European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/364

20.2.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/364

tad-19 ta’ Frar 2026

li tirrikonoxxi li r-rapport ippreżentat min-Netherlands skont l-Artikolu 31(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fih data preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa, tal-pitrava ħelwa, tal-ħbub tal-qamħirrum u tal-lift tax-xitwa f’dak l-Istat Membru

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 teżiġi li l-bijokarburanti, il-bijolikwidi, u l-karburanti mill-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-karburanti fossili biex ikunu jistgħu jingħaddu ħalli jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dak il-fini, l-Artikolu 29(10) ta’ dik id-Direttiva jistabbilixxi livelli limitu speċifiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-karburanti, u l-Artikolu 31 jirregola kif irid jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-materja prima agrikola, jistgħu jintużaw il-valuri tipiċi f’ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala akkurati.

(2)

L-Artikolu 31(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jippermetti lill-Istati Membri jippreżentaw rapporti lill-Kummissjoni li jinkludu tagħrif dwar l-emissjonijiet tipiċi tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola taż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS iktar diżaggregat, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Fit-2 ta’ Lulju 2025, in-Netherlands ippreżentaw ir-rapport finali lill-Kummissjoni b’data preċiża għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa, tal-pitrava ħelwa, tal-ħbub tal-qamħirrum u tal-lift tax-xitwa fiż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-NUTS. In-Netherlands talbu li d-data tiġi rikonoxxuta bħala preċiża f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data preċiża għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa, tal-pitrava ħelwa, tal-ħbub tal-qamħirrum u tal-lift tax-xitwa tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fin-Netherlands.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, il-Bijolikwidi u l-Karburanti mill-Bijomassa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rapport ippreżentat min-Netherlands fit-2 ta’ Lulju 2025 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fih data preċiża għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa, tal-pitrava ħelwa, tal-ħbub tal-qamħirrum u tal-lift tax-xitwa tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fin-Netherlands. Is-sommarju tad-data tar-rapport huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Jekk id-data li hemm fir-rapport, kif ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2025 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni, tinbidel b’mod li jaf jaffettwa l-akkuratezza tad-data u b’hekk il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, in-Netherlands għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’tali bidliet minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data akkurata li għaliha huwa rikonoxxut.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tieqaf tapplika fit-12 ta’ Marzu 2031.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).


ANNESS

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa fin-Netherlands (CO2-eq/kg ta’ materja niexfa tal-qamħ tax-xitwa)

Kodiċi NUTS2

Reġjun NUTS2 (2024)

N2O fil-ħamrija

Integrat

Użu tal-fjuwil

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

 

 

 

NL11

Groningen

169,3

35,2

81,3

15,7

5,1

62,6

6,89

376,1

NL12

Friesland

170,0

34,3

81,2

15,5

4,9

61,4

6,80

374,1

NL13

Drenthe

111,6

15,4

60,4

13,8

7,1

60,7

6,17

275,3

NL21

Overijssel

137,8

29,0

72,6

15,9

7,5

68,4

6,85

338,1

NL22

Gelderland

176,9

39,4

85,3

15,9

5,5

65,3

6,21

394,5

NL23

Flevoland

153,8

29,7

76,3

15,6

4,6

58,1

5,48

343,6

NL32

Noord-Holland

166,1

34,2

82,6

16,9

5,0

63,0

6,97

374,8

NL34

Zeeland

168,7

34,7

78,3

14,5

4,7

59,5

5,61

366,1

NL35

Utrecht

168,5

37,7

81,9

15,7

5,8

65,4

6,29

381,4

NL36

Zuid-Holland

154,2

30,0

76,7

15,7

4,6

58,3

5,49

345,0

NL41

Noord-Brabant

164,9

34,9

77,7

14,1

5,1

60,3

5,76

362,8

NL42

Limburg

132,6

22,6

59,7

10,9

6,2

57,0

5,70

294,7

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-pitrava ħelwa fin-Netherlands (CO2-eq/kg ta’ materja niexfa tal-pitrava ħelwa)

Kodiċi NUTS2

Reġjun NUTS2 (2024)

N2O fil-ħamrija

Integrat

Użu tal-fjuwil

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

NL11

Groningen

62,6

11,6

27,0

3,2

3,4

33,2

0,44

141,5

NL12

Friesland

52,9

7,7

22,0

4,2

2,9

31,7

0,41

121,9

NL13

Drenthe

73,3

16,7

32,6

2,3

4,0

34,4

0,46

163,8

NL21

Overijssel

71,7

16,1

19,3

2,2

3,9

34,1

0,45

147,8

NL22

Gelderland

60,5

10,8

20,5

3,8

3,3

33,9

0,44

133,4

NL23

Flevoland

43,8

5,4

16,0

3,6

2,4

26,8

0,35

98,4

NL32

Noord-Holland

48,7

6,7

20,2

3,7

2,7

28,9

0,38

111,3

NL34

Zeeland

49,7

7,2

18,1

4,1

2,7

30,2

0,39

112,6

NL35

Utrecht

58,8

9,9

20,7

4,2

3,2

34,1

0,45

131,3

NL36

Zuid-Holland

48,0

6,6

17,7

4,0

2,6

29,4

0,38

108,6

NL41

Noord-Brabant

56,7

9,5

16,4

2,4

3,2

30,9

0,41

119,7

NL42

Limburg

62,7

11,3

15,6

3,0

3,6

32,3

0,43

129,1

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-ħbub tal-qamħirrum fin-Netherlands (CO2-eq/kg ta’ materja niexfa tal-ħbub tal-qamħirrum)

Kodiċi NUTS2

Reġjun NUTS2 (2024)

N2O fil-ħamrija

Integrat

Użu tal-fjuwil

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

NL11

Groningen

168,6

29,5

46,4

4,9

2,0

69,7

1,17

322,3

NL12

Friesland

189,1

36,5

53,6

4,8

2,2

77,1

1,30

364,6

NL13

Drenthe

167,8

29,7

44,5

5,6

2,0

70,5

1,19

321,3

NL21

Overijssel

154,4

24,5

41,4

4,5

1,9

64,6

1,09

292,4

NL22

Gelderland

170,9

30,9

49,8

7,0

2,0

69,2

1,16

331,0

NL23

Flevoland

190,4

31,7

62,6

7,5

2,1

71,3

1,20

366,7

NL32

Noord-Holland

176,4

28,8

56,2

6,2

1,9

67,4

1,13

338,0

NL34

Zeeland

179,5

31,2

56,6

6,1

2,0

68,9

1,16

345,5

NL35

Utrecht

165,5

28,4

48,5

3,8

1,9

66,6

1,12

315,8

NL36

Zuid-Holland

182,6

29,6

60,2

7,2

2,0

68,4

1,15

351,1

NL41

Noord-Brabant

147,7

19,7

35,4

7,9

1,9

64,9

1,09

278,6

NL42

Limburg

179,0

31,6

47,2

8,1

2,2

75,9

1,28

345,1

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-lift tax-xitwa fin-Netherlands (CO2-eq/kg ta’ materja niexfa tal-lift tax-xitwa)

Kodiċi NUTS2

Reġjun NUTS2 (2024)

N2O fil-ħamrija

Integrat

Użu tal-fjuwil

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

NL11

Groningen

288,3

55,5

152,1

37,8

5,7

129,9

0,68

670,0

NL12

Friesland

276,5

49,0

146,2

36,4

5,4

124,5

0,65

638,5

NL13

Drenthe

274,3

66,8

139,9

34,2

5,7

130,0

0,68

651,5

NL21

Overijssel

327,6

95,1

168,5

41,2

6,7

152,8

0,81

792,8

NL22

Gelderland

367,2

98,9

195,7

47,6

7,3

165,7

0,88

883,3

NL23

Flevoland

367,9

86,6

193,1

48,4

7,2

163,3

0,87

867,4

NL32

Noord-Holland

386,9

92,7

203,5

50,9

7,6

171,4

0,91

913,9

NL34

Zeeland

370,5

89,2

195,0

48,8

7,3

164,4

0,87

876,0

NL35

Utrecht

397,5

98,5

213,6

52,3

7,8

176,0

0,94

946,6

NL36

Zuid-Holland

382,9

92,7

201,6

50,4

7,5

169,6

0,90

905,7

NL41

Noord-Brabant

297,5

67,0

153,6

36,8

6,2

141,4

0,74

703,3

NL42

Limburg

273,9

58,1

134,2

31,6

6,1

138,5

0,73

643,1


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/364/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)