European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/421

19.2.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/421

tad-19 ta’ Frar 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1577 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fid-29 ta’ Lulju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1577 (2). Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/CFSP.

(3)

Il-Kunsill iddetermina li awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK adottaw deċiżjonijiet fir-rigward ta’ entità li kienet involuta f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li jenħtieġ li l-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni jiġu applikati għal dik l-entità.

(4)

Jenħtieġ li l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2025/1577 tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2025/1577 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. RAOUNA


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2001/931/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1577 tad-29 ta’ Lulju 2025 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/207 (ĠU L, 2025/1577, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1577/oj).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2025/1577, l-entità li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “II. Gruppi u entitajiet”:

“23.

‘Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)’.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/421/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)