|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/387 |
24.2.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/387
tat-23 ta’ Frar 2026
li jistabbilixxi l-format tal-valutazzjoni teknika Ewropea skont ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 37(3) tar-Regolament (UE) 2024/3110 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kontenut tal-valutazzjoni teknika Ewropea (“ETA”, European technical assessment). Peress li d-dettalji tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika li jridu jiġu applikati huma stabbiliti fid-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni (“EAD”, European assessment document) applikabbli, jenħtieġ li l-ETA jkun fiha biss id-dettalji tekniċi addizzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika li mhumiex inklużi fl-EAD. |
|
(2) |
Il-format tal-ETA jenħtieġ li jiġi adattat biex jippreżenta l-informazzjoni rilevanti f’konformità mal-elementi pprovduti fl-EAD applikabbli. Jenħtieġ li dan ikun konsistenti wkoll mal-linji gwida biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formati li jinqraw mill-bniedem u mill-magni għad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità żviluppata f’konformità mal-Artikolu 35(2)(c), tar-Regolament (UE) 2024/3110. Dawk id-dettalji tekniċi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’parti ġenerali u speċifika tal-ETA, bil-parti ġenerali li tkopri l-informazzjoni amministrattiva u ta’ identifikazzjoni u l-parti speċifika li tkopri l-informazzjoni teknika, biex tiġi żgurata preżentazzjoni ċara, strutturata u armonizzata ta’ dik l-informazzjoni. |
|
(3) |
Biex tiġi protetta l-informazzjoni teknika kunfidenzjali dwar il-prodott, jenħtieġ li l-manifattur ikun jista’ jindika lill-korp tal-valutazzjoni teknika responsabbli liema partijiet tad-deskrizzjoni tal-prodott huma kunfidenzjali u ma jridux jiġu żvelati flimkien mal-ETA. Jenħtieġ li l-informazzjoni kunfidenzjali tiġi inkluża f’Annessi separati tal-ETA. |
|
(4) |
L-organizzazzjoni għall-valutazzjonijiet tekniċi stabbilita f’konformità mal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) 2024/3110 u l-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (“CPR”, Construction Products Regulation) stabbilit bl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament ġew ikkonsultati. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti għall-Bini stabbilit bl-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2024/3110, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-format tal-valutazzjoni teknika Ewropea huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/3110, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3110/oj.
ANNESS
Format tal-valutazzjoni teknika Ewropea
Meta l-ETA tkun tista’ tiġi stampata, il-kampijiet tad-data jridu jiġu pprovduti b’mod li jippermettu identifikazzjoni ċara. F’ETAs li jinqraw mill-bniedem u mill-magni, l-informazzjoni trid tiġi pprovduta b’mod strutturat formalment li jkun disponibbli għall-pubbliku.
Il-kampijiet li jridu jiġu inklużi fl-ETA:
|
1. |
Lista tal-kampijiet li jridu jiġu inklużi biss fl-ETAs li jistgħu jiġu stampati
|
|
2. |
Lista tal-kampijiet li jridu jiġu inklużi biss fl-ETAs li jinqraw mill-magni
|
|
3. |
Lista tal-kampijiet li jridu jiġu inklużi fil-parti ġenerali tal-ETA (formati li jistgħu jiġu stampati u li jinqraw mill-bniedem u mill-magni)
|
|
4. |
Lista tal-kampijiet li jridu jiġu inklużi fil-parti speċifika tal-ETA (formati li jistgħu jiġu stampati u li jinqraw mill-bniedem u mill-magni)
|
|
5. |
Lista tal-kampijiet li jridu jiġu inklużi fir-rigward tal-persuna responsabbli fil-korp tal-valutazzjoni teknika għall-ħruġ tal-ETA
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/387/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)