta’ livelli minimi ta’ prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għall-bini

Il-ħdax-il pagament (Q4 2026)

Ammont totali: EUR 531 105 991

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 100 000 000

Self: EUR 431 105 991

Għadd totali ta’ stadji: 9

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

2.4

C2.R2 Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi

Twettiq tar-rieżami tal-infiq tal-baġit tal-istat

2.5

C2.R2 Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għall-Kodiċi tal-Baġit tal-Ukrajna biex tiġi Definata l-Proċedura għall-Ġestjoni tar-Riskji Fiskali tal-Baġits Lokali

3.15

C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi hija operazzjonali

3.14

C3.R4 Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni

Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet elettroniċi fil-ġustizzja kriminali hija operazzjonali

7.9

C7.R7 Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Fond għall-Akkomodazzjoni Soċjali

7.3

C7.R3 Sistema mtejba ta’ riabilitazzjoni għall-persuni b’diżabilità

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riabilitazzjoni ta’ persuni b’diżabilità

10.12

C10.R6 Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali

It-tneħħija tal-moratorju fuq iż-żieda fit-tariffi tat-tisħin u tal-ilma sħun

11.8

C11 R3 Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-trasport ferrovjarju b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet

11.5

C11.R4 Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tbaħħir merkantili u t-tbaħħir fil-passaġġi fl-ilmijiet interni

It-tnax-il pagament (Q1 2027)

Ammont totali: EUR 318 663 594

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 70 000 000

Self: EUR 248 663 594

Għadd totali ta’ stadji: 2

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

11.6

C11.R4 Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma

Rieżami u emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-provvista tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet

12.2

C12. R1 L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE

L-istabbiliment tas-sistema tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN)

It-tlettax-il pagament (Q2 2027)

Ammont totali: EUR 212 442 396

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 50 000 000

Self: EUR 162 442 396

Għadd totali ta’ stadji: 2

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

4.9

C4.R3 Miżuri kontra l-ħasil tal-flus

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu bankarju personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali

4.10

C4.R3 Miżuri kontra l-ħasil tal-flus

Is-software u l-hardware meħtieġa għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu tal-bank personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali huwa operazzjonali

L-erbatax-il pagament (Q3 2027)

Ammont totali: EUR 212 442 396

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 50 000 000

Self: EUR 162 442 396

Għadd totali ta’ stadji: 2

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

6.8

C6.R3 Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat

Sottomissjoni ta’ rapport tal-awditjar li jikkonferma s-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP

8.6

C8.R4 Akkwist pubbliku mtejjeb

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku mal-acquis tal-UE.

Il-ħmistax-il pagament (Q4 2027)

Ammont totali: EUR 1 402 119 817

Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 0

Self: EUR 1 402 119 817

Għadd totali ta’ stadji: 14

Numru sekwenzjali

Riforma/Investiment

Isem l-istadju

3.11

C3.R3 Diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja

Stabbiliment ta’ soluzzjonijiet tal-IT fis-sistema ġudizzjarja

6.5

C6.R2 Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

Sottomissjoni ta’ rapport li juri li l-prinċipji tal-governanza korporattiva huma segwiti kif xieraq

7.13

C7.I1 Investimenti fl-edukazzjoni

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 650 miljun fl-edukazzjoni

7.15

C7.I2 Investimenti fil-kura tas-saħħa

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 400 miljun fil-kura tas-saħħa

7.16

C7.I3 Investimenti fl-infrastruttura soċjali

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun f’infrastruttura soċjali

7.17

C7.I4 Investimenti f’kumpens għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara jew li nqerdet

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 600 miljun għal kumpensi finanzjarji għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara

7.19

C7.I5 Investimenti fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 450 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament

8.9

C8.R6 Indirizzar tal-pagamenti tard

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-pagamenti tard

8.10

C8.I1 Investimenti f’appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 450 miljun għal appoġġ finanzjarju lil mikrointrapriżi u SMEs, u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-ipproċessar

9.8

C9.I1 Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna

Allokazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju kumplessiv mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali

10.17

C10.I1 Investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 550 miljun fl-infrastruttura tal-enerġija

11.4

C11.R3 Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija

L-adozzjoni tal-liġijiet sekondarji għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport ferrovjarju

11.7

C11.I1 Investimenti fl-infrastruttura tat-transport

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fl-infrastruttura tat-trasport

12.10

C12.I1 Investimenti fit-tneħħija tal-mini

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 100 miljun fit-tneħħija tal-mini ta’ art agrikola

C.1.   IR-RIFORMA TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li tissaħħaħ il-kapaċità u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika tal-Ukrajna u li gradwalment jiġu allinjati r-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika mal-acquis, il-politiki u l-prattiki tal-UE. Speċifikament, dan il-kapitolu jiffoka fuq ir-reviżjoni tas-sistema ta’ remunerazzjoni tas-servizz pubbliku, it-tisħiħ tar-reklutaġġ u l-għażla bbażati fuq il-mertu tas-servizz pubbliku, u fuq id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-servizz pubbliku u tar-riżorsi umani.

Ir-Riforma 1. Riforma tar-Remunerazzjoni tas-Servizz Pubbliku

Din ir-riforma għandha l-objettiv li tintroduċi sistema ta’ remunerazzjoni tax-xogħol trasparenti, ġusta u prevedibbli f’konformità mal-prinċipji rilevanti tal-OECD/SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika (1).

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Din tinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni ġdida li tintroduċi sistema ġdida ta’ remunerazzjoni bbażata fuq il-klassifikazzjoni funzjonali tal-pożizzjonijiet, separazzjoni ċara tal-pagi f’komponenti fissi u varjabbli, u tnaqqis tas-suppliment ta’ anzjanità minn 50 % għal 30 %.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 2. Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku

Din ir-riforma għandha l-objettiv li tintroduċi proċedura ta’ reklutaġġ u għażla meritokratika għall-impjegati taċ-ċivil, sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-pubbliku u li tattira persunal professjonali ħafna lejn is-servizz pubbliku.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, din tinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li ttejjeb il-proċedura għad-dħul, is-suċċes fl-eżamijiet tad-dħul, u t-terminazzjoni tas-servizz pubbliku. It-tieni, timplika l-istabbiliment gradwali tal-għażla abbażi tal-mertu għal pożizzjonijiet vakanti tal-uffiċjali tal-kategoriji A, B u C.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 3. Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani

Din ir-riforma għandha l-għan li tiddiġitalizza l-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riżorsi umani tas-servizz pubbliku, b’enfasi fuq is-sistema ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani (HRMIS) u l-Portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, sistema ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tar-riżorsi umani (HRMIS) għandha tkun operattiva u użata fil-ministeri kollha u l-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali l-oħra kollha li joperaw/jaġixxu u l-korpi territorjali tagħhom. It-tieni, il-Portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi ser jiġi mmodernizzat.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

1.1

Ir-Riforma 1.

Riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku

Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi għar-riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku

Q1

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni (inkluża l-adozzjoni tal-atti legali sekondarji u normattivi meħtieġa), li tikkonforma mal-prinċipji rilevanti tal-OECD SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:

l-introduzzjoni ta’ remunerazzjoni bbażata fuq il-klassifikazzjoni funzjonali tal-pożizzjonijiet;

is-separazzjoni ċara tal-pagi f’partijiet fissi jew garantiti (mhux inqas minn 70 % fis-sena) u varjabbli (mhux aktar minn 30 % fis-sena);

it-tnaqqis tas-suppliment ta’ anzjanità minn 50 % għal 30 %.

1.2

Ir-Riforma 2.

Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku

Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi biex tittejjeb il-proċedura għad-dħul, suċċess fl-eżamijiet tad-dħul, u t-terminazzjoni tas-servizz pubbliku

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni (inkluż l-adozzjoni tal-atti legali sekondarji u normattivi meħtieġa) biex tittejjeb il-proċedura għad-dħul, suċċess fl-eżamijiet tad-dħul, u t-terminazzjoni tas-servizz pubbliku. Il-leġiżlazzjoni tikkonforma mal-prinċipji rilevanti tal-OECD/SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika relatati mar-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu.

Id-dispożizzjonijiet relatati mat-tkomplija tal-għażla bbażata fuq il-mertu għall-pożizzjonijiet kollha tal-impjegati taċ-ċivil fit-territorju kkontrollat mill-Ukrajna, fejn ma jkunx hemm ostilitajiet, jidħlu fis-seħħ bl-applikazzjoni tagħha mill-1 ta’ Ġunju 2026 (f’konformità mar-rekwiżiti tal-istadju 1.3).

1.3

Ir-Riforma 2.

Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku

Ir-ritorn gradwali tar-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu fis-servizz pubbliku

Q3

2026

Ir-ritorn tal-għażla bbażata fuq il-mertu għal pożizzjonijiet vakanti għall-impjegati taċ-ċivil kollha ser jiġi implimentat gradwalment fi tliet stadji:

1)

għal pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku tal-kategorija ‘A’;

2)

għal pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku tal-kategorija ‘B’ (fit-territorju kkontrollat mill-Ukrajna fejn ma hemmx ostilitajiet);

3)

għal pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku tal-kategorija ‘C’ (fit-territorju kkontrollat mill-Ukrajna fejn ma hemmx ostilitajiet).

1.4

Ir-Riforma 3.

Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani

Modernizzazzjoni tal-Portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi

Q2

2026

Il-portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi huwa mmodernizzat. Il-funzjonalità għall-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet vakanti u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet ġiet implimentata bis-sħiħ u qed topera bis-sħiħ.

1.5

Ir-Riforma 3.

Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani

Is-sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani (HRMIS) qed topera

Q1

2026

Is-sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani (HRMIS) qed titħaddem u tintuża fil-ministeri kollha u l-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali l-oħra kollha li joperaw/responsabbli u l-korpi territorjali tagħhom.

C.2.   ĠESTJONI TAL-FINANZI PUBBLIĊI

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li tiġi msaħħa r-reżiljenza makroekonomika u finanzjarja tal-Ukrajna, li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi, l-allinjament mal-istandards tal-UE, u l-promozzjoni għal tkabbir sostenibbli.

Ir-Riforma 1. Ġestjoni mtejba tad-dħul

Din ir-riforma għandha l-objettiv li ttejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku permezz ta’ effiċjenza mtejba tal-amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat il-pjan strateġiku nazzjonali fit-tul għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Doganali tal-Istat. It-tieni, għandu jiġi adottat il-pjan strateġiku għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat tal-Ukrajna.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.

Ir-Riforma 2. Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tinbena sistema effiċjenti ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u li tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-istat.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, id-Dikjarazzjoni tal-Baġit għall-2025-2027 għandha tiġi approvata biex jiġi stabbilit mill-ġdid l-ippjanar baġitarju fuq terminu medju u tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-politika baġitarja. It-tieni, ir-riforma għandha tintroduċi rieżamijiet annwali tal-infiq tal-baġit tal-istat filwaqt li tqis il-prattiki tal-OECD f’oqsma ta’ prijorità, inkluż il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, l-appoġġ għan-negozju. It-tielet, għandha tidħol fis-seħħ liġi li temenda l-Kodiċi tal-Baġit tal-Ukrajna biex tiddefinixxi l-proċedura għall-ġestjoni tar-riskji fiskali tal-baġits lokali.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 3. Ġestjoni mtejba tad-dejn pubbliku

Din ir-riforma għandha l-objettiv li żżid it-trasparenza tal-politika tal-ġestjoni tad-dejn tal-Istat u l-effiċjenza tal-ġestjoni tad-dejn tal-Istat.

Ir-riforma tipproponi stadju wieħed, jiġifieri l-adozzjoni tal-istrateġija għall-ġestjoni tad-dejn tal-istat fuq terminu medju għall-2026-2028. L-istrateġija għandha tinkludi analiżi tal-istruttura u x-xejriet attwali tad-dejn pubbliku, l-istabbiliment ta’ miri biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tad-dejn, u l-iżvilupp ta’ miżuri għas-suq tat-titoli tal-gvern domestiku.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 4. Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku

Din ir-riforma għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-qafas istituzzjonali għall-ġestjoni tal-investiment pubbliku fl-Ukrajna, tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-parteċipanti fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-proġett ta’ investiment, il-prijoritajiet strateġiċi, it-trasparenza, u qafas diġitali ta’ monitoraġġ tal-proġetti.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali lejn ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku. It-tieni, ir-riforma tinvolvi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodda ta’ ġestjoni diġitali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 5. Sistemi ta’ verifika mtejba

Din ir-riforma għandha l-objettiv li ssaħħaħ is-sistema tal-awditjar u tal-kontroll finanzjarju, b’mod partikolari biex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-fondi użati taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2024/792.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni u, fejn applikabbli, id-dħul fis-seħħ tal-emendi għar-riżoluzzjonijiet jew leġiżlazzjoni oħra dwar il-kontroll finanzjarju tal-Istat, li jippermettu lis-Servizz tal-Awditjar tal-Istat jiżgura li l-istituzzjoni tkun mgħammra bl-għodod meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari għall-fondi użati taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

2.1

Ir-Riforma 1.

Ġestjoni mtejba tad-dħul

Adozzjoni tal-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat

Q4

2024

L-adozzjoni tal-pjan strateġiku għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat tal-Ukrajna, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dħul għall-2024-2030.

2.2

Ir-Riforma 1.

Ġestjoni mtejba tad-dħul

Adozzjoni tal-pjan għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Doganali tal-Istat

Q2

2024

L-adozzjoni tal-pjan strateġiku nazzjonali fit-tul għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Doganali tal-Istat.

2.3

Ir-Riforma 2.

Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi

Approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Baġit għall-2025-2027

Q2

2024

Id-Dikjarazzjoni tal-Baġit għall-2025-2027 hija approvata u ppreżentata lill-Parlament. Id-Dikjarazzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

il-projezzjonijiet makroekonomiċi ewlenin tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż;

l-indikaturi ewlenin tal-baġit (dħul, infiq, defiċit baġitarju, dejn pubbliku);

il-prijoritajiet tal-politika pubblika skont l-isferi u l-limiti massimi tan-nefqa għal kull unità ewlenija tal-infiq;

ir-relazzjonijiet bejn il-baġit tal-istat u l-baġits lokali, inkluż il-gwida meħtieġa għat-tħejjija ta’ previżjonijiet ta’ terminu qasir u medju tal-baġits lokali;

il-valutazzjoni tar-riskji fiskali.

2.4

Ir-Riforma 2.

Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi

Twettiq tar-rieżami tal-infiq tal-baġit tal-istat

Q4

2026

Ir-rieżamijiet tal-infiq tal-baġit tal-istat jitwettqu kull sena abbażi tad-deċiżjoni tal-Gvern u l-metodoloġija filwaqt li jitqiesu l-aħjar prattiki tal-OECD b’mod partikolari fl-oqsma ta’ prijorità, bħall-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, l-appoġġ għan-negozju.

2.5

Ir-Riforma 2.

Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għall-Kodiċi tal-Baġit tal-Ukrajna biex tiġi Definata l-Proċedura għall-Ġestjoni tar-Riskji Fiskali tal-Baġits Lokali

Q4

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għall-Kodiċi tal-Baġit tal-Ukrajna biex tiġi Definita l-Proċedura għall-Ġestjoni tar-Riskji Fiskali tal-Baġits Lokali. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

id-determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji fiskali tal-baġits lokali;

l-istabbiliment tal-proċeduri għall-kooperazzjoni bejn id-diversi entitajiet responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji fiskali tal-baġits lokali;

definizzjoni tal-oqfsa metodoloġiċi għall-ġestjoni tar-riskji fiskali tal-baġits lokali.

2.6

Ir-Riforma 3.

Ġestjoni mtejba tad-dejn pubbliku

Adozzjoni tal-istrateġija għall-ġestjoni tad-dejn tal-istat fuq terminu medju

Q4

2025

Adozzjoni tal-istrateġija għall-ġestjoni tad-dejn tal-istat fuq terminu medju (MTDS) għall-2026-2028. L-MTDS tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

analiżi tal-istruttura u x-xejriet attwali tad-dejn pubbliku;

miri biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tad-dejn;

miżuri għall-iżvilupp tas-suq tat-titoli tal-gvern domestiku.

2.7

Ir-Riforma 4.

Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku

Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għar-riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku

Q2

2024

Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għar-riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku. Il-pjan ta’ azzjoni jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin u jinkludi s-sekwenzjar u l-iskeda ta’ żmien:

introduzzjoni ta’ ppjanar strateġiku għall-investiment pubbliku b’rabta mill-qrib mal-ippjanar tal-baġit;

definizzjoni tar-rwoli tal-parteċipanti kollha fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-proġett ta’ investiment;

stabbiliment ta’ approċċi unifikati għall-għażla, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ proġetti ta’ investiment, irrispettivament mis-sorsi ta’ finanzjament (dħul tal-baġit, donaturi internazzjonali, garanziji statali (lokali), konċessjonijiet, sħubijiet pubbliċi-privati) biex tkun tista’ ssir it-tħejjija ta’ riżerva unika ta’ proġetti;

definizzjoni tal-kriterji ta’ prijoritizzazzjoni li jkopru l-ħtiġijiet definiti, il-maturità tal-proġetti, u l-allinjament mal-istrateġiji settorjali u/jew reġjonali fil-kuntest tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku;

introduzzjoni ta’ valutazzjoni indipendenti ta’ proġetti kbar ta’ investiment pubbliku.

2.8

Ir-Riforma 4.

Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-għodda ta’ ġestjoni diġitali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna

Q3

2025

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-għodda ta’ ġestjoni diġitali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, li tipprovdi aċċess pubbliku għad-data dwar proġetti ta’ rikostruzzjoni fl-istadji kollha, inkluż l-ippjanar, il-finanzjament, l-akkwist, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar, biex tippermetti monitoraġġ pubbliku u trasparenti tal-implimentazzjoni tal-proġetti u koordinazzjoni aħjar tal-isforzi ta’ rikostruzzjoni bejn is-setturi.

2.9

Ir-Riforma 5.

Sistemi mtejba ta’ awditjar u ta’ kontroll finanzjarju

Adozzjoni tal-emendi għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-kontroll finanzjarju tal-istat

Q4

2025

L-adozzjoni ta’ emendi għar-riżoluzzjonijiet tal-Kabinett tal-Ministri u, jekk meħtieġ, id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra dwar il-kontroll finanzjarju tal-istat. Dawn l-emendi jiffukaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:

għoti ta’ appoġġ lis-Servizzi tal-Awditjar tal-Istat biex jiġi żgurat li l-istituzzjoni tkun mgħammra bl-għodod meħtieġa biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-fondi użati taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna, f’konformità mal-prinċipji tal-istandards internazzjonali tal-awditjar;

tisħiħ tal-miżuri għall-monitoraġġ tal-proċeduri tal-akkwist.

C.3.   IS-SISTEMA ĠUDIZZJARJA

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jiżdiedu l-kapaċità, ir-responsabbiltà, l-integrità, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema ġudizzjarja li hija kruċjali biex jiġu żgurati l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna kif ukoll għal irkupru rapidu, tkabbir ekonomiku u attrazzjoni tal-investiment.

Ir-Riforma 1. It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tikkonsolida r-riżultati tar-riforma ġudizzjarja u tibni l-fiduċja pubblika fil-ġudikatura billi terġa’ tibda l-għażla trasparenti u meritokratika tal-imħallfin, tagħti spinta lill-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-imħallfin li jippresjedu, is-sistema ta’ responsabbiltà dixxiplinari, it-tisħiħ tal-għodod eżistenti tal-integrità ġudizzjarja, u l-istabbiliment ta’ qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi li jinvolvu aġenziji tal-istat.

Ir-riforma għandha sitt stadji. L-ewwel nett, 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji jimtlew abbażi ta’ leġiżlazzjoni emendata, li tinkludi stadji simplifikati tal-għażla u perjodi ta’ taħriġ ġudizzjarju obbligatorji mqassra, applikazzjoni konsistenti ta’ kriterji ċari ta’ valutazzjoni u metodoloġija ta’ punteġġ, u l-involviment tal-Kunsill għall-Integrità Pubblika fil-valutazzjoni tal-integrità tal-kandidati ġudizzjarji. It-tieni, Qorti Amministrattiva Distrettwali Speċjalizzata ġdida u Qorti Amministrattiva Speċjalizzata tal-Appell ġdida huma stabbiliti legalment u tnediet għażla trasparenti ta’ mħallfin f’konformità mal-leġiżlazzjoni adottata. It-tielet, 20 % tal-każijiet dixxiplinari pendenti jiġu solvuti bl-involviment tas-Servizz tal-Ispetturi Dixxiplinari abbażi tal-metodoloġija ta’ prijoritizzazzjoni tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja. Ir-raba’, l-evalwazzjoni tal-kwalifiki (skrutinju) titlesta fir-rigward ta’ 50 % tal-każijiet pendenti. Il-ħames, jidħlu fis-seħħ il-liġijiet u l-liġijiet sekondarji dwar ir-reviżjoni u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ integrità. Is-sitta, Qorti Amministrattiva Distrettwali Speċjalizzata ġdida u Qorti tal-Appell Amministrattiva Speċjalizzata ġdida huma operattivi.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 2. Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Din ir-riforma għandha l-objettiv li ttejjeb il-proċeduri ta’ insolvenza u infurzar billi l-leġiżlazzjoni rilevanti tiġi allinjata mal-acquis tal-UE u jinbnew kapaċitajiet istituzzjonali u oħrajn biex tiġi applikata kif xieraq.

Ir-riforma għandha ħames stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim tal-insolvenza, l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ prevenzjoni tal-insolvenza u l-għodda ta’ twissija bikrija għall-entitajiet legali u l-imprendituri f’konformità mal-acquis tal-UE. It-tieni, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni għall-introduzzjoni ta’ proċeduri simplifikati ta’ insolvenza għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (Micro, Small, And Medium Enterprises, MSMEs) f’konformità mal-acquis tal-UE. It-tielet, id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti relatati ma’ obbligi monetarji u mhux monetarji u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċedimenti ta’ infurzar. Ir-raba’, issir operattiva sistema tal-IT aġġornata għall-iffaċilitar tal-proċess ta’ infurzar, it-traċċar tal-assi tad-debitur, l-iffriżar tal-kontijiet bankarji, u l-irkupru tad-dejn. Il-ħames, sistema ta’ ġbir ta’ data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 3. Diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja, iżżid it-trasparenza, l-effiċjenza u l-effettività fl-operat tal-qrati, tiffranka l-ispejjeż operazzjonali, u tippermetti tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza fil-ġudikatura.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-introduzzjoni tas-subsistema tal-Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti tas-Sistema Unifikata ta’ Informazzjoni u Telekomunikazzjoni Ġudizzjarja (UJITS) f’ 15 qorti pilota ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali, kummerċjali u amministrattiva fil-livell tal-istanzi tal-ewwel istanza u tal-appell.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

Ir-Riforma 4. Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ssaħħaħ l-integrità, il-meritokrazija u l-professjonaliżmu fi ħdan il-gradi ta’ prosekuzzjoni u tipprevjeni l-korruzzjoni fil-katina tal-ġustizzja kriminali.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi proċess tal-għażla trasparenti u bbażat fuq il-mertu ta’ prosekuturi fil-livell maniġerjali. It-tieni, id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb is-sistema dixxiplinari għall-prosekuturi u żżid il-kapaċità tal-Kummissjoni għall-Kwalifiki u d-Dixxiplina tal-Prosekuturi. It-tielet, tliet moduli ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ Każijiet elettroniċi fil-katina tal-ġustizzja kriminali huma stabbiliti biex jippermettu l-ipproċessar diġitali ta’ kawżi kriminali.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

3.1

Ir-Riforma 1.

It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Okkupazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji.

Q3

2025

Mill-inqas 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji disponibbli mis-16 ta’ Ottubru 2023 (numru totali ta’ pożizzjonijiet huwa ta’ 2 205 ) jimtlew abbażi tal-leġiżlazzjoni emendata, li tinkludi l-elementi li ġejjin:

stadji simplifikati tal-għażla u perjodi ta’ taħriġ ġudizzjarju obbligatorji mqassra;

applikazzjoni konsistenti ta’ kriterji ta’ valutazzjoni ċari u ppubblikati kif xieraq u metodoloġija ta’ punteġġ għall-valutazzjoni tal-kompetenza professjonali u l-integrità tal-kandidati ġudizzjarji;

involviment tal-Kunsill għall-Integrità Pubblika fil-valutazzjoni tal-integrità tal-kandidati ġudizzjarji kull meta l-liġi tkun teħtieġ dan.

3.2

Ir-Riforma 1.

It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tistabbilixxi qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi

Q3

2025

Il-liġi dwar l-istabbiliment tal-Qorti Amministrattiva Distrettwali Speċjalizzata u l-Qorti Amministrattiva Speċjalizzata tal-Appell daħlet fis-seħħ u tnediet għażla trasparenti ta’ mħallfin f’konformità mal-leġiżlazzjoni adottata.

3.15

Ir-Riforma 1.

It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi hija operazzjonali

Q4

2026

Il-Qorti Amministrattiva Distrettwali Speċjalizzata ġdida u Qorti tal-Appell Amministrattiva Speċjalizzata ġdida isiru operattivi.

3.3

Ir-Riforma 1.

It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Saldu/aġġudikazzjoni ta’ 20 % tal-każijiet dixxiplinari l-qodma mhux ikkunsidrati sa tmiem l-2023

Q4

2025

20 % tal-proċedimenti dixxiplinari antiki (ilmenti) mhux ikkunsidrati mill-31 ta’ Diċembru 2023 huma riżolti/aġġudikati bl-involviment tas-Servizz tal-Ispetturi Dixxiplinari u abbażi tal-kriterji għall-prijoritizzazzjoni tal-kunsiderazzjoni tal-ilmenti dixxiplinari, previsti fil-klawżola 13.7 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja (kif emendati fl-21 ta’ Novembru 2023, Nru 1068/0/15-23) li huma ppubblikati fis-sit web uffiċjali tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja.

3.4

Ir-Riforma 1.

It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Mit-30 ta’ Settembru 2016, it-tlestija tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki (skrutinju) fir-rigward ta’ 50 % tal-imħallfin li kien għad iridu jgħaddu minnha

Q4

2025

L-evalwazzjoni tal-kwalifiki (skrutinju) titlesta fir-rigward ta’ 50 % tal-imħallfin li kien għad iridu jgħaddu minnha mit-30 ta’ Settembru 2016 f’konformità mal-proċeduri stabbiliti u bl-involviment tal-Kunsill għall-Integrità Pubblika.

3.5

Ir-Riforma 1.

It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tirrevedi d-dikjarazzjonijiet tal-integrità tal-imħallfin u l-proċess ta’ verifika tagħhom

Q2

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-liġijiet u liġijiet sekondarji tal-Kummissjoni Għolja tal-Kwalifiki tal-Imħallfin tal-Ukrajna li jirrevedu d-dikjarazzjonijiet tal-integrità tal-imħallfin u l-proċess ta’ verifika tagħhom. L-atti jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:

kjarifika tal-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tal-integrità u r-raġunijiet għall-bidu tal-verifika;

espansjoni tal-perjodu ta’ żmien kopert mill-verifika;

titjib tal-proċedura ta’ verifika billi jiġu speċifikati l-mekkaniżmi u l-iskadenzi ta’ verifika, jiġu definiti d-drittijiet u l-obbligi tal-persuni u l-entitajiet involuti fil-proċess ta’ verifika, jiġu ċċarati l-konsegwenzi legali tal-verifika.

3.6

Ir-Riforma 2.

Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim tal-insolvenza

Q4

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-reġim ta’ insolvenza u l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti, l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ prevenzjoni tal-insolvenza u l-għodda ta’ twissija bikrija għall-entitajiet legali u għall-imprendituri f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

prevenzjoni tal-falliment u r-restawr tas-solvenza tad-debituri

identifikazzjoni bikrija ta’ sinjali ta’ kriżi fil-kumpanija

identifikazzjoni ta’ opportunitajiet addizzjonali għar-restawr tas-solvenza tal-kumpaniji

disponibbiltà ta’ informazzjoni għall-kumpaniji dwar il-mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-insolvenza u t-twissija bikrija.

3.7

Ir-Riforma 2.

Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għal proċeduri ssimplifikati ta’ insolvenza għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (MSMEs)

Q1

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għal proċeduri simplifikati ta’ insolvenza għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (MSMEs) f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-leġiżlazzjoni hija abbozzata abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt regolatorju bl-involviment ta’ esperti tal-UE. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:

proċeduri simplifikati barra mill-qorti u proċeduri simplifikati ta’ falliment għall-MSMEs (inkluż intraprendituri individwali);

disponibbiltà ta’ għodod u servizzi ta’ insolvenza ta’ prattikanti fl-insolvenza għall-MSMEs;

prevenzjoni tal-abbuż tal-proċeduri ta’ insolvenza mill-MSMEs.

3.8

Ir-Riforma 2.

Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti relatati ma’ obbligi monetarji u mhux monetarji u d-diġitalizzazzjoni

Q2

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti relatati ma’ obbligi monetarji u mhux monetarji u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċedimenti ta’ infurzar.

3.9

Ir-Riforma 2.

Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Sistema ta’ ġbir ta’ data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali

Q4

2025

Sistema ta’ ġbir ta’ data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali.

3.10

Ir-Riforma 2.

Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti

Sistema tal-IT aġġornata għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali

Q2

2026

Is-sistema tal-IT aġġornata għall-iffaċilitar tal-proċess ta’ infurzar, it-traċċar tal-assi tad-debitur, l-iffriżar tal-kontijiet bankarji u l-irkupru tad-dejn hija operazzjonali.

3.11

Ir-Riforma 3.

Diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja

Stabbiliment ta’ soluzzjonijiet tal-IT fis-sistema ġudizzjarja

Q4

2027

L-introduzzjoni tas-subsistema tal-Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti tas-Sistema Unifikata ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni Ġudizzjarja fi 15-il qorti pilota ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali, kummerċjali u amministrattiva fil-livell tal-istanzi tal-ewwel istanza u tal-appell.

3.12

Ir-Riforma 4.

Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tippermetti għażla trasparenti u bbażata fuq il-mertu ta’ prosekuturi fil-livell maniġerjali

Q1

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tippermetti għażla trasparenti u bbażata fuq il-mertu ta’ prosekuturi fil-livell maniġerjali. Din il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:

kriterji ta’ valutazzjoni ċari, inkluż il-kompetenza professjonali u l-integrità/l-etika;

proċedura tal-għażla trasparenti, kompetittiva u meritokratika li tinkludi kontroll kredibbli tal-professjonaliżmu u tal-integrità;

it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u s-setgħat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur u tal-korpi awtogovernattivi, b’mod partikolari l-Kunsill tal-Prosekuturi, f’termini tal-għażla tal-prosekuturi għal pożizzjonijiet għolja.

3.13

Ir-Riforma 4.

Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb is-sistema dixxiplinari għall-prosekuturi u żżid il-kapaċità tal-Kummissjoni għall-Kwalifika u d-Dixxiplina tal-Prosekuturi

Q3

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb is-sistema dixxiplinari għall-prosekuturi u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Kummissjoni għall-Kwalifiki u d-Dixxiplina tal-Prosekuturi (Qualification and Disciplinary Commission of Prosecutors, QDCP). Il-qafas ġuridiku u istituzzjonali mtejjeb immirat lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

speċifikazzjoni ta’ reati dixxiplinari relatati mal-imġiba tal-prosekuturi u l-konformità tagħhom mal-istandards etiċi, u l-espansjoni tal-lista ta’ sanzjonijiet dixxiplinari disponibbli biex jiżdiedu l-proporzjonalità u l-effettività tagħhom;

emendar tad-dispożizzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-QDCP biex jiġi żgurat li l-maġġoranza tas-siġġijiet ikunu okkupati minn prosekuturi eletti mill-kollegi tagħhom u t-twettiq ta’ proċedura indipendenti u oġġettiva għall-preselezzjoni tal-kandidati kollha għall-membri tal-QDCP, li tinkludi l-verifika tal-integrità tagħhom;

żieda fl-effiċjenza tal-proċedimenti dixxiplinari billi tiġi estiża l-preskrizzjoni.

3.14

Ir-Riforma 4.

Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni

Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet elettroniċi fil-ġustizzja kriminali hija operazzjonali

Q4

2026

Il-modulu li jifforma s-sistema tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet elettroniċi tal-ġustizzja kriminali, il-modulu elettroniku tal-proċedimenti kriminali, u l-modulu tal-analiżi tal-każijiet huma operazzjonali, li jippermettu l-ipproċessar diġitali ta’ kawżi kriminali u li gradwalment jissostitwixxu/jaġġornaw b’mod sinifikanti r-Reġistru Unifikat skadut tal-Investigazzjonijiet ta’ Qabel il-Proċess.

C.4.   IL-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI U L-ĦASIL TAL-FLUS

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investiment

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jissaħħu l-aġenziji ewlenin kontra l-korruzzjoni u li jiġi aġġornat il-qafas ġuridiku biex tiżdied l-effettività ġenerali tal-qafas kontra l-korruzzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Istat kontra l-korruzzjoni, li hija essenzjali għal klima favorevoli għan-negozju u l-investiment u għall-irkupru sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku. Il-kapitolu jindirizza wkoll in-nuqqasijiet relatati mal-irkupru u l-ġestjoni tal-assi fil-livelli istituzzjonali u proċedurali u dwar l-allinjament tal-leġiżlazzjoni Ukrena mal-acquis tal-UE u mal-istandards tal-FATF fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus li jippermetti li tiġi indirizzata aħjar il-kriminalità ekonomika u li tittejjeb il-klima ġenerali tan-negozju fl-Ukrajna.

Ir-Riforma 1. Żvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-qafas kontra l-korruzzjoni

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li, permezz ta’ investigazzjoni attiva u effiċjenti, tiżdied il-kapaċità ġenerali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, inkluż fil-livelli għolja.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni (Specialised Anti-Corruption Prosecutor’s Office, SAPO) jingħata l-opportunità li jżid il-manodopera tiegħu minn 10 % għal 15 %. It-tieni, ħatra ta’ kap ġdid tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (National Agency on Corruption Prevention, NACP). It-tielet, l-għadd ta’ mħallfin u tal-apparat fil-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni (High Anti-Corruption Court, HACC) jiżdied b’60 % u b’40 % rispettivament.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 2. Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni

L-objettiv ġenerali tar-riforma huwa li jissaħħu l-istituzzjonijiet ewlenin kontra l-korruzzjoni u li tiġi ssimplifikata l-proċedura kriminali biex tiżdied l-effiċjenza tagħhom, inkluż f’każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli, filwaqt li jiġu evitati każijiet ta’ abbuż proċedurali u interferenzi indebiti. Ir-riforma tindirizza wkoll in-nuqqasijiet relatati mal-irkupru u l-ġestjoni tal-assi fil-livelli istituzzjonali u proċedurali.

Ir-riforma għandha erba’ stadji. L-ewwel nett, id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali emendat u tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Il-leġiżlazzjoni emendata ttejjeb id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-sentenzi fuq talba tal-partijiet; tikkanċella l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess miż-żmien tar-reġistrazzjoni tal-proċedimenti kriminali san-notifika tas-suspett u tippermetti l-aġġudikazzjoni ta’ ċerti każijiet minn imħallef uniku tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni. It-tieni, l-adozzjoni ta’ Strateġija ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Programm Statali Kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu wara l-2025. It-tielet, l-adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Irkupru tal-Assi għall-2023-2025. Ir-raba’, tidħol fis-seħħ il-liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi (ARMA, Asset Recovery and Management Agency).

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 3. Miżuri kontra l-ħasil tal-flus

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li l-qafas ġuridiku tal-Ukrajna jiġi allinjat aktar mal-acquis tal-UE u mal-istandards tal-FATF u li tinħoloq sistema effettiva kontra l-ħasil tal-flus fl-Ukrajna biex tiġi indirizzata aħjar il-kriminalità ekonomika u tittejjeb il-klima tan-negozju ġenerali fl-Ukrajna.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, titwettaq il-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss. It-tieni, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu bankarju personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali f’konformità mal-prinċipji tal-acquis tal-UE. It-tielet, is-software u l-hardware meħtieġa għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu tal-bank personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali jiġi stabbilit.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2027.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

4.1

Ir-Riforma 1.

Żvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-qafas kontra l-korruzzjoni

Żieda fil-manodopera għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni

Q3

2024

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni jingħata l-opportunità li jżid il-manodopera tiegħu minn 10 % għal 15 % tal-ħaddiema tal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni.

4.2

Ir-Riforma 1.

Żvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-qafas kontra l-korruzzjoni

Ħatra ta’ kap ġdid għall-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni

Q2

2024

Jinħatar kap ġdid tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni wara proċedura tal-għażla f’konformità mal-Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni.

4.3

Ir-Riforma 1.

Żvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-qafas kontra l-korruzzjoni

Żieda fil-manodopera għall-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni

Q1

2025

In-numru tal-persunal ta’ mħallfin tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni (HACC) jiżdied b’60 %, u n-numru tal-apparat tal-HACC jiżdied b’40 %.

4.4

Ir-Riforma 2.

Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali u tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali emendati

Q3

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġijiet tal-Ukrajna dwar l-emendar tal-Kodiċi Kriminali tal-Ukrajna u l-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna. Il-Liġijiet jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:

it-titjib tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw sentenza fuq talba tal-partijiet;

il-kanċellazzjoni tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess miż-żmien tar-reġistrazzjoni tal-proċedimenti kriminali san-notifika tas-suspett;

il-miżuri li jippermettu li jiġu deċiżi ċerti kawżi minn imħallef uniku tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni.

4.5

Ir-Riforma 2.

Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni

Adozzjoni ta’ Strateġija ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Programm Statali Kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu wara l-2025

Q2

2026

L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni mill-Parlament u l-Gvern rispettivament ta’ Strateġija Kontra l-Korruzzjoni u ta’ Programm tal-Istat Kontra l-Korruzzjoni għall-implimentazzjoni tiegħu li jkopri l-perjodu wara l-2025.

4.6

Ir-Riforma 2.

Titjib tal-qafas ġuridiku għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni.

Adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Irkupru tal-Assi għall-2023-2025

Q3

2024

Adozzjoni u pubblikazzjoni fuq il-website tal-Kabinet tal-Ministri ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Irkupru tal-Assi għall-2023-2025.

4.7

Ir-Riforma 2.

Titjib tal-qafas ġuridiku għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni.

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi

Q1

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

proċedura tal-għażla trasparenti u bbażata fuq il-mertu għall-kap tal-aġenzija, inkluż kontroll kredibbli tal-integrità u l-professjonaliżmu;

sistema esterna indipendenti ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni;

proċedura trasparenti għall-ġestjoni u l-bejgħ ta’ assi sekwestrati taħt il-kontroll tal-aġenzija.

4.8

Ir-Riforma 3.

Miżuri kontra l-ħasil tal-flus

Twettiq tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss

Q4

2025

Tħejjija u implimentazzjoni tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss f’konformità mal-Metodoloġija aġġornata għall-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu fl-Ukrajna.

4.9

Ir-Riforma 3.

Miżuri kontra l-ħasil tal-flus

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu bankarju personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali

Q2

2027

Id-dħul fis-seħħ tal-qafas legali meħtieġ għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-individwi u l-kaxxi tad-depożiti bankarji personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet ġuridiċi f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/JHA, u d-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849, li temenda l-leġiżlazzjoni Ukrena dwar it-Taxxa, il-Banek, l-AML, is-suq kapitali u s-servizzi ta’ pagament.

4.10

Ir-Riforma 3.

Miżuri kontra l-ħasil tal-flus.

Is-software u l-hardware meħtieġa għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu tal-bank personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali huwa operazzjonali

Q2

2027

Is-software u l-hardware meħtieġa għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu tal-bank personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali huwa operazzjonali.

C.5.   SWIEQ FINANZJARJI

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jiġi sfruttat il-potenzjal tas-settur finanzjarju tal-Ukrajna li jixpruna t-tkabbir ekonomiku u jappoġġa l-irkupru, permezz tal-monitoraġġ tas-saħħa tas-settur bankarju biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, isaħħaħ il-qafas regolatorju bl-allinjament mal-istandards tal-UE, jindirizza s-self improduttiv, u jtejjeb ir-regolamentazzjoni tas-swieq kapitali.

Ir-Riforma 1. Valutazzjoni tas-settur bankarju

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li terġa’ lura għall-proċess ta’ valutazzjoni regolari, tidentifika vulnerabbiltajiet potenzjali fi ħdan il-banek ewlenin, u tiġi żgurata r-reżiljenza tas-sistema bankarja fl-Ukrajna.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Il-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna għandu jwettaq valutazzjoni tar-reżiljenza tal-akbar banek li tinkludi ttestjar tal-istress fix-xenarju avvers kif ukoll Analiżi tal-Kwalità tal-Assi indipendenti.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 2. It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu stabbiliti l-prinċipji għall-bejgħ tal-banek tal-Istat u l-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, leġiżlazzjoni aġġornata għandha tistabbilixxi prinċipji gwida għall-bejgħ ta’ ishma ta’ sjieda li jvarjaw fl-SOBs, filwaqt li tipprovdi wkoll il-flessibbiltà għal akkwist sħiħ. It-tieni, għandha tiġi adottata strateġija, bi tħejjija għal tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fl-SOBs.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 3. Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb ir-riżoluzzjoni ta’ self improduttiv (non-performing loans, NPLs).

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta strateġija għar-riżoluzzjoni tal-NPLs, li tiffoka fuq ir-rekwiżiti prudenzjali u ttejjeb il-qafas għar-ristrutturar u r-riżoluzzjoni tal-NPL. It-tieni, l-emendi leġiżlattivi sussegwenti għal-liġijiet rilevanti għandhom jiġu adottati, u jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-istrateġija.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 4. Kapaċità mtejba tal-awtorità superviżorja finanzjarja

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb ir-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u s-swieq tal-prodotti bażiċi organizzati.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u s-swieq tal-prodotti bażiċi organizzati, allinjata mal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organization of Securities Commissions, IOSCO).

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

5.1

Ir-Riforma 1.

Valutazzjoni tas-settur bankarju

Valutazzjoni ppubblikata tar-Reżiljenza fis-sistema bankarja

Q1

2026

Il-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna (National Bank of Ukraine, NBU) jippubblika l-Valutazzjoni tar-Reżiljenza tal-akbar banek fis-sistema bankarja (f’termini ta’ assi) li tinkludi ttestjar tal-istress fix-xenarju avvers, u r-riżultati ta’ Analiżi tal-Kwalità tal-Assi indipendenti jekk il-kundizzjonijiet jippermettu li dan jitwettaq.

5.2

Ir-Riforma 2.

It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-prinċipji għall-bejgħ ta’ banek tal-Istat

Q3

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar il-bejgħ ta’ banek tal-Istat, jiġifieri, il-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar iċ-Ċessjoni ta’ Parteċipazzjonijiet Azzjonarji tal-Istat fil-Kapital tal-Banek tal-Karta li Jiddeduċu Rikapitalizzazzjoni mill-Istat’ Nru 4524-VI datata 2012. Il-leġiżlazzjoni riveduta għandha tiffaċilita l-bejgħ ta’ ishma ta’ sjieda li jvarjaw fil-banek tal-Istat (State-owned banks - SOBs), filwaqt li tipprovdi wkoll il-flessibbiltà għal akkwist sħiħ. Il-prinċipji fundamentali li jiggwidaw il-bejgħ tal-SOBs ser jiġu żviluppati permezz ta’ diskussjonijiet kollaborattivi u b’kunsens mad-donaturi internazzjonali.

5.3

Ir-Riforma 2.

It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju

Adozzjoni tal-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju

Q2

2026

L-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Gvern jew ta’ xi att legali ieħor tal-Gvern li t/jadotta l-istrateġija ta’ riforma għall-SOBs, li tistabbilixxi tnaqqis gradwali fis-sjieda tal-istat fis-settur bankarju. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

is-saħħa finanzjarja u l-istabbiltà;

il-ġestjoni tas-self li ma jrendix;

il-mitigazzjoni tar-riskji fiskali;

it-titjib tal-governanza bankarja u l-effiċjenza operazzjonali;

titjib tal-valur bankarju, vijabbiltà fit-tul, u stadji lejn il-privatizzazzjoni (meta rilevanti).

5.4

Ir-Riforma 3.

Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix

Adozzjoni tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix

Q2

2025

Adozzjoni tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix f’konformità mal-prattiki rilevanti tal-UE. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

it-tisħiħ tar-rekwiżiti prudenzjali għar-rikonoxximent u r-riżoluzzjoni tal-NPL;

l-iskambju ta’ data dwar l-NPLs u data rilevanti oħra tas-suq bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-aġenziji tal-istat biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni tal-NPL;

rieżami tal-ostakli potenzjali u l-iżvilupp ta’ miżuri biex jittejjeb il-qafas tar-ristrutturar u tar-riżoluzzjoni tal-NPL.

5.5

Ir-Riforma 3.

Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix

Id-dħul fis-seħħ tal-atti legali biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix

Q2

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-atti legali li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix li jtejbu s-sistema tar-riżoluzzjoni tal-NPLs.

5.6

Ir-Riforma 4.

Kapaċità mtejba tal-awtorità superviżorja finanzjarja

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u għas-suq tal-komoditajiet organizzati

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u għas-swieq tal-komoditajiet organizzati u li tallinjaha mal-istandards IOSCO. Dan jirreferi għall-kapaċità tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Swieq tat-Titoli u l-Ishma (National Commission on Securities and Stock Market - NSSMC) li topera mingħajr influwenza esterna, b’mod partikolari minn pressjonijiet politiċi jew industrijali, tieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq il-liġi u fuq l-aħjar interessi tal-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investituri, aktar milli fuq interessi esterni, u jkollha mekkaniżmi ta’ infurzar b’saħħithom u kooperazzjoni internazzjonali.

C.6.   ĠESTJONI TAL-ASSI PUBBLIĊI

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jtejjeb il-politika tas-sjieda tal-istat, il-governanza korporattiva u l-ġestjoni tal-intrapriżi tal-istat (state-owned enterprises - SOEs) tal-Ukrajna kif ukoll li jarmonizza l-qafas tal-Għajnuna mill-Istat mal-acquis tal-UE. Dan iservi biex titjieb it-trasparenza u l-effiċjenza u jgħin biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ekwi mas-settur privat.

Ir-Riforma 1. Adozzjoni ta’ politika ta’ sjieda mill-istat

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi adottata politika ta’ sjieda mill-istat li tirrifletti l-prijoritajiet fit-tul u tal-gvern kollu tas-sjieda tal-SOEs. It-triage tal-SOEs għandu jiġġedded skont il-prinċipji stabbiliti fil-politika tas-sjieda mill-Istat. It-triage tal-SOEs għandu jirriżulta f’lista ta’ SOEs li ser jibqgħu fis-sjieda tal-Istat għax huma strateġiċi, lista ta’ SOEs li ser jiġu proposti għall-privatizzazzjoni, li tindika wkoll l-SOEs kollha li huma temporanjament ipprojbiti milli jiġu privatizzati minħabba l-liġi marzjali f’subtaqsima ddedikata, u lista ta’ SOEs li ser jiġu likwidati.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Hija tinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tintroduċi l-politika ta’ sjieda mill-Istat, u l-pubblikazzjoni tat-triage tal-SOEs.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.

Ir-Riforma 2. Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-forma ġuridika tal-intrapriża unitarja tal-istat għal forom aktar orjentati lejn il-kummerċ, li trawwem qafas ta’ governanza aktar effiċjenti u trasparenti għall-intrapriżi tal-Istat (SOEs) permezz tat-tisħiħ tal-istandards u l-implimentazzjoni tal-governanza korporattiva fl-ogħla SOEs.

Ir-riforma għandha erba’ stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ liġi ġdida li ttejjeb il-governanza korporattiva tal-SOEs filwaqt li tqis il-linji gwida tal-OECD (2), inkluż billi tiddefinixxi s-setgħat tal-bordijiet superviżorji tal-SOEs. It-tieni, jinħatru bordijiet superviżorji b’maġġoranza ta’ membri indipendenti mill-inqas fl-ewwel 15-il SOE ewlenija maġġuri. It-tielet, l-Ukrajna tikkorporatizza mill-inqas l-ewwel 15-il SOE ewlenija maġġuri jew bħala kumpaniji b’ishma konġunti jew kumpaniji b’responsabbiltà limitata. Ir-raba’, l-awtoritajiet jissottomettu l-ewwel rapport annwali li juri li l-prinċipji tal-governanza korporattiva huma segwiti kif xieraq.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

Ir-Riforma 3. Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jissaħħu l-kundizzjonijiet ekwi mas-settur privat, kif ukoll li jkun hemm aktar konverġenza mal-acquis tal-UE permezz ta’ separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet marbuta ma’ Obbligi ta’ Servizz Pubbliku (OSP) minn attivitajiet mhux ta’ OSP.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta u tippubblika Pjan Direzzjonali li jiddefinixxi l-istadji meħtieġa għas-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-kontijiet bejn l-attivitajiet ta’ OSP u dawk mhux ta’ OSP għall-SOEs kollha involuti f’OSP. It-tieni, id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tallinja mad-Direttiva 2006/111 tal-Kummissjoni Ewropea, li ser tiżgura li s-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-kontijiet bejn l-attivitajiet ta’ OSP u dawk mhux ta’ OSP tiġi definita u implimentata. It-tielet, l-Ukrajna għandha tippubblika rapport tal-awditjar indipendenti dwar l-SOEs involuti fl-OSP, inkluż dwar l-implimentazzjoni tas-separazzjoni tal-kontijiet u l-konformità tas-suq dwar is-sussidjar reċiproku.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2027.

Ir-Riforma 4. Qafas imtejjeb għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li titneħħa s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u li l-qafas ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat jiġi allinjat ma’ dak tal-UE, li jirriżulta f’aktar trasparenza dwar il-finanzjament tal-SOEs mill-Istat.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, inkluż fir-rigward ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, flimkien mat-tneħħija sħiħa tas-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-Kumitat għall-Antimonopolju tal-Ukrajna.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

6.1

Ir-Riforma 1.

Adozzjoni ta’ politika ta’ sjieda mill-istat

Adozzjoni tal-politika ta’ sjieda mill-istat u tat-triage tal-intrapriżi tal-istat

Q4

2024

L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-Approvazzjoni tal-Politika Ġenerali tas-Sjieda mill-Istat u t-‘triage’ tal-SOEs. Il-Politika ta’ Sjieda mill-Istat tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-elenkar tal-objettivi tal-politika pubblika li l-SOEs huma meħtieġa jilħqu;

id-deskrizzjoni tar-rwol tal-istat fil-governanza tal-SOEs; - kif l-istat ser jimplimenta l-politika ta’ sjieda tiegħu; u r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet tal-gvern involuti fl-implimentazzjoni tagħha;

id-definizzjoni tar-raġunijiet kumplessivi biex l-SOEs jinżammu taħt sjieda tal-Istat u dawn ir-raġunijiet jiġu soġġetti għal rieżamijiet regolari;

l-istabbiliment ta’ prijoritajiet fit-tul u tal-gvern sħiħ tas-sjieda tal-SOEs;

id-definizzjoni tal-politika tad-dividendi, il-politika ta’ remunerazzjoni għall-membri tal-bordijiet superviżorji u l-maniġers.

Il-politika tas-sjieda tippermetti l-implimentazzjoni tar-riformi tal-governanza korporattiva tal-OECD fil-kumpaniji tad-DSO biex tittejjeb il-kompetizzjoni fis-swieq tal-gass naturali.

It-triage tal-SOEs iwassal għall-eżiti li ġejjin:

lista ta’ SOEs li ser jibqgħu fis-sjieda tal-Istat għax strateġiċi;

lista ta’ SOEs li ser jiġu proposti għall-privatizzazzjoni, li tindika wkoll l-SOEs kollha li huma temporanjament ipprojbiti milli jiġu privatizzati matul il-liġi marzjali f’subtaqsima ddedikata;

lista ta’ SOEs li ser jiġu likwidati.

6.2

Ir-Riforma 2.

Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-governanza korporattiva tal-intrapriżi tal-istat

Q2

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi l-ġdida dwar il-governanza korporattiva tal-SOEs b’konsiderazzjoni tal-linji gwida tal-OECD dwar il-governanza korporattiva. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

id-definizzjoni tas-setgħat tal-bordijiet superviżorji tal-SOEs biex jaħtru u jkeċċu s-CEOs;

id-definizzjoni tas-setgħat tal-bordijiet superviżorji tal-SOEs biex japprovaw id-dokumenti strateġiċi, ta’ investiment u tal-pjanijiet finanzjarji tal-SOEs;

l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni annwali għall-bordijiet superviżorji tal-SOEs.

6.3

Ir-Riforma 2.

Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

Ħatra ta’ bordijiet Superviżorji ta’ intrapriżi tal-istat b’maġġoranza ta’ membri indipendenti

Q2

2026

Il-bordijiet superviżorji b’maġġoranza ta’ membri indipendenti jinħatru fil-każ ta’ mill-inqas 15-il SOE mil-lista tal-SOEs ewlenin maġġuri, approvati mid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri. In-nomina tal-membri tal-Bord Superviżorju ssir permezz ta’ proċess ta’ għażla kompetittiv, abbażi ta’ proċeduri miftiehma u fis-seħħ fil-mument tal-bidu tal-għażla.

6.4

Ir-Riforma 2.

Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

Korporatizzazzjoni ta’ intrapriżi ewlenin tal-istat

Q3

2026

Mill-inqas 15-il SOE mil-lista tal-SOEs ewlenin maġġuri approvati minn deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri huma korporatizzati bħala kumpaniji b’ishma konġunti jew bħala kumpaniji b’responsabbiltà limitata.

6.5

Ir-Riforma 2.

Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat

Sottomissjoni ta’ rapport li juri li l-prinċipji tal-governanza korporattiva huma segwiti kif xieraq

Q4

2027

L-ewwel rapport annwali bir-riżultati finanzjarji u operazzjonali li juru li l-prinċipji tal-governanza korporattiva jkun qegħdin jiġu segwiti kif xieraq jiġi kondiviż mal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport jivvaluta wkoll l-indipendenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet Superviżorji, b’mod partikolari f’mill-inqas 15-il SOE mil-lista tal-SOEs ewlenin ewlenin, inkluż jekk id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet strateġiċi u l-ħatriet maniġerjali jeħtiġux kunsens de facto mill-gvern.

Qabel l-awditu, jiġu stabbiliti u infurzati l-prinċipji ewlenin li ġejjin tal-governanza korporattiva:

ir-rwoli tal-Kabinett tal-Ministri, tal-Ministeru għall-Finanzi, tal-Ministeru għall-Ekonomija jiġu definiti b’mod ċar, u s-sorveljanza tal-Parlament tiġi infurzata;

il-mandat u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-entitajiet ta’ ġestjoni tal-SOEs konsolidati jiġu definiti b’mod ċar f’konformità sħiħa mal-Politika tas-Sjieda mill-Istat;

il-kunsiderazzjonijiet tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi huma inkorporati fl-aqwa karti tal-SOEs (u, jekk ikun meħtieġ f’dawk tal-entitajiet ta’ ġestjoni kkonsolidati tal-SOEs);

il-karti ewlenin tal-SOEs, meta meħtieġa, huma mtejba f’konformità mal-prinċipji tar-riforma tal-governanza korporattiva, inkluż biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-bordijiet superviżorji fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

6.6

Ir-Riforma 3.

Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat

Adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP

Q1

2025

L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-Pjan Direzzjonali li jiddefinixxi l-istadji għas-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-attivitajiet ta’ OSP u mhux ta’ OSP għall-SOEs kollha involuti f’OSP. Il-Pjan Direzzjonali huwa bbażat fuq il-livell attwali identifikat ta’ adozzjoni ta’ approċċi kontabilistiċi meħtieġa u jinkludi stadji operazzjonali għas-separazzjoni tal-kontijiet għall-kumpaniji fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-bidliet meħtieġa. Il-Pjan Direzzjonali jiddeskrivi kif is-separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet tal-OSP u dawk mhux ta’ OSP ser titwettaq fl-ewwel SOEs ewlenin maġġuri kollha approvati bid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri.

6.7

Ir-Riforma 3.

Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat

Id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni identifikata fil-Pjan Direzzjonali adottat taħt l-istadju 6.6 biex tallinja mad-Direttiva 2006/111 tal-Kummissjoni Ewropea, li ser tiżgura li s-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-kontijiet bejn l-attivitajiet tal-OSP u dawk mhux ta’ OSP tiġi definita u implimentata fl-SOEs ewlenin kollha approvati mid-deċiżjoni dwar il-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri li huma involuti f’OSP.

6.8

Ir-Riforma 3.

Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat

Sottomissjoni ta’ rapport tal-awditjar li jikkonferma s-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP

Q3

2027

Sottomissjoni ta’ rapport tal-awditjar indipendenti mwettaq minn kumpanija tal-awditjar li tkun parti min-network internazzjonali tal-awditjar u, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikollha d-dritt twettaq awditu obbligatorju tar-rapporti finanzjarji ta’ intrapriżi ta’ interess pubbliku. Tali rapport fih valutazzjoni dettaljata dwar l-oqsma li ġejjin għall-SOEs ewlenin ewlenin approvati mid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri, involuti fl-OSP:

l-implimentazzjoni tas-separazzjoni tal-kontijiet;

il-konformità tas-suq dwar is-sussidjar reċiproku;

id-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għal kull SOE;

il-kostijiet, il-flussi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-obbligi tas-Servizz Pubbliku.

6.9

Ir-Riforma 4.

Qafas imtejjeb għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna mill-Istat u sospensjoni sħiħa tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna mill-Istat, inklużi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, flimkien man-nuqqas ta’ sospensjoni totali tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-Kumitat Kontra l-Monopolju tal-Ukrajna, bl-eċċezzjoni tar-rikapitalizzazzjoni mill-Istat ta’ banek sistemikament importanti li jkollhom approvazzjoni tas-segretezza tal-istat għall-finanzjament tal-industrija tad-difiża għat-tul tal-liġi marzjali. Il-liġi ser tippermetti wkoll skemi ta’ għajnuna speċifiċi xierqa għall-appoġġ lill-SMEs ipprovduti skont il-liġi marzjali.

C.7.   KAPITAL UMAN

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jiġu ppreżentati r-riformi meqjusa meħtieġa biex titwaqqaf l-erożjoni tal-kapital uman ta’ dawn l-aħħar snin, filwaqt li fl-istess ħin tiġi stabbilita bażi għal proċess ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni sostenibbli.

Ir-Riforma 1. Edukazzjoni vokazzjonali aħjar

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiżgura li l-edukazzjoni tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-irkupru tal-pajjiż permezz tal-espansjoni tal-kapaċità istituzzjonali tal-entitajiet edukattivi biex jipprovdu edukazzjoni vokazzjonali formali u mhux formali, u r-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni vokazzjonali, il-partijiet ikkonċernati nazzjonali/lokali u internazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli tal-kapital uman fl-Ukrajna.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi d-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-edukazzjoni vokazzjonali.

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 2. Edukazzjoni preprimarja aħjar

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat aċċess għal edukazzjoni preprimarja ta’ kwalità bl-għan li jiżdied l-involviment tan-nisa bi tfal preprimarji fis-suq tax-xogħol.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi d-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-edukazzjoni vokazzjonali.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 3. Sistema mtejba ta’ riabilitazzjoni għall-persuni b’diżabilità

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb is-sistema ta’ riabilitazzjoni u li tippermetti valutazzjoni usa’ tal-ħtiġijiet tan-nies permezz ta’ sistema elettronika ġdida.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni għall-allinjament mal-istandards internazzjonali għall-kejl tal-funzjonament, id-diżabilità u s-saħħa, u l-introduzzjoni ta’ sistema elettronika li jkun fiha informazzjoni dwar il-ħtiġijiet tal-individwu u li toffri awtomatikament servizzi skont il-ħtiġijiet identifikati.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 4. Tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiffaċilita t-tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili, inkluża l-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja soċjali u ekonomika.

Ir-riforma għandha stadju wieħed, jiġifieri d-dħul fis-seħħ tal-miżuri leġiżlattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ tranżizzjoni u s-servizzi assoċjati.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 5. Infrastruttura soċjali mtejba u deistituzzjonalizzazzjoni

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb il-benesseri tat-tfal, tal-persuni b’diżabilità u tal-anzjani fis-sistema tal-kura pubblika.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi l-adozzjoni ta’ żewġ strateġiji għar-riforma tal-istituzzjonijiet psikonewroloġiċi u istituzzjonijiet residenzjali oħra u d-deistituzzjonalizzazzjoni tal-kura tat-tfal, tal-persuni b’diżabilità u tal-anzjani.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.

Ir-Riforma 6. Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tas-suq tax-xogħol.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tiġi adottata strateġija li timmira lejn li ttejjeb is-sitwazzjoni demografika tal-Ukrajna sal-2040, inkluż it-tnaqqis tal-mortalità prematura, u li jingħelbu x-xejriet negattivi tal-migrazzjoni. It-tieni, għandha tiġi adottata strateġija dwar l-impjiegi tal-popolazzjoni li tipproponi miżuri biex jiġu aġġornati l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol tal-Ukrajna, bħall-aċċess simplifikat għas-suq tax-xogħol, u servizz tal-impjiegi statali riformat.

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 7. Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żviluppat il-qafas ta’ sistema tal-akkomodazzjoni soċjali.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi prijoritajiet ewlenin għall-politika tal-akkomodazzjoni tal-Ukrajna, bħall-ħtieġa għat-trasparenza, l-aċċessibbiltà għall-gruppi l-aktar vulnerabbli, jew il-ħolqien ta’ skemi ta’ għajnuna. It-tieni, għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi fond għall-akkomodazzjoni soċjali.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 8. Sigurtà soċjali aħjar

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb il-forniment ta’ servizzi soċjali pubbliċi, permezz tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi għall-akkwist ta’ ċerti servizzi soċjali minn fornituri rreġistrati.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni li tirriforma s-sistema tal-akkwist soċjali għas-servizzi soċjali, tbiddel il-mudell ta’ finanzjament għal mudell ta’ xiri orjentat lejn ir-riżultati tas-servizzi soċjali, u tinċentiva l-forniment ta’ servizzi soċjali li normalment ma jkunux iffinanzjati mill-komunità.

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 9. Żvilupp kulturali aħjar

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tippromwovi l-wirt kulturali tal-Ukrajna.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi l-adozzjoni ta’ strateġija li tistabbilixxi għanijiet prijoritarji bħat-titjib tal-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-offerta kulturali tal-Ukrajna, kif ukoll il-bini tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet kulturali tal-Ukrajna.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.

L-Investiment 1. Investimenti fl-edukazzjoni

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-aċċess għal edukazzjoni pubblika sikura u ta’ kwalità.

L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità għas-snin 2024 u 2025. It-tieni, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 650 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità għas-snin 2024, 2025, 2026, u 2027.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

L-Investiment 2. Investimenti fil-kura tas-saħħa

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika tal-Ukrajna.

L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, u l-forniment ta’ tagħmir għall-analiżi medika, il-kirurġija, u l-kura tal-pazjenti għas-snin 2024 u 2025. It-tieni, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 400 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, u l-forniment ta’ tagħmir għall-analiżi medika, il-kirurġija, u l-kura tal-pazjenti għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

L-Investiment 3. Investimenti fl-infrastruttura soċjali

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jsaħħaħ l-infrastruttura soċjali tal-Ukrajna.

L-investiment għandu stadju wieħed. Jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għar-restawr, il-kostruzzjoni (kostruzzjoni ġdida, rikostruzzjoni, tiġdid, restawr) tal-infrastruttura soċjali li saritilha ħsara/inqerdet.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

L-Investiment 4. Investimenti f’kumpens għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara jew meqruda

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u jtejjeb il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-akkomodazzjoni.

L-investiment għandu stadju wieħed. Dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 600 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-kumpens imħallas lil persuni li l-akkomodazzjoni tagħhom saritilha ħsara jew inqerdet bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

L-Investiment 5. Investimenti fil-forniment ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u jtejjeb il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-akkomodazzjoni b’enfasi partikolari fuq il-veterani, b’diżabilità, il-membri tal-familji tagħhom u l-persuni spostati internament (internally displaced persons - IDPs).

L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-forniment ta’ akkomodazzjoni għal persuni b’diżabilità tal-grupp I-II għas-snin 2024 u 2025. It-tieni, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 450 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-forniment ta’ akkomodazzjoni għal persuni b’diżabilità tal-grupp I-II għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

7.1

Ir-Riforma 1.

Edukazzjoni vokazzjonali aħjar

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni vokazzjonali

Q2

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Edukazzjoni Vokazzjonali.’ Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

jiġu definiti regoli ġusti għall-funzjonament tal-entitajiet edukattivi fis-suq tas-servizzi edukattivi fil-qasam tal-edukazzjoni vokazzjonali;

il-kapaċità istituzzjonali tal-entitajiet edukattivi li jipprovdu edukazzjoni vokazzjonali formali u mhux formali tiġi estiża;

ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni vokazzjonali, il-partijiet ikkonċernati nazzjonali/lokali u internazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli tal-kapital uman fl-Ukrajna jkunu definiti b’mod ċar.

7.2

Ir-Riforma 2.

Edukazzjoni preprimarja aħjar

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni preprimarja

Q1

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Edukazzjoni Preprimarja’ f’allinjament mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2019 dwar l-Edukazzjoni Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

garanziji ta’ aċċess għall-edukazzjoni preprimarja għat-tfal ta’ età bikrija u preprimarja;

regoli ġusti għall-funzjonament tal-entitajiet edukattivi fis-suq tas-servizzi edukattivi fil-qasam tal-edukazzjoni preprimarja;

kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-impjegati fil-qasam tal-edukazzjoni preprimarja;

ir-regoli għall-funzjonament ta’ network flessibbli u effiċjenti ta’ fornituri tal-edukazzjoni preprimarja.

7.3

Ir-Riforma 3.

Sistema mtejba ta’ riabilitazzjoni għall-persuni b’diżabilità

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riabilitazzjoni ta’ persuni b’diżabilità

Q4

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar ir-Riabilitazzjoni ta’ Persuni b’Diżabilità fl-Ukrajna”’.

Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-użu tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Funzjonament, tad-Diżabilità u tas-Saħħa;

l-introduzzjoni ta’ sistema elettronika li jkun fiha informazzjoni dwar il-ħtiġijiet tal-individwu u toffri awtomatikament servizzi skont il-ħtiġijiet identifikati (soċjali, mediċi, u oħrajn).

7.4

Ir-Riforma 4.

Tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili

Q3

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna dwar il-Politika tal-Veterani tal-Istat, inkluża l-introduzzjoni ta’ sistema mit-tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili. Il-liġi ser tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

riabilitazzjoni u kura medika, inkluż l-assistenza psikoloġika;

programmi ta’ taħriġ, taħriġ mill-ġdid u żvilupp professjonali;

kundizzjonijiet meħtieġa għall-impjieg tal-veterani bħala kategorija separata;

miżuri ta’ appoġġ għan-negozji tal-veterani.

7.5

Ir-Riforma 5.

Infrastruttura soċjali mtejba u deistituzzjonalizzazzjoni

Adozzjoni tal-Istrateġija għar-riforma tal-Istituzzjonijiet Psikonewroloġiċi, Istituzzjonijiet residenzjali Oħra u Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura tal-Persuni b’Diżabilità, u l-Persuni Anzjani u tal-Istrateġija għall-Iżgurar tad-Dritt tat-Tfal Kollha fl-Ukrajna biex Jikbru f’Ambjent tal-Familja għall-2024-2028

Q4

2024

Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għar-Riforma tal-Istituzzjonijiet Psikonewroloġiċi, Istituzzjonijiet Residenzjali Oħra u d-Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura tal-Persuni b’Diżabilità u l-Persuni Anzjani’ u tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għall-iżgurar tad-Dritt tat-tfal Kollha fl-Ukrajna biex jikbru f’ambjent tal-familja għall-2024-2028’. L-istrateġiji jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-iżvilupp ta’ servizzi soċjali biex jappoġġaw familji bit-tfal, persuni b’diżabilità u persuni anzjani biex jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità u jipprevjenu l-istituzzjonalizzazzjoni;

l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ għajxien assistit għal persuni b’diżabilità u persuni anzjani li jkunu jeħtieġu appoġġ addizzjonali;

l-għoti ta’ forom ta’ trobbija bbażati fuq il-familja (pereż. foster care, tutela, u adozzjoni) għat-tfal li jsibu ruħhom mingħajr kura tal-ġenituri.

7.6

Ir-Riforma 6.

Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol

Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Demografiku għall-perjodu sal-2040

Q3

2024

Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija Demografika tal-Ukrajna għall-Perjodu sal-2040’. L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

it-titjib tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-fertilità;

it-tnaqqis tal-mortalità prematura, speċjalment fost l-irġiel fl-età tax-xogħol;

li jingħelbu x-xejriet negattivi tal-migrazzjoni, permezz tar-ritorn tal-migranti sfurzati, billi jiġu attirati rappreżentanti tad-dijaspora barranija lejn l-Ukrajna, eċċ.;

il-promozzjoni tal-lonġevità attiva;

il-ħolqien ta’ prekundizzjonijiet tal-infrastruttura u tas-sigurtà għat-titjib tas-sitwazzjoni demografika.

7.7

Ir-Riforma 6.

Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol

Adozzjoni tal-Istrateġija dwar l-Impjiegi tal-Popolazzjoni

Q2

2026

Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Istrateġija għall-Impjiegi tal-Popolazzjoni. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għall-impjieg, inkluż permezz tal-intraprenditorija u b’enfasi partikolari fuq in-nisa;

simplifikazzjoni tal-aċċess għas-suq tax-xogħol;

taħriġ mill-ġdid u rekwalifikazzjoni;

riforma tas-servizz tal-impjiegi tal-istat;

riforma tat-tbassir tas-suq tax-xogħol;

inċentivi biex jiġi attirat lejn is-suq tax-xogħol Ukren talent barrani, imprendituri barranin, persunal b’ħiliet għolja u ħaddiema u studenti.

7.8

Ir-Riforma 7.

Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika dwar l-Akkomodazzjoni

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika dwar l-Akkomodazzjoni’. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-aċċessibbiltà għall-akkomodazzjoni għall-aktar kategoriji ta’ ċittadini vulnerabbli għandha ssir il-prinċipju ewlieni fil-forniment tal-akkomodazzjoni;

il-ħolqien ta’ diversi mekkaniżmi ta’ għajnuna għaċ-ċittadini b’kapaċitajiet finanzjarji differenti u d-determinazzjoni tal-kriterji għall-aċċess għalihom;

ir-regolamentazzjoni tal-bażi legali għall-introduzzjoni tal-kiri ta’ akkomodazzjoni komunali, il-kiri ta’ akkomodazzjoni komunali bid-dritt ta’ xiri;

il-ħolqien ta’ sistema trasparenti għar-reġistrazzjoni tal-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni taċ-ċittadini biex jiġi żgurat rispons fil-pront fil-livell lokali;

il-ħolqien ta’ qafas trasparenti għall-monitoraġġ mill-pubbliku, mis-soċjetà ċivili u mill-komunità internazzjonali.

7.9

Ir-Riforma 7.

Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Fond għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Q4

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Fond għall-Akkomodazzjoni Soċjali’ (jew il-verżjoni l-ġdida ta’ din il-Liġi). Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-istabbiliment ta’ qafas istituzzjonali biex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali;

l-istabbiliment ta’ sistema trasparenti għall-monitoraġġ tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini biex jiġi żgurat rispons fil-pront fil-livell lokali;

l-istabbiliment ta’ qafas trasparenti għall-monitoraġġ mill-pubbliku, mis-soċjetà ċivili u mill-komunità internazzjonali;

it-titjib tal-kapaċità tal-qafas istituzzjonali biex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali;

it-titjib tar-regoli għall-istabbiliment u tat-tħaddim tal-akkomodazzjoni soċjali, inkluż l-iżgurar tal-konformità mal-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza, u standards oħra.

7.10

Ir-Riforma 8.

Sigurtà soċjali aħjar

Adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar l-akkwiżizzjoni tas-servizzi soċjali

Q2

2025

Adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar ix-xiri ta’ servizzi soċjali għad-detriment tal-baġit tal-istat. Ir-Riżoluzzjoni hija fiskalment newtrali u bl-ebda mod ma tħalli impatt fuq is-sostenibbiltà tad-dejn tal-Ukrajna u tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

it-tranżizzjoni mill-finanzjament tal-istituzzjonijiet għal mudell ta’ xiri orjentat lejn ir-riżultati tas-servizzi soċjali;

l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu għax-xiri ta’ ċerti servizzi soċjali minn fornituri ta’ servizzi soċjali pubbliċi u privati rreġistrati abbażi ta’ standards u kriterji stabbiliti tas-servizzi soċjali għall-fornituri.

7.11

Ir-Riforma 9.

Żvilupp kulturali aħjar

Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena

Q1

2025

Adozzjoni ta’ Ordni mill-Kabinett tal-Ministri li tapprova l-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

il-preservazzjoni, is-salvagwardja, u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u l-proprjetajiet tal-poplu Ukren bħala parti integrali miż-żona kulturali komuni Ewropea, il-preservazzjoni tat-tifkira nazzjonali;

l-għoti ta’ servizzi kulturali ta’ kwalità għolja u aċċessibbli u opportunitajiet għall-awtorealizzazzjoni kreattiva tan-nies;

il-bini tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet kulturali Ukreni biex tissaħħaħ l-aċċessibbiltà, jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki ta’ parteċipazzjoni kulturali, u jissaħħu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

l-appoġġ għas-settur tal-industriji kreattivi bħala mutur tal-innovazzjoni soċjali u l-impjiegi, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-industriji kreattivi.

7.12

L-Investiment 1. Investimenti fl-edukazzjoni

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fl-edukazzjoni

Q2

2026

Rapport interim tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-gvern estiż ibbaġitja b’mod partikolari, għal-livelli reġjonali u lokali (bħala parti mill-istadju 9.7), mill-inqas EUR 300 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità, inkluża l-edukazzjoni preprimarja f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-edukazzjoni preprimarja, fost l-oħrajn għal dan li ġej:

xelters u kundizzjonijiet sikuri fl-istabbilimenti edukattivi;

xarabanks tal-iskola;

metodu ta’ tagħlim modern, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni;

materjal u tagħmir għall-istabbilimenti edukattivi;

nutrizzjoni ta’ kwalità;

l-istabbiliment ta’ workshops u laboratorji f’istituzzjonijiet edukattivi;

it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini edukattiv.

7.13

L-Investiment 1. Investimenti fl-edukazzjoni

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 650 miljun fl-edukazzjoni

Q4

2027

Rapport finali tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024, 2025, 2026 u l-2027 il-gvern estiż ibbaġitja b’mod partikolari, għal-livelli reġjonali u lokali (bħala parti mill-istadju 9.8), mill-inqas EUR 650 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità, inkluża l-edukazzjoni preprimarja f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-edukazzjoni preprimarja, fost l-oħrajn għal dan li ġej:

xelters u kundizzjonijiet sikuri fl-istabbilimenti edukattivi;

xarabanks tal-iskola;

metodu ta’ tagħlim modern, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni;

materjal u tagħmir għall-istabbilimenti edukattivi;

nutrizzjoni ta’ kwalità;

l-istabbiliment ta’ workshops u laboratorji f’istituzzjonijiet edukattivi;

it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini edukattiv.

7.14

L-Investiment 2.

Investimenti fil-kura tas-saħħa

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fil-kura tas-saħħa

Q2

2026

Rapport interim tal-gvern (jew rapport tat-Teżor) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024 u l-2025, li parti minnhom ser tiġi bbaġitjata fil-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.7), il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 200 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-kura tas-saħħa, fost l-oħrajn għal dan li ġej:

tagħmir tal-laboratorju għall-analiżi mikrobijoloġika, kimika u fiżika;

xelters u miżuri ta’ sikurezza għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

tagħmir tal-isptar għall-analiżi medika, il-kirurġija, u l-kura tal-pazjenti;

infrastruttura u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

is-sistemi tal-IT jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.

7.15

L-Investiment 2.

Investimenti fil-kura tas-saħħa

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 400 miljun fil-kura tas-saħħa

Q4

2027

Rapport finali tal-gvern (jew rapport tat-Teżor) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024. l-2025, l-2026 u l-2027, li parti minnhom ser tiġi bbaġitjata fil-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.8), il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 400 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-kura tas-saħħa, fost l-oħrajn għal dan li ġej:

tagħmir tal-laboratorju għall-analiżi mikrobijoloġika, kimika u fiżika;

xelters u miżuri ta’ sikurezza għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

tagħmir tal-isptar għall-analiżi medika, il-kirurġija, u l-kura tal-pazjenti;

infrastruttura u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

is-sistemi tal-IT biex jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.

7.16

L-Investiment 3.

Investimenti fl-infrastruttura soċjali

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun f’infrastruttura soċjali

Q4

2027

Rapport finali tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2026 u l-2027, li parti minnhom ser tiġi bbaġitjata fil-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.8), biex jiġu eliminati l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali kkawżati mill-aggressjoni armata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, b’mod partikolari għal-livell reġjonali, il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 350 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għar-restawr, il-kostruzzjoni (kostruzzjoni ġdida, rikostruzzjoni, tiġdid, restawr) tal-infrastruttura soċjali li saritilha ħsara/inqerdet.

7.17

L-Investiment 4.

Investimenti f’kumpens għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara jew meqruda

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 600 miljun għal kumpensi finanzjarji għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara

Q4

2027

Rapport finali tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2026, u l-2027, il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 600 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-kumpensi mħallas lil persuni li l-akkomodazzjoni tagħhom saritilha ħsara jew inqerdet b’riżultat tal-ostilitajiet, atti terroristiċi, sabotaġġ ikkawżati mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa abbażi ta’ data vverifikata mir-Reġistru tal-Istat tal-Proprjetà li Saritilha Ħsara jew Inqerdet.

7.18

L-Investiment 5. Investimenti fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament

Q2

2026

Rapport interim tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-Gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 200 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) biex jipprovdi akkomodazzjoni għal:

persuni b’diżabilità tal-gruppi I-II li ddefendew l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna;

membri tal-familja tad-difensuri li mietu;

persuni spostati internament li ddefendew l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tal-membri tal-familja tagħhom.

7.19

L-Investiment 5. Investiment fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 450 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament

Q4

2027

Rapport finali tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024, l-2025, l-2026 u l-2027 il-Gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 450 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) biex jipprovdi akkomodazzjoni għal:

persuni b’diżabilità tal-gruppi I-II li ddefendew l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna;

membri tal-familja tad-difensuri li mietu;

persuni spostati internament li ddefendew l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tal-membri tal-familja tagħhom.

C.8.   AMBJENT TAN-NEGOZJU

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jtejjeb l-ambjent tan-negozju fl-Ukrajna, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol tas-settur privat fl-irkupru sostenibbli tal-pajjiż. Ir-riformi f’dan il-kapitolu huma mmirati lejn it-tnaqqis tal-kostijiet tan-negozju, fost l-oħrajn, billi titnaqqas il-burokrazija, tiżdied id-diġitalizzazzjoni, u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi.

Ir-Riforma 1. Ambjent Regolatorju Mtejjeb

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jittejjeb l-ambjent regolatorju billi jiġu aboliti regolamenti li jikkoinċidu, u billi jiġu ssimplifikati u ddiġitalizzati l-proċeduri amministrattivi.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni dwar l-ottimizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi f’diversi setturi. It-tieni, għandha tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar id-deregolamentazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tan-negozju.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 2. Riforma tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tniedi mill-ġdid u tagħti ħajja ġdida lill-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika billi dan jingħata mandat aktar ċar u jkollu proċess tal-għażla tal-maniġment u tal-persunal miftuħ, trasparenti u kompetittiv.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni ġdida biex jiġi stabbilit proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv (ibbażat fuq il-mertu) għall-għażla tal-maniġment u tal-persunal, rekwiżiti msaħħa għall-kummissjoni tal-għażla, sistema kuntrattwali għall-impjegati, kamp ta’ applikazzjoni ċar u definizzjoni tal-mandat, u mekkaniżmu ta’ attestazzjoni tal-persunal.

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2024.

Ir-Riforma 3. Aċċess għall-finanzi u s-swieq

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tgħin lis-settur privat b’għodod differenti.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) fl-isforzi tagħha biex ittejjeb l-aċċess għas-swieq, il-finanzi u riżorsi oħra u l-aċċess għall-għarfien għall-SMEs. It-tieni, għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi dwar is-simplifikazzjoni tal-aċċess għan-netwerks tal-utilitajiet.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 4. Akkwist pubbliku aħjar

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissaħħaħ is-sistema tal-akkwist pubbliku tal-Ukrajna permezz ta’ qafas leġiżlattiv allinjat mal-acquis tal-UE.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku mal-acquis tal-UE, li jiffoka primarjament fuq direttivi dwar l-akkwist pubbliku klassiċi u tal-utilitajiet, fuq konċessjonijiet u Sħubijiet Pubbliċi-Privati, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija u l-ekodisinn bħala kriterji minimi obbligatorji matul l-akkwist pubbliku, u t-titjib tas-sistema tal-akkwist elettroniku.

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2027.

Ir-Riforma 5. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jerġgħu jibdew il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u tiffaċilita l-adozzjoni ta’ normi u standards tal-UE fl-Ukrajna, b’mod partikolari fl-oqsma tal-prodotti industrijali.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tiġi adottata leġiżlazzjoni biex jerġgħu jibdew il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel. It-tieni, l-istandards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali (magni, kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir, tagħmir tal-elettriku b’vultaġġ baxx) għandhom jiġu tradotti fi standards nazzjonali.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 6. Indirizzar tal-pagamenti tard

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat li l-pagamenti tard ma jfixklux l-attività tan-negozju.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi l-allinjament tal-leġiżlazzjoni rilevanti mad-Direttiva 2011/7/UE (magħrufa wkoll bħala d-‘Direttiva dwar il-Ħlas Tard’ tal-UE).

Ir-riforma mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

L-Investiment 1. Investimenti f’appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiżgura li l-intraprendituri jkollhom aċċess għall-finanzi.

L-investiment għandu stadju wieħed. Dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 450 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għall-appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi, il-SMEs, il-bdiewa żgħar u ta’ daqs medju, u speċjalment l-intrapriżi tal-ipproċessar żgħar u medji għas-snin 2024, 2025, 2026, 2027 li jistgħu jinkludu kemm self korporattiv kif ukoll għotjiet li ser jiġu allokati abbażi ta’ kriterji trasparenti.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

8.1

Ir-Riforma 1.

Ambjent regolatorju aħjar

Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni

Q3

2024

Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

tnaqqis u diġitalizzazzjoni tar-regolamenti dwar l-aċċess għas-suq;

tibdil tal-mudell punittiv u ripressiv tas-superviżjoni mill-istat (kontroll) għal wieħed preventiv (approċċ orjentat lejn ir-riskju);

tnaqqis tan-numru ta’ funzjonijiet superviżorji u ta’ kontroll.

8.2

Ir-Riforma 1.

Ambjent regolatorju aħjar

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni f’setturi speċifiċi

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar id-deregolamentazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tan-negozju. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:

diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-permessi u tal-liċenzji permezz tal-implimentazzjoni ta’ proġett sperimentali dwar l-introduzzjoni tas-Sistema Elettronika Unifikata tal-Istat għad-Dokumenti ta’ Permess;

tnaqqis fl-ispezzjonijiet tan-negozju bl-introduzzjoni ta’ assigurazzjoni u awditjar volontarji;

soluzzjoni tal-kwistjoni tas-suċċessjoni legali tad-dokumenti u l-liċenzji ta’ permessi f’każ ta’ bidla fil-forma organizzazzjonali u ġuridika ta’ entità kummerċjali.

8.3

Ir-Riforma 2.

Riforma tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ir-reviżjoni tal-bażi legali tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna

Q2

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ir-reviżjoni tal-bażi legali tal-attività tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-iżvilupp ta’ proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv għall-għażla tal-maniġment u l-persunal, l-għażla tal-kap il-ġdid fuq proċedura abbażi ta’ mertu definita bil-liġi

it-tisħiħ tar-rekwiżiti għall-kummissjoni tal-għażla;

l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kuntratti għall-impjegati;

id-definizzjoni aktar ċara ta’ kamp ta’ applikazzjoni u ta’ mandat;

l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ attestazzjoni tal-persunal.

8.4

Ir-Riforma 3.

Aċċess għall-finanzi u s-swieq.

Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) u Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha

Q2

2025

Adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Istrateġija għall-SMEs u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

aċċess għas-swieq;

aċċess għall-finanzi u riżorsi oħra;

aċċess għall-għarfien.

8.5

Ir-Riforma 3.

Aċċess għall-finanzi u s-swieq.

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-adeżjoni ta’ proprjetà immobbli ma’ networks esterni tal-inġinerija u t-titjib tar-regolamentazzjoni fil-qasam tat-trasport bil-pipelines

Q1

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għall-Atti Leġiżlattivi dwar is-Simplifikazzjoni tal-Adeżjoni tal-Proprjetà Immobbli fin-Netwerks tal-Inġinerija Esterna u t-Titjib tar-Regolament Legali fil-Qasam tat-Trasport bil-Pipeline. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

aċċess miftuħ għal informazzjoni dwar networks tal-inġinerija esterni permezz ta’ reġistri elettroniċi pubbliċi, jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà tippermetti, li ser tiġi ddeterminata fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-emendi għal-liġi, kif ukoll proċedura unifikata għall-konnessjoni ma’ networks tal-inġinerija esterni;

inklużjoni ta’ informazzjoni dwar networks tal-inġinerija esterni fir-reġistri elettroniċi pubbliċi tas-sjieda tal-istat, jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà tippermetti, li ser tiġi ddeterminata fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-emenda għal-liġi;

inklużjoni ta’ informazzjoni dwar iż-żoni ta’ protezzjoni tan-netwerks esterni tal-inġinerija fir-reġistri elettroniċi pubbliċi tal-proprjetà tal-istat.

8.6

Ir-Riforma 4.

Akkwist pubbliku aħjar

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku mal-acquis tal-UE.

Q3

2027

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġijiet tal-Ukrajna li jallinjaw il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku:

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE;

Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE;

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni;

Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE;

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi;

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni;

Id-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib tal-effettività tal-proċeduri ta’ reviżjoni li jikkonċernaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku

Dawn il-liġijiet jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:

allinjament ulterjuri tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-direttivi tal-akkwist pubbliku klassiċi u tal-utilitajiet, speċjalment fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-Liġi dwar l-Akkwist Pubbliku u l-eżenzjonijiet minnha, id-delimitazzjoni tar-regolament dwar l-akkwist pubbliku li mhuwiex direttament relatat mal-ħtiġijiet militari mwettqa minn klijenti fl-isfera tas-sigurtà u d-difiża;

allinjament ulterjuri tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-konċessjonijiet u l-PPPs mal-acquis tal-UE;

applikazzjoni tar-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija u l-ekodisinn bħala kriterji minimi obbligatorji matul l-akkwist pubbliku;

titjib tas-sistema tal-akkwist elettroniku, li tinkludi l-iżvilupp tal-ikkuntrattar elettroniku fis-sistema Prozorro, u l-interoperabbiltà operazzjonali mas-sistema DREAM u sistemi tal-IT ta’ stati oħra jekk applikabbli.

8.7

Ir-Riforma 5.

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE

Adozzjoni tar-riżoluzzjoni għat-tkomplija tal-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel, inkluż l-ispezzjoni tas-sikurezza tal-prodotti

Q4

2024

Adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar Emendi għar-Riżoluzzjoni tat-13 ta’ Marzu 2022 Nru 303 ‘Dwar it-Tmiem ta’ Miżuri ta’ Sorveljanza mill-Istat (Kontroll) u Sorveljanza tas-Suq mill-Istat skont il-Kundizzjonijiet tal-Liġi Marzjali’ fir-rigward tal-esklużjoni tas-sorveljanza tas-suq mill-istat mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u r-revoka tar-Riżoluzzjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 Nru 550 ‘Dwar it-Tmiem tat-Twettiq tal-Kontroll mill-Istat ta’ Prodotti Mhux tal-Ikel skont il-Kundizzjonijiet tal-Liġi Marzjali’ biex jerġgħu jibdew il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel, inkluż spezzjonijiet tas-sikurezza tal-prodotti

8.8

Ir-Riforma 5.

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE

Adozzjoni ta’ standards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali

Q3

2025

Standards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali (makkinarju, kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir, tagħmir elettriku b’vultaġġ baxx) jiġu adottati bħala standards nazzjonali permezz tal-metodu tat-traduzzjoni

8.9

Ir-Riforma 6.

Indirizzar tal-pagamenti tard

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-pagamenti tard

Q4

2027

Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-leġiżlazzjoni f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (riformulazzjoni)

8.10

L-Investiment 1. Investimenti f’appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs

Investiment ta’ mill-inqas EUR 450 miljun għal appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs, u l-intrapriżi żgħar u ta’ medji tal-ipproċessar

Q4

2027

Rapport tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024, l-2025, 2026 u l-2027 il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 450 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi, l-SMEs, il-bdiewa żgħar u ta’ daqs medju, u speċjalment għall-intrapriżi tal-ipproċessar żgħar u medji, anki f’konformità mal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni l-ġodda għall-SMEs, meta jiġu adottati u fejn rilevanti, u li jista’ jinkludi kemm self korporattiv kif ukoll għotjiet li jiġu allokati abbażi ta’ kriterji trasparenti. Is-self korporattiv jingħata permezz ta’ intermedjarji finanzjarji. L-għotjiet jingħataw permezz ta’ entitajiet dedikati b’riżorsi u kapaċità xierqa u permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.

C.9.   DEĊENTRALIZZAZZJONI U L-POLITIKA REĠJONALI

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li javvanza l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni fil-livell istituzzjonali u leġiżlattiv u li jsaħħaħ l-iżvilupp tal-politika reġjonali. Dan jikkontribwixxi għal livell ogħla ta’ parteċipazzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali u jagħti s-setgħa lill-entitajiet tal-gvern reġjonali u lokali biex jipparteċipaw fil-proċess ta’ rkupru u rikostruzzjoni. Ir-riforma ssaħħaħ ukoll il-kapaċità tal-entitajiet, l-istrutturi u s-sistemi li ser jintużaw għall-identifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proġetti ta’ rkupru u rikostruzzjoni.

Ir-Riforma 1. Progress fid-deċentralizzazzjoni

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi stabbilit qafas għat-trasformazzjoni tal-amministrazzjoni lokali tal-istat f’awtoritajiet tat-tip prefettiv u li tiġi żgurata distribuzzjoni aħjar tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, il-leġiżlazzjoni dwar it-trasformazzjoni tal-amministrazzjoni tal-istat lokali f’awtoritajiet tat-tip tal-prefettura tidħol fis-seħħ u tiġi applikata fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. It-tieni, jiġi approvat u ppubblikat studju dwar il-miżuri meħtieġa biex tingħata personalità ġuridika lill-muniċipalitajiet. It-tielet, il-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata distribuzzjoni aħjar tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi tidħol fis-seħħ b’applikazzjoni fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-liġi marzjali u mill-bidu tal-perjodu baġitarju l-ġdid.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 2. Involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li żżid l-involviment taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni attiva fil-proċessi lokali tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Il-liġi għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-ordni pubbliku tidħol fis-seħħ u tiġi applikata fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Il-leġiżlazzjoni tniedi mekkaniżmu legali għall-konsultazzjonijiet pubbliċi matul il-formazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika pubblika, li jindirizza kwistjonijiet ta’ importanza lokali.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 3. Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li l-politika reġjonali tiġi allinjata mal-isforzi ta’ rkupru u rikostruzzjoni, billi tiġi emendata l-istrateġija għall-iżvilupp reġjonali u l-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet biex tiġi emendata l-Istrateġija tal-Istat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2021-2027. It-tieni, ġiet adottata r-riżoluzzjoni għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali biex titrawwem id-diġitalizzazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-ippjanar urban.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.

L-Investiment 1. Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna

L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali.

L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi t-tħejjija ta’ rapport interim li juri li mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I tal-Faċilità tal-Ukrajna ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali għas-snin 2024 u 2025. It-tieni, dan jinvolvi t-tħejjija ta’ rapport li juri li mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I tal-Faċilità tal-Ukrajna ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali għas-snin 2024, 2025, 2026, u 2027.

Dan l-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

9.1

Ir-Riforma 1.

Progress fid-deċentralizzazzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riforma tal-organizzazzjoni territorjali tal-awtoritajiet eżekuttivi fl-Ukrajna b’applikazzjoni ttardjata

Q1

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-Amministrazzjonijiet tal-Istat Lokali” u Xi Atti Leġiżlattivi Oħra tal-Ukrajna Rigward ir-Riforma tal-Organizzazzjoni Territorjali tal-Awtoritajiet Eżekuttivi fl-Ukrajna’ bl-applikazzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Atti legali subordinati għall-implimentazzjoni tal-liġi għandhom jiġu adottati wara li tidħol fis-seħħ.

Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

trasformazzjoni tal-amministrazzjonijiet lokali tal-istat f’awtoritajiet tat-tip prefettiv sabiex tinħoloq sistema bilanċjata li tiżgura n-natura legali tal-attivitajiet imwettqa mill-korpi tal-awtonomija lokali;

żgurar tal-koordinazzjoni tal-korpi territorjali tal-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-istat fil-livelli reġjonali u lokali.

9.2

Ir-Riforma 1.

Progress fid-deċentralizzazzjoni

Approvazzjoni u pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Komunitajiet, it-Territorji u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Ukrajna ta’ studju dwar il-miżuri meħtieġa biex tingħata personalità ġuridika lill-muniċipalitajiet

Q2

2025

Pubblikazzjoni tar-riżultati tal-istudju dwar il-possibbiltà li l-komunitajiet territorjali jingħataw l-istatus ta’ entità legali fil-portal web uffiċjali tal-Ministeru għall-Komunitajiet, it-Territorji u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Ukrajna

9.3

Ir-Riforma 1.

Progress fid-deċentralizzazzjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata distribuzzjoni aħjar tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi

Q1

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Awtonomija Lokali fl-Ukrajna’ u l-liġijiet speċifiċi għas-settur b’applikazzjoni fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-liġi marzjali iżda mhux qabel il-bidu tal-perjodu baġitarju l-ġdid. Dawn l-emendi leġiżlattivi huma mistennija li jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:

iwasslu għal distribuzzjoni mtejba tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi abbażi tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni;

jgħinu biex jiġu eliminati l-kunflitti ta’ kompetenza bejn il-livelli differenti tal-awtoritajiet ċentrali, reġjonali, distrettwali u lokali, kif ukoll fi ħdan il-korpi tal-awtomonija lokali;

jinkoraġġixxu kwalità xierqa tas-servizzi pubbliċi fil-livell lokali u użu effiċjenti tal-fondi tal-baġit.

9.4.

Ir-Riforma 2.

Involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika pubblika b’applikazzjoni ttardjata

Q1

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Konsultazzjonijiet Pubbliċi’ bl-applikazzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Il-liġi ser tniedi mekkaniżmu legali għall-konsultazzjonijiet pubbliċi matul il-formazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika pubblika, filwaqt li tindirizza kwistjonijiet ta’ importanza lokali, li ser jistabbilixxu prekundizzjonijiet għat-tfassil tal-politika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet koerenti, effettivi u effiċjenti.

9.5

Ir-Riforma 3.

Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali

Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet biex tiġi emendata l-Istrateġija tal-Istat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2021-2027

Q3

2024

Adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Emendi għall-Istrateġija tal-Istat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2021-2027, approvata bir-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna Nru 695 tal-5 ta’ Awwissu 2020’. Ir-riżoluzzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-iżvilupp ta’ governanza f’diversi livelli, l-approssimazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-iżvilupp reġjonali mal-proċeduri u l-aħjar prattiki tal-UE;

il-promozzjoni ta’ sħubijiet, il-kooperazzjoni intermuniċipali, interreġjonali u transfruntiera;

l-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-komunitajiet u r-reġjuni territorjali f’termini tal-ġestjoni tal-proġetti, id-diġitalizzazzjoni, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ippjanar strateġiku.

9.6

Ir-Riforma 3.

Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali

Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali

Q4

2024

Adozzjoni tar-Riżoluzzjonijiet mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna li japprovaw il-Proċedura għaż-żamma tal-katast tal-ippjanar urban fil-livell tal-istat, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Indirizzi, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Bini u l-Istrutturi, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Unitajiet Amministrattivi, l-emendar tar-riżoluzzjonijiet tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna li jirregolaw l-iżvilupp tad-dokumentazzjoni tal-ippjanar urban fil-forma ta’ dokumenti elettroniċi, iż-żamma tas-Sistema Elettronika Unifikata tal-Istat fil-qasam tal-kostruzzjoni, l-integrazzjoni u l-interazzjoni tal-informazzjoni tar-reġistri u l-katasti tal-istat.

9.7

L-Investiment 1. Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna

Allokazzjoni ta’ mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju kumplessiv mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali

Q2

2026

Rapport interim li juri li mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali.

9.8

L-Investiment 1. Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna

Allokazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju kumplessiv mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali

Q4

2027

Rapport finali li juri li mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali.

C.10.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li tissaħħaħ ir-reżiljenza u s-sigurtà tas-settur tal-enerġija fl-Ukrajna, bil-ħsieb partikolari li tiġi ffaċilitata tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa, inkluż permezz ta’ enfasi fuq miżuri tal-effiċjenza enerġetika, l-appoġġ għall-investimenti tas-settur privat fl-enerġija rinnovabbli, l-avvanz tar-riformi strutturali, u l-iffaċilitar tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-Ukrajna ma’ dik tal-UE.

Ir-Riforma 1. Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi approvat il-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima (Integrated National Energy and Climate Plan, INECP) li ser jistabbilixxi l-objettivi nazzjonali tan-newtralità klimatika, bl-għan ġenerali li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi l-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima.

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2024.

Ir-Riforma 2. Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija.

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-Ukrajna. Dan ser isir billi jittejbu l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fuq bażi tas-suq.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, tinvolvi l-introduzzjoni ta’ qafas tal-enerġija rinnovabbli bbażat fuq is-suq f’konformità mar-regoli tal-UE, li jiddefinixxi l-proċeduri u d-dokumenti meħtieġa għall-irkantijiet kompetittivi. It-tieni, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar is-simplifikazzjoni u t-tqassir tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli f’konformità mar-regoli tal-UE. It-tielet, dan jinvolvi l-iżvilupp u l-approvazzjoni ta’ Pjan Direzzjonali għas-separazzjoni tas-Soprataxxa fuq l-Enerġija Rinnovabbli mit-Tariffa tat-Trażmissjoni.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 3. Riforma tas-suq tal-elettriku

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb il-qafas regolatorju għas-settur tal-enerġija fl-Ukrajna, inkluż li tappoġġa l-integrazzjoni tas-swieq Ukreni u Ewropej.

Ir-riforma għandha erba’ stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi l-pakkett ta’ integrazzjoni tal-elettriku. It-tieni, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tbiddel ir-reġim tat-tassazzjoni indiretta tal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku li tiffaċilita l-akkoppjament tas-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u s-swieq tal-istess ġurnata tal-istati ġirien mal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-enerġija elettrika. It-tielet, jinħatar operatur ġdid tas-suq tal-elettriku maħtur mir-regolatur. Ir-raba’, tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni sekondarja dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (REMIT).

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 4. Liberalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu stabbiliti r-raġunijiet għal liberalizzazzjoni gradwali tal-prezzijiet ladarba l-kundizzjonijiet jippermettu, filwaqt li jiġu żgurati miżuri suffiċjenti biex jiġu protetti l-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta’ Pjan Direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-swieq tal-gass u tal-elettriku, li għandu jinkludi sett ta’ stadji speċifiċi li għandhom jittieħdu u l-iskeda ta’ żmien li għandha tiġi implimentata wara li titneħħa l-liġi marzjali.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 5. Żgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissaħħaħ l-indipendenza tar-regolatur tal-enerġija u li jiġu żgurati l-funzjonament u l-iżvilupp effettivi tas-swieq fis-setturi tal-enerġija u tal-utilitajiet.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, ser jidħlu fis-seħħ l-emendi leġiżlattivi li jeżentaw id-deċiżjonijiet tar-regolatur tal-enerġija mill-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-istat, skont ir-rekwiżiti tad-direttivi rilevanti tal-UE. It-tieni, jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi li jipprevedu l-ispeċifikazzjoni tal-istatus speċjali tar-regolatur, skont id-direttivi rilevanti tal-UE.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 6. Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb is-settur tat-tisħin distrettwali u timmira li ssaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija integrata, inkluż billi ttejjeb il-qafas regolatorju, u tappoġġa l-modernizzazzjoni tal-kumpaniji tat-tisħin.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, il-programm ekonomiku mmirat mill-Istat għall-modernizzazzjoni tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030 ser jiġi adottat biex jittejbu s-servizzi tal-provvista tas-sħana, tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tas-settur tal-enerġija, u tissaħħaħ il-governanza. It-tieni, id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tappoġġa l-iżvilupp ta’ tisħin distrettwali effiċjenti u sostenibbli permezz ta’ regoli ċari għall-konnessjoni u l-iskonnessjoni tan-network, u dwar it-titjib tal-proċeduri għall-installazzjoni ta’ substazzjonijiet tas-sħana individwali f’bini b’aktar minn appartament wieħed. It-tielet, l-Ukrajna ser tikkanċella l-moratorju fuq iż-żieda fit-tariffi tas-sħana u tal-ilma sħun.

Ir-riforma mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 7. Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb is-sostenibbiltà tal-enerġija u tappoġġa t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija billi tintroduċi miżuri tal-effiċjenza enerġetika.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta Strateġija għall-Modernizzazzjoni Termali tal-Bini sal-2050 u Pjan ta’ Azzjoni ta’ akkumpanjament immirat lejn it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini. It-tieni, l-Ukrajna għandha tadotta atti legali dwar l-istabbiliment ta’ livelli ta’ prestazzjoni minimi tal-effiċjenza enerġetika għall-bini kif ukoll għall-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija, u dwar l-istabbiliment ta’ klassijiet ta’ livelli ta’ prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika għall-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2026.

L-Investiment 1. Investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiffinanzja infrastruttura kritika tal-enerġija biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija, b’enfasi qawwija fuq l-effiċjenza enerġetika u l-iżvilupp ta’ sorsi rinnovabbli.

L-investiment għandu stadju wieħed. Dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 550 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-investimenti fl-enerġija fl-2026 u l-2027, għat-tisħiħ tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna, inkluż fil-livell reġjonali, b’enfasi fuq it-titjib tal-effiċjenza enerġetika fit-tisħin distrettwali, il-bini pubbliku, u s-settur residenzjali, il-protezzjoni fiżika tal-infrastruttura tal-Ukrajna, u l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

10.1

Ir-Riforma 1.

Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima

L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima

Q2

2024

L-adozzjoni tal-Ordinanza tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima biex jiġu stabbiliti objettivi nazzjonali tan-newtralità klimatika u jiġi żgurat ippjanar xieraq wara li jitqiesu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet mill-Komunità tal-Enerġija. Il-pjan jiddefinixxi l-miri li għandhom jintlaħqu sal-2030 dwar:

it-tnaqqis tal-gassijiet serra, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju bbażati fuq is-suq;

is-sehem ta’ sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija;

l-iffrankar tal-enerġija fil-konsum finali tal-enerġija.

10.2

Ir-Riforma 2.

Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija

Introduzzjoni ta’ qafas ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli

Q4

2024

Id-dħul fis-seħħ ta’ qafas leġiżlattiv u regolatorju bbażat fuq is-suq għall-investimenti f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’konformità mar-regoli tal-UE, jiġifieri l-proċeduri u d-dokumenti meħtieġa għall-irkantijiet kompetittivi. L-att leġiżlattiv li ġej huwa introdott/emendat: Ir-riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri ‘Dwar Emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri bid-data tad-29 ta’ Diċembru 2019 Nru 1175 dwar it-Titjib tal-Proċedura għal Rkanti ta’ Żamma tal-Irkanti għad-Distribuzzjoni tal-Kwoti ta’ Appoġġ’.

10.3

Ir-Riforma 2.

Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex jittejbu l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqassir tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti rinnovabbli f’konformità mar-regoli tal-UE trasposti fil-Komunità tal-Enerġija bħala r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ministerjali 2024/1/MC-EnC tal-11 ta’ Diċembru 2024 dwar l-aċċellerazzjoni tal-użu ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ‘l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel’ (‘Rakkomandazzjoni 2024/1/MC-EnC’).

10.4

Ir-Riforma 2.

Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija

L-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-proċess ta’ separazzjoni tal-ħlas addizzjonali fuq l-Enerġija Rinnovabbli mit-Tariffa tat-Trażmissjoni

Q2

2025

L-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-proċess ta’ separazzjoni tas-Soprataxxa fuq l-Enerġija Rinnovabbli mit-Tariffa tat-Trażmissjoni bl-identifikazzjoni tal-atti leġiżlattivi meħtieġa u t-termini ta’ implimentazzjoni.

10.5

Ir-Riforma 3.

Riforma tas-suq tal-elettriku

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-traspożizzjoni tal-pakkett tal-integrazzjoni tal-elettriku

Q3

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-traspożizzjoni tal-pakkett dwar l-integrazzjoni tal-elettriku, li tallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Ukrajna mal-pakkett tal-integrazzjoni tal-elettriku, kif inkorporat fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija f’Diċembru 2022. Il-pakkett tal-integrazzjoni tal-elettriku japprossima l-leġiżlazzjoni f’konformità mal-atti u l-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida li ġejjin:

Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni)

Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni);

Ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE;

Ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni).

il-ħames Kodiċijiet tan-Network u l-Linji Gwida jistabbilixxu regoli dettaljati relatati ma’ segmenti differenti tas-suq u t-tħaddim tas-sistema:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196 tal-24 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku.

10.6

Ir-Riforma 3.

Riforma tas-suq tal-elettriku

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tibdil tal-kundizzjonijiet tat-tassazzjoni tal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku

Q2

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tbiddel ir-reġim tat-tassazzjoni indiretta tal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, sabiex jiġi ffaċilitat l-akkoppjament tas-suq tas-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata bi swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u swieq tal-istess ġurnata ta’ stati ġirien u operazzjonijiet relatati mal-esportazzjonijiet u l-importazzjoni tal-enerġija elettrika fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità tal-Enerġija introdotta bid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE datata 15.12.2022 Nru D/2022/03/MC–EnС, jiġifieri li jiġi emendat il-Kodiċi tat-Taxxa tal-Ukrajna u li jiġi emendat il-Kodiċi Doganali tal-Ukrajna biex ikunu jistgħu jsiru l-integrazzjoni tas-suq u l-akkoppjament tas-swieq. Il-lista ta’ liġijiet speċifiċi ser tiġi ffinalizzata wara l-adozzjoni tal-liġi bażika dwar it-traspożizzjoni tal-Pakkett dwar l-Integrazzjoni tal-Elettriku.

10.7

Ir-Riforma 3.

Riforma tas-suq tal-elettriku

Ħatra ta’ operatur ġdid għas-suq tal-elettriku

Q4

2025

Il-ħatra ta’ operatur nominat tas-suq tal-elettriku maħtur mill-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali tal-Enerġija u l-Utilitajiet (National Energy and Utilities Regulatory Commission, NEURC).

10.8

Ir-Riforma 3.

Riforma tas-suq tal-elettriku

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-liġi tar-Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Swieq tal-Enerġija bl-Ingrossa (REMIT, Regulation on Wholesale Energy Market Integrity and Transparency)

Q3

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-liġi REMIT. L-NEURC tapprova dawn il-proċeduri u r-rekwiżiti:

il-proċedura għall-akkwist, is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-istatus ta’ amministratur tat-trasferiment tad-data;

il-proċedura għall-funzjonament ta’ pjattaformi ta’ informazzjoni privileġġata;

ir-rekwiżiti biex jiġu żgurati l-integrità u t-trasparenza fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa;

il-proċedura għall-Preżentazzjoni tal-Informazzjoni dwar Tranżazzjonijiet Ekonomiċi u Kummerċjali ma’ Prodotti tal-Enerġija bl-Ingrossa

Tħejjija tat-Termini ta’ Referenza għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ informazzjoni li tiddefinixxi l-funzjonijiet li ġejjin tal-NEURC:

is-sistema ser tiġi integrata mas-sistemi tal-operaturi tas-suq, il-pjattaformi ta’ informazzjoni privileġġata, l-amministraturi tat-trasferiment tad-data u ser tidentifika informazzjoni li tindika l-preżenza ta’ abbuż.

10.9

Ir-Riforma 4.

Liberalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali

L-adozzjoni ta’ Pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq tal-gass u l-elettriku, li għandu jiġi implimentat wara l-iskadenza tal-liġi marzjali

Q2

2026

L-adozzjoni ta’ Pjan Direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq tal-gass u tal-elettriku mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna bi stadji li għandhom jintlaħqu u l-iskeda ta’ żmien assoċjata, li għandu jiġi implimentat wara l-iskadenza tal-liġi marzjali. Il-Pjan Direzzjonali huwa bbażat fuq l-analiżi teknika biex tinftiehem il-kundizzjoni finanzjarja tas-settur. Il-Pjan Direzzjonali jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

stadji meħtieġa għar-riforma tal-OSP sabiex gradwalment jiġu liberalizzati l-prezzijiet tas-suq, ladarba titneħħa l-liġi marzjali;

stadji li għandhom jintlaħqu biex jiġi żgurat li l-konsumaturi vulnerabbli jkunu protetti b’mod adegwat ladarba l-prezzijiet għall-unitajiet domestiċi jiġu liberalizzati, inkluż it-tfassil il-ġdid tas-sistema ta’ sussidji għall-konsumaturi vulnerabbli li jtejjeb l-immirar u jiżgura livelli adegwati ta’ protezzjoni, kif ukoll stadji preparatorji li għandhom jiġu implimentati qabel it-tmiem tal-liġi marzjali, bħall-identifikazzjoni tal-popolazzjoni vulnerabbli u s-soluzzjoni diġitali assoċjata.

10.10

Ir-Riforma 5.

Żgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali għall-Utilitajiet tal-Enerġija

Q4

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-emendi tal-24 ta’ Awwissu 2023 Nru 3354–IX ‘Dwar l-attività tat-tfassil tal-liġijiet’, li teżenta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet, li huma atti legali regolatorji, mill-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-istat prevista mil-liġi. Dawn l-emendi jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-iżgurar tal-indipendenza tar-Regolatur kif previst mid-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE;

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet’ dwar il-projbizzjoni tal-korpi tal-istat milli jinterferixxu fl-attivitajiet tar-Regolatur.

10.11

Ir-Riforma 5.

Żgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet

Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet’

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet’ u atti oħra, li jipprevedu l-ispeċifikazzjoni tal-istatus speċjali biex tiġi żgurata l-indipendenza tar-Regolatur kif previst mid-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE.

10.12

Ir-Riforma 6.

Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali

It-tneħħija tal-moratorju fuq iż-żieda fit-tariffi tat-tisħin u tal-ilma sħun

Q4

2026

Il-kanċellazzjoni tal-moratorju introdott mil-Liġi Nru 2479-IX ‘Dwar il-pekuljaritajiet tar-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet fis-suq tal-gass naturali u fil-qasam tal-provvista tas-sħana matul il-liġi marzjali u r-restawr sussegwenti tal-funzjonament tagħhom’ segwita minn żieda fit-tariffi tas-sħana sabiex tintlaħaq ir-riflettività tal-kostijiet tat-tariffi tas-sħana u tal-ilma sħun.

10.13

Ir-Riforma 6.

Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali

L-adozzjoni tal-programm ekonomiku tal-Istat mmirat għall-modernizzazzjoni tal-enerġija tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030

Q4

2025

L-adozzjoni tal-programm ekonomiku tal-Istat mmirat għall-modernizzazzjoni tal-enerġija tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030 mill-Kabinett tal-Ministri. L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-identifikazzjoni ta’ miżuri biex jittejbu r-reżiljenza, il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi tal-provvista tas-sħana;

l-identifikazzjoni ta’ miżuri li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-espansjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

il-provvediment ta’ miżuri biex jissaħħu l-ħiliet ta’ governanza u ġestjoni għall-awtoritajiet lokali fis-settur tat-tisħin distrettwali.

10.14

Ir-Riforma 6.

Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tappoġġa l-iżvilupp tat-tisħin distrettwali effiċjenti u aktar sostenibbli

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-emendi għal xi Liġijiet tal-Ukrajna biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tat-tisħin distrettwali effiċjenti u aktar sostenibbli’. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-istabbiliment ta’ regoli ċari għall-konnessjoni/skonnessjoni tan-network, żoni ta’ żvilupp prijoritarju tas-sistemi tat-tisħin distrettwali;

titjib tal-proċeduri għall-installazzjoni tas-substazzjonijiet tas-sħana individwali (IHS) f’bini b’aktar minn appartament wieħed biex jiġi żgurat kontroll mill-bogħod u ġestjoni tad-domanda xierqa.

10.15

Ir-Riforma 7.

Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-modernizzazzjoni termali tal-bini sal-2050 u tal-Pjan ta’ Azzjoni

Q2

2024

L-adozzjoni tal-att ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għall-Modernizzazzjoni Termali tal-Bini sal-2050’ u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istrateġija mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna, bl-għan li jiġu introdotti strumenti u inċentivi finanzjarji bbażati fuq is-suq, li jkun fih pjan direzzjonali b’miżuri ta’ politika, inklużi dawk immirati biex jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero.

10.16

Ir-Riforma 7.

Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku

Adozzjoni ta’ atti legali dwar l-istabbiliment ta’ livelli minimi ta’ prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għall-bini

Q3

2026

L-adozzjoni mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ta’ atti legali dwar l-istabbiliment ta’ livelli minimi ta’ prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għall-bini kif ukoll għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ekodisinn u l-Ministeru għall-Komunitajiet, it-Territorji u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura adotta atti dwar l-istabbiliment ta’ klassijiet ta’ livelli ta’ prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għall-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija.

10.17

L-Investiment 1.

Investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 550 miljun fl-infrastruttura tal-enerġija

Q4

2027

Ir-Rapport tal-Gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2026 u l-2027 il-Gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 550 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna, inkluż fil-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.8), fost l-oħrajn għal dawn li ġejjin:

it-titjib tal-effiċjenza enerġetika fit-tisħin distrettwali, f’konformità mal-programm ekonomiku mmirat mill-Istat għall-modernizzazzjoni tal-enerġija tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030;

kontribuzzjoni finanzjarja għall-Fond għall-Effiċjenza Enerġetika biex tiġi appoġġata effiċjenza enerġetika mtejba fis-settur residenzjali;

it-titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku, f’konformità mal-Istrateġija għall-Modernizzazzjoni Termali tal-Bini sal-2050;

il-protezzjoni fiżika tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna;

l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, f’konformità mal-qafas il-ġdid ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli, u għall-kostruzzjoni ta’ kapaċitajiet flessibbli ħafna.

C.11.   TRASPORT

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jimmodernizza u jirriforma s-settur tat-trasport tal-Ukrajna. Għandu l-għan li jtejjeb il-konnettività mal-UE u mar-Repubblika tal-Moldova u jappoġġa l-iżvilupp ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti f’konformità mal-politiki u l-istandards tal-UE.

Ir-Riforma 1. L-ippjanar komprensiv tas-settur tat-trasport

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi rivedut id-dokument strateġiku ewlieni għas-settur tat-trasport.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna riveduta sal-2030.

Ir-riforma mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.

Ir-Riforma 2. L-iżvilupp tal-potenzjal tal-loġistika tal-esportazzjoni tal-Ukrajna

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tappoġġa l-modernizzazzjoni u żżid il-kapaċità tan-network eżistenti ta’ Punti ta’ Qsim tal-Fruntiera biex jiġu ffaċilitati l-ħtiġijiet għat-trasport bejn il-fruntiera tal-Ukrajna mal-UE u r-Repubblika tal-Moldova.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030.

Ir-riforma mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.

Ir-Riforma 3. Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa l-ħolqien ta’ suq ferrovjarju kompetittiv f’konformità mal-istandards tal-UE.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ il-liġi dwar is-sikurezza tat-traffiku u l-interoperabbiltà tat-trasport ferrovjarju tal-Ukrajna, b’applikazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha. It-tieni, il-liġi dwar is-suq tat-trasport ferrovjarju ser tidħol fis-seħħ b’applikazzjoni sekwenzjali tad-dispożizzjonijiet tagħha. It-tielet, għandhom jiġu adottati l-liġijiet sekondarji ewlenin għall-implimentazzjoni tal-liġi.

Ir-riforma mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

Ir-Riforma 4. Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiżgura titjib fil-prestazzjoni tal-Ukrajna tal-obbligi tagħha skont it-trattati internazzjonali fil-qasam tat-tbaħħir merkantili kif ukoll li ttejjeb il-kompetizzjoni fis-servizzi portwarji.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar it-tbaħħir merkantili u t-tbaħħir fil-passaġġi fuq l-ilma interni. It-tieni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti biex tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE 2017/352 dwar ir-Regolament dwar is-Servizz tal-Port għandha tiġi emendata.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2027.

L-Investiment 1. Investimenti fl-infrastruttura tat-transport

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jirrestawra l-infrastruttura tat-trasport li ġarrbet il-ħsara u li nqerdet.

L-investiment għandu stadju wieħed. Dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) fl-2026-2027 għall-kostruzzjoni, ir-rikostruzzjoni, ir-restawr, il-modernizzazzjoni u l-aġġornament ta’ faċilitajiet tal-infrastruttura tat-trasport fost l-oħrajn fis-setturi li ġejjin, il-ferroviji, it-tbaħħir marittimu u intern, it-toroq, l-avjazzjoni u l-punti ta’ qsim tal-fruntieri.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

11.1

Ir-Riforma 1.

L-ippjanar komprensiv tas-settur tat-trasport

L-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna riveduta sal-2030

Q4

2024

L-adozzjoni ta’ Ordni tal-Kabinett tal-Ministri dwar l-aġġornament tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna għall-perjodu sal-2030.

L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

ir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti f’konformità mal-politiki u l-istandards tal-UE b’mod partikolari relatati man-networks trans-Ewropej tat-trasport u l-miri tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport stabbiliti fil-livell internazzjonali u Ewropew (inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ rotot ferrovjarji, tat-toroq u tal-passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi fil-mapep indikattivi tan-network TEN-T, id-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tas-sistema tat-trasport, eċċ.);

trasport tal-passiġġieri ta’ kwalità għolja u mobbiltà mingħajr xkiel;

sikur għan-nies u għall-ambjent, trasport sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

11.2

Ir-Riforma 2.

L-iżvilupp tal-potenzjal tal-loġistika tal-esportazzjoni tal-Ukrajna

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030

Q4

2024

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030. L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

rikostruzzjoni ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera fil-fruntiera mal-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija u r-Rumanija;

il-ħolqien ta’ network ta’ żoni ta’ servizz;

simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-qsim tal-fruntieri (diġitalizzazzjoni u introduzzjoni ta’ kontroll konġunt) f’konformità mal-istandards tal-UE.

11.3

Ir-Riforma 3.

Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar is-sikurezza tat-traffiku u l-interoperabbiltà tat-trasport ferrovjarju tal-Ukrajna b’applikazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha

Q4

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar is-Sikurezza tat-Traffiku u l-Interoperabbiltà tat-Trasport Ferrovjarju tal-Ukrajna’ b’applikazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha. Il-liġi tiżgura l-integrazzjoni teknika tat-trasport ferrovjarju f’konformità mal-prinċipji tad-Direttivi 2016/798, 2016/797, u r-Regolament 2016/796 u tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-istabbiliment ta’ awtorità nazzjonali tas-sikurezza ferrovjarja u l-għoti tas-setgħat u l-funzjonijiet assenjati lilha mil-leġiżlazzjoni tal-UE;

l-introduzzjoni ta’ qafas legali għaċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjoni tas-sikurezza tal-amministraturi tal-infrastruttura;

l-istabbiliment ta’ korp investigattiv nazzjonali u l-introduzzjoni tal-investigazzjoni teknika tal-aċċidenti ferrovjarji;

l-istabbiliment ta’ qafas legali għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi u tal-infrastruttura abbażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà;

l-istabbiliment ta’ qafas legali għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji, ibbażat fuq il-mudell tal-UE.

11.8

Ir-Riforma 3.

Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija

Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-trasport ferrovjarju b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet

Q4

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar is-Suq tat-Trasport Ferrovjarju’ b’applikazzjoni sekwenzjali tad-dispożizzjonijiet tagħha. Il-liġi ser timplimenta elementi ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar iż-żona ferrovjarja unika Ewropea u dwar il-forniment ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija (OSP) f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2012/34/KE kif emendata u r-Regolament (KE)1370/07 moqri flimkien mal-Linji Gwida Interpretattivi tiegħu tal-2023. Il-Liġi tapplika b’mod sekwenzjali kif ġej:

fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu fil-parti li tikkonċerna dawn l-oqsma ewlenin:

l-iżgurar tas-separazzjoni funzjonali tal-maniġer tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji, inkluża l-indipendenza tal-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-funzjonijiet essenzjali u r-regoli dwar ir-relazzjonijiet/it-tranżazzjonijiet finanzjarji, inkluża separazzjoni tal-kontijiet fi ħdan l-impriżi ferrovjarji;

it-twaqqif ta’ Korp Regolatorju indipendenti u d-definizzjoni tal-funzjonijiet u s-setgħat tiegħu;

liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji minn Awtorità tal-Liċenzji indipendenti.

fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li jinkludi perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ mill-inqas 2 snin fil-parti li tikkonċerna dawn l-oqsma ewlenin:

il-ħolqien ta’ qafas leġiżlattiv komprensiv għall-funzjonament ta’ suq kompetittiv tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż l-iżgurar ta’ aċċess ekwu, nondiskriminatorju u trasparenti għall-infrastruttura ferrovjarja għall-impriżi ferrovjarji;

l-introduzzjoni ta’ tariffi mhux diskriminatorji għall-użu tal-infrastruttura u l-faċilitajiet ta’ servizz;

l-istabbiliment ta’ awtoritajiet kompetenti għall-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku

id-definizzjoni tal-kontenut tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku fis-settur ferrovjarju;

l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-kontroll tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti u l-esklużjoni ta’ kumpens żejjed għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi.

11.4

Ir-Riforma 3.

Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija

L-adozzjoni tal-liġijiet sekondarji għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport ferrovjarju

Q4

2027

L-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi ewlenin (by-laws) għall-implimentazzjoni tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar it-Trasport Ferrovjarju tal-Ukrajna’. Il-liġijiet sekondarji jintroduċu mekkaniżmi għall-funzjonament tas-suq tat-trasport ferrovjarju u, b’mod partikolari, jiffukaw fuq: aċċess ugwali għall-infrastruttura ferrovjarja, liċenzjar tal-operaturi ferrovjarji, sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza, il-proċedura għall-organizzazzjoni ta’ trasport tal-passiġġieri soċjalment importanti (OSP).

11.5

Ir-Riforma 4.

Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tbaħħir merkantili u t-tbaħħir fil-passaġġi fl-ilmijiet interni

Q4

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Emendi għal Ċerti Atti Leġiżlattivi tal-Ukrajna dwar it-Trasport Marittimu Merkantili u t-Tbaħħir fuq Passaġġi tal-Ilma Interni’. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

id-definizzjoni u r-regolamentazzjoni tal-prinċipji tal-iżgurar tas-sikurezza tan-navigazzjoni fil-baħar territorjali, l-ilmijiet interni tal-baħar, il-portijiet, u l-passaġġi fuq l-ilma interni;

it-titjib tal-mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tar-reġim internazzjonali għall-protezzjoni tal-bastimenti u l-portijiet marittimi;

id-definizzjoni ta’ mekkaniżmu dettaljat għall-kontroll tal-bastimenti f’port marittimu;

ir-rieżami tal-funzjonijiet tal-korp eżekuttiv ċentrali li jimplimenta l-politika tal-istat fl-oqsma tat-trasport marittimu u fl-ilmijiet navigabbli interni u t-tbaħħir fil-Kodiċi dwar il-Bastimenti Merkantili, il-Liġijiet tal-Ukrajna ‘Dwar it-Trasport’, ‘Dwar it-Trasport fuq Passaġġi fuq l-Ilma Interni’ u ‘Fuq il-Portijiet Marittimi tal-Ukrajna’ sabiex tiġi eliminata d-duplikazzjoni tan-normi leġiżlattivi u tiġi ċċarata d-diviżjoni tal-kompetenza, b’mod partikolari mal-korp eżekuttiv ċentrali li jiżgura l-formazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-istat fl-oqsma tat-trasport marittimu u fl-ilmijiet navigabbli interni;

is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, lista ċara tas-setgħat tal-korpi tal-istat, l-eliminazzjoni ta’ ostakli amministrattivi.

11.6

Ir-Riforma 4.

Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma

Rieżami u emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-provvista tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet

Q1

2027

Rieżami u emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti (inklużi l-atti legali subordinati rilevanti) f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-provvista tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet.

11.7

L-Investiment 1.

Investimenti fl-infrastruttura tat-transport

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fl-infrastruttura tat-trasport

Q4

2027

Ir-rapport tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2026 u l-2027 il-gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 350 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għar-rikostruzzjoni, ir-restawr, il-modernizzazzjoni u l-aġġornament tal-faċilitajiet tal-infrastruttura tat-trasport li saritilhom ħsara u li nqerdu, f’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna sal-2030, inklużi wħud mill-fondi li għandhom jiġu diretti lejn il-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.8), fost l-oħrajn fis-setturi li ġejjin:

il-ferroviji (f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar it-trasport ferrovjarju tal-Ukrajna);

it-tbaħħir marittimu u dak intern (f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar it-tbaħħir merkantili u t-tbaħħir fil-passaġġi fuq l-ilma interni);

it-toroq;

l-avjazzjoni;

u l-punti ta’ qsim tal-fruntieri (f’konformità mal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030).

C.12   IS-SETTUR AGROALIMENTARI

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jappoġġa t-tisħiħ tas-settur agroalimentari tal-Ukrajna b’mod parallel mal-allinjament ulterjuri tal-qafas regolatorju tagħha mal-acquis tal-UE.

Ir-Riforma 1. L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-UE

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu żviluppati prijoritajiet nazzjonali strateġiċi inkluż l-allinjament ulterjuri mal-prattiki, in-normi u r-regoli tal-UE.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta l-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030. It-tieni, għandha tiġi stabbilita Sistema ta’ Network tad-Data tal-Kontabilità Agrikola f’reġjuni pilota magħżula biex tippermetti t-traċċar tas-sitwazzjoni fis-settur agrikolu.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2027.

Ir-Riforma 2. L-iżgurar ta’ suq tal-artijiet funzjonali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb is-suq tal-art funzjonali.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Għandhom jiġu stabbiliti sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art u sistema ta’ ġeoinformazzjoni għall-valutazzjoni tal-massa tal-art.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 3. Titjib tal-istruttura istituzzjonali u amministrattiva għall-ġestjoni tal-programmi ta’ investiment

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jittejjeb l-istabbiliment għall-ġestjoni tal-iskemi ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku għas-settur agroalimentari.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tiffoka fuq it-tfassil ta’ miżuri ta’ appoġġ pubbliku, inkluż għal azjendi agrikoli fuq skala żgħira, strumenti finanzjarji futuri, kif ukoll id-diġitalizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ sistemi elettroniċi ta’ ġestjoni tad-dokumenti, u jiżgura li l-appoġġ mill-Istat jista’ jiġi dirett biss lil benefiċjarji rreġistrati fir-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR, State Agrarian Register).

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 4. Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi fformalizzat u mtejjeb ir-reġistru elettroniku pubbliku uffiċjali tal-azjendi agrikoli (jiġifieri r-Reġistru Agrarju tal-Istat).

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ liġi li tirrikonoxxi r-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR) bħala reġistru elettroniku pubbliku uffiċjali fil-qasam tal-politika agrarja u s-sigurtà tal-ikel. It-tieni, jiġi ppubblikat rapport li jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat minn istituzzjonijiet tal-gvern ċentrali permezz tas-SAR.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 5. L-iżvilupp fit-tul tas-sistema tat-tisqija biex tiżdied ir-reżiljenza għall-klima tas-settur

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat ippjanar fit-tul tal-infrastruttura tat-tisqija b’mod sostenibbli, sabiex titrawwem ir-reżiljenza tas-settur agroalimentari fil-kuntest tat-tibdil fil-klima.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta’ pjan fit-tul li jistabbilixxi l-oqsma u l-prinċipji ewlenin għall-iżvilupp tas-sistemi ta’ irrigazzjoni tal-ilma tal-Ukrajna.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 6. It-tneħħija ta’ mini mill-art u ta’ żoni tal-ilma

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi żviluppata strateġija nazzjonali biex tiddeskrivi l-komponenti ewlenin tal-isforzi għat-tneħħija tal-mini tal-Ukrajna.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni tal-Istrateġija dwar l-Azzjoni kontra l-Mini.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2024.

L-Investiment 1. Investimenti fit-tneħħija tal-mini

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jappoġġa lil sidien jew lil utenti tal-art agrikola li jwettqu sforzi għat-tneħħija tal-mini.

L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 30 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-fondi mħallsa lil sidien jew lil utenti tal-art agrikola għall-kostijiet tat-tneħħija tal-mini fl-2024-2025. It-tieni, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 100 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-fondi mħallsa lil sidien jew lil utenti tal-art agrikola għall-kostijiet tat-tneħħija tal-mini fl-2024-2027.

L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

12.1

Ir-Riforma 1.

L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030

Q4

2024

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-adattament tal-politiki Ukreni dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għall-kuntest ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE u oqsma ta’ tħassib speċjali tal-Ukrajna, bħar-riforma tal-art, l-irrigazzjoni, l-irkupru tal-gwerra u l-appoġġ għall-iżvilupp;

it-tisħiħ istituzzjonali u l-bini tal-kapaċità biex jiġu żviluppati s-sistemi meħtieġa;

l-aċċellerazzjoni tal-proċess biex l-atti u l-kapaċitajiet legali għall-agrikoltura agroalimentari u l-miżuri sanitarji u fitosanitarji (sanitary and phytosanitary measures, SPS) jiġu approssimati mal-istandards tal-UE;

il-promozzjoni tal-iżvilupp għal produtturi żgħar u komunitajiet rurali;

id-definizzjoni ta’ linji bażi u miri ambjentali u ta’ azzjoni klimatika, il-bini ta’ programmar ibbażat fuq l-evidenza u kapaċitajiet ta’ ġestjoni u kontroll finanzjarji sodi.

12.2

Ir-Riforma 1.

L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE

L-istabbiliment tas-sistema tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN)

Q1

2027

Is-sistema tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN, Farm Sustainability Data Network) b’data minn reġjuni pilota magħżula, li għandha tinħoloq taħt il-Ministeru għall-Politika Agrarja, hija stabbilita u hija operazzjonali f’konformità mal-prinċipji tal-acquis tal-UE f’dan il-qasam. Is-sistema tippermetti t-traċċar tas-sitwazzjoni fis-settur agrikolu u t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar l-allokazzjoni tal-appoġġ mill-Istat lill-produtturi agrikoli

12.3

Ir-Riforma 2.

L-iżgurar ta’ suq tal-artijiet funzjonali

Twaqqif ta’ sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet dwar l-artijiet

Q1

2025

Bdiet titħaddem sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art, li tiffunzjona fil-qafas taż-żamma tal-Katast tal-Istat tal-Art. Sistema ġeoinformattiva għall-valutazzjoni tal-massa tal-art bdiet titħaddem bħala parti mis-software tal-Katast tal-Art tal-Istat.

12.4

Ir-Riforma 3.

Titjib tal-istruttura istituzzjonali u amministrattiva għall-ġestjoni tal-programmi ta’ investiment

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-appoġġ pubbliku għall-agrikoltura tal-Ukrajna

Q3

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Appoġġ mill-Istat għall-Agrikoltura tal-Ukrajna’. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

it-tfassil ta’ miżuri futuri ta’ appoġġ pubbliku f’konformità mal-prinċipji tal-acquis tal-UE f’dan il-qasam. L-għażla ta’ miżuri futuri ta’ appoġġ pubbliku ser tinkludi analiżi ta’ Saħħiet, Dgħufijiet, Opportunitajiet u Theddidiet (Strengths, Weaknesses, Opportunities, and Threats, SWOT);

it-tfassil ta’ miżuri biex jappoġġaw il-produzzjoni agrikola għal azjendi agrikoli fuq skala żgħira biex iwettqu investimenti privati (assi fiżiċi ta’ produtturi ta’ azjendi agrikoli, għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni);

it-tfassil ta’ strumenti finanzjarji futuri (inklużi faċilitajiet ta’ garanzija ta’ kreditu) għall-kategoriji kollha tal-azjendi agrikoli f’kollaborazzjoni mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali;

id-diġitalizzazzjoni permezz ta’ sistemi elettroniċi ta’ ġestjoni tad-dokumenti;

l-appoġġ mill-Istat mogħti esklużivament lill-benefiċjarji elenkati fir-Reġistru Agrarju tal-Istat.

12.5

Ir-Riforma 4.

Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR)

Q4

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat’. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

ir-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR) huwa rikonoxxut bħala reġistru elettroniku pubbliku uffiċjali fil-qasam tal-politika agrarja u s-sigurtà tal-ikel bir-regolamentazzjoni tal-elementi obbligatorji tiegħu, bħall-proċedura għall-amministrazzjoni tiegħu, id-definizzjoni tad-data tiegħu, l-aċċess mill-partijiet terzi;

il-kopertura tas-SAR tiġi estiża biex tirreġistra u tinkludi informazzjoni dwar il-partijiet ikkonċernati tul il-ktajjen tal-valur agrikoli kollha bħall-produtturi agrikoli, il-proċessuri tal-ikel, l-utenti tal-ilma;

il-funzjonalità tas-SAR tiġi estiża, u sservi bħala prekundizzjoni għall-assistenza finanzjarja u tippermetti t-twassil immirat tal-assistenza teknika, servizzi amministrattivi oħra, l-introduzzjoni ta’ informazzjoni analitika;

ir-reġistrazzjoni fis-SAR hija prekundizzjoni biex wieħed jirċievi kwalunkwe tip ta’ appoġġ pubbliku fis-settur agroalimentari;

pubblikazzjoni obbligatorja tar-reġistru tal-benefiċjarji ta’ kwalunkwe programm ta’ appoġġ mill-Istat fis-settur implimentat permezz tas-SAR.

12.6

Ir-Riforma 4.

Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli

Pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat permezz tar-Reġistru Agrikolu pubbliku

Q1

2026

Is-sottomissjoni tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat permezz tas-SAR li turi li minimu ta’ 80 fil-mija tal-appoġġ pubbliku fis-settur agrikolu pprovdut fl-2025 mill-istituzzjonijiet tal-gvern ċentrali ġie pprovdut permezz tar-Reġistru Agrikolu tal-Istat (SAR).

12.7

Ir-Riforma 5.

L-iżvilupp fit-tul tas-sistema tat-tisqija biex tiżdied ir-reżiljenza għall-klima tas-settur

L-adozzjoni tal-pjan fit-tul dwar is-sistema tat-tisqija

Q1

2025

L-adozzjoni ta’ ‘Il-pjan fit-tul għall-iżvilupp tas-sistema tal-irrigazzjoni’. Il-pjan jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

il-prijoritajiet fis-settur tat-tisqija bbażati fuq analiżi tal-benefiċċji ekonomiċi sħaħ;

l-allinjament mal-istrateġija tas-settur tal-ilma u mal-prinċipji tal-ġestjoni tal-ilma bbażata fuq il-baċir tal-ilma;

l-indikazzjoni tal-investimenti pubbliċi u oħrajn meħtieġa u l-ħtieġa għal aktar privatizzazzjoni;

id-dimensjoni tal-governanza/tal-ġestjoni tas-settur;

il-valutazzjoni ambjentali li għandha titwettaq għal kwalunkwe proġett ta’ riabilitazzjoni jew kostruzzjoni f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-UE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, il-valutazzjoni strateġika ambjentali u l-leġiżlazzjoni tal-Ukrajna f’dan il-qasam.

12.8

Ir-Riforma 6.

It-tneħħija ta’ mini mill-art u ta’ żoni tal-ilma

L-adozzjoni tad-dokument strateġiku dwar l-Azzjoni kontra l-Mini għall-perjodu sal-2033

Q2

2024

L-adozzjoni tal-att leġiżlattiv dwar l-approvazzjoni tad-dokument strateġiku dwar l-Azzjoni kontra l-Mini għall-perjodu sal-2033 (l-Att tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna jew il-President tal-Ukrajna). L-att leġiżlattiv jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

il-ġestjoni fil-qasam tal-Azzjoni kontra l-Mini;

l-appoġġ għall-effiċjenza tal-operaturi ta’ Azzjoni kontra l-Mini;

il-prevenzjoni ta’ inċidenti;

l-assistenza komprensiva lill-vittmi;

l-innovazzjoni;

il-bilanċ u r-rappreżentanza bejn il-ġeneri;

l-iżvilupp tas-suq privat;

il-koordinazzjoni effettiva u trasparenti mad-donaturi;

l-iffurmar tas-sistema ta’ prijoritizzazzjoni ta’ kompiti fl-azzjoni kontra l-mini.

12.9

L-Investiment 1.

Investimenti fit-tneħħija tal-mini

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 30 miljun fit-tneħħija tal-mini ta’ art agrikola

Q2

2026

Rapport interim tal-Gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-Gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 30 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-fondi mħallsa lil sidien jew lil utenti ta’ art agrikola għall-kostijiet tat-tneħħija tal-mini.

12.10

L-Investiment 1.

Investimenti fit-tneħħija tal-mini

Investimenti ta’ mill-inqas EUR 100 miljun fit-tneħħija tal-mini ta’ art agrikola

Q4

2027

Rapport finali tal-Gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024, l-2025, l-2026, l-2027 il-Gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 100 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-fondi mħallsa lil sidien jew lil utenti ta’ art agrikola għall-kostijiet tat-tneħħija tal-mini.

C.13.   ĠESTJONI TAL-MATERJA PRIMA KRITIKA

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tas-settur tal-materja prima kritika fl-Ukrajna f’konformità kemm mal-objettivi ekonomiċi kif ukoll ma’ dawk ta’ sostenibbiltà. ser tiffoka fuq it-titjib tal-ippjanar strateġiku u l-proċeduri amministrattivi.

Ir-Riforma 1. It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għal investituri strateġiċi.

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tattira investimenti fl-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima kritika.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tidħol fis-seħħ liġi dwar l-emendi għall-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna għall-Perjodu sal-2030, li tintroduċi l-Fond Kumpensatorju tal-Istat għaż-żona ġeoloġika u tistabbilixxi direzzjonijiet strateġiċi għas-settur. It-tieni, rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-materja prima kritika tal-Ukrajna bl-użu ta’ klassifikazzjoni internazzjonali għandu jiġi ppubblikat u jsir disponibbli għall-investituri.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 2. Proċeduri amministrattivi mtejba.

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi ottimizzata l-proċedura u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-investituri potenzjali. L-għan ewlieni huwa li jittejbu t-trasparenza, il-ħeffa u l-kosteffiċjenza għal deċiżjonijiet ġodda ta’ investiment.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, għandha tiġi ppubblikata sensiela ta’ proġetti ta’ investiment għall-estrazzjoni tal-materja prima kritika. It-tieni, għandhom jitnedew offerti internazzjonali tal-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti (Product Sharing Agreement, PSA) li jużaw it-termini mudell tal-ftehim kif miftiehma mill-Gvern u magħmula pubbliċi. It-tielet, l-iżvilupp u t-tnedija ta’ kabinett elettroniku tal-utenti tas-sottoswol b’funzjonalitajiet addizzjonali.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 3. L-użu ta’ Teknoloġiji Moderni tal-Estrazzjoni u l-Integrazzjoni tal-Ukrajna fil-Ktajjen Moderni tal-Valur tal-Ipproċessar

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissaħħaħ it-trasparenza fir-rigward tal-prattiki ta’ governanza ambjentali, soċjali u korporattiva fis-settur tal-materja prima kritika.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ studju li jivvaluta l-leġiżlazzjoni attwali dwar ir-rapportar Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) fis-settur tal-estrazzjoni u tal-estrazzjoni.

Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

13.1

Ir-Riforma 1.

It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna sal-2030

Q4

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna dwar Emendi għall-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna għall-Perjodu sal-2030. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-introduzzjoni ta’ Fond ta’ Kumpens tal-Istat għal żona ġeoloġika;

il-prijoritizzazzjoni tal-objettivi taż-żona ta’ estrazzjoni f’konformità mal-Istrateġiji tal-UE;

id-definizzjoni tat-termini tal-materja prima strateġika u kritika, il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju metodoloġika regolari tal-livell ta’ sigurtà tal-provvista tagħha, u d-definizzjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi sħab.

13.2

Ir-Riforma 1.

It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi

Il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-Ukrajna tal-Materja Prima Kritika

Q3

2025

Il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-Materja Prima Kritika tal-Ukrajna bl-użu ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni internazzjonali u r-riżultati jsiru disponibbli għall-investituri.

13.3

Ir-Riforma 2.

Proċeduri amministrattivi mtejba

Il-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ proġetti ta’ investiment għall-estrazzjoni ta’ materja prima kritika

Q2

2025

Il-pubblikazzjoni tar-riżerva ta’ proġetti ta’ investiment għall-estrazzjoni tal-materja prima kritika.

13.4

Ir-Riforma 2.

Proċeduri amministrattivi mtejba

It-tnedija ta’ offerti internazzjonali tal-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti (PSA) li jiżgura t-trasparenza tagħhom

Q2

2025

It-tnedija u l-pubblikazzjoni tal-offerti internazzjonali tal-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti (PSA), bl-użu tat-termini mudell tal-ftehim kif miftiehem mill-Gvern. It-trasparenza tal-offerti u tal-Ftehimiet tal-PSA żgurata permezz tal-aċċess miftuħ għat-termini tiegħu.

13.5

Ir-Riforma 2.

Proċeduri amministrattivi mtejba

Twaqqif ta’ kabinett elettroniku mtejjeb tal-utenti tas-sottoswol

Q1

2025

Ikun operattiv kabinett elettroniku aġġornat tal-utenti tas-sottoswol b’funzjonalitajiet addizzjonali ta’ aċċess għar-reġistru tal-istat ta’ permessi speċjali għall-użu tas-sottoswol li jippermettu t-talba u l-kisba ta’ liċenzji elettroniċi (estratt mir-Reġistru) u li jipprovdu aċċess għal data ġeoloġika diġitali.

13.6

Ir-Riforma 3.

L-użu ta’ Teknoloġiji Moderni tal-Estrazzjoni u l-Integrazzjoni tal-Ukrajna fil-Ktajjen Moderni tal-Valur tal-Ipproċessar

Il-pubblikazzjoni ta’ studju dwar il-leġiżlazzjoni dwar ir-rapportar ESG

Q4

2025

Approvazzjoni u pubblikazzjoni ta’ studju li jivvaluta l-leġiżlazzjoni attwali dwar ir-rapportar Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) fis-settur tal-estrazzjoni u tal-estrazzjoni, li jipproponi rakkomandazzjonijiet dwar liema lakuni leġiżlattivi jeħtieġ li jiġu koperti.

C.14.   IT-TRASFORMAZZJONI DIĠITALI

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jsaħħaħ it-trasformazzjoni diġitali tal-Ukrajna. Ser ikun iffokat ukoll fuq it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà.

Ir-Riforma 1. Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ssaħħaħ iċ-ċibersigurtà fil-proċess tat-trasformazzjoni diġitali.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tiġi adottata riżoluzzjoni li tiddefinixxi t-teknoloġiji tar-radju li huma permessi għall-użu fl-Ukrajna. It-tieni, għandhom jidħlu fis-seħħ għadd ta’ atti leġiżlattivi dwar iċ-ċibersigurtà biex jallinjaw mal-qafas tal-NIS u tal-NIS2, u jwittu wkoll it-triq lejn l-implimentazzjoni tas-Sett ta’ Għodod tal-UE għas-Sigurtà tal-5G.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 2. Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissimplifika l-interazzjoni bejn l-istat u ċ-ċittadini permezz tad-diġitalizzazzjoni.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni sal-2026 għad-diġitalizzazzjoni tal-biċċa l-kbira tas-servizzi pubbliċi komuni f’għadd ta’ oqsma. It-tieni, għandu jidħol fis-seħħ att legali dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali.

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

14.1

Ir-Riforma 1.

Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti

L-adozzjoni ta’ Pjan rivedut għall-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju fl-Ukrajna

Q1

2025

L-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-emendar tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan għall-Allokazzjoni u l-Użu tal-Ispettru tar-Radju fl-Ukrajna’. Ir-riżoluzzjoni tiddefinixxi t-teknoloġiji tar-radju li l-użu tagħhom huwa permissibbli fl-Ukrajna, bid-definizzjoni tal-baned tal-frekwenzi tar-radju u s-servizzi tar-radju li jikkorrispondu magħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet tat-terminazzjoni tal-iżvilupp u l-użu tagħhom, kif ukoll il-lista ta’ teknoloġiji tar-radju promettenti għall-implimentazzjoni fl-Ukrajna bid-definizzjoni tal-baned tal-frekwenzi tar-radju u s-servizzi tar-radju li jikkorrispondu magħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-acquis tal-UE.

14.2

Ir-Riforma 1.

Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-istat u l-infrastruttura kritika tal-informazzjoni

Q1

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-atti leġiżlattivi rispettivi biex ikun hemm allinjament mal-qafas tal-NIS u tal-NIS2 (jiġifieri d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148). L-atti jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:

ir-regolazzjoni tal-implimentazzjoni obbligatorja ta’ miżuri mmirati lejn il-ħolqien ta’ qafas legali xieraq għall-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u t-trażżin ta’ atti ta’ aggressjoni fiċ-ċiberspazju fil-kuntest tal-gwerra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna;

iż-żieda fil-livell ta’ protezzjoni tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-istat u l-infrastruttura kritika tal-informazzjoni kontra l-attakki ċibernetiċi;

it-titjib tal-qafas regolatorju fil-qasam taċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni biex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-sistema nazzjonali taċ-ċibersigurtà li tiġġieled it-theddid ċibernetiku.

14.3

Ir-Riforma 2.

Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi

L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026

Q1

2025

L-adozzjoni tal-Ordinanza tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026. Il-pjan ta’ azzjoni jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-irkupru;

l-edukazzjoni;

il-kura tas-saħħa;

is-servizzi għall-veterani;

uffiċjal tas-servizz militari;

id-dwana;

l-isfera soċjali elettronika.

14.4

Ir-Riforma 2.

Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi

Id-dħul fis-seħħ tal-att legali dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183

Q2

2026

Id-dħul fis-seħħ ta’ att legali dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika fl-Ukrajna bħala komponent ewlieni tal-infrastruttura nazzjonali tal-identità elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183. L-att legali jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin::

l-istabbiliment ta’ sistema ta’ identifikazzjoni elettronika moderna fl-Ukrajna u l-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli tagħha;

l-iżgurar tal-interoperabbiltà (kompatibbiltà teknoloġika) tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, tan-nodi intermedji ta’ identifikazzjoni elettronika (hubs) u tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika;

il-protezzjoni tar-riżorsi ta’ informazzjoni pproċessati fis-sistema.

C.15.   IT-TRANŻIZZJONI EKOLOĠIKA U -PROTEZZJONI AMBJENTALI

1.   Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jrawwem it-tranżizzjoni ekoloġika tal-Ukrajna, billi jappoġġa d-dekarbonizzazzjoni u jsaħħaħ ir-reżiljenza ambjentali u klimatika.

Ir-Riforma 1. Prevenzjoni, tnaqqis u kontroll tat-tniġġis industrijali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi indirizzat it-tniġġis ambjentali, filwaqt li jiġi żgurat id-dritt kostituzzjonali taċ-ċittadini għal ambjent sikur.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni mmirata lejn il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis industrijali, b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet. L-istadju jintroduċi approċċi integrati għall-permessi u l-kontroll tat-tniġġis industrijali bbażati fuq l-applikazzjoni tal-aħjar teknoloġiji disponibbli u metodi ta’ ġestjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2024.

Ir-Riforma 2. Politika tal-klima

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tinħoloq arkitettura għall-governanza klimatika kif ukoll mekkaniżmu xieraq għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-istat fil-qasam tat-tibdil fil-klima fl-Ukrajna.

Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida li tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi tal-politika tal-istat dwar il-klima tal-Ukrajna. It-tieni, għandha tiġi adottata riżoluzzjoni dwar il-kunsill xjentifiku u espert dwar il-preservazzjoni tas-saff tal-ożonu. It-tielet, it-tieni Kontribut Determinat fil-Livell Nazzjonali tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi tal-Klima għandu jiġi adottat.

Ir-riforma mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 3. Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li trawwem l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi tas-suq fl-ipprezzar tal-karbonju.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta’ Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra. It-tieni, l-Ukrajna għandha terġa’ tibda s-sistema obbligatorja tagħha ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (monitoring, reporting, and verification, MRV), b’ċerti eċċezzjonijiet.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2025.

Ir-Riforma 4. Restawr u konservazzjoni tar-riżorsi naturali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jitnaqqsu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti.

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li ser tirregola l-kwistjoni tal-konferma tas-sostenibbiltà tal-oriġini tal-injam u ta’ oġġetti oħra li jistgħu jwasslu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti.

Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 5. Żieda fl-ekonomija ċirkolari

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu implimentati l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-ġestjoni tal-iskart.

Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat pjan nazzjonali għall-immaniġġar tal-iskart. It-tieni, l-Ukrajna għandha tadotta strateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.

Ir-Riforma 6. Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS)

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li trawwem il-protezzjoni ambjentali billi ssaħħaħ iċ-ċarezza dwar ir-regoli tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (Strategic Environmental Assessment, SEA).

Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ nota kunċettwali li għandha tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi mir-regoli tal-EIA u tal-VAS.

Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2024.

2.   Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Nru

Riforma / Investiment

Isem l-istadju

Skeda ta’ żmien

Deskrizzjoni tal-pass

15.1

Riforma 1

Prevenzjoni, tnaqqis u kontroll tat-tniġġis industrijali

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis industrijali b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet

Q3

2024

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna dwar l-Iżgurar tad-Drittijiet Kostituzzjonali taċ-ċittadini għal ambjent sikur għall-ħajja u s-saħħa b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet. Il-liġijiet amministrattivi għandhom jiġu adottati fi żmien 12-il xahar u xi dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tas-sejbiet tal-aħjar teknoloġiji u metodi ta’ ġestjoni disponibbli fi żmien 4 snin wara t-terminazzjoni tal-liġi marzjali, ħlief għall-installazzjonijiet li jibdew joperaw għall-ewwel darba.

Il-liġi għandha l-għan li tipprevjeni, tnaqqas u tikkontrolla t-tniġġis industrijali u tintroduċi approċċi integrati għall-permessi u l-kontroll tat-tniġġis industrijali bbażati fuq l-applikazzjoni tal-aħjar teknoloġiji u metodi ta’ ġestjoni disponibbli skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (riformulazzjoni)

15.2

Ir-Riforma 2.

Politika tal-klima

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Politika dwar il-klima tal-Istat

Q1

2025

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika tal-Istat dwar il-Klima’. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-għanijiet u l-prinċipji bażiċi tal-politika tal-istat dwar il-klima;

il-korpi governattivi fil-qasam tat-tibdil fil-klima;

l-ippjanar strateġiku fil-qasam tat-tibdil fil-klima;

il-mekkaniżmi u l-għodod biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi;

il-qafas nazzjonali għat-traċċar tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri u t-tbassir fil-qasam tat-tibdil fil-klima;

il-kunsill xjentifiku u espert dwar it-tibdil fil-klima u l-preservazzjoni tas-saff tal-ożonu;

is-sistema nazzjonali ta’ inventarju ta’ emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u assorbiment minn bjar ta’ gassijiet serra;

il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-akkwist.

15.3

Ir-Riforma 2.

Politika tal-klima

L-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-Kunsill Xjentifiku u Espert dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Preservazzjoni tas-Saff tal-Ożonu

Q4

2025

L-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Approvazzjoni tar-Regolament dwar il-Kunsill Xjentifiku u Espert dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Preservazzjoni tas-Saff tal-Ożonu’. Ir-Regolament jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet xjentifiċi tar-rapporti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC) u d-data u l-informazzjoni xjentifika dwar il-klima, b’mod partikolari, dwar l-Ukrajna;

l-għoti ta’ appoġġ u proposti xjentifiċi u esperti, inkluż it-tħejjija ta’ rapporti, dwar l-għanijiet, il-politiki u l-miżuri klimatiċi, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u t-tbassir tagħhom fil-qasam tat-tibdil fil-klima, kif ukoll il-konformità tal-għanijiet, il-politiki u l-miżuri mal-obbligi internazzjonali tal-Ukrajna;

il-promozzjoni tal-iskambju ta’ kisbiet xjentifiċi fil-qasam tal-immudellar, il-monitoraġġ, ir-riċerka avvanzata u l-innovazzjoni bl-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jiżdied l-assorbiment mill-bjar;

is-sostanzjar xjentifiku ta’ modi u mezzi biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi;

l-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi tiegħu, kif ukoll l-iżvilupp ta’ djalogu u kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet xjentifiċi dwar kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima;

garanziji ta’ indipendenza għall-Kunsill imsemmi fil-proċedimenti kollha tiegħu;

kompożizzjoni diversa u xjentifikament rilevanti tal-imsemmi Kunsill.

15.4

Ir-Riforma 2.

Politika tal-klima

L-adozzjoni tat-tieni Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi

Q3

2025

L-adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Approvazzjoni tat-Tieni Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali (NDC) tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi’. L-NDC jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

il-mira ogħla għat-tnaqqis tal-emissjonijiet milli fl-NDC attwali tal-Ukrajna;

l-istabbiliment ta’ sena bażi għall-kalkolu tal-emissjonijiet minn sorsi u bjar ta’ gassijiet serra;

it-tul ta’ żmien tal-implimentazzjoni u/jew il-perjodi ta’ żmien tal-miżuri proposti;

il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kopertura tas-setturi ekonomiċi u l-gassijiet serra;

l-ippjanar tal-proċess, is-suppożizzjonijiet u l-approċċi metodoloġiċi użati, inkluż għall-istima u l-kontabbiltà tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar ta’ gassijiet serra;

ġustifikazzjoni tal-ekwità u l-ambizzjoni tal-NDC fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali;

il-kontribut għall-kisba tal-objettiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima u biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra/jissaħħu l-bjar, f’konformità mal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima.

It-Tieni NDC tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi ser ikun aktar ambizzjuż mill-NDC Aġġornat attwali.

15.5

Ir-Riforma 3.

Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju

L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istabbiliment ta’ Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra

Q1

2025

L-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istabbiliment ta’ Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra’. L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ser tiżgura d-definizzjoni ta’:

l-istadji tal-implimentazzjoni tal-ETS;

il-perjodi ta’ żmien tal-istadji;

l-infrastruttura meħtieġa;

miżuri organizzattivi.

15.6

Ir-Riforma 3.

Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju

Tkomplija tas-sistema obbligatorja ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika (MRV)

Q2

2025

It-tkomplija ta’ sistema obbligatorja ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV) għall-faċilitajiet koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, ħlief għal dawk li mhumiex ikkontrollati, meqruda jew li jinsabu fit-territorju okkupat temporanjament, jew li ħabbru uffiċjalment is-sospensjoni tal-operazzjonijiet f’termini ta’ produzzjoni.

15.7

Ir-Riforma 4.

Restawr u konservazzjoni tar-riżorsi naturali

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-tnaqqis tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti

Q2

2026

Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna li ser tirregola l-kwistjoni tal-konferma tas-sostenibbiltà tal-oriġini tal-injam u ta’ oġġetti oħra li jistgħu jwasslu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

l-espansjoni tal-użu tal-kontabbiltà elettronika tal-injam, li ser tiżgura t-traċċar tal-moviment tal-injam u l-konferma tal-leġittimità tal-oriġini tal-injam u tal-prodotti tal-injam;

l-iżgurar li s-sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-prodotti tal-injam ġiet introdotta u s-sistema ta’ ċertifikazzjoni eżistenti għall-injam manifatturat ġiet estiża biex tkopri l-operazzjonijiet kollha tal-kummerċ tal-injam;

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għall-konferma tal-oriġini tal-injam, inklużi l-prodotti tal-injam fil-kummerċ.

15.8

Ir-Riforma 5.

Żieda fl-ekonomija ċirkolari

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha

Q1

2026

L-adozzjoni tal-istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u ta’ pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna. L-istrateġija tidentifika l-opportunitajiet u l-impatti potenzjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Ukrajna għas-setturi prijoritarji u l-ktajjen tal-valur magħżula minn qabel għall-5–10, bħall-iskart, it-tessuti, il-plastik, il-batteriji, l-elettronika, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni u t-tiswija, u l-metalli u l-minerali.

15.9

Ir-Riforma 5.

Żieda fl-ekonomija ċirkolari

L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Iskart sal-2033

Q3

2025

L-adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Iskart sal-2033’. Il-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Iskart jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:

il-ġestjoni tal-iskart domestiku;

il-ġestjoni tal-iskart perikoluż;

il-ħtiġijiet tal-infrastruttura;

l-analiżi tas-sostenibbiltà ekonomika u finanzjarja tal-pjan ta’ azzjoni;

l-implimentazzjoni ta’ strumenti ekonomiċi biex jittejjeb l-immaniġġjar tal-iskart;

il-monitoraġġ u l-kontroll tal-immaniġġjar tal-iskart;

l-ippjanar strateġiku tal-ġestjoni tal-iskart fl-Ukrajna;

l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-iskart fil-livell reġjonali.

15.10

Ir-Riforma 6.

Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS)

Żvilupp ta’ nota kunċettwali li tiddefinixxi l-ambitu tad-devjazzjonijiet mir-regoli tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA)

Q3

2024

It-tħejjija u l-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-Ministeru għall-Protezzjoni tal-Ambjent u r-Riżorsi Naturali tan-nota kunċettwali wara konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet ikkonċernati li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi mir-regoli tal-VIA u tal-VAS.

In-nota kunċettwali tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar:

il-korp li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi mill-obbligi tal-VIA u tal-VAS;

id-deskrizzjoni tal-oġġetti u spjegazzjoni għaliex huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga f’kull każ speċifiku;

il-ġustifikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi;

il-limiti ta’ żmien għad-derogi mogħtija.”.


(1)  OECD (2023), Il-Prinċipji tal-Amministrazzjoni Pubblika, OECD, Pariġi, https://www.sigmaweb.org/publications/Principles-of-Public-Administration-2023.pdf.

(2)  OECD (2015), OECD Guidelines on Corporate Governance of State-Owned Enterprises, OECD, Paris, https://www.oecd.org/daf/ca/guidelines-corporate-governance-soes.htm.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/480/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)