|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/471 |
26.2.2026 |
REGOLAMENT (UE) 2026/471 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-24 ta’ Frar 2026
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014 u (UE) Nru 2021/2115 fir-rigward ta’ ċerti regoli tas-suq u miżuri ta’ appoġġ settorjali fis-settur tal-inbid u għal prodotti tal-inbid aromatizzat, u r-Regolament (UE) 2024/1143 fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar it-tikkettar għax-xorb spirituż
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42, l-ewwel paragrafu, l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 118, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Filwaqt li l-Unjoni tibqa’ fuq quddiem nett fil-livell globali fil-produzzjoni, fil-konsum u fil-valur esportat tal-inbid, il-bidliet soċjetali u demografiċi qed ikollhom impatt fuq l-ammont, il-kwalità, u t-tipi ta’ nbid ikkunsmat. Il-konsum tal-inbid fl-Unjoni jinsab fl-aktar livell baxx tiegħu fi tliet deċennji filwaqt li s-swieq tradizzjonali tal-esportazzjoni għall-inbejjed tal-Unjoni huma affettwati ħażin minn taħlita ta’ xejriet ta’ konsum li qed jonqos u fatturi ġeopolitiċi, li jwasslu għal xejriet ta’ esportazzjoni aktar inċerti. Barra minn hekk, minħabba l-vulnerabbiltà tas-settur tal-inbid għat-tibdil fil-klima, il-produzzjoni tal-inbid qed issir imprevedibbli. Il-provvista żejda li tirriżulta, twassal għal tnaqqis fil-prezzijiet, li jfisser li l-vitikulturi għandhom inqas introjtu biex jinvestu fin-negozji tagħhom u riżervi finanzjarji aktar baxxi li għalihom jistgħu jduru jekk wieħed mill-avvenimenti tat-temp severi l-aktar frekwenti u spiss lokalizzati jolqot ir-reġjun tagħhom. |
|
(2) |
Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Politika tal-Inbid (“HLG”, High-Level Group) ġie stabbilit sabiex jiġu diskussi dawk l-isfidi u jiġu identifikati opportunitajiet possibbli għas-settur tal-inbid tal-Unjoni. Dan irrifletta fuq kif jista’ jiġi appoġġjat aħjar settur li bħalissa qiegħed jiffaċċja l-isfidi strutturali, per eżempju billi jiġi ġestit il-potenzjal tal-produzzjoni, tissaħħaħ il-kompetittività u jiġu esplorati opportunitajiet ġodda tas-suq. Wara erba’ laqgħat, l-HLG approva “rakkomandazzjonijiet ta’ politika għall-futur tas-setture tal-inbid tal-UE”. |
|
(3) |
Sabiex jingħata l-aħjar appoġġ possibbli lill-produtturi tal-inbid li qed jiffaċċjaw tali sfidi, huwa xieraq li r-rakkomandazzjonijiet l-aktar urġenti tal-HLG jiġu riflessi fil-qafas legali applikabbli għall-inbejjed u l-prodotti tal-inbid aromatizzat. |
|
(4) |
Fis-settur tal-inbid, ir-relazzjoni bejn il-provvista tal-produzzjoni, id-domanda tal-konsumaturi u l-esportazzjonijiet fis-suq dinji bħalissa huwa instabbli, jirriżulta f’disturbi serji fis-suq. Barra minn hekk, hemm tendenza lejn tnaqqis kontinwu fil-konsum tal-inbid fl-Unjoni minħabba bidliet fid-drawwiet u fl-istil tal-ħajja tal-konsumaturi. L-iskema eżistenti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli hija meqjusa essenzjali biex jinżamm il-bilanċ bejn il-kapaċità tal-provvista tas-settur, standard tal-għajxien ġust għall-produtturi u prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi, filwaqt li tiżgura d-diversità tal-inbejjed u tindirizza l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid tal-Unjoni. Is-settur tal-inbid tal-Unjoni għandu karatteristiċi speċifiċi, inkluż iċ-ċiklu tal-ħajja twil tal-vinji tiegħu, li jirriżultaw mill-fatt li l-produzzjoni hija possibbli biss diversi snin wara t-tħawwil iżda mbagħad tkompli għal diversi deċennji, u li għandu l-potenzjal għal varjazzjonijiet minn ħsad għall-ieħor. Is-settur tal-inbid tal-Unjoni huwa kkaratterizzat ukoll minn perċentwal għoli ħafna ta’ azjendi agrikoli żgħar immexxija mill-familji, li jirriżulta f’firxa varjata ta’ nbejjed. Dawn il-produtturi jeħtieġu prevedibbiltà fit-tul biex jiġġustifikaw l-investiment sinifikanti meħtieġ għat-tħawwil ta’ vinja u biex tiġi garantita l-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti tagħhom maż-żmien, u fil-proċess ittejjeb il-kompetittività tas-settur tal-inbid tal-Unjoni fis-suq globaliSabiex jiġu kkonsolidati l-kisbiet tas-settur tal-inbid tal-Unjoni sal-lum u biex jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn il-kwantità u kwalità fis-settur, permezz tat-tkabbir ordnat kontinwu tat-tħawwil tad-dwieli, jenħtieġ li l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli tiġi estiża, suġġett għal rieżamijiet kull 10 sninbiex tiġi evalwata l-iskema. Jekk ikun xieraq, jenħtieġ li proposti jiġu ppreżentati abbażi tar-riżultati ta’ dawk ir-rieżamijiet bil-ħsieb litittejjeb il-kompetittività tas-settur tal-inbid. |
|
(5) |
Fid-dawl tat-tnaqqis attwali fid-domanda għall-inbid, il-vitikulturi li għandhom awtorizzazzjonijiet validi mhux użati għal tħawwil ġdid u awtorizzazzjonijiet li jirriżultaw mill-konverżjoni tad-drittijiet ta’ tħawwil mogħtija lilhom qabel l-1 ta’ Jannar 2025 jenħtieġ li ma jiġux penalizzati talli ma użawx dawn l-awtorizzazzjonijiet. Dak għandu jkollu l-effett li jneħħi l-inċentiv għad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tħawwil biex iħawlu l-vinji fejn jista’ ma jkun hemm l-ebda domanda għall-inbid prodott. jJenħtieġ li jkomplu japplikaw penali amministrattivi fir-rigward tan-nuqqas ta’ użu tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mogħtija wara l-1 ta' Jannar 2025 sabiex jiġu skoraġġuti applikazzjonijiet spekulattivi għal tali awtorizzazzjonijiet minn vitikulturi li m’għandhom l-ebda intenzjoni li jħawlu vinja. |
|
(6) |
Minħabba li d-diżastri naturali, l-avvenimenti meteoroloġiċi severi u t-tifqigħat ta’ mard tal-pjanti qed isiru aktar frekwenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jestendu sa tnax-il xahar il-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mogħtija għar-reġjun affetwat u li jkunu waslu biex jiskadu sa tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata. Id-detenturi ta’ tali awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jirrinunzjaw l-awtorizzazzjonijiet tagħhom mingħajr ma jġarrbu penali amministrattivi fejn jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li ma jixtiqux jagħmlu użu mill-awtorizzazzjonijiet tagħhom sal-iskadenza estiża. Filwaqt li l-penali amministrattivi għandhom l-għan li jipprevjenu applikazzjonijiet spekulattivi għall-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil, ċirkostanzi eċċezzjonali jistgħu jwasslu għal diffikultajiet prattiċi mhux previsti għall-vitikulturi, li jżommuhom milli jħawlu vinji ġodda. Sabiex tiġi evitata tbatija addizzjonali f’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jirrinunzjaw il-penali amministrattivi għan-nuqqas ta’ użu ta’ awtorizzazzjoni għat-tħawwil fuq talba ġustifikata mill-vitikultur ikkonċernat. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-ġestjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ validità itwal tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid sabiex il-produtturi jingħataw aktar żmien biex jesploraw il-possibbiltà ta’ tħawwil ta’ varjetajiet li huma adattati aħjar għad-domanda tas-suq jew għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu jew tal-użu ta’ tekniki ġodda ta’ ġestjoni tal-vinji. Barra minn hekk, sabiex tittaffa l-pressjoni fuq il-vitikulturi, jenħtieġ li dawn ma jiffaċċjawx penali amministrattivi jekk jiddeċiedu li ma jużawx awtorizzazzjoni għat-tħawwil mill-ġdid. |
|
(8) |
L-aħħar jum tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 64, 66 u 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju jiddependi mid-data tal-ħruġ tagħhom. Bħala simplifikazzjoni amministrattiva, dawk l-awtorizzazzjonijiet kollha jenħtieġ li jibqgħu validi sal-aħħar jum tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni rilevanti. |
|
(9) |
Il-vinji abbandunati jista’ jkollhom pesti u mard u għalhekk jistgħu joħolqu riskju għaż-żona tal-vinji tal-madwar. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jirrikjedu l-qlugħ tad-dwieli ta’ tali vinji abbandunati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu kundizzjonijiet għat- tali qlugħ tad-dwieli. |
|
(10) |
Fejn, f’każijiet ġustifikati ta’ kriżi, jiġu implimentati jew ikunu ġew implimentati miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni mmirati lejn it-tnaqqis tal-provvista (fir rigward tad-distillazzjoni, il-ħsad bikri jew il-qlugħ tad-dwieli), jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jillimitaw il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ġodda fil-livell reġjonali fir-rigward ta’ żoni speċifiċi bi provvista eċċessiva, sabiex jiġi evitat li jiżdied il-potenzjal tal-produzzjoni. |
|
(11) |
Sabiex jitqiesu aħjar ix-xejriet reċenti fis-settur tal-inbid, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà li jistabbilixxu limiti reġjonali fuq il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet ġodda għat-tħawwil għal żoni speċifiċi li huma baxxi sa 0 %, bil-ħsieb li jiġi ġestit il-potenzjal tal-produzzjoni. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi tali limiti reġjonali għal żoni speċifiċi sabiex tiġi evitata żieda eċċessiva tal-potenzjal tal-produzzjoni, huwa xieraq li jkun permess li l-Istat Membru jirrikjedi li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għaż-żona kkonċernata mil-limitu reġjonali jintużaw f’dik iż-żona. |
|
(12) |
Il-prodotti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta għandhom karatteristiċi uniċi, marbuta mal-oriġini ġeografika tagħhom kif ukoll mal-għarfien tradizzjonali. Sabiex tiġi protetta r-reputazzjoni ta’ tali prodotti u jiġi evitat ir-riskju ta’ żvalutazzjoni sinifikanti jew użu mhux xieraq minn partijiet terzi, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu limitazzjonijiet fl-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ġodda, jadottaw miżuri biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli dwar il-mekkaniżmu ta’ salvagwardja għal tħawwil ġdid, u jistabbilixxu l-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ prijorità għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ġdid fiż-żoni kkonċernati. |
|
(13) |
Sabiex jiġi evitat li jkun aggravat ir-riskju ta’ provvista żejda f’reġjuni fejn Stat Membru jkun għażel li jillimita l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ġodda għat-tħawwil, jenħtieġ li l-Istat Membru jkun jista’ jistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ġodda għat-tħawwil biex jiġu evitati rendimenti eċċessivi fil-vinji l-ġodda li tħawlu fir-reġjuni kkonċernati. |
|
(14) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat li meta jagħtu awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ prijorità oġġettivi u nondiskriminatorji li jirriżultaw fl-għoti ta’ preferenza lill-vinji li jikkontribwixxu għat-titjib tal-prodotti b’indikazzjonijiet ġeografiċi jew tal-kwalità tagħhom. |
|
(15) |
Meta Stati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà li jillimitaw il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet fil-livell reġjonali, filwaqt li jqisu r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati minn organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti li joperaw fis-settur tal-inbid, huwa xieraq li jiġi ċċarat aktar liema tipi ta’ organizzazzjonijiet jistgħu joħorġu tali rakkomandazzjonijiet. |
|
(16) |
L-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid jingħataw lill-produtturi li jkunu qalgħu id-dwieli f’żona mħawla bid-dwieli u li jkunu ppreżentaw applikazzjoni. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li vitikultur li jirċievi appoġġ għall-qlugħ tad-dwieli f’konformità mal-Artikolu 216(1) ta’ Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (o), tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) mhuwiex intitolat għal awtorizzazzjoni għat-tħawwil mill-ġdid għaż-żona inkwistjoni. |
|
(17) |
L-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid iridu jintużaw fl-istess azjenda li fiha jkun sar il-qlugħ tad-dwieli, iżda huwa possibbli li jintużaw fuq roqgħa art differenti fl-istess azjenda. Minħabba li l-azjendi jistgħu jikkonsistu minn irqajja’ ta’ art f’reġjuni ta’ produzzjoni differenti, huwa importanti li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jiżguraw li, f’żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, ma tista’ tintuża l-ebda awtorizzazzjoni għat-tħawwil mill-ġdid li tirriżulta mill-qlugħ tal-vinji barra minn dik iż-żona. Huwa xieraq li l-Istati Membri jieħdu tali deċiżjoni abbażi ta’ rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni professjonali li tkun rappreżentattiva fiż-żona kkonċernata. |
|
(18) |
Filwaqt li t-tħawwil mill-ġdid ta’ vinja bid-dwieli maqlugħin ma jkabbarx iż-żona tal-vinji, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu regoli għat-tħawwil mill-ġdid sabiex id-distribuzzjoni territorjali tal-vinji tiġi ġestita aħjar, pereżempju biex tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-vinji lejn reġjuni bi żbilanċ fis-suq jew ’il bogħod minn art wieqfa u art imtarrġa, fejn dawn għandhom rwol importanti fil-preservazzjoni tal-pajsaġġ u jevitaw l-erożjoni tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw ukoll il-possibbiltà li jistabbilixxu kundizzjonijiet fir-rigward tad-dwieli li jipproduċu tipi speċifiċi ta’ nbid u l-metodi ta’ produzzjoni identifikati mill-Istat Membru bħala li jżidu b’mod sinifikanti r-rendiment medju tal-produzzjoni tar-reġjun jew kundizzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tal-metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali. |
|
(19) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ proporzjonat għall-applikazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli filwaqt li jitqiesu r-riskji serji li tirrappreżenta l-provvista eċċessiva għas-suq, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu massimu ta’ ettari ta’ vinji mħawla li taħtu l-Istati Membri huma eżentati mill-obbligu li japplikaw l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil. |
|
(20) |
Dawn l-aħħar snin rawdomanda dejjem tikber min-naħa tal-konsumaturi għal prodotti tad-dwieli b’kontenut imnaqqas ta’ alkoħol prodotti permezz tad-dealkoħolizzazzjoni bl-użu ta’ ċerti tekniki permessi fl-Unjoni. Il-produzzjoni ta’ nbejjed parzjalment dealkoħolizzati permezz tat-taħlit, jew il-“coupage”, ta’ nbid dealkoħolizzat jew inbid parzjalment dealkoħolizzat ma’ nbid jew inbid parzjalment dealkoħolizzat jenħtieġ li tkun permessa, peress li tista’ ttejjeb il-karatteristiċi sensorjali tal-prodott finali u toffri mezz biex l-inbejjed parzjalment dealkoħolizzati jiġu prodotti b’mod aktar sostenibbli. |
|
(21) |
Id-domanda għolja tal-konsumaturi għal prodotti ta’ nbid frizzanti b’kontenut imnaqqas ta’ alkoħol jew mingħajr alkoħol tirrappreżenta opportunità għas-settur. Madankollu, ir-regoli għall-produzzjoni ta’ nbejjed dealkoħolizzati jimponu ċerti limitazzjonijiet teknoloġiċi fuq il-produzzjoni ta’ prodotti tal-inbejjed frizzanti. Skont ir-regoli fis-seħħ bħalissa, il-prodotti tal-inbid iridu jkunu kisbu l-karatteristiċi u l-qawwa alkoħolika minima proprjatal-kategorija tal-prodott korrispondenti qabel ma jgħaddu mill-proċess ta’ dealkoħolizzazzjoni. Dan jimplika li l-prodotti tal-inbid frizzanti dealkoħolizzati u parzjalment dealkoħolizzati jistgħu jiġu prodotti biss minn inbejjed frizzanti tal-istess kategorija. Madankollu, il-proċess ta’ dealkoħolizzazzjoni jneħħi kompletament id-diossidu tal-karbonju mill-inbid frizzanti inizjali. Konsegwentement, sabiex jiġi prodott inbid frizzanti b’kontenut imnaqqas ta’ alkoħol jew mingħajr alkoħol, huwa meħtieġ li d-diossidu tal-karbonju jiġi introdott mill-ġdid fl-inbid parzjalment jew totalment dealkoħolizzat bl-użu ta’ proċess ġdid u separat. Għalhekk, jenħtieġ li l-produtturi jkunu permessi jipproduċu nbid frizzanti dealkoħolizzat jew parzjalment dealkoħolizzat, inbid semifrizzanti, inbid frizzanti bil-gass u nbid semifrizzanti bil-gass direttament minn inbid bla gass dealkoħolizzat jew parzjalment dealkoħolizzat permezz tat-tieni fermentazzjoni jew biż-żieda tad-diossidu tal-karbonju, kif xieraq.Dan jippermetti lis-settur tal-inbid tal-Unjoni jibbenefika minn żviluppi ġodda fid-domanda tal-konsumatur filwaqt li jżomm l-istandards ta’ produzzjoni ta’ kwalità għolja tiegħu. |
|
(22) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-regoli dwar it-tikkettar tal-prodotti tal-inbid jiġu emendati sabiex il-konsumatur jiġi infurmat aħjar dwar il-karatteristiċi tal-prodotti tad-dwieli b’kontenut imnaqqas ta’ alkoħol, filwaqt li jinżamm l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-użu ta’dealkoħolizzazzjoni. Il-konsumaturi huma familjari ma’ termini bħal “0,0 %” u “mingħajr alkoħol”. Madankollu, tali termini huma rregolati b’mod differenti fi Stati Membri differenti. It-termini li jirreferu għal kontenut imnaqqas ta’ alkoħol jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar it-tikkettar tal-kontenut imnaqqas ta’ ċerti sustanzi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi armonizzat l-użu ta’ dawn it-termini madwar l-Unjoni, b’hekk is-settur tal-inbid ikun jista’ jibbenefika minn domandi ġodda tal-konsumaturi filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. |
|
(23) |
Il-konformità mar-rekwiżit tal-Unjoni li tiġi inkluża l-lista tal-ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq it-tikketti tal-inbid esportat tista’ tkun ta’ piż għall-esportaturi, speċjalment fejn ir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-pajjiżi terzi importaturi jkunu differenti minn dawk tal-Unjoni. Sabiex jiġu ffaċilitati l-esportazzjonijiet f’tali każijiet, huwa xieraq li l-inbid li se jiġi esportat jiġi eżentat mir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-Unjoni. |
|
(24) |
Ilprovvista tal-lista ta’ ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tal-prodotti tal-inbid b’mezzi elettroniċi hija mod effettiv għall-operaturi biex jippreżentaw informazzjoni importanti lill-konsumaturi, filwaqt li tiffaċilita l-funzjonament tas-suq intern u l-esportazzjonijiet tal-inbid. Dan huwa partikolarment il-każgħal produtturi żgħar. Madankollu, in-nuqqas ta’ regoli armonizzati dwar l-identifikazzjoni, fuq l-imballaġġ jew fuq tikketta mwaħħla miegħu, tal-mezzi elettroniċi li jipprovdu l-lista ta’ ingredjenti u/jew id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, irriżulta fil-ħolqien ta’ prattiki diverġenti mill-operaturi u ta’ regoli differenti mill-awtoritajiet nazzjonali, li jaffettwaw b’mod negattiv il-kummerċjalizzazzjoni xierqa tal-inbejjed. Sabiex jiġu minimizzati l-kostijiet u l-piż amministrattivi għall-operaturi, u biex jiġi żgurat approċċ komuni fis-suq kollu tal-Unjoni, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tali informazzjoni ssir aċċessibbli għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li taddotta atti delegati, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 billi jistabbilixxi regoli dwar l-identifikazzjoni fuq l-imballaġġ jew it-tikketta mwaħħla miegħu tal-mezzi elettroniċi li jipprovdu lill-konsumaturi l-lista ta’ ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni b’mod armonizzat, inkluż permezz ta’ sistema mhux ibbażżata fuq il-lingwa. |
|
(25) |
Sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-operaturi, u l-inċertezza li jiffaċċjaw, huwa xieraq li jiġi ċċarat li dettalji obbligatorji jenħtieġ li jintwerew darba biss fuq kwalunkwe imballaġġ. |
|
(26) |
Sabiex jiġi żgurat li l-forma u t-tqassim tal-mezzi elettroniċi jkunu jistgħu jissodisfawħtiġijiet ġodda li jirriżultaw mill-progress rapidu u kostanti tad-diġitalizzazzjoni u biex dawk il-mezzi elektroniċi jkunu jistgħu jinkludu informazzjoni rilevanti oħra għall-konsumaturi meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali u li tkun tista’ tiġi ppreżentata b’mod elettroniku, u b'hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 billi tistabbilixxi r-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-informazzjoni fuq it-tikketti elettroniċi. |
|
(27) |
L-esperjenza wriet li meta terminu li jirreferi għal azjenda fis-settur tal-inbid ikun ġie riżervat fil-livell tal-Unjoni, u jkun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-użu tiegħu trademarks jew ismijiet kummerċjali jistgħu jkunu qarrieqa għall-konsumaturi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 billi tistabbilixxi regoli dwar ir-relazzjoni bejn it-termini li jirreferu għal azjenda u trademarks u ismijiet kummerċjali. |
|
(28) |
L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jadottaw regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex jirregolaw il-provvista fis-settur tal-inbid biex itejbu u jistabbilizzaw l-operat tas-suq komuni tal-inbid. Fil-kuntest attwali tat-tnaqqis strutturali fil-konsum u sitwazzjonijiet rikorrenti ta’ provvista eċċessiva f’ċerti reġjuni u segmenti tas-suq, huwa xieraq li jiġi ċċarat li tali regoli jistgħu jinkludu l-iffissar ta’ rendimenti massimi tal-għeneb u l-ġestjoni tal-istokkijiet tal-inbid. Barra minn hekk, il-gruppi ta’ produtturi li jimmaniġġjaw id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jista’ jkollhom rwol importanti fl-adattament tal-provvista għax-xejriet tas-suq u fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-vitikulturi fil-katina tal-provvista. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottaw ukoll regoli tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-inbid filwaqt li jqisu l-proposti adottati minn organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti, minn gruppi ta’ produtturi li jimmaniġġjaw denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew minn organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti meta jkunu rappreżentattivi fiż-żona jew fiż-żoni ta’ produzzjoni kkonċernati. |
|
(29) |
Il-valur kummerċjali speċjali tal-inbejjed koperti minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta jirriżulta mir-reputazzjoni tagħhom ibbażata fuq il-valur tal-kwalità li l-konsumaturi jattribwixxu lill-karatteristiċi tagħhom. Sabiex jiġi evitat li l-kredenzjali tal-kwalità tagħhom mminati minnazzjoni detrimentali tal-prezzijiet, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-gruppi ta’ produtturi li jimmaniġġjaw id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, meta jkunu rappreżentattivi fiż-żona ġeografika relatata għall-kategoriji professjonali differenti li joperaw fis-settur tal-inbid, jkunu jistgħu joħorġu gwida dwar il-prezzijiet li tikkonċerna l-bejgħ tal-għeneb, tal-most jew tal-inbejjed rilevanti. Madankollu, tali gwida jenħtieġ li ma tkunx obbligatorja, sabiex tiġi evitata restrizzjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni fil-prezz fl-istess indikazzjoni ġeografika. Barra minn hekk, bħala salvagwardja addizzjonali, jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni rilevanti titħalla tiddeċiedi f’każijiet individwali li li timmodifika jew twaqqaf l-indikaturi ta’ gwija tal-prezzijiet jekk ikun meħtieġ biex tipprevjeni li l-kompetizzjoni tiġi eskluża jewli jiġu pperikolati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(30) |
Bħalissa l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati jagħmlu pagamenti nazzjonali lill-produtturi tal-inbid għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja tal-inbid. Minħabba l-kosteffettività tat-tneħħija tal-produzzjoni żejda mis-suq qabel ma jiġi prodott l-inbid, huwa xieraq, f’każijiet ġustifikati ta’ kriżi, li l-Istati Membri jkunu awtorizzati jagħmlu pagamenti nazzjonali għall-ħsad bikri volontarju u l-qlugħ volontarju tad-dwieli ta’ vinji produttivi, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ewlenin li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-pagament nazzjonali massimu għal kull unità ta' prodott jew għal kull ettaru. Għal dak l-istess skop, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll limiti għall-ammont globali ta’ pagamenti nazzjonali awtorizzati fi Stat Membru fi kwalunkwe sena partikolari għad-distillazzjoni u l-ħsad bikri. Għall-qlugħ tad-dwieli, minħabba n-natura strutturali tal-miżura u l-kostijiet ogħla tagħha, mhuwiex xieraq li jiġi stabbilit ammont massimu globali ta’ pagamenti nazzjonali. Madankollu, fin-notifika tagħhom lill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw il-limitu għall-pagamenti nazzjonali każ b’każ abbażi taċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq tagħhom u dawk tar-reġjuni tal-inbid li fihom il-miżura tkun implimentata. |
|
(31) |
Sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u biex jiġu żgurati l-effikaċja u l-proporzjonalità tal-miżuri ta’ kriżi li għalihom iridu jiġu awtorizzati pagamenti nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 billi tistabbilixxi regoli dwar il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà u l-kriterji ta’ prijorità li l-Istati Membrifir-rigward tal-allokazzjoni ta' tali pagamenti nazzjonali jeħtiġilhom jistabbilixxu, biex jiġu ddeterminati s-sitwazzjonijiet tas-suq li fihom tali miżuri huma ġġustifikati, dwar il-kalkolu tal-pagamenti nazzjonali u dwar il-koerenza tagħhom ma’ miżuri oħra ta’ appoġġ għas-settur tal-inbid fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni (PAK). |
|
(32) |
Il-prodotti tal-inbid aromatizzat huma forom naturali għall-prodotti tad-dwieli. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ma jippermettix l-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ riżervati għall-prodotti tal-inbid aromatizzat għal xorb li ma jilħaqx il-kontenut minimu propju ta’ alkoħol stabbilit f’dak ir-Regolament għal kull kategorija ta’ prodotti. Fid-dawl tad-domanda dejjem akbar tal-konsumaturi għal xorb alkoħoliku innovattiv b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum aktar baxxa, jenħtieġ li tkun possibbli l-introduzzjoni fis-suq ta’ xorb miksub minn inbejjed dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati prodotti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandhom denominazzjonijiet tal-bejgħ li huma riżervati għall-prodotti tal-inbid aromatizzat. |
|
(33) |
Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jiġu infurmati b’mod korrett dwar in-natura tal-prodotti tal-inbid aromatizzat b’kontenut imnaqqas ta’ alkoħol, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli f’konformità ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għat-tikkettar tal-inbejjed dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati, sabiex il-prodotti tal-inbid aromatizzat miksuba minn inbejjed dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati jiġu deskritti fil-preżentazzjoni u t-tikkettar tagħhom bl-istess termini bħall-prodotti tad-dwieli bil-kontenut ta’ alkoħol korrispondenti. Huwa xieraq wkoll li r-rekwiżiti lingwistiċi applikabbli għall-prodotti tal-inbid aromatizzat jiġu allinjati ma’ dawk diġà applikabbli għall-prodotti tad-dwieli. |
|
(34) |
Il-kwistjonijiet enfasizzati għall-prodotti tad-dwieli fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-mezzi elettroniċi li fihom id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u l-lista ta’ ingredjenti huma validi wkoll għall-prodotti tal-inbid aromatizzat. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 251/2014 billi tistabbilixxiregoli dwar l-identifikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu tal-mezzi elettroniċi għall-prodotti tal-inbid aromatizzat. |
|
(35) |
Sabiex jiġu ssodisfati d-domandi l-ġodda tal-konsumaturi u l-ħtieġa għall-innovazzjoni tal-prodott, ir-regoli dwar il-produzzjoni u t-tikkettar tal-kategoriji ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat “Glühwein”, “Viiniglögi/Vinglögg/Karštas vynasand” u “Pelin” jenħtieġ li jiġu emendati biex ikunu jistgħu jiġu prodotti bl-użu tal-inbid rożè u biex dan jiġi indikat fit-tikkettar. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu tat-terminu “rożè” fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ Glühwein u Pelin prodotti billi jitħalltu l-inbid aħmar u abjad jew kwalunkwe wieħed minnhom mal-inbid rożè. Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq ukoll li x-xorb alkoħoliku prodott bl-istess rekwiżiti bħal dawk stabbiliti għall-Glühwein, iżda li għandu bħala ingredjent ewlieni tiegħu l-inbid tal-frott minflok il-prodotti tad-dwieli, jitħalla juża d-denominazzjoni tal-bejgħ Glühwein fil-preżentazzjoni u t-tikkettar tiegħu. |
|
(36) |
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-ristrutturar u l-konverżjoni tat-tip ta’ intervent tal-vinji, huwa xieraq li fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(i), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġi ċċarat li huwa possibbli wkoll li l-konverżjoni varjetali ssegwi l-objettiv li tiżdied ir-reżiljenza tad-dwieli għall-klima. |
|
(37) |
It-turiżmu tal-inbid huwa attività kummerċjali dejjem aktar importanti għal ħafna operaturi tal-inbid. Sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-bejgħ dirett lit-turisti f’reġjuni produtturi, huwa xieraq li jiġi ċċarat li huwa possibbli wkoll li t-turiżmu tal-inbid ikun is-suġġett ta’ investimenti fi strutturi u għodod tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(38) |
Fis-sitwazzjoni attwali diffiċli u li qed tevolvi malajr tas-suq u bil-ħsieb li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-vinji u l-iskambju tal-għarfien, id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-vitikulturi u operaturi oħra fis-settur tal-inbid issir importanti ferm. Għalhekk, it-tipi ta’ servizzi ta’ konsulenza elenkati fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġu emendati biex jinkludu s-servizzi ta’ konsulenza addizzjonali importanti, bħall-kummerċjalizzazzjoni permezz tal-bejgħ dirett, is-sostenibbiltà ambjentali u d-diversifikazzjoni mill-produzzjoni tal-inbid. |
|
(39) |
Barra minn hekk, bil-ħsieb li tiżdied l-effettività tal-appoġġ għall-iżvilupp tat-turiżmu tal-inbid f’reġjuni differenti tal-inbid, huwa xieraq li bħala benefiċjarji tat-tip ta’ intervent imsemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġu permessi b’mod espliċitu organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 152, 156 u 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li huma attivi fis-settur tal-inbid, gruppi ta’ produtturi li jimmaniġġjaw denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), kif ukoll organizzazzjonijiet professjonali oħra li joperaw fis-settur tal-inbid stabbiliti bħala benefiċjarji mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. |
|
(40) |
Sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw ristrutturar effiċjenti tal-vinji u l-ħtieġa li tiġi evitata żieda fil-produzzjoni li tista’ twassal għal provvista eċċessiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji kif imsemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Jenħtieġ li dawn il-kundizzjonijiet ikollhom l-għan li jevitaw żieda fir-rendiment, u għalhekk fil-produzzjoni, għall-vinji soġġetti għal dawn it-tip ta’ interventi. |
|
(41) |
Sabiex ikun hemm adattament għax-xejriet tas-suq u jiġu sfruttati opportunitajiet effiċjenti tas-suq, inkluż billi jinfetħu swieq ġodda ta’ esportazzjoni u jiġu diversifikati s-swieq disponibbli, it-tul tal-appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni mwettqa f’pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun ta’ tliet snin. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li jestendu d-durata ta’ operazzjoni darbtejn għal perjodu massimu ta’ tliet snin għal kull estensjoni, li jirriżulta f’ perjodu massimu ta’ disa’ snin konsekuttivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess tal-produtturi ż-żgħar kif definit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (8), għall-appoġġ li huwa disponibbli taħt it-tip ta’ intervent ta’ promozzjoni u komunikazzjoni, billi jipprovdulhom proċedura ta’ applikazzjoni simplifikata jew billi japplikaw kriterji ta’ prijorità oġġettivi u nondiskriminatorji li jikkonċernaw benefiċjarji ġodda, swieq ġodda u prodotti ġodda. Meta titqies id-diversità tal-istrutturi tas-suq tal-inbid f’pajjiżi terzi u n-nuqqas ta’ definizzjoni komuni ta’ “suq ta’ pajjiż terz” għall-finijiet tat-tip ta’ intervent ta’ promozzjoni u komunikazzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti xi elementi ewlenin biex jgħinu lill-Istati Membri jaslu għad-definizzjoni tagħhom stess ta’ suq ta’ pajjiż terz għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-interventi. |
|
(42) |
Pesti kuntaġġużi ħafna, bħall-flavescence dorée, huma theddida kbira għall-produzzjoni tal-inbid, peress li jdgħajfu d-dwieli billi jnaqqsu l-produttività jew jeqirdu kompletament l-istokkijiet tad-dwieli. Peress li l-kura spiss tkun diffiċli jew impossibbli ladarba l-istokkijiet tad-dwieli jiġu infettati, l-uniku mod kif wieħed jirreaġixxi b’mod effiċjenti għat-theddida huwa permezz ta’ interventi ta’ prevenzjoni u ġestjoni. Fid-dawl tar--riskji fitosanitarji għoljin li joħolqu tali pesti, u l-importanza ta’ azzjonijiet sistematiċi u kollettivi biex jiġi evitat li jinxterdu, huwa xieraq li jiġi pprovdut appoġġ speċifiku għal tali azzjonijiet. Konsegwentement, tip ġdid ta’ intervent fis-settur tal-inbid jenħtieġ li jiżdied mal-lista ta’ tipi ta’ intervent stabbilita fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
(43) |
Filwaqt li jitqies l-iżbilanċ strutturali gravili jeżisti f’ċerti reġjuni li jipproduċu l-inbid, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jiffinanzjaw il-qlugħ permanenti tad-dwieli ta’ vinji produttivi permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdied tip ġdid ta’ intervent fis-settur tal-inbid fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115. Bħall-miżura ta’ qlugħ permanenti tad-dwieli ffinanzjata minn pagamenti nazzjonali, imsemmija fl-Artikolu 216 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dak it-tip ġdid ta’ intervent, jiġifieri “qlugħ permanenti tad-dwieli” jenħtieġ li jkun soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi bħal projbizzjoni fuq iż-żamma jew il-kisba ta’ awtorizzazzjoni valida għat-tħawwil matul ċertu perjodu jew restrizzjonijiet imposti mill-Istati Membri fir-rigward ta’ żoni esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent fejn il-vinji jkollhom rwol ambjentali, ta’ preservazzjoni tal-pajsaġġ jew soċjoekonomiċi importanti. |
|
(44) |
Sabiex jiġi żgurat appoġġ adegwat għall-vitikulturi fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima, huwa li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jżidu l-assistenza finanzjarja massima tal-Unjoni sa 80 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji jekk l-intervent isegwi dak l-objettiv. |
|
(45) |
Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fis-settur tal-inbid, l-investimenti msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115 li jitwettqu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bħal kooperattivi, jenħtieġ li jibbenefikaw mir-rata massima ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni stabbilita fl-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif diġà huwa l-każ għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (9). |
|
(46) |
Sabiex il-produtturi jiġu appoġġjati aktar fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, kif ukoll biex jiġu ffaċilitati t-titjib fis-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ produzzjoni u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-Istati Membri jżidu l-assistenza finanzjarja massima mill-Unjoni għal investimenti li jsegwu dak l-objettiv sa 80 % tal-kostijiet tal-investiment eliġibbli. |
|
(47) |
Barra minn hekk, jeħtieġ jiġi ċċarat li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-innovazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li ma tingħatax lil intrapriżi f’diffikultà skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà” kif inhu l-każ għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(48) |
Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-kamp ta’ applikazzjoni estiż tat-tip ta’ intervent tas-servizzi ta’ konsulenza msemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115 ikun akkumpanjat minn sett xieraq ta’ regoli finanzjarji, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-perċentwal massimu tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni li tista’ tingħata lil dak it-tip ta’ intervent. |
|
(49) |
Sabiex jiġu appoġġjati aktar it-tipi ta’ interventi ta’ informazzjoni, promozzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (h) u (k), tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jżidu l-assistenza finanzjarja massima mill-Unjoni għal tali interventi sa 60 % tan-nefqa eliġibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Istati Membri jipprovdu kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet eliġibbli ta’ dawn it-tipi ta’ interventi. Meta jitqies li l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE jiffaċċjaw aktar ta’ spiss restrizzjonijiet finanzjarji meta jwettqu kampanji ta’ komunikazzjoni u promozzjoni mill-intrapriżi kbar, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu appoġġ finanzjarju akbar lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. |
|
(50) |
Sabiex jingħata appoġġ suffiċjenti għall-ġlieda kontra pesti infettivi ħafna, huwa xieraq li t-tip ta’ intervent imsemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (n), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jitħalla jibbenefika minn assistenza finanzjarja tal-Unjoni li tkopri sa 100 % tan-nefqa eliġibbli. |
|
(51) |
Barra minn hekk, jeħtieġ tiġi stabbilita l-assistenza finanzjarja massima tal-Unjoni għall-qlugħ permanenti tad-dwieli skont it-tip ta’ intervent imsemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (o), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Tali assistenza jenħtieġ li tammonta għal perċentwal tas-somma tal-ispejjeż diretti tal-qlugħ tad-dwieli u t-telf stmat ta’ dħul għal sena waħda għaż-żona li fiha jkun sar il-qlugħ tad-dwieli. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Istati Membri jipprovdu kontribuzzjoni nazzjonali. |
|
(52) |
Ix-xorb spirituż b’indikazzjoni ġeografika spiss jiddependi fuq ktajjen tal-provvista kumplessi li jinvolvu diversi operaturi li jwettqu stadji ta’ produzzjoni differenti. Arranġamenti li jiddependu fuq akkwist flessibbli huma komuni ħafna. L-obbligu speċifiku tat-tikkettar għax-xorb spirituż stabbilit fl-Artikolu 37(5) tar-Regolament (UE) 2024/1143, li jirrikjedi l-indikazzjoni tal-isem tal-produttur fl-istess kamp viżiv bħall-indikazzjoni ġeografika, intwera li ma jaqbilx sew mal-istruttura tal-biċċa l-kbira tal-katina tal-provvista tax-xorb spirituż. Sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-prattiki stabbiliti u l-impożizzjoni ta’ piżijiet sproporzjonati fuq l-operaturi f’dan is-settur, speċjalment fuq il-produtturi żgħar u ta’ daqs medju, huwa xieraq li dak l-obbligu jitneħħa. |
|
(53) |
Sabiex jiġu ssupplimentati r-regoli rilevanti u jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-inbid, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li taddotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni għat-tħawwil tad-dwieli, il-kundizzjonijiet għall-qlugħ tad-dwieli ta’ vinji abbandunati, ir-regoli relatati mal-kriterji għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid, inkluż iż-żieda ta’ kriterji, il-koeżistenza ta’ dwieli li l-produttur ikun impenja ruħu li jaqla’ ma’ dwieli li jkunu għadhom kif tħawlu, ir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward it-taħwil mill-ġdid, il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ eliġibbiltà u l-kriterji ta’ prijorità li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fir-rigward tal-allokazzjoni tal-pagamenti nazzjonali, l-elementi li jiddeterminaw l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi, il-metodu ta’ kalkolu għall-pagamenti nazzjonali u l-koerenza ma’ miżuri oħra ta’ appoġġ tal-Unjoni għas-settur tal-inbid; kif ukoll l-identifikazzjoni fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu tal-mezzi elettroniċi u l-forma u t-tqassim tal-informazzjoni pprovduta b’mezzi elettroniċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(54) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib ta’ ċerti regoli tas-suq u miżuri ta’ appoġġ settorjali fis-settur tal-inbid u għall-prodotti tal-inbid aromatizzat, kif ukoll ċerti regoli dwar it-tikkettar għax-xorb spirituż, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(55) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014, (UE) 2021/2115 u (UE) 2024/1143 jiġu emendati skont dan. |
|
(56) |
Sabiex il-produtturi jingħataw żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda li jikkonċernaw id-denominazzjoni tal-prodotti tad-dwieli b’kontenut alkoħoliku imnaqqas, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti l-ġodda jibdew japplikaw 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju. Huwa xieraq ukoll li jiġu pprovduti regoli tranżizzjonali li jippermettu li l-prodotti tad-dwieli ttikkettati qabel l-applikazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda jkomplu jiġu introdotti fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. |
|
(57) |
Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar limitu massimu ta’ ettari ta’ vinji mħawla li jeżentaw l-Istati Membri mill-obbligu li japplikaw l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli jenħtieġ li tiġi posposta bi 48-il xahar sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex tiġi implimentata għal dawk l-Istati Membri li ż-żona tal-vinji tagħhom tkun ogħla mil-limitu massimu ta’ ettari fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3(5), jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 61 Durata L-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli stabbilita f’dan il-Kapitolu għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016, b’reviżjoni li għandha ssir mill-Kummissjoni fl-2028 u kull għaxar snin minn hemm’ il quddiem biex tevalwa l-operazzjoni tal-iskema.” Il-Kummissjoni tista’, jekk ikun adatt, tagħmel proposti.” |
|
(3) |
L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 65, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta japplika l-Artikolu 63(2), Stat Membru jista’ jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati minn organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti li joperaw fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikoli 152, 156 u 157 ta’ dan ir-Regolament, minn gruppi ta’ produtturi msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (UE) 2024/1143, jew minn tipi oħra ta’ organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, sakemm dawk ir-rakkomandazzjonijiet ikunu ppreċeduti minn qbil bejn il-partijiet rappreżentattivi rilevanti fiż-żona ġeografika ta’ referenza.” ; |
|
(7) |
L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikolu 67 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 67 De minimis L-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli stabbilita f’dan il-Kapitolu ma għandhiex tapplika fl-Istati Membri fejn iż-żona tal-vinji ma tkunx qabżet l-10 000 ettaru f’mill-inqas tlieta mill-ħames snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti sakemm l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li jimplimenta l-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet. Meta l-kundizzjoni li ż-żona ma taqbiżx l-10 000 ettaru ma tibqax tiġi ssodisfata, l-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli għandha tapplika mill-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara dik li fiha l-kundizzjoni ma baqgħetx tiġi ssodisfata.” |
|
(9) |
L-Artikolu 69 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 69 Setgħat delegati Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, skont -Artikolu 227 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli addizzjonali li jikkonċernaw:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 biex temenda dan ir-Regolament billi żżid kriterji addizzjonali ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 64(1) u (2).” |
|
(10) |
L-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 122, il-paragrafu 1, huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fl-Artikolu 167(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Sabiex tittejjeb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni fl-inbejjed, inkluż l-għeneb, il-most u l-inbejjed li ġejjin minnhom, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni li jirregolaw il-provvista, inkluż l-iffissar ta’ rendimenti massimi u l-istabbiliment ta’ regoli għall-ġestjoni tal-istokkijiet. L-Istati Membri jistgħu jqisu, f’ordni dixxendenti ta’ prijorità, id-deċiżjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikoli 157 u 158 ta’ dan ir-Regolament, gruppi ta’ produtturi msemmija fl-Artikolu 32 u 33 tar-Regolament (UE) 2024/1143, u organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikoli 152 u 154 ta’ dan ir-Regolament, fejn tali organizzazzjonijiet u gruppi jitqiesu li huma rappreżentattivi għas-settur tal-inbid f’konformità mal-Artikolu 164(3) u mal-Artikolu 166a(2) ta’ dan ir-Regolament, fiż-żona ekonomika jew fiż-żoni ekonomiċi fejn ikun maħsub li jiġu applikati r-regoli.” |
|
(13) |
L-Artikolu 172b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 172b Gwida tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-gruppi ta’ produtturi għall-bejgħ tal-għeneb, il-most u l-inbejjed bl-ingrossa b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta 1. B’deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta’ dan ir-Regolament u gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2024/1143 li joperaw fis-settur tal-inbid, meta tali organizzazzjonijiet u gruppi jkunu meqjusa rappreżentattivi f’konformità mal-Artikolu 164(3) u l-Artikolu 166a(2) ta’ dan ir-Regolament rispettivament fiż-żona ġeografika rilevanti, jistgħu jipprovdu indikaturi ta’ gwida mhux obbligatorji tal-prezzijiet li jikkonċernaw il-bejgħ tal-għeneb, il-most u l-inbejjed bl-ingrossa għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta, sakemm tali gwida ma teliminax il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni. 2. L-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tista’ tiddeċiedi f’każijiet individwali li, fil-futur, wieħed jew aktar mill-indikaturi ta’ gwida tal-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jridu jiġu modifikati, jitwaqqfu jew ma jiġu pprovduti xejn jekk tqis li dan huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat li l-kompetizzjoni tiġi eliminata fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni jew jekk tqis li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE huma mhedda. Meta taġixxi taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub minn qabel jew bla dewmien wara li tiftaħ l-ewwel miżura formali tal-investigazzjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet adottati bla dewmien wara li jkunu ġew adottati. Id-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.” |
|
(14) |
L-Artikolu 216 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
Fil-Parti II tal-Anness VII, is-subparagrafi li ġejjin jiżdiedumal-kliem introduttorju: “Il-prodotti tad-dwieli tal-kategoriji stabbiliti fil-punti (4) u (8) jistgħu jinkisbu bit-tieni fermentazzjoni ta’ nbejjed dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati msemmija fil-punt (1). Il-prodotti tad-dwieli tal-kategoriji stabbiliti fil-punti (7) u (9) jistgħu jinkisbu biż-żieda tad-diossidu tal-karbonju ma’ nbejjed dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati msemmija fil-punt (1).”. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 251/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. B’deroga mil-limiti minimi tal-qawwa alkoħolika attwali u l-qawwa alkoħolika totali stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (g), il-paragrafu 3, il-punt (g), u l-paragrafu 4, il-punt (f), ta’ dan l-Artikolu, u fl-Anness II tiegħu. għal kull kategorija ta’ prodotti, il-prodotti tal-inbid aromatizzat jista’ jkollhom qawwa alkoħolika attwali u qawwa alkoħolika totali skont il-volum aktar baxxi meta jinkisbu minn prodotti tad-dwieli li jkun sarilhom, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni f’konformità mal-Parti I, it-Taqsima E, tal-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Meta l-prodotti tal-inbid aromatizzat ikunu nkisbu minn prodotti tad-dwieli li jkunu għaddew, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni f’konformità mal-Parti I, it-Taqsima E, tal-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-denominazzjonijiet tal-bejgħ tagħhom għandhom jiġu ssupplimentati mit-termini stabbiliti fl-Artikolu 119(1), il-punt (a)(i) u (ii), u fl-Artikolu 119(1), il-punt (k), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 6a, jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-inbid aromatizzat, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 33 ħalli tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar:
|
|
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6b Repetizzjoni tad-dettalji obbligatorji L-obbligu li jiġu indikati d-dettalji obbligatorji fuq kwalunkwe imballaġġ partikolari japplika darba biss fir-rigward ta’ dak l-imballaġġ.” |
|
(5) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti b’tipa korsiva fl-Anness II la għandhom jiġu tradotti fuq it-tikketta u lanqas fil-preżentazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat. Id-dettalji addizzjonali u obbligatorji msemmija fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 6a kif ukoll it-termini msemmija fl-Artikolu 5(1a) għandhom, meta mfissra fi kliem, jidhru b’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni.” |
|
(6) |
fil-Parti B tal-Anness II, il-punt (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(7) |
fil-Parti B tal-Anness II, il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(8) |
Fil-Parti B tal-Anness II, il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/2115
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 45, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(2) |
l-Artikolu 58(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) 2024/1143
Fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2024/1143, il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-tieni subparagrafu huwa mħassar; |
|
(2) |
ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-prodotti agrikoli li huma kkummerċjalizzati b’indikazzjoni ġeografika, li ġew ittikkettati qabel l-14 ta’ Mejju 2026, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq mingħajr ma jikkonformaw mal-obbligu li jindikaw l-isem tal-produttur jew tal-operatur fl-istess kamp viżiv bħall-indikazzjoni ġeografika, sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.”. |
Artikolu 5
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Il-prodotti tad-dwieli fil-kategoriji definiti fil-Parti II, il-punt (1) u l-punti (4) sa (9) tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jkunu għaddew minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni f’konformità mal--Parti I, it-Taqsima E tal-Anness VIII għal dak ir-Regolament, u li jkunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 119(1), il-punt (a) (i) u (ii), ta’ dak ir-Regolament qabel id-19 ta’ Settembru 2027 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ta’ tali tikketti.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punt (8), għandu japplika mid-19 ta’ Marzu 2030 u l-Artikolu 1, il-punt (10), għandhom japplikaw mid-19 ta’ Settembru 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2026.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. KOMBOS
(1) ĠU C, C/2025/5161, 28.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5161/oj.
(2) ĠU C, C/2025/4418, 29.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4418/oj.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2026.
(4) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill at-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/251/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
(8) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/273/oj).
(9) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj).
(10) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/471/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)