|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/476 |
4.3.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/476
tat-3 ta’ Marzu 2026
li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-17 ta’ Diċembru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni u l-Vatikan (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010. |
|
(2) |
L-Artikolu 8(1) tal-Ftehim jobbliga lill-Vatikan li jimplimenta l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni dwar il-karti u l-muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament kemm ta’ flus kontanti kif ukoll mezzi oħra; il-medalji u t-tokens u r-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ statistika. Dawk l-atti u r-regoli huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Anness tal-Ftehim Monetarju jiġi emendat mill-Kummissjoni kull sena biex jiġu kkunsidrati l-atti legali u r-regoli l-ġodda relevanti tal-Unjoni u l-emendi f’dawk eżistenti. |
|
(4) |
Xi atti legali u regoli tal-Unjoni ma għadhomx rilevanti u għalekk jenħtieġ li jitħassru mill-Anness, waqt li atti legali u regoli rilevanti oħra tal-Unjoni kienu adottati u emendati u jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness. |
|
(5) |
Għaldaqstant, l-Anness tal-Ftehim Monetarju jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
“ANNESS
|
|
Dispożizzjonijiet Legali li għandhom jiġu implimentati |
Skadenza għall-implimentazzjoni |
|
|
Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus |
|
|
1 |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1) |
|
|
2 |
Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39) |
Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) |
|
3 |
Id-Direttiva (UE) 2024/1260 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi (ĠU L, 2024/1260, 2.5.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2028 |
|
4 |
Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2017(3) |
|
5 |
Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2026(12) |
|
6 |
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73) |
Il-31 ta’ Diċembru 2017(3) |
|
|
Emendata bis-segwenti: |
|
|
6-1 |
Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43) |
Il-31 ta’ Marzu 2020(6) |
|
|
Issupplimentata minn: |
|
|
6-2 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2017(5) |
|
|
Emendat bis-segwenti: |
|
|
6-2-1 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fir-rigward taż-żieda tal-Etjopja mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1) |
Il-31 ta’ Marzu 2019(6) |
|
6-2-2 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4) |
Il-31 ta’ Marzu 2019(6) |
|
6-2-3 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2019(7) |
|
6-2-4 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/855 tas-7 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-inklużjoni tal-Bahamas, il-Barbados, il-Botswana, il-Kambodja, il-Ghana, il-Ġamajka, il-Mauritius, il-Mongolja, il-Myanmar/Burma, in-Nikaragwa, il-Panama u ż-Żimbabwe fit-tabella fil-punt I tal-Anness u t-tneħħija tal-Bożnija-Ħerzegovina, l-Etjopja, il-Guyana, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, is-Sri Lanka u t-Tuneżija minn din it-tabella (ĠU L 195, 19.6.2020, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2022(9) |
|
6-2-5 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/37 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tat-tneħħija tal-Mongolja mit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 14, 18.1.2021, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2023(9) |
|
6-2-6 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/229 tas-7 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Burkina Faso, il-Gżejjer Cayman, il-Haiti, il-Ġordan, il-Mali, il-Marokk, il-Filippini, is-Senegal u s-Sudan t’Isfel mat-tabella fil-punt I tal-Anness u t-tħassir tal-Bahamas, il-Botswana, il-Ghana, l-Iraq, u Mauritius minn din it-tabella (ĠU L 39, 21.2.2022, p. 4) |
Il-31 ta’ Diċembru 2024(10) |
|
6-2-7 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/410 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 fir-rigward taż-żieda tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Ġibiltà, il-Mozambique, it-Tanzanija u l-Emirati Għarab Magħquda mat-tabella I tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 u t-tħassir tan-Nikaragwa, il-Pakistan u ż-Żimbabwe minn dik it-tabella (ĠU L 59, 24.2.2023, p. 3) |
Il-31 ta’ Diċembru 2025(11) |
|
6-2-8 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1219 tas-17 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 fir-rigward taż-żieda tan-Niġerja u tal-Afrika t’Isfel fit-tabella fil-punt I tal-Anness u t-tħassir tal-Kambodja u l-Marokk minn dik it-tabella (ĠU L 160, 26.6.2023, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2025(12) |
|
6-2-9 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2070 tat-18 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 biex il-Kamerun u l-Vjetnam jiżdiedu mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir (ĠU L 239, 28.9.2023, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2025(12) |
|
6-2-10 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/163 tat-12 ta’ Diċembru 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 fir-rigward tat-tneħħija tal-Gżejjer Cayman u l-Ġordan mit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 2024/163, 18.1.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2025(12) |
|
6-2-11 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1184 tal-10 ta’ Ġunju 2025 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 biex l-Alġerija, l-Angola, il-Kosta tal-Avorju, il-Kenja, il-Laos, il-Libanu, Monaco, in-Namibja, in-Nepal u l-Venezwela jiżdiedu mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli li pprovdew impenn politiku ta’ livell għoli bil-miktub biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u żviluppaw pjan ta’ azzjoni mal-FATF, u biex Barbados, Ġibiltà, il-Ġamajka, il-Panama, il-Filippini, is-Senegal, l-Uganda u l-Emirati Għarab Magħquda jitneħħew minn dik il-lista (ĠU L, 2025/1184, 16.7.2025) |
Il-31 ta’ Diċembru 2027(13) |
|
6-3 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 4) |
Il-31 ta’ Diċembru 2020(12) |
|
6-4 |
Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2026(12) |
|
7 |
Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6) |
Il-31 ta’ Diċembru 2021(7) |
|
8 |
Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali. (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22) |
Il-31 ta’ Diċembru 2021(7) |
|
9 |
Ir-Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L, 2024/1624, 19.6.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2028(12) |
|
10 |
Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L, 2024/1640, 19.6.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2028(12) |
|
11 |
Ir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2028(12) |
|
|
Prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar |
|
|
12 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6) |
Il-31 ta’ Diċembru 2010 |
|
|
Emendat bis-segwenti: |
|
|
12-1 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1) |
|
|
13 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas- 6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2010 |
|
|
Emendat bis-segwenti: |
|
|
13-1 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5) |
|
|
14 |
Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) |
|
15 |
Id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (ĠU L 123, 10.5.2019, p. 18) |
Il-31 ta’ Diċembru 2021(7) |
|
|
Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro |
|
|
16 |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro |
Il-31 ta’ Diċembru 2010 |
|
17 |
Il-Linja ta’ gwida BĊE/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20). |
Il-31 ta’ Diċembru 2010 |
|
|
Emendata bi: |
|
|
17-1 |
Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43) |
Il-31 ta’ Diċembru 2014(1) |
|
17-2 |
Il-Linja gwida (UE) 2020/2091 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Linja gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2020/61) (ĠU L 423, 15.12.2020, p. 65) |
It-30 ta’ Settembru 2022(9) |
|
18 |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2012 |
|
|
Emendata bis-segwenti: |
|
|
18-1 |
Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19) |
Il-31 ta’ Diċembru 2013(1) |
|
18-2 |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2195 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/39) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 91) |
Il-31 ta’ Diċembru 2021(8) |
|
19 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2012 |
|
20 |
Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135) |
Il-31 ta’ Diċembru 2013(1) |
|
21 |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37) |
Il-31 ta’ Diċembru 2014(1) |
|
|
Emendata bis-segwenti: |
|
|
21-1 |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 6) |
Il-31 ta’ Diċembru 2020(7) |
|
21-2 |
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/2090 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus (BĊE/2020/60) (ĠU L 423, 15.12.2020, p. 62) |
It-30 ta’ Settembru 2022(9) |
|
22 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni) (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1) |
It-30 ta’ Settembru 2014(2) |
Taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju f’konformità mal-ftehim ad hoc tal-Kumitat Konġunt fuq talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta’ regoli relevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet fuq bażi professjonali
|
|
Partijiet rilevanti tal-istrumenti legali li ġejjin |
Skadenza għall-implimentazzjoni |
|
23 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) |
|
|
Emendata bis-segwenti: |
|
|
23-1 |
Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28) |
|
|
23-2 |
Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16) |
|
|
23-3 |
Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1) |
|
|
24 |
Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) |
Il-31 ta’ Diċembru 2017(2) |
|
|
Emendata bi: |
|
|
24-1 |
Id-Direttiva (UE) 2021/338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni, governanza tal-prodotti u limiti ta’ pożizzjoni, u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/878 fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għad-ditti tal-investiment, għas-sostenn tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 14) |
Il-31 ta’ Diċembru 2023(9) |
|
24-2 |
Id-Direttiva (UE) 2024/1619 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ĠU L, 2024/1619, 19.6.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2028(13) |
|
24-3 |
Id-Direttiva (UE) 2024/2994 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali u tar-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment (ĠU L, 2024/2994, 4.12.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2028(13) |
|
25 |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) u l-miżuri ta’ livell 2 relatati kif xieraq |
Il-31 ta’ Diċembru 2017(2) |
|
|
Emendat bis-segwenti: |
|
|
25-1 |
Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ arranġamenti tranżizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta’ ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27) |
It-30 ta’ Ġunju 2019(6) |
|
25-2 |
Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1) |
Il-31 ta’ Marzu 2020(6) |
|
25-3 |
Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4) |
Il-31 ta’ Diċembru 2020(7) |
|
25-4 |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rapportar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1) |
Il-31 ta’ Diċembru 2023(8) |
|
25-5 |
Ir-Regolament (UE) 2020/873 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward ta’ ċerti aġġustamenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 204, 26.6.2020, p. 4) |
Il-31 ta’ Diċembru 2022 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1, il-punt (4) - il-31 ta’ Diċembru 2023)(9) |
|
25-6 |
Ir-Regolament (UE) 2021/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ aġġustamenti għall-qafas ta’ titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 116, 6.4.2021, p. 25) |
Il-31 ta’ Diċembru 2023 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1, il-punti (2) u (4) - il-31 ta’ Diċembru 2024)(9) |
|
25-7 |
Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2026(13) |
|
25-8 |
Ir-Regolament (UE) 2024/2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2987, 4.12.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2026(13) |
|
26 |
Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1) u l-miżuri ta’ livell 2 relatati kif xieraq |
It-30 ta’ Settembru 2018(4) |
|
|
Emendat bis-segwenti: |
|
|
26-1 |
Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1) |
It-30 ta’ Settembru 2018(5) |
|
26-2 |
Ir-Regolament (UE) 2024/2809 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1129, (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 600/2014 sabiex is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni jsiru aktar attraenti għall-kumpaniji u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u medji (ĠU L, 2024/2809, 14.11.2024) |
Il-31 ta’ Diċembru 2026(13) (bl-eċċezzjoni ta’: l-Artikolu 1, il-punt (7)(g), u l-punti minn (11) sa (14), il-ppunt (3), il-punt (6)(b) u (c), il-punt (7)(a) sa (f), il-punt 10(a)(i), (ii) u (iii), il-punt 10(b) u (c), u l-punt 21(a), l-Artikolu 2, il-punt (6)(a), (b), (c) u (e) – il-31 ta’ Diċembru 2028) |
|
27 |
Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179) |
It-30 ta’ Settembru 2018(4) |
|
|
Leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika* |
|
|
28 |
Il-Linja gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34) |
Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) |
|
|
Emendata bis-segwenti: |
|
|
28-1 |
Il-Linja Gwida (UE) 2016/66 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 36) |
Il-31 ta’ Marzu 2017(4) |
|
28-2 |
Il-Linja Gwida (UE) 2020/1553 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2020/51) (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 24) |
Il-31 ta’ Diċembru 2022(9) |
|
28-3 |
Il-Linja Gwida (UE) 2021/827 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/24 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2021/20) (ĠU L 184, 25.5.2021, p. 4) |
Il-31 ta’ Diċembru 2022(9) |
|
29 |
Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16) |
Il-31 ta’ Diċembru 2022(9) |
|
30 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ mgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51) |
Il-31 ta’ Diċembru 2016(2) |
|
|
Emendat bis-segwenti: |
|
|
30-1 |
Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta’ mgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14) |
|
|
31 |
Il-Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/11) |
Il-31 ta’ Diċembru 2022(9) |
|
|
Emendata bis-segwenti: |
|
|
31-1 |
Il-Linja Gwida (UE) 2022/67 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Jannar 2022 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2021/830 dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2022/1) (ĠU L 11, 18.1.2022, p. 56) |
Il-31 ta’ Diċembru 2023(10) |
|
(1) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2013. |
|
(2) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014. |
|
(3) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2015. |
|
(4) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2016. |
|
(5) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2017. |
|
(6) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2018. |
|
(7) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2019. |
|
(8) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2020. |
|
(9) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2021. |
|
(10) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2022. |
|
(11) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2023. |
|
(12) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2024. |
|
(13) |
Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2025. |
|
* |
Kif miftiehem skont il-mudell dwar ir-rapportar tal-istatistika ssimplifikat |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/476/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)