|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/423 |
20.2.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/423
tas-17 ta’ Frar 2026
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2025 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije (ECB/2025/42) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije, Mazars, družba za revizijo, d. o. o., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2026. Għalhekk, huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2027 ’il quddiem. |
|
(3) |
Banka Slovenije għażel lil ERNST & YOUNG Revizija, poslovno svetovanje, d. o. o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2027 sa 2029, |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li ERNST & YOUNG Revizija, poslovno svetovanje, d. o. o. jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2027 sa 2029. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“13. ERNST & YOUNG Revizija, poslovno svetovanje, d. o. o. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2027 sa 2029.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KERAVNOS
(1) ĠU C, C/2026/215, 7.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/215/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/70(1)/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/423/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)