|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/273 |
13.4.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/273
tal-4 ta’ Frar 2026
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48, il-punti (d) u (f), l-Artikolu 53(1), il-punt (d)(iv), u l-Artikolu 77(1), il-punt (k), tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jistabbilixxi, fost l-oħrajn, regoli għall-verifiki ta’ konformità fuq movimenti nonkummerċjali ta’ annimali domestiċi lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi. Dak ir-Regolament tħassar bl-Artikolu 270(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) mill-21 ta’ April 2021. Madankollu, l-Artikolu 277 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li, minkejja dak it-tħassir, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu jkompli japplika sal-21 ta’ April 2026 fir-rigward tal-movimenti nonkummerċjali tal-annimali domestiċi, minflok il-Parti VI tar-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 (4) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom il-movimenti nonkummerċjali tal-annimali domestiċi fl-Unjoni jistgħu jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri. |
|
(3) |
Peress li l-miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 ma jibqgħux japplikaw malli jiskadi l-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 277 tar-Regolament (UE) 2016/429, fl-interess tal-konsistenza, jenħtieġ li r-regoli għall-verifiki ta’ konformità fuq il-movimenti nonkummerċjali tal-annimali domestiċi fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi jiġu integrati fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2122, biex jiġu allinjati mal-kundizzjonijiet li fihom dawk l-annimali domestiċi jistgħu jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(4) |
L-Artikolu 7, il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 huwa maħsub biex japplika biss għall-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u għall-prodotti komposti. Madankollu, it-terminu “oġġetti” fl-Artikolu 7, il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament Delegat jinkludi komoditajiet oħra bħal prodotti sekondarji tal-annimali, li jenħtieġ li ma jkunux eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri peress li jistgħu joħolqu riskju serju għas-saħħa tal-annimali, jew pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn, li huma koperti separatament mill-punt (d) ta’ dak l-Artikolu. Il-formulazzjoni eżistenti tal-Artikolu 7, il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 hija wiesgħa wisq u toħloq ambigwità dwar liema oġġetti huma soġġetti għal eżenzjoni mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 7, il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jiġi kkoreġut biex it-terminu “oġġetti” jiġi sostitwit bil-kliem aktar preċiż “prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti”. B’riżultat ta’ dan, huma neċessarji ċerti korrezzjonijiet konsegwenzjali fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
|
(6) |
Peress li l-emendi u l-korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 huma marbuta b’mod sostantiv ma’ xulxin sbilli jikkonċernaw il-każijiet li fihom l-oġġetti li jiffurmaw parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri u l-annimali domestiċi jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, u l-kundizzjonijiet li fihom dan jista’ jseħħ, huwa xieraq li dawk l-emendi u l-korrezzjonijiet isiru f’att wieħed. |
|
(7) |
Peress li l-perjodu tranżitorju relatat mat-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jintemm fil-21 ta’ April 2026, jenħtieġ li l-emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 li jsiru b’dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ b’urġenza u jkunu japplikaw mit-22 ta’ April 2026, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-każijiet fejn ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, u l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jsir dan, u l-każijiet fejn ċerti kompiti speċifiċi tal-kontroll ikunu jistgħu jitwettqu fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri fuq il-movimenti nonkummerċjali tal-annimali domestiċi lejn l-Unjoni mill-awtoritajiet doganali jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra, u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jagħmlu dan, sakemm dawk il-kompiti ma jaqgħux diġà taħt ir-responsabbiltà ta’ dawk l-awtoritajiet.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/131 tal-20 ta’ Jannar 2026 Li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-moviment nonkummerċjali tal-annimali domestiċi (ĠU L, 2026/131, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/131/oj).”;" |
|
(3) |
l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 Annimali domestiċi L-annimali domestiċi li ġejjin li jidħlu fl-Unjoni matul moviment nonkummerċjali huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri għajr il-kontrolli uffiċjali mwettqa f’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 u l-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti VI tar-Regolament (UE) 2016/429 u, fejn applikabbli, fir-Regolament Delegat (UE) 2026/131:
|
|
(4) |
jiżdiedu l-Artikoli 11a u 11b li ġejjin: “Artikolu 11a Rekwiżiti għall-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali domestiċi L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali jew awtoritajiet pubbliċi oħra li jkunu nħatru biex iwettqu l-verifiki msemmija fl-Artikolu 11, il-punti (1) u (2), ta’ dan ir-Regolament għandhom:
Artikolu 11b Miżuri li għandhom jittieħdu f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-annimali domestiċi jew tal-annimali domestiċi mhux imqegħdin għad-dispożizzjoni għal kontrolli uffiċjali 1. Fejn l-annimal domestiku ma jitqegħedx għad-dispożizzjoni minn sid l-annimal domestiku jew mill-persuna awtorizzata għall-verifiki msemmija fl-Artikolu 11, il-punti (1) u (2), ta’ dan ir-Regolament, jew fejn l-eżitu ta’ dawk il-verifiki jiżvela li annimal domestiku ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti VI tar-Regolament (UE) 2016/429 jew fir-Regolament Delegat (UE) 2026/131, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali jew awtoritajiet pubbliċi oħra li jkunu nħatru biex iwettqu l-verifiki għandhom jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mal-veterinarju uffiċjali u, fejn neċessarju, ma’ sid l-annimal domestiku jew mal-persuna awtorizzata, li:
2. Fejn il-moviment nonkummerċjali ta’ annimal domestiku lejn l-Unjoni jiġi rrifjutat mill-awtoritajiet kompetenti, mill-awtoritajiet doganali jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għall-verifiki msemmija fl-Artikolu 11, il-punti (1) u (2), l-annimal domestiku għandu jiġi iżolat taħt superviżjoni uffiċjali, sakemm jiġu adottati l-miżuri previsti fil-paragrafu 1, il-punti (c) u (d). 3. Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati bl-ispejjeż imħallsa minn sid l-annimal domestiku jew mill-persuna awtorizzata.” |
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 7, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness I, il-Parti 2 hija kkoreġuta kif ġej:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika mit-22 ta’ April 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/576/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2122/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/273/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)