European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/361

20.2.2026

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/361

tad-19 ta’ Frar 2026

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi heavy-duty b’apparat għall-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4), il-punt (e), tiegħu,

Billi:

(1)

Filwaqt li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (2) jistabbilixxi rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ vetturi heavy-duty fir-rigward tal-emissjonijiet u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2161 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil u l-monitoraġġ abbord tal-massa ta’ vetturi heavy-duty fit-triq, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-apparat għall-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija (OBFCM, on-board fuel and energy consumption monitoring) u tas-sistema abbord ta’ monitoraġġ tal-massa (OBMM, on-board mass monitoring system) tkun parti mis-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 582/2011. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi żgurata rabta bejn l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet u l-konformità mar-rekwiżiti tal-OBFCM u li jiġu stabbiliti karattri ġodda għall-approvazzjoni tal-emissjonijiet biex ikunu jistgħu jiġu identifikati vetturi mgħammra b’apparati tal-OBFCM.

(2)

Filwaqt li l-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil jenħtieġ li jkun parti mis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, ir-rekwiżit fir-rigward tad-determinazzjoni tal-massa totali tal-vettura abbord il-vettura tista’ ssir jew mill-manifattur tal-magna jew mill-manifattur responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Meta l-manifattur tal-magna ma jipprevedix id-determinazzjoni tal-massa totali tal-vettura kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161, ir-responsabbiltà għall-monitoraġġ tal-massa abbord jenħtieġ li tkun tal-manifattur responsabbli għall-installazzjoni tal-magna fil-vettura.

(3)

Peress li l-valuri tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi heavy-duty li jirriżultaw mill-proċeduri tat-test regolatorju skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (4) huma ssupplimentati minn informazzjoni rreġistrata mill-apparat tal-OBFCM f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161dwar il-konsum medju reali tal-vetturi meta l-vettura tinstaq fit-triq, u billi tali informazzjoni hija essenzjali għall-valutazzjoni dwar jekk il-proċeduri regolatorji jirriflettux b’mod adegwat l-emissjonijiet medji reali tas-CO2 kif ukoll il-kwantità ta’ fjuwil u elettriku kkunsmati, l-akkuratezza ta’ dawk l-apparati tal-OBFCM jenħtieġ li tiġi vverifikata matul l-ittestjar fit-triq.

(4)

L-informazzjoni meħtieġa dwar il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet mill-proċedura tat-test tas-sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS, portable emissions measurement systems) jenħtieġ li tiġi rreġistrata biex tiġi vvalutata l-akkuratezza tal-apparat tal-OBFCM kif speċifikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 582/2011 jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-paragrafi 15 u 16 li ġejjin:

“15.   Sabiex jingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura b’sistema tal-magna approvata fir-rigward tal-emissjonijiet, jew approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet, il-manifattur għandu jiżgura li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2161 (*1) jiġu ssodisfati.

Madankollu, il-manifattur ma għandux ikun meħtieġ jiddikjara li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161 huma ssodisfati meta dak il-manifattur jindika fid-dikjarazzjoni ta’ konformità stabbilita fil-punt 6.2 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat ma humiex se jiġu rreġistrati, introdotti fis-suq jew imdaħħla fis-servizz fl-Unjoni fid-data rilevanti stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

16.   Sabiex jingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ sistema tal-magna jew familja ta’ magni bħala unità teknika separata, il-manifattur għandu jiżgura li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161 ikunu ssodisfati.

Madankollu, il-manifattur ma għandux ikun meħtieġ jiddikjara li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161 huma ssodisfati meta dak il-manifattur jindika fid-dikjarazzjoni ta’ konformità stabbilita fil-punt 6.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li l-magni l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat ma humiex se jiġu rreġistrati, introdotti fis-suq jew imdaħħla fis-servizz fl-Unjoni fid-data rilevanti stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2161 tas-27 ta’ Ottubru 2025 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tekniċi tal-apparat għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni abbord tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija u l-kilometraġġ ta’ ċerti vetturi heavy-duty, u għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tat-tagħbija utli jew tal-piż totali tagħhom (ĠU L, 2025/2161, 31.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2161/oj).”;"

(2)

fl-Artikolu 6(1a), jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161 huma ssodisfati, għajr meta l-manifattur ikun indika fid-dikjarazzjoni ta’ konformità stabbilita fil-punt 6.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li l-magni l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat ma humiex se jiġu rreġistrati, mibjugħin jew imdaħħla fis-servizz fl-Unjoni fid-data rilevanti stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.”;

(3)

fl-Artikolu 8(1a), jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161 huma ssodisfati, għajr meta l-manifattur jindika fid-dikjarazzjoni ta’ konformità stabbilita fil-punt 6.2 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat ma humiex se jiġu rreġistrati, mibjugħin, jew imdaħħla fis-servizz fl-Unjoni fid-dati stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.”;

(4)

fl-Artikolu 10(1a), jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161 huma ssodisfati, għajr meta l-manifattur jindika fid-dikjarazzjoni ta’ konformità stabbilita fil-punt 6.2 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat ma humiex se jiġu rreġistrati, mibjugħin, jew imdaħħla fis-servizz fl-Unjoni fid-dati stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.”;

(5)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni u wara l-ittestjar waqt is-servizz f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament jew wara l-ittestjar ta’ verifika tal-OBFCM jew tal-OBMM f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161, il-manifattur għandu jissottometti l-pjan ta’ miżuri ta’ rimedju lill-awtorità tal-approvazzjoni sa mhux aktar tard minn 60 jum tax-xogħol wara li jirċievi n-notifika mill-awtorità tal-approvazzjoni. Meta l-manifattur ikun jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni, li jeħtieġ aktar żmien biex jinvestigata r-raġuni għan-nuqqas ta’ konformità sabiex jippreżenta pjan ta’ miżuri ta’ rimedju, tista’ tingħata estensjoni.”

;

(6)

fl-Artikolu 17a, jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

“5.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2027, fil-każ ta’ vetturi ġodda li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2026/361 (*2), l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi aktar għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858, u għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-introduzzjoni fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.

6.   B’effett mid-29 ta’ Mejju 2029, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi u magni ġodda, jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi aktar għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858 u, għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-introduzzjoni fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi, ħlief fil-każ ta’ magni ta’ sostituzzjoni għall-vetturi fis-servizz, u ta’ magni għall-vetturi prodotti minn manifatturi ta’ volum żgħir kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, b’effett mid-29 ta’ Novembru 2027 għal vetturi ġodda tal-kategoriji M1 u N1 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 595/2009, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858 u, għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz tat-tali vettura.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2030 għal vetturi ġodda tal-kategoriji M1 u N1 mibnija minn manifatturi ta’ volum żgħir kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2024/1257, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858 u, għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz tat-tali vettura.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2031 għal vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, u N3 mibnija minn manifatturi ta’ volum żgħir kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2024/1257, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858 u, għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ dik il-vettura.

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2026/361 tad-19 ta’ Frar 2026 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi heavy-duty b’apparat għall-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija (ĠU L, 2026/361, 20.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/361/oj)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batterija tagħhom (Euro 7), li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni (UE) 2022/1362 (ĠU L, 2024/1257, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1257/oj).”."

Artikolu 2

L-Annessi I, II u VI tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/595/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/582/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2161 tas-27 ta’ Ottubru 2025 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tekniċi tal-apparat għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni abbord tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija u l-kilometraġġ ta’ ċerti vetturi heavy-duty, u għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tat-tagħbija utli jew tal-piż totali tagħhom (ĠU L, 2025/2161, 31.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2161/oj).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2400/oj).


ANNESS

1.

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, l-Appendiċi 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE maħruġ skont l-Artikoli 6(1), 8(1) u 10(1) għandha tkun komposta min-numru tal-att regolatorju implimentattiv jew mill-aktar att regolatorju ta’ emenda riċenti applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE. In-numru għandu jkun segwit minn karattru alfabetiku li jirrifletti r-rekwiżiti tas-sistemi tal-OBD u tal-SCR f’konformità mat-Tabella 1, jew minn karattru alfabetiku u karattru tipografiku li jirrifletti r-rekwiżiti tas-sistemi tal-OBD u l-SCR u tal-OBFCM f’konformità mat-Tabella 1.”;

(b)

fit-Tabella 1, is-sitt ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

“E

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 1

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 2

Ġenerali (13)

Ġenerali (14)

Iva

10 %

Iva

1.1.2021 (15)

1.1.2022 (15)

28.5.2029 (15)”

(c)

fit-Tabella 1, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“E+

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 1

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 2

Ġenerali (13)

Ġenerali (14)

Iva

10 %

Iva

1.7.2027 (16)

28.5.2029”

(d)

fit-Tabella 1, tiżdied l-iskrizzjoni li ġejja:

“(16)

Għal vetturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161.”.

2.

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.7.1:

“10.1.7.1a.

Numru muri fuq l-odometru fit-tmiem tat-test [km].”;

(b)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.7.7:

“10.1.7.8.

Massa attwali tal-vettura għat-test tal-PEMS b’tagħbija utli (kg).”;

(c)

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 10.1.8.17:

“10.1.8a.   Data mkejla b’mod istantanju tal-OBFCM (jekk applikabbli)

10.1.8a.1.

Fjuwil totali kkunsmat (tul il-ħajja tal-vettura) (kilogrammi).

10.1.8a.2.

Distanza totali vvjaġġata (tul il-ħajja tal-vettura) (kilometri).

10.1.8a.3.

Rata tal-fjuwil tal-magna (g/s).

10.1.8a.4.

Rata tal-fjuwil tal-vettura (g/s).

10.1.8a.5.

Massa totali tal-vettura (kg).”;

(d)

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 10.1.10.12a:

“10.1.10a.   Valuri OBFCM (jekk applikabbli)

10.1.10a.1.

Fjuwil totali kkunsmat (tul il-ħajja tal-vettura) (kilogrammi) fil-bidu tat-test.

10.1.10a.2.

Fjuwil totali kkunsmat (tul il-ħajja tal-vettura) (kilogrammi) fit-tmiem tat-test.

10.1.10a.3.

Distanza totali vvjaġġata (tul il-ħajja tal-vettura) (kilometri) fil-bidu tat-test.

10.1.10a.4.

Distanza totali vvjaġġata (tul il-ħajja tal-vettura) (kilometri) fit-tmiem tat-test.

10.1.10a.5.

Rata tal-fjuwil tal-magna akkumulata (g).

10.1.10a.6.

Rata tal-fjuwil tal-vettura akkumulata (g).

10.1.10a.7.

Medja tal-massa totali tal-vettura.”;

(e)

fl-Appendiċi 1, fit-Tabella 1, taħt il-punt 2.2, ir-ringieli li ġejjin jiżdiedu qabel in-noti tat-tabella:

“Fjuwil totali kkunsmat (tul il-ħajja tal-vettura) (5)

kg

Apparat OBFCM jew ECU

Distanza totali vvjaġġata (tul il-ħajja tal-vettura) (5)

km

Apparat OBFCM jew ECU

Rata tal-fjuwil tal-magna (5)

g/s

Apparat OBFCM jew ECU

Rata tal-fjuwil tal-vettura (5)

g/s

Apparat OBFCM jew ECU

Massa totali tal-vettura (5)

kg

Apparat OBFCM jew ECU”

(f)

fl-Appendiċi 1, fit-Tabella 1, taħt il-punt 2.2, tiżdied in-nota tat-tabella li ġejja:

“(5)

Fejn applikabbli, għal vetturi mgħammra b’magna b’apparat għall-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija f’konformità mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161.”;

(g)

fil-punt 2.2 tal-Appendiċi 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Id-data mhux ipproċessata oriġinali li tinqara mill-apparat OBFCM jew mill-ECU għandha tiġi magħmula disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni u, fuq talba, għall-Kummissjoni.”;

(h)

fil-punt 2.4 tal-Appendiċi 1, jiżdied il-punt li ġej:

“2.4.8.   Apparat OBFCM

Jekk magna tal-familja ta’ magni tiġi installata f’vettura mgħammra b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u l-kilometraġġ ta’ vetturi bil-mutur, f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2161, il-magna tat-test għandha tkun mgħammra b’dak l-apparat abbord.”;

(i)

fil-punt 2.6.1 tal-Appendiċi 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fejn applikabbli, ir-reġistrazzjoni tal-parametri stabbiliti fit-Tabella 1 kif iddeterminati mill-apparat tal-OBFCM għandha tibda fil-bidu tat-test.”;

(j)

fil-punt 2.6.2 tal-Appendiċi 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fejn applikabbli, ir-reġistrazzjoni tal-parametri stabbiliti fit-Tabella 1 kif iddeterminati mill-apparat tal-OBFCM għandha tkompli matul it-tħaddim normali tal-magna waqt l-użu.”;

(k)

fil-punt 2.6.3 tal-Appendiċi 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fejn applikabbli, ir-reġistrazzjoni tal-parametri stabbiliti fit-Tabella 1 kif iddeterminati mill-apparat tal-OBFCM għandha tintemm fit-tmiem tat-test. In-numru muri fuq l-odometru għandu jiġi rreġistrat fit-tmiem tat-test.”.

3.

Fil-punt 5.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, jiżdied il-punt (k) li ġej:

“(k)

Informazzjoni dwar il-valuri mkejla b’mod istantanju mill-OBFCM kif deskritti fil-punt 10.1.8a.1 sa 10.1.8a.5 tal-Anness II, u l-valuri medji u integrati tal-OBFCM kif deskritti fil-punti 10.1.10a.1 sa 10.1.10a.7 tal-Anness II.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/361/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)