|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/373 |
23.2.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/373
tal-20 ta’ Frar 2026
li japprova l-formaldeid irrilaxxat mill-prodotti ta’ reazzjoni tal-paraformaldeid u t-2-idrossipropilammina (proporzjon 1:1) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 11 u 13 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-prodotti ta’ reazzjoni tal-paraformaldeid u t-2-idrossipropilammina (proporzjon 1:1) (“HPT”) għat-tipi ta’ prodott 2, 11 u 13. |
|
(2) |
L-HPT ġiet evalwata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 (diżinfettanti taż-żoni privati u taż-żoni tas-saħħa pubbliċi u prodotti bijoċidali oħra), 11 (preservattivi għal-likwidi tas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar) u 13 (preservattivi ta’ fluwidi fix-xogħol tal-metall) kif deskritt fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jikkorrispondu mat-tip ta’ prodott 2 (diżinfettanti u algaċidi mhux maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew l-annimali), 11 (preservattivi għal-likwidi tas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar), u 13 (preservattivi għal fluwidi li jintużaw għall-ħdim jew għall-qtugħ) kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Awstrija nħatret bħala l-Istat Membru relatur, u l-awtorità kompetenti li tevalwa tagħha ssottomettiet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) fid-29 ta’ Settembru 2016. Wara li ġie sottomess ir-rapport tal-valutazzjoni, saru diskussjonijiet fil-laqgħat tekniċi organizzati mill-Aġenzija. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali jħejji l-opinjoni tal-Aġenzija rigward l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi. F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, moqri flimkien mal-Artikolu 75(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjonijiet tal-Aġenzija fid-29 ta’ Ġunju 2017 għal kull tip ta’ prodott ivvalutat (“l-opinjonijiet tad-29 ta’ Ġunju 2017 (4) , (5) , (6)), wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti li tevalwa. |
|
(5) |
Skont l-opinjonijiet tad-29 ta’ Ġunju 2017, l-HPT hija kklassifikata bħala karċinoġenika tal-kategorija 1B f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u għalhekk tissodisfa l-kriterju ta’ esklużjoni stipulat fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(6) |
Skont l-opinjonijiet tad-29 ta’ Ġunju 2017, l-HPT ma ssodisfatx il-kriterji biex tiġi kklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u għalhekk ma tqisitx li għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, sakemm jiġu adottati l-atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. |
|
(7) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 (8) li jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2017 u ilu japplika mis-7 ta’ Ġunju 2018. |
|
(8) |
B’antiċipazzjoni tal-applikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi l-ġodda stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2017/2100, u biex tiġi pprovduta ċarezza fir-rigward tal-proprjetajiet perikolużi u r-riskji li jirriżultaw mill-użu tal-HPT, fis-26 ta’ April 2018, skont l-Artikolu 75(1), it-tieni subpragrafu, il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija (9) tirrevedi l-opinjonijiet tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2017 u tiċċara jekk l-HPT għandhiex ukoll proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali abbażi tal-kriterji xjentifiċi stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat. |
|
(9) |
L-Aġenzija adottat l-opinjonijiet riveduti tagħha fit-8 ta’ Ġunju 2022 (“l-opinjonijiet tat-8 ta’ Ġunju 2022”) (10) , (11) , (12). Skont l-opinjonijiet tat-8 ta’ Ġunju 2022, ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni abbażi tad-data disponibbli dwar jekk l-HPT għandhiex proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li jistgħu jikkawżaw effetti avversi fil-bnedmin u fl-ambjent (organiżmi mhux fil-mira) abbażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/2100. Madankollu, meta jitqiesu l-proprjetajiet magħrufa ta’ periklu serju ta’ din is-sustanza, li diġà tissodisfa l-kriterju ta’ esklużjoni stipulat fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u abbażi ta’ raġunijiet xjentifiċi, l-Aġenzija ma talbitx aktar data. |
|
(10) |
Fit-18 ta’ Lulju 2023, skont l-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija (13) tirrevedi l-opinjoni tagħha dwar it-tip ta’ prodott 13 peress li l-effikaċja tal-prodott bijoċidali rappreżentattiv ma kinitx ġiet ivvalutata kif xieraq skont id-dokument ta’ gwida applikabbli dwar l-effikaċja (14), u dan ma kienx ġie identifikat b’mod adegwat mill-awtorità kompetenti li tevalwa, la matul l-evalwazzjoni u lanqas matul ir-rieżami bejn il-pari mill-Aġenzija. Missha ntalbet u tiġi vvalutata data tal-grad 2, li tirrappreżenta l-kundizzjonijiet tal-ħajja reali. Il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjonijiet riveduti tal-Aġenzija għat-tip ta’ prodott 13 fid-29 ta’ Mejju 2024 (15). |
|
(11) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, is-sustanzi attivi li jissodisfaw kriterju ta’ esklużjoni jistgħu jiġu approvati biss jekk ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), u mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament. |
|
(12) |
Mill-5 ta’ Settembru sal-4 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija, wettqet konsultazzjoni pubblika sabiex tikkontribwixxi għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ġewx issodisfati. |
|
(13) |
Fis-17 ta’ Frar 2023, skont l-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija (16) tipprovdi opinjoni dwar l-evalwazzjoni tad-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-alternattivi għall-HPT għat-tipi ta’ prodotti assoċjati. Il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni relatata tal-Aġenzija fit-23 ta’ Novembru 2023 (“l-opinjoni tat-23 ta’ Novembru 2023”) (17). F’dik l-opinjoni, l-Aġenzija tat isem ġdid lill-HPT: formaldeid irrilaxxat mill-prodotti ta’ reazzjoni tal-paraformaldeid u t-2-idrossipropilammina (proporzjon 1:1) (“RP 1:1”). |
|
(14) |
L-opinjoni tat-23 ta’ Novembru 2023 u l-kontribuzzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika ġew diskussi mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali. Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri ntalbu wkoll jindikaw jekk l-Istati Membri tagħhom iqisux li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tistax tiġi ssodisfata, u jiġġustifikaw dik il-pożizzjoni. |
|
(15) |
L-analiżi tad-data kollha miġbura mid-dossiers tal-applikazzjoni, mill-konsultazzjoni pubblika u mill-fehmiet espressi mill-Istati Membri tindika li bħalissa l-RP 1:1 huwa meħtieġ fl-Istati Membri kollha għal ċerti użi. |
|
(16) |
L-RP 1:1 ġie vvalutat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2 għall-użu industrijali u professjonali bħala formulazzjoni għat-tindif tas-sistemi għas-sistemi tax-xogħol tal-metall. Diversi sustanzi attivi ġew investigati bħala alternattivi potenzjali għall-RP 1:1 għal dan l-użu: kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi, kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tal-kalċju, kloru attiv rilaxxat mill-kloru, kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż, kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju, -ammini, N-C10-16-alkiltrimetilenedi-, prodotti tar-reazzjoni mal-aċidu kloroaċetiku (“Amfolit”), bifenil-2-ol, diidrossidu tal-kalċju/idrossidu tal-kalċju, ossidu tal-kalċju u tal-manjeżju/ġir dolomitiku, tetraidrossidu tal-kalċju u tal-manjeżju/idrossidu tal-manjeżju u tal-kalċju/ġir dolomitiku idratat, ossidu tal-kalċju/ġir/ġibs verġni, klorokresol, aċidu ċitriku, sulfat tar-ram pentaidrat, klorur tad-dideċildimetilammonju (“DDAC”), formaldeid, glutaraldeid, aċidu idrokloriku, perossidu tal-idroġenu, aċidu L-(+)-lattiku, taħlita ta’ 5-kloro-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (“taħlita ta’ CMIT/MIT”), aċidu nonanojku, ożonu ġġenerat mill-ossiġenu, aċidu peraċetiku, aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetra-aċetiletilendiammina u l-perkarbonat tas-sodju, propan-1-ol, propan-2-ol, massa tar-reazzjoni tal-aċidu peraċetiku u l-aċidu perossiottanojku, ħall, 5-kloro-2-(4-klorofenossi)fenol (“DCCP”), formaldeid irrilaxxat mill-prodotti ta’ reazzjoni tal-paraformaldeid u t-2-idrossipropilammina (proporzjon 3:2) (“RP 3:2”). Madankollu, skont l-analiżi tal-informazzjoni miġbura, l-ebda waħda minn dawk is-sustanzi attivi ma tista’ tkun alternattiva xierqa għall-RP 1:1 għall-użu eżaminat minħabba n-nuqqas ta’ effikaċja jew kwistjonijiet ta’ kompatibbiltà teknika jew kwistjonijiet ta’ periklu. Ma ġiet identifikata l-ebda alternattiva mhux kimika għall-użu tal-RP 1:1 fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2. Id-diżinfezzjoni tas-sistemi tax-xogħol tal-metall hija meħtieġa għat-tħaddim korrett ta’ dawn is-sistemi minħabba t-taħsir possibbli tat-tagħmir (reċipjenti, tubi, filtri) u l-kontaminazzjoni sussegwenti tal-fluwidi tax-xogħol tal-metall. Hemm ukoll riskju akbar għall-ħaddiema tal-metall minħabba l-possibbiltà li l-patoġeni jikkontaminaw l-fluwidi u t-tagħmir tal-użu finali. |
|
(17) |
L-RP 1:1 ġie vvalutat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 11 għall-preservazzjoni tal-likwidi tas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar, fis-sistemi magħluqa biss u mmaniġġjati minn utenti industrijali jew professjonali. Diversi sustanzi attivi ġew investigati bħala alternattivi potenzjali għall-RP 1:1 għal dan l-użu: 2-metil-2H-isotijażol-3-on (“MIT”), 1,2-benżisotijażolin-3-on (“BIT”), 2,2',2''-(eżaidro-1,3,5-triażina-1,3,5-triil)trietanol (“HHT”), 2,2-dibromo-2-ċjanoaċetammid (“DBNPA”), glutaraldeid, taħlita ta’ CMIT/MIT, aċidu peraċetiku, idroklorur tal-polyeżametilen bigwanid bil-piż molekulari skont il-medja tal-għadd (Mn) medju ta’ 1 600 u polidispersità medja (PDI) ta’ 1.8 (“PHMB”), ożonu ġġenerat mill-ossiġenu, sulfat tat-tetrakis(idrossimetil)fosfonju (2:1) (“THPS”), tetraidro-1,3,4,6-tetrakis(idrossimetil)imidażo[4,5-d]imidażol-2,5(1H,3H)-dion (“TMAD”), u RP 3:2. Madankollu, skont l-analiżi tal-informazzjoni miġbura, l-ebda waħda mis-sustanzi attivi ta’ hawn fuq ma tista’ tkun alternattiva xierqa għall-RP 1:1 għall-użu eżaminat minħabba kwistjonijiet ta’ kompatibbiltà teknika jew kwistjonijiet ta’ periklu. Ma ġiet identifikata l-ebda alternattiva mhux kimika għall-użu tal-RP 1:1 fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 11. Minħabba l-korrużjoni u l-bijoinkrostazzjoni possibbli, il-preservazzjoni tal-likwidi tas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar fis-sistemi magħluqa hija meħtieġa għat-tħaddim korrett tagħhom u biex jiġi evitat it-tniġġis ambjentali, pereżempju, minħabba l-qsim tal-pipelines bil-korrużjoni. |
|
(18) |
L-RP 1:1 ġie vvalutat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 13 għall-preservazzjoni tal-fluwidi tax-xogħol tal-metall jew għall-qtugħ, immaniġġjati minn utenti industrijali jew professjonali. Diversi sustanzi attivi ġew investigati bħala alternattivi potenzjali għall-RP 1:1 għal dan l-użu: 3-jodo-2-propinilbutilkarbamat (“IPBC”), BIT, bifenil-2-ol, klorokresol, DBNPA, diammina, HHT, MBIT, MIT, taħlita ta’ CMIT/MIT, fenossietanol, TMAD, u RP 3:2. Madankollu, skont l-analiżi tal-informazzjoni miġbura, l-ebda waħda mis-sustanzi attivi ta’ hawn fuq ma tista’ tkun alternattiva xierqa għall-RP 1:1 għall-użu eżaminat minħabba n-nuqqas ta’ effikaċja jew kwistjonijiet ta’ kompatibbiltà teknika jew kwistjonijiet ta’ periklu. Ma ġiet identifikata l-ebda alternattiva mhux kimika għall-użu tal-RP 1:1 fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 13. Minħabba l-possibbiltà ta’ taħsir, il-preservazzjoni tal-fluwidi tax-xogħol tal-metall jew għall-qtugħ hija meħtieġa għat-tħaddim korrett ta’ dawk is-sistemi u d-disponibbiltà tal-prodotti għall-utenti downstream. Mingħajr preservazzjoni xierqa, hemm ukoll riskju akbar għall-ħaddiema tal-metall minħabba l-possibbiltà li l-patoġeni jikkontaminaw l-fluwidi tal-użu finali. |
|
(19) |
Għalhekk, l-analiżi tal-informazzjoni miġbura turi li n-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-RP 1:1 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 11, u 13 ikollu impatt negattiv sproporzjonat fuq is-soċjetà meta mqabbel mar-riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent li jirriżulta mill-użu tas-sustanza bħala formulazzjoni għat-tindif tas-sistemi għas-sistemi tax-xogħol tal-metall (prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 2), għall-preservazzjoni tal-likwidi tas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar, fis-sistemi magħluqa biss (prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 11) u għall-preservazzjoni tal-fjuwils tax-xogħol tal-metall jew għall-qtugħ (prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 13). B’hekk, il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 hija ssodisfata għal dawk l-użi. |
|
(20) |
L-Aġenzija kkonkludiet li ma hemm l-ebda riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom l-RP 1:1 għat-tipi ta’ prodott 2, 11 u 13, meta jitwarrab in-nuqqas ta’ konklużjoni dwar jekk l-RP 1:1 għandux proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li jistgħu jikkawżaw effetti avversi fil-bnedmin u fl-ambjent (organiżmi mhux fil-mira) abbażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/2100, u meta l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju jiġu applikati biex l-esponiment tal-bnedmin, tal-annimali u tal-ambjent għall-RP 1:1 jiġi limitat kemm jista’ jkun. Madankollu, l-Aġenzija ma waslet għall-ebda konklużjoni dwar il-livell tar-riskji mill-użu tal-RP 1:1 għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent meta jitqiesu l-proprjetajiet tiegħu li jfixklu s-sistema endokrinali minħabba l-informazzjoni nieqsa. |
|
(21) |
Għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar, abbażi tad-data disponibbli fl-applikazzjonijiet, ma ntweriex li l-prodotti bijoċidali rappreżentattivi li fihom l-RP 1:1 għat-tipi ta’ prodott 2, 11 u 13 mistennija li, huma stess jew b’riżultat tar-residwi tagħhom, ma jkollhomx effetti inaċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, u li mistennija li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 19(1), il-punt (b)(iii) u (iv), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(22) |
Madankollu, il-fattur stipulat fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jenħtieġ li jitqies meta jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 19(5) ta’ dak ir-Regolament, u minkejja l-paragrafi 1 u 4 ta’ dak l-Artikolu, prodott bijoċidali jista’ jiġi awtorizzat meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (b)(iii) u (iv) ta’ dak l-Artikolu ma jiġux issodisfati bis-sħiħ u meta n-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali jirriżulta f’impatti negattivi sproporzjonati għas-soċjetà meta mqabbla mar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tal-prodott bijoċidali bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni, li huwa simili għall-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Peress li l-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament hija ssodisfata għal ċerti użi tal-RP 1:1 għal kull tip ta’ prodott ivvalutat, il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 19(5) ta’ dak ir-Regolament titqies issodisfata wkoll għall-istess użi. Għalhekk, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 flimkien mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament jitqiesu ssodisfati. |
|
(23) |
Għalhekk, jixraq li l-RP 1:1 jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 11 u 13, dment li jikkonforma ma’ ċerti kundizzjonijiet. |
|
(24) |
Billi l-RP 1:1 jissodisfa l-kriterju ta’ esklużjoni stabbilit fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jenħtieġ li l-approvazzjoni tkun għal perjodu mhux itwal minn 5 snin, kif stipulat fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(25) |
Skont il-punt 10 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-valutazzjoni tal-prodott bijoċidali jenħtieġ li tkun tinkludi evalwazzjoni dwar jekk il-kundizzjoni tal-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament hijiex issodisfata fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv. Jenħtieġ li jiġi previst li l-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 11 u 13 li fihom l-RP 1:1 jistgħu jiġu awtorizzati biss għall-użu fl-Istati Membri, jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(26) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(3), il-punti (d) u (g), u l-Artikolu 58(2), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali u għall-ambjent, u biex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-oġġetti ttrattati manifatturati fl-Unjoni u l-oġġetti ttrattati importati, l-introduzzjoni fis-suq tal-oġġetti ttrattati bl-RP 1:1 jew li intenzjonalment jinkorporawh jenħtieġ li tkun soġġetta għal xi restrizzjonijiet u kundizzjonijiet. B’mod partikolari, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-approvazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 11 u 13 li fihom l-RP 1:1, l-uniċi oġġetti ttrattati bl-RP 1:1 jew li jinkorporawh li jenħtieġ li jitħallew jiġu introdotti fis-suq huma dawk fejn l-RP 1:1 ikun intuża bħal formulazzjoni għat-tindif tas-sistemi għas-sistemi tax-xogħol tal-metall, dawk fejn l-RP 1:1 ikun intuża għall-preservazzjoni tal-likwidi tas-sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar - fis-sistemi magħluqa biss, u fluwidi tax-xogħol tal-metall jew għall-qtugħ. |
|
(27) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta’ tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(28) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-formaldeid irrilaxxat mill-prodotti ta’ reazzjoni tal-paraformaldeid u t-2-idrossipropilammina (proporzjon 1:1) huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2, 11 u 13 dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1062/oj).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).
(4) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance Reaction products of paraformaldehyde and 2-hydroxypropylamine (ratio 1:1); Product-type: 2; ECHA/BPC/161/2017, adottata fid-29 ta’ Ġunju 2017.
(5) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance Reaction products of paraformaldehyde and 2-hydroxypropylamine (ratio 1:1); Product-type: 11; ECHA/BPC/163/2017, adottata fid-29 ta’ Ġunju 2017.
(6) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance Reaction products of paraformaldehyde and 2-hydroxypropylamine (ratio 1:1); Product-type: 13; ECHA/BPC/164/2017, adottata fid-29 ta’ Ġunju 2017.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/oj).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 tal-4 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 301, 17.11.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/2100/oj).
(9) Mandat li jitlob l-opinjonijiet tal-ECHA skont l-Artikolu 75(1)(g) tal-BPR – “Evaluation of the Endocrine disrupting properties of certain biocidal actives substances according to the new scientific criteria”.
(10) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance Reaction products of paraformaldehyde and 2-hydroxypropylamine (ratio 1:1); Product-type: 2; ECHA/BPC/330/2022, adottata fit-8 ta’ Ġunju 2022.
(11) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance Reaction products of paraformaldehyde and 2-hydroxypropylamine (ratio 1:1); Product-type: 11; ECHA/BPC/332/2022, adottata fit-8 ta’ Ġunju 2022.
(12) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance Reaction products of paraformaldehyde and 2-hydroxypropylamine (ratio 1:1); Product-type: 13; ECHA/BPC/333/2022, adottata fit-8 ta’ Ġunju 2022.
(13) Mandat li jitlob l-opinjonijiet tal-ECHA skont l-Artikolu 75(1)(g) tal-BPR – “Examination of efficacy tier 2 data on specific active substances acting as preservatives (product-types 6-13)”.
(14) Technical notes for guidance in support of Annex VI of Directive 98/8/EC of the European Parliament and the Council concerning the placing of biocidal products on the market; Common principles and practical procedures for the authorization and registration of products; short title: TNsG on Product Evaluation; Frar 2008.
(15) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance: Formaldehyde released from the reaction products of paraformaldehyde and 2-hydroxypropylamine (ratio 1:1); Product type: 13; ECHA/BPC/427/2024, adottata fid-29 ta’ Mejju 2024.
(16) Mandat li jitlob opinjonijiet tal-ECHA skont l-Artikolu 75(1)(g) tal-BPR – “Evaluation of the availability and suitability of alternatives to RP 1:1 (PT 2, 6, 11, 13) and RP 3:2 (PT 2, 6, 11, 12, 13)”.
(17) Biocidal Products Committee Opinion on a request according to Article 75(1)(g) on the evaluation of the availability and suitability of alternatives to Formaldehyde released from the reaction products of paraformaldehyde and 2-hydroxypropylamine (ratio 1:1) and (ratio 3:2), short: RP 1:1 and RP 3:2 for PT 2, 6, 11, 12 (only RP 3:2) and 13; ECHA/BPC/405/2023, adottata fit-23 ta’ Novembru 2023.
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ Prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||
|
Formaldeid rilaxxat mill-prodotti ta’ reazzjoni tal-paraformaldeid u t-2- idrossipropilammina (proporzjon 1:1) (“RP 1:1”) |
Isem IUPAC: Prodotti ta’ reazzjoni tal-paraformaldeid u t-2-idrossipropilammina (proporzjon 1:1) Nru KE: mhux applikabbli Nru CAS: mhux applikabbli |
Is-sustanza attiva għandha titqies bħala sustanza ta’ Kompożizzjoni mhux Magħrufa jew Varjabbli, Prodotti Kumplessi ta’ Reazzjoni jew Materjali Bijoloġiċi (UVCB, Unknown or Variable composition or Complex reaction products or Biological materials). Għalhekk il-purità minima hija 1 000 g/kg (100 % skont il-piż). |
L-1 ta’ Ġunju 2027 |
Il-31 ta’ Mejju 2032 |
2 |
L-RP 1:1 huwa kandidat għas-sostituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jużaw l-RP 1:1 bħala sustanza attiva hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-introduzzjoni fis-suq tal-oġġetti trattati bl-RP 1:1 jew li jinkorporawh hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||
|
11 |
L-RP 1:1 huwa kandidat għas-sostituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jużaw l-RP 1:1 bħala sustanza attiva hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-introduzzjoni fis-suq tal-oġġetti trattati bl-RP 1:1 jew li jinkorporawh hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
13 |
L-RP 1:1 huwa kandidat għas-sostituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jużaw l-RP 1:1 bħala sustanza attiva hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-introduzzjoni fis-suq tal-oġġetti trattati bl-RP 1:1 jew li jinkorporawh hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott li jitqiegħed fis-suq tista’ tkun tal-istess purità jew ta’ purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/373/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)