|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/324 |
10.2.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/324
tal-21 ta’ Novembru 2025
li jissupplimenta lir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc għall-2027 “Saħħa u benesseri mentali” fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għas-Semestru Ewropew (2) u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (3), b’mod partikolari dwar id-distribuzzjoni tal-introjtu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Jipprovdi wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-Unjoni relatati mal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-faqar. Is-suġġett ad hoc“Saħħa u benesseri mentali” li jrid jinġabar fl-2027 għandu importanza ewlenija, fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa (4) li tirrikonoxxi s-saħħa mentali bħala parti integrali mis-saħħa. Jenħtieġ li jiġu żviluppati statistika u indikaturi ġodda, u gradwalment jiġu inkorporati fit-tfassil tal-politika biex dawn ikunu jirriflettu ċerti kwistjonijiet bħal inugwaljanzi, is-saħħa fiżika u s-saħħa mentali, u biex ikunu jivvalutaw l-impatt tal-azzjonijiet u l-finanzjament. |
|
(2) |
L-għadd tal-varjabbli li jridu jinġabru ma jaqbiżx b’aktar minn 5 % lill-għadd tal-varjabbli miġbura għad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, fil-mument meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għadd u t-titlu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-rigward tas-suġġett ad hoc tal-2027 “Saħħa u benesseri mentali” għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1700/oj.
(2) Is-Semestru Ewropew hu l-qafas tal-Unjoni Ewropea għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi u soċjali.
(3) Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fl-2017 waqt is-Summit ta’ Gothenburg. Il-Pilastru jistabbilixxi 20 prinċipju ewlieni li jiggwidawna lejn Ewropa soċjali b’saħħitha li tkun ġusta, inklużiva u mimlija opportunitajiet fis-seklu 21.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa: naġixxu flimkien għas-saħħa tan-nies” (COM(2024) 206 final).
ANNESS
L-għadd u t-titlu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc tal-2027 “Saħħa u benesseri mentali” fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien:
|
Modulu |
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
|
Saħħa u benesseri mentali |
Saħħa u benesseri mentali (21 varjabbli miġbura (2 fakultattivi, 19 obbligatorji), varjabbli tekniku wieħed (fakultattiv) |
PMH020 |
Ħassejt dwejjaq, dipressjoni jew anzjetà (għal imqar ġimagħtejn) fl-aħħar 12-il xahar |
|
PMH030 |
L-impatt tas-saħħa u l-benesseri mentali fuq l-attivitajiet soċjali |
||
|
PMH040 |
L-impatt tas-saħħa u benesseri mentali fuq l-abbiltà għax-xogħol |
||
|
PMH050 |
Ir-raġuni ewlenija għalfejn ħassejt dwejjaq, dipressjoni jew anzjetà |
||
|
PMH060 |
Konsulta ma’ speċjalist/professjonist tas-saħħa mentali |
||
|
PMH070 |
Ħtiġijiet mhux issodisfati għal konsulta ma’ speċjalist/professjonist tas-saħħa mentali |
||
|
PMH080 |
Ir-raġuni ewlenija għall-ħtiġijiet mhux issodisfati għal konsulta ma’ speċjalist/professjonist tas-saħħa mentali |
||
|
PMH090 |
Possibbiltà li tiddiskuti problemi personali |
||
|
PMH095 |
Edukazzjoni u taħriġ formali fl-aħħar 12-il xahar (Fakultattiva) |
||
|
PMH100 |
Relazzjonijiet tajbin fl-edukazzjoni u t-taħriġ mal-pari, l-għalliema u l-letturi |
||
|
PMH105 |
Xogħol fl-aħħar 12-il xahar (Fakultattiva) |
||
|
PMH110 |
Relazzjonijiet tax-xogħol tajbin mal-kollegi, il-meniġers jew it-tim |
||
|
PMH120 |
Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata |
||
|
PMH130 |
Assenza mix-xogħol minħabba dwejjaq, dipressjoni jew anzjetà |
||
|
PMH140 |
Frekwenza tal-isport |
||
|
PMH150 |
Frekwenza ta’ diffikultajiet tal-irqad |
||
|
PMH160 |
Użu tal-midja soċjali |
||
|
PMH170 |
Esperjenza ta’ vjolenza diġitali |
||
|
PMH180 |
Piż tax-xogħol tad-dar |
||
|
PMH190 |
Piż tar-responsabbiltajiet tat-tmexxija ta’ kuljum |
||
|
PMH200 |
Tħoss diskriminazzjoni kontrik |
||
|
PMH210 |
Piżijiet tas-saħħa u l-benesseri mentali (Fakultattiva) |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/324/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)