|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/430 |
2.3.2026 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq dan l-indirizz: https://unece.org/transport/road-transport/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Ir-Regolament tan-NU Nru 164 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers bl-istuds fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom fuq il-borra [2026/430]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali — Id-data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Settembru 2023
Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa:
ECE/TRANS/WP.29/2023/7
KONTENUT
Regolament
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Markaturi |
|
5. |
Approvazzjoni |
|
6. |
Speċifikazzjonijiet |
|
7. |
Modifiki tat-tip ta’ tajer bl-istuds u estensjoni tal-approvazzjoni |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1 |
Komunikazzjoni |
|
2 |
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni |
|
3 |
Proċeduri għall-ittestjar tal-prestazzjoni fuq is-silġ fir-rigward tat-tajers tas-silġ tal-klassi C1 |
|
Appendiċi 1 — |
Ir-rapporti tat-test u d-data tat-test għat-tajers C1 |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
|
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għat-tajers pnewmatiċi ġodda bl-istuds (1) tal-klassijiet C1, C2 u C3 fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom fuq il-borra. |
Madankollu, ma tapplikax għal:
|
1.1.1. |
Tajers tal-kategorija tal-użu “tajers għal użu temporanju” kif iddikjarat fir-Regolament tan-NU Nru 30 għat-tajers tal-klassi C1; |
|
1.1.2. |
Tajers li jkollhom kodiċi tad-dijametru nominali tar-rimm ≤ 10 (jew ≤ 254 mm) jew ≥ 25 (jew ≥ 635 mm); |
|
1.1.3. |
Tajers iddisinjati għall-kompetizzjonijiet; |
|
1.1.4. |
Tajers maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi tat-triq ta’ kategoriji għajr M, N u O (2); |
|
1.1.5. |
Tajers bi klassifikazzjoni tal-veloċità ta’ inqas minn 80 km/h (simbolu tal-veloċità F); |
|
1.1.6. |
Tajers iddisinjati biss biex jiġu mmuntati fuq vetturi rreġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990; |
|
1.1.7. |
Tajers tal-kategorija tal-użu “Normali” kif iddikjarati fir-Regolament tan-NU Nru 30 għat-tajers tal-klassi C1 jew fir-Regolament tan-NU Nru 54 għat-tajers tal-klassi C2 jew C3; |
|
1.1.8. |
Tajers li jistgħu jkunu bl-istuds. |
|
1.2. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, Parti Kontraenti tista’ b’mod permanenti, temporanju jew kondizzjonalment tipprojbixxi l-użu ta’ tajers bl-istuds, jew timponi rekwiżiti addizzjonali għalihom. |
2. Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolamenti tan-NU Nri 30 u 54, u fir-rigward tal-prestazzjoni tal-borra tat-tajers tal-klassijiet C1, C2 u C3 u l-prestazzjoni tat-tajers tal-klassi C1 fuq is-silġ, fir-Regolament tan-NU Nru 117, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.
|
2.1. |
“Tip ta’ tajer bl-istuds” tfisser tajers li ma jvarjawx fil-karatteristiċi essenzjali bħal:
|
|
2.2. |
“Klassi tat-tajer” tfisser wieħed mir-raggruppamenti li ġejjin: |
|
2.2.1. |
Tajers tal-klassi C1: tajers approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 30; |
|
2.2.2. |
Tajers tal-klassi C2: tajers approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 54 u identifikati permezz ta’ indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni unika ugwali għal 121 jew inqas u simbolu tal-kategorija tal-veloċità ugwali għal “N” jew ogħla; |
|
2.2.3. |
Tajers tal-klassi C3: tajers approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 54 u identifikati permezz ta’:
|
|
2.3. |
“Tajers iddisinjati għall-kompetizzjonijiet” tfisser tajers maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi involuti f’kompetizzjonijiet sportivi tal-vetturi u mhux maħsuba għal użu mhux kompetittiv fit-toroq. |
|
2.4. |
“Tajer għall-użu f’kundizzjonijiet ta’ borra severi” tfisser tajer li d-disinn tat-tread, il-kompożizzjoni tat-tread jew l-istruttura tiegħu huma ddisinjati speċifikament biex jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ borra severi u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1. ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.5. |
“Tajer li jaqbad fuq is-silġ” tfisser tajer tal-borra tal-klassi C1 għall-użu f’kundizzjonijiet ta’ borra severi u ddisinjat speċifikament biex jintuża fuq uċuħ ta’ toroq miksija bis-silġ u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3. ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.6. |
“Tajer bl-istuds” tfisser tajer li huwa ddisinjat biex ikun mgħammar u biex jintuża dejjem bl-istuds biex itejjeb il-proprjetajiet tat-trazzjoni fuq l-uċuħ bis-silġ. |
|
2.7. |
“Tajer li jista’ jkun bl-istuds” tfisser tajer li huwa ddisinjat biex ikun jista’ jiġi mgħammar bl-istuds u biex jintuża bl-istuds jew mingħajrhom. |
|
2.8. |
“Stud” tfisser apparat(i) addizzjonali mdaħħal/mdaħħlin fit-tread tat-tajer jew fuqu biex itejjeb/itejbu (i)l-proprjetajiet tat-trazzjoni fuq l-uċuħ bis-silġ. |
|
2.9. |
“Mudell tal-istuds” tfisser studs li ma jvarjawx fl-għamla, fid-dimensjonijiet ewlenin u fil-massa tagħhom. |
|
2.10. |
“Dimensjonijiet ewlenin tal-istud” tfisser l-għoli massimu tal-istud, il-wisa’ massima tal-korp tal-istud u l-wisa’ massima tal-flanġ tal-qiegħ tal-istud. |
|
2.11. |
“Indiċi tal-qabda fuq il-borra”(SG) tfisser l-unità mingħajr dimensjoni biex jiġi espress il-livell tal-prestazzjoni fuq il-borra ta’ tajer kandidat meta mqabbel mal-prestazzjoni tal-SRTT applikabbli. |
|
2.12. |
“Indiċi tal-qabda fuq is-silġ”(GI) tfisser l-unità mingħajr dimensjoni biex jiġi espress il-livell tal-prestazzjoni fuq is-silġ ta’ tajer kandidat meta mqabbel mal-prestazzjoni tal-SRTT applikabbli. |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tajer bl-istuds fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha titressaq mill-manifattur tat-tajer jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu. Din għandha tispeċifika: |
|
3.1.1. |
Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni li jridu jiġu vvalutati għat-tip ta’ tajer bl-istuds; “livell ta’ prestazzjoni fuq il-borra” kif ukoll “livell ta’ prestazzjoni fuq is-silġ” f’każ ta’ tajer li jaqbad fuq is-silġ; |
|
3.1.2. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur; |
|
3.1.3. |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur; |
|
3.1.4. |
Il-klassi tat-tajer (klassi C1, C2 jew C3): |
|
3.1.5. |
Il-kategorija tal-użu (borra jew użu speċjali); |
|
3.1.5.1. |
Għat-tajers tal-klassi C1, jekk huwiex tajer li jaqbad fuq is-silġ jew le; |
|
3.1.6. |
L-istruttura tat-tajer; |
|
3.1.7. |
L-isem/ismijiet tad-ditta/it-trademark(s), id-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali/l-isem/ismijiet kummerċjali; |
|
3.1.8. |
Lista tad-deżinjazzjonijiet tad-daqs tat-tajers koperti minn din l-applikazzjoni u li tispeċifika għal kull isem tad-ditta/trademark u/jew kull deskrizzjoni kummerċjali/isem kummerċjali d-deżinjazzjonijiet tad-daqs tat-tajer u d-deskrizzjonijiet tas-servizz applikabbli, filwaqt li f’każ ta’ tajer tal-klassi C1 jiżdied jekk huwiex “rinforzat” (jew “tagħbija żejda”) jew le. |
|
3.1.9. |
Il-lista ta’ mudelli tal-istuds. |
|
3.2. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkollha magħha: |
|
3.2.1. |
Dettalji tal-karatteristiċi ewlenin, fir-rigward tal-effetti fuq il-prestazzjoni fuq il-borra, u, jekk ikun applikabbli, fuq il-prestazzjoni fuq is-silġ, tat-tajers, inkluż id-disinn tat-tread, inklużi fil-medda deżinjata tad-daqsijiet tat-tajers. Dan jista’ jsir permezz ta’ deskrizzjonijiet issupplimentati b’data teknika, tpinġijiet, ritratti jew skennjar tat-Tomografija Kompjuterizzata, u jrid ikun biżżejjed biex jippermetti lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku jiddeterminaw jekk kwalunkwe bidla sussegwenti fil-karatteristiċi ewlenin hijiex se taffettwa b’mod avvers il-prestazzjoni tat-tajer. L-effetti ta’ bidliet f’dettalji minuri tal-kostruzzjoni tat-tajer fuq il-prestazzjoni tat-tajers se jkunu evidenti u jiġu ddeterminati waqt il-kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni; |
|
3.2.1.1. |
Tpinġijiet tal-mudelli tal-istuds. |
|
3.2.2. |
Tpinġijiet jew ritratti tal-ħajt tal-ġenb tat-tajer, li juru l-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 3.1.8. ta’ hawn fuq u l-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, għandhom jitressqu ladarba tkun ġiet stabbilita l-produzzjoni, iżda mhux iktar tard minn sena wara d-data tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
3.2.3. |
Fil-każ tal-applikazzjonijiet relatati mat-tajers għal użu speċjali, għandha tiġi pprovduta kopja tat-tpinġija tal-forma tad-disinn tat-tread sabiex ikun jista’ jiġi vverifikat il-proporzjon tal-ispazji u l-mimli. |
|
3.3. |
Fuq talba tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, l-applikant għandu jissottometti kampjuni ta’ tajers għat-test jew kopji tar-rapporti tat-testijiet mis-Servizzi Tekniċi, ikkomunikati kif indikat fil-paragrafu 11. ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.4. |
Fir-rigward tal-applikazzjoni, l-ittestjar jista’ jkun limitat għal daqs rappreżentattiv tat-tip ta’ tajer bl-istuds, skont id-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. |
4. Markaturi
|
4.1. |
It-tajers kollha li jikkostitwixxu t-tip tat-tajer bl-istuds għandhom ikunu mmarkati kif preskritt mir-Regolament Nru 30 jew 54, skont kif ikun applikabbli. |
|
4.2. |
It-tajers bl-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament għandu jkollhom (4): |
|
4.2.1. |
il-kelma “BL-ISTUDS” b’għoli ta’ mill-inqas 4 mm. |
|
4.2.2. |
Is-Simbolu tal-Qabda fuq il-Borra għat-Tajers bl-Istuds kif definit fl-Illustrazzjoni 1 f’każ li t-tajer jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1. |
Illustrazzjoni 1
Definizzjoni b’pittogramma tas-“Simbolu tal-Qabda fuq il-Borra għat-Tajers bl-Istuds”
Bażi minima ta’ 16 mm u għoli minimu ta’ 15 mm.
It-tpinġija ta’ hawn fuq ma hijiex skont l-iskala.
|
4.2.3. |
Barra minn hekk, is-Simbolu tal-Qabda fuq is-Silġ kif definit fl-Illustrazzjoni 2 fil-każ li t-tajer jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3. ta’ hawn taħt. |
Illustrazzjoni 2
Definizzjoni b’pittogramma tas-“Simbolu tal-Qabda fuq is-Silġ”
Bażi minima ta’ 15 mm u għoli minimu ta’ 13 mm.
It-tpinġija ta’ hawn fuq ma hijiex skont l-iskala.
|
4.3. |
It-tajers għandhom jipprovdu spazju adegwat għall-marka tal-approvazzjoni kif muri fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.3.1. |
F’każ li l-approvazzjoni ta’ tip ta’ tajer bl-istuds skont dan ir-Regolament tkun ingħatat mill-istess Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip bħal dik li tagħti l-approvazzjoni skont ir-Regolamenti tan-NU Nri 30 jew 54, il-marki tal-approvazzjoni jistgħu jiġu kkombinati bl-użu tas-sinjal “+” li jindika li l-approvazzjoni tiegħu hija kkomplementata minn approvazzjoni skont dan ir-Regolament, kif deskritt fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.4. |
Il-markatura msemmija fil-paragrafu 4.2. u l-marka tal-approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 5.4. ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar, ma jitħassrux u imqabbżin mill-wiċċ tat-tajer jew imdaħħlin fih. |
|
4.4.1. |
Il-markatura msemmija fil-paragrafu 4.2.1. u l-marka tal-approvazzjoni għandhom ikunu fil-parti t’isfel tat-tajer fuq mill-inqas wieħed mill-ħitan tal-ġnub tiegħu. Madankollu, fil-każ ta’ tajers identifikati bis-simbolu “A” jew “U” tal-konfigurazzjoni tal-immuntar tat-tajer mar-rimm, il-markatura tista’ titqiegħed fi kwalunkwe post fuq barra tal-ħajt tal-ġenb tat-tajer. |
5. Approvazzjoni
|
5.1. |
Jekk id-daqs rappreżentattiv tat-tip ta’ tajer bl-istuds imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6. u 7. ta’ hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ tajer bl-istuds. |
|
5.2. |
Numru tal-approvazzjoni skont l-Iskeda 4 tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-1958 għandu jiġi assenjat lit-tip approvat ta’ tajer bl-istuds. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ tajer bl-istuds. |
|
5.2.1. |
Minflok ma tagħti n-numru tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali skont ir-Regolament tan-NU Nru 164, fuq talba tal-manifattur, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ tagħti n-numru tal-approvazzjoni tat-tip, li kien ingħata qabel lil dak it-tip ta’ tajer bl-istuds skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 30 jew 54 bin-numru tal-estensjoni sussegwenti. |
|
5.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ tajer bl-istuds skont dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim, li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.3.1. |
B’referenza għall-paragrafu 5.2.1. ta’ hawn fuq, il-manifatturi tat-tajers huma intitolati li jressqu applikazzjoni għall-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip għar-rekwiżiti ta’ Regolamenti oħra rilevanti għat-tip ta’ tajer. F’dak il-każ, kopja tal-komunikazzjoni(jiet) rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, kif maħruġa mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip rilevanti, għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni għall-estensjoni tal-approvazzjoni. L-estensjonijiet kollha tal-approvazzjoni(jiet) għandhom jingħataw biss mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun ħarġet l-approvazzjoni oriġinali għat-tajer. |
|
5.3.1.1. |
Meta tingħata estensjoni tal-approvazzjoni biex tiġi/jiġu inkorporata/i ċertifikazzjoni(jiet) ta’ konformità ma’ Regolamenti oħra fil-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament), in-numru/i speċifiku/speċifiċi (kollha) tal-approvazzjoni tat-tip u r-Regolament innifsu għandhom jiżdiedu mal-punt 9. tal-Anness 1 “Komunikazzjoni”. |
|
5.4. |
Fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.3. u f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.4. ta’ hawn fuq, ma’ kull daqs ta’ tajer, konformi għat-tip ta’ tajer bl-istuds approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tkun magħmula minn: |
|
5.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni (5); kif ukoll |
|
5.4.2. |
Il-parti tan-numru tal-approvazzjoni speċifikat fil-paragrafu 3 tat-Taqsima 3 tal-Iskeda 4 tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-1958, li għandha titqiegħed qrib iċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1. hawn fuq, jew fuq jew taħt l-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. |
|
5.5. |
Jekk it-tajer ikun konformi mal-approvazzjonijiet tat-tip skont Regolament wieħed jew iktar anness(i) mal-Ftehim fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1. hawn fuq ma hemmx għalfejn jiġi ripetut. F’dak il-każ, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħataw l-approvazzjonijiet fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu ħdejn is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1. ta’ hawn fuq. |
|
5.6. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
6. Speċifikazzjonijiet
|
6.1. |
Il-prestazzjoni fuq il-borra tat-tajers bl-istuds, meta ttestjati skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU Nru 117 u l-paragrafu 6.2. ta’ dan ir-Regolament.
It-tajer bl-istuds għandu jissodisfa l-valur minimu tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra mqabbel mat-Tajer tat-Test ta’ Referenza Standard (SRTT, Standard Reference Test Tyre) rispettiv kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
6.2. |
Il-prestazzjoni fuq il-borra ta’ tajers bl-istuds approvati skont dan ir-Regolament għandha tiġi ttestjata f’forma bl-istuds. |
|
6.3. |
Il-prestazzjoni fuq is-silġ tat-tajers bl-istuds tal-klassi C1 meta ttestjati skont l-Anness 8 tar-Regolament tan-NU Nru 117 u l-paragrafu 6.4. ta’ dan ir-Regolament.
It-tajer bl-istuds tal-Klassi C1 fil-kategorija tat-tajer għall-borra għall-użu f’kundizzjonijiet ta’ borra severi għandu jissodisfa l-valur minimu tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra mqabbel mat-Tajer tat-Test ta’ Referenza Standard (SRTT) rispettiv kif ġej:
|
|
6.4. |
Il-prestazzjoni fuq is-silġ ta’ tajers bl-istuds approvati skont dan ir-Regolament għandha tiġi ttestjata f’forma bl-istuds u skont il-preskrizzjonijiet addizzjonali għall-ittestjar kif definit fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. |
7. Modifiki tat-tip ta’ tajer bl-istuds u estensjoni tal-approvazzjoni
|
7.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ tajer bl-istuds, li tista’ tinfluwenza l-karatteristiċi tal-prestazzjoni approvati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ tajer bl-istuds. Dik l-Awtorità tista’ jew: |
|
7.1.1. |
Tqis li l-modifiki x’aktarx li ma jkollhomx xi effett avvers sinifikanti fuq il-karatteristiċi tal-prestazzjoni approvati u li t-tajer se jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew |
|
7.1.2. |
Tirrikjedi li jitressqu iktar kampjuni biex jiġu ttestjati jew tirrikjedi iktar rapporti tat-test mingħand is-Servizz Tekniku maħtur. |
|
7.2. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-modifiki, għandhom jiġu kkomunikati permezz tal-proċedura mogħtija fil-paragrafu 5.3. ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
|
7.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal tali estensjoni li għandu jidher fuq il-formola ta’ komunikazzjoni. |
8. Konformità tal-produzzjoni
Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.3) bir-rekwiżiti li ġejjin:
|
8.1. |
Kwalunkwe tajer bl-istuds approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun immanifatturat b’tali mod li jkun konformi mal-karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tip ta’ tajer bl-istuds approvat u jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6. hawn fuq; |
|
8.2. |
L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati mill-manifattur. B’mod ġenerali, il-metodi ta’ kontroll tal-konformità għandhom iqisu l-volumi tal-produzzjoni tat-tip ta’ tajer bl-istuds f’kull faċilità tal-manifattura. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun mill-inqas darba kull sentejn. |
|
8.3. |
It-testijiet ta’ verifika għandhom jitwettqu fuq kampjuni aleatorji ta’ tajers li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament meħuda mill-produzzjoni tas-serje. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tkun sodisfatta li t-tajers kollha li jaqgħu taħt tip approvat jikkonformaw mar-rekwiżit tal-approvazzjoni. |
|
8.3.1. |
Fil-każ ta’ testijiet ta’ verifika fir-rigward tal-approvazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 6. ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jitwettqu bl-użu tal-istess metodu ta’ ttestjar bħal dak adottat għall-approvazzjoni oriġinali kif iddikjarat fil-punt 8 tal-formola ta’ komunikazzjoni. |
|
8.4. |
Il-produzzjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk il-livelli mkejla jikkonformaw mal-limiti preskritti fil-paragrafu 6. ta’ dan ir-Regolament. |
9. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
|
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ tajer bl-istuds skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8. ta’ hawn fuq, jew jekk kwalunkwe tajer bl-istuds tat-tip ta’ tajer bl-istuds ma jissodisfax il-limiti mogħtija fil-paragrafu 8.4. ta’ hawn fuq. |
|
9.2. |
Jekk Parti għall-Ftehim, li tapplika dan ir-Regolament, tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola ta’ approvazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
10. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta’ tajer bl-istuds approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
11. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
|
11.1. |
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u, fejn ikun applikabbli, tal-laboratorji tat-testijiet approvati, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni, jew ir-rifjut tal-approvazzjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox, maħruġa f’pajjiżi oħra. |
|
11.2. |
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jaħtru laboratorji ta’ manifatturi tat-tajers bħala laboratorji tat-testijiet approvati. |
|
11.3. |
Meta Parti Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 tapplika l-paragrafu 11.2. ta’ hawn fuq, tista’, jekk tkun tixtieq, tiġi rrappreżentata fit-testijiet minn persuna waħda jew iktar tal-għażla tagħha. |
(1) Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “tajers” tfisser “tajers pnewmatiċi”.
(2) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.7, il-para. 2 – https://unece.org/transport/vehicle-regulations/wp29/resolutions.
(3) It-tibdil tal-lista ta’ mudelli tal-istuds jista’ jsir bħala estensjoni taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.
(4) Uħud minn dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu speċifikati separatament fir-Regolament tan-NU Nru 30 jew 54.
(5) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6).
(1) Ara l-paragrafu 3. tal-Anness 7 tar-Regolament tan-NU Nru 117.
(2) Ara l-paragrafu 2. tal-Anness 7 tar-Regolament tan-NU Nru 117.
(3) Ara l-paragrafu 4. tal-Anness 7 tar-Regolament tan-NU Nru 117.
ANNESS 1
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
Maħruġa minn: |
Isem tal-amministrazzjoni: … … … |
|
Rigward (2): |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rrifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ tajer bl-istuds skont ir-Regolament tan-NU Nru 164
Nru tal-approvazzjoni (3) …
1.
Isem u indirizz tal-manifattur: …
2.
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …
3.
“Klassi tat-tajer” tat-tip ta’ tajer bl-istuds: …
4.
“Kategorija tal-użu” tat-tip ta’ tajer bl-istuds:
4.1
Tajer li jaqbad fuq is-silġ (Iva/Le) (2)…
5.
Struttura tat-tajer: …
6.
Tip ta’ deżinjazzjoni tat-tajer bl-istuds:
6.1.
Isem/ismijiet tad-ditta/Trademark(s) tat-tip ta’ tajer bl-istuds
6.2.
Deskrizzjoni(jiet) kummerċjali/Isem/ismijiet kummerċjali tat-tip ta’ tajer bl-istuds:
7.
Servizz Tekniku u, fejn ikun applikabbli, il-laboratorju tat-testijiet approvat għall-finijiet tal-approvazzjoni jew tal-verifika tat-testijiet tal-konformità: …
8.
Livell tal-prestazzjoni fuq il-borra tad-daqs rappreżentattiv tat-tajer, skont il-punt 7. tar-rapport tat-test fl-appendiċi 2 jew 3, kif applikabbli, tal-Anness 7 tar-Regolament tan-NU Nru 117: … (indiċi tal-qabda fuq il-borra) bl-użu tal-metodu tal-ibbrejkjar fuq il-borra (2), il-metodu tat-trazzjoni tat-tidwir (2) jew il-metodu tal-aċċelerazzjoni (2)
8.1.
Livell tal-prestazzjoni fuq is-silġ tad-daqs rappreżentattiv tat-tajer, ara l-paragrafu 2.7. tar-Regolament Nru 117, skont il-punt 8. tar-rapport tat-test fl-appendiċi 1 tal-Anness 3 tar-Regolament tan-NU Nru 164: … (indiċi tal-qabda fuq is-silġ) bl-użu tal-metodu tal-ibbrejkjar fuq is-silġ biex tiġi kkonfermata l-klassifikazzjoni bħala tajer tal-qabda fuq is-silġ.
9.
Numru tar-rapport maħruġ mis-Servizz Tekniku: …
10.
Data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …
11.
Raġuni(jiet) tal-estensjoni (jekk applikabbli): …
12.
Rimarki: …
13.
Post: …
14.
Data: …
15.
Firma: …
16.
Annessi ma’ din il-komunikazzjoni ssib: …
16.1.
Lista ta’ dokumenti fil-fajl tal-approvazzjoni ddepożitati għand l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkunu taw l-approvazzjoni u li jistgħu jinkisbu fuq talba.
16.2.
Lista tad-deżinjazzjonijiet tad-daqs tat-tajer: Speċifika għal kull isem tad-ditta/trademark u/jew kull deskrizzjoni kummerċjali/Isem kummerċjali l-lista tad-deżinjazzjonijiet tad-daqs tat-tajer u d-deskrizzjonijiet tas-servizz, filwaqt li f’każ ta’ tajer tal-klassi C1 jiżdied jekk huwiex “rinforzat” (jew “tagħbija żejda”) jew le.
16.3.
Lista ta’ mudelli tal-istuds.
(1) In-numru distintiv tal-pajjiż li ta/estenda/rrifjuta/rtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ingassa dak li ma japplikax.
(3) Skont l-Iskeda 4 tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-1958.
ANNESS 2
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni
(Ara l-paragrafi 5.4. u 5.5. ta’ dan ir-Regolament)
Approvazzjoni skont ir-Regolament tan-NU Nru 164
Eżempju 1
a ≥ 12 mm
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla fuq tajer turi li tajer ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament tan-NU Nru 164, bin-numru tal-approvazzjoni 0012345. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni (00) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 00 ta’ dan ir-Regolament.
Eżempju 2
a ≥ 12 mm
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq (skont il-paragrafu 5.5. ta’ dan ir-Regolament) turi li t-tajer ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti tan-NU Nri 30 u 164. L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament tan-NU Nru 30 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 02, filwaqt li r-Regolament tan-NU Nru 164 kien fil-forma oriġinali tiegħu.
Eżempju 3
a ≥ 12 mm
Eżempju 4
a ≥ 12 mm
L-eżempji ta’ hawn fuq tal-marka tal-approvazzjoni juru li t-tajer ikkonċernat inizjalment ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament tan-NU Nru 30 bin-numru tal-approvazzjoni 0236378. Huwa mmarkat ukoll bi “+ 164R-00”, li jindika li l-approvazzjoni tiegħu hija kkomplementata minn approvazzjoni skont ir-Regolament tan-NU Nru 164 fil-forma oriġinali tiegħu. L-ewwel żewġ ċifri (02) tan-numru tal-approvazzjoni skont ir-Regolament tan-NU Nru 30 jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont is-serje ta’ emendi 02 ta’ dan ir-Regolament. Is-sinjal addizzjonali (+) jindika li l-approvazzjoni mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 30 ġiet ikkomplementata minn approvazzjoni mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 164.
ANNESS 3
Proċeduri għall-ittestjar tal-prestazzjoni fuq is-silġ fir-rigward tat-tajer li jaqbad fuq is-silġ tal-klassi C1
1.
Il-proċedura tat-test għandha titwettaq kif deskritt fl-Anness 8 tar-Regolament Nru 117, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3. ta’ hawn taħt, bl-użu ta’ tajers bl-istuds, bi studs li l-isporġenza tagħhom titkejjel qabel kull ċiklu tat-test tal-ibbrejkjar skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2. ta’ hawn taħt. It-tajers bl-istuds għandhom jgħaddu minn “running in” qabel l-ittestjar (mill-inqas 100 km fit-toroq jew b’metodu ekwivalenti) biex jiġi żgurat li l-istuds jitwaħħlu b’mod korrett u l-prestazzjoni tkun stabbli.
2.
Proċedura tal-kejl tal-isporġenza tal-istudsIl-kejl tal-isporġenza tal-istuds għandu jsir fil-kundizzjonijiet tal-pressjoni ta’ nfiħ meħtieġa mit-test tal-qabda fuq is-silġ. L-Illustrazzjoni 1 turi l-apparat tal-kejl tal-isporġenza tal-istuds. Għandu jkun mgħammar bi pjanċa ta’ appoġġ (2) b’dijametru ta’ 20 mm u toqba b’dijametru ta’ 12 mm għar-ras tal-kejl (1). Ir-ras tal-kejl għandha tingħafas b’mod perpendikolari mal-wiċċ tat-tread b’forza ta’ 15 N sa 20 N biex tiskatta l-kejl. L-isporġenza tal-istuds għandha titkejjel minn kull tajer tat-test, minn 20 stud konsekuttivi fuq il-wisa’ kollha tat-tread u f’direzzjoni ċirkonferenzjali, u fl-istess pożizzjonijiet tal-istuds kull darba.
Illustrazzjoni 1
Tpinġija tal-apparat tal-kejl tal-isporġenza tal-istuds
|
3. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.1.1.2. tal-Anness 8 tar-Regolament Nru 117, il-linji tal-ibbrejkjar ma jridux jirkbu fuq xulxin. It-tajer ta’ referenza għandu jiġi ttestjat fuq il-linja tal-ibbrejkjar tiegħu stess u kull tajer bl-istuds kandidat ħdejh fuq il-linji tal-ibbrejkjar individwali tiegħu stess. Il-linja għat-tajer ta’ referenza għandha tinżamm nadifa mit-trab tas-silġ u tal-borra. It-tajers bl-istuds kandidati għandhom jinstaqu fuq linji tal-ibbrejkjar nodfa u ġodda. |
Appendiċi 1
Rapporti tat-test u data tat-test għat-tajers C1
Parti 1 – Rapport
|
1. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: … |
|
2. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
3. |
Nru tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Isem tad-ditta u deskrizzjoni kummerċjali: … |
|
5. |
Klassi tat-tajer: … |
|
6. |
Kategorija tal-użu: … |
|
7. |
Mudell tal-istuds: … |
|
8. |
Indiċi tal-qabda fuq is-silġ relattiv għall-SRTT |
|
8.1. |
Proċedura tat-test u l-SRTT użati … |
|
9. |
Kummenti (jekk ikun hemm): |
|
10. |
Data: … |
|
11. |
Firma: … |
Parti 2 – Data tat-test: l-ewwel ċiklu tat-test tal-ibbrejkjar
|
1. |
Data tat-test: … |
|
2. |
Post tat-trakka tat-test: … |
|
2.1. |
Karatteristiċi tat-trakka tat-test:
|
|
3. |
Vettura tat-test (id-ditta, il-mudell u t-tip, is-sena): … |
|
4. |
Dettalji u data dwar it-tajer tat-test …
|
|
5. |
Sporġenzi tal-istuds imkejla qabel it-test tal-ibbrejkjar (mm)
|
|
6. |
Riżultati tat-test: deċelerazzjonijiet medji żviluppati għalkollox (m • s–2)
|
Parti 2 – Data tat-test: it-tieni ċiklu tat-test tal-ibbrejkjar
|
1. |
Data tat-test: … |
|
2. |
Post tat-trakka tat-test: … |
|
2.1. |
Karatteristiċi tat-trakka tat-test:
|
|
3. |
Vettura tat-test (id-ditta, il-mudell u t-tip, is-sena): … |
|
4. |
Dettalji u data dwar it-tajer tat-test …
|
|
5. |
Sporġenzi tal-istuds imkejla qabel it-test tal-ibbrejkjar (mm)
|
|
6. |
Riżultati tat-test: deċelerazzjonijiet medji żviluppati għalkollox (m • s–2)
|
Parti 2 – Data tat-test: it-tielet ċiklu tat-test tal-ibbrejkjar
|
1. |
Data tat-test: … |
|
2. |
Post tat-trakka tat-test: … |
|
2.1. |
Karatteristiċi tat-trakka tat-test:
|
|
3. |
Vettura tat-test (id-ditta, il-mudell u t-tip, is-sena): … |
|
4. |
Dettalji u data dwar it-tajer tat-test …
|
|
5. |
Sporġenzi tal-istuds imkejla qabel it-test tal-ibbrejkjar (mm)
|
|
6. |
Riżultati tat-test: deċelerazzjonijiet medji żviluppati għalkollox (m • s–2)
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/430/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)