|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/256 |
9.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/256
tat-30 ta’ Jannar 2026
dwar ir-rapportar ta’ data li jimplimenta l-Artikolu 7c(2), l-Artikolu 8(1a), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7c(2), l-Artikolu 8(1a), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 (2) jistabbilixxi regoli għar-rapportar ta’ data lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”), jistipula d-dettalji tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa rapportabbli u data fundamentali, jistabbilixxi kanali xierqa għar-rapportar ta’ data u jistipula t-twaqqit u r-regolarità tar-rapporti dwar id-data. |
|
(2) |
Abbażi tal-evoluzzjoni tas-swieq tal-enerġija u tal-kriżi tal-enerġija, ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 ġie rivedut f’Mejju 2024, filwaqt li ġie estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa u ġie introdott b’mod effettiv għadd ta’ tipi addizzjonali ta’ tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati lill-Aġenzija biex tiġi żgurata u tkompli tittejjeb u tissaħħaħ is-sorveljanza effettiva tal-Aġenzija fuq is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Dawk il-bidliet jeħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014. |
|
(3) |
Abbażi tal-esperjenza estensiva tal-Aġenzija bl-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014, huma neċessarji bidliet addizzjonali biex jissaħħu l-integrità u t-trasparenza fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa permezz tat-titjib tal-qafas ta’ rapportar u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv billi jiġi ssimplifikat ir-rapportar f’dak il-qafas. |
|
(4) |
Minħabba l-limitu tal-bidliet neċessarji, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali. |
|
(5) |
Is-sorveljanza effettiva tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa tirrikjedi l-monitoraġġ regolari tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet, inklużi l-ordnijiet għan-negozjar, kif ukoll id-data dwar l-issetiljar tal-iżbilanċ, il-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni tal-elettriku, tal-gass naturali, inkluż il-gass naturali likwifikat (“LNG”, Liquefied Natural Gas), u tal-idroġenu. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jirrikjedi li l-Aġenzija timmonitorja s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa fl-Unjoni. Sabiex l-Aġenzija tkun tista’ twettaq il-kompitu tagħha, jenħtieġ li tingħata settijiet kompluti ta’ informazzjoni rilevanti fil-ħin. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-parteċipanti fis-suq jirrapportaw lill-Aġenzija, fuq bażi kontinwa, id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fir-rigward tal-provvista, tat-trasport jew tal-ħżin tal-elettriku u d-dettalji tat-tranżazzjonijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fir-rigward tal-provvista u tat-trasport tal-gass naturali, inkluż l-LNG. |
|
(8) |
Minħabba li l-ħżin jiffunzjona b’mod differenti fis-swieq tal-gass naturali meta mqabbel mas-swieq tal-elettriku, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet separati għall-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fir-rigward tal-ħżin tal-gass naturali, inkluż l-LNG, filwaqt li kwalunkwe prodott tal-enerġija bl-ingrossa relatat mal-ħżin tal-elettriku jenħtieġ li jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa relatati mal-provvista tal-elettriku. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet kollha għat-tranżazzjonijiet tal-provvista tal-elettriku japplikaw ukoll għall-ħżin tal-elettriku. |
|
(9) |
Sabiex l-obbligi ta’ rapportar fuq il-parteċipanti fis-suq jinżammu minimi kemm jista’ jkun, ċerti dettalji tat-tranżazzjonijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa jenħtieġ li jiġu rrapportati lill-Aġenzija fuq bażi perjodika. B’mod aktar speċifiku, jenħtieġ li obbligi ta’ rapportar perjodiku bħal dawn japplikaw għal tranżazzjonijiet relatati mal-ħżin tal-gass naturali, inkluż l-LNG, għal tranżazzjonijiet relatati mal-provvista jew mal-ħżin tal-elettriku jew mal-provvista tal-gass naturali, inkluż l-LNG, għal unità tal-konsum waħda b’kapaċità teknika ta’ konsum ta’ 600 GWh/sena jew aktar li jiġu konklużi barra l-borża, għal tranżazzjonijiet relatati ma’ mekkaniżmi ta’ kapaċità kif ukoll għal tranżazzjonijiet għal servizzi tal-ibbilanċjar. Bl-istess mod, jenħtieġ li anke d-dettalji tat-tranżazzjonijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fir-rigward tal-idroġenu jiġu soġġetti għal obbligi ta’ rapportar perjodiku. Sabiex titqies in-natura fi stadju bikri tas-suq tal-idroġenu, jenħtieġ li l-obbligi ta’ rapportar għall-idroġenu jkollhom ukoll data ta’ applikazzjoni aktar tard u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal eżenzjonijiet għal unitajiet tal-produzzjoni b’restrizzjonijiet ġeografiċi u żgħar kif ukoll għall-provvista lil ċerti unitajiet tal-konsum waħdanin b’konsum baxx. |
|
(10) |
Sabiex l-obbligi ta’ rapportar fuq il-parteċipanti fis-suq jinżammu baxxi kemm jista’ jkun, it-tranżazzjonijiet barra l-borża li jitwettqu bejn membri differenti tal-istess grupp ta’ kumpaniji, li huma relatati mal-bejgħ tal-output ta’ faċilitajiet żgħar tal-produzzjoni tal-enerġija, jew li huma relatati ma’ networks ta’ pipelines upstream, l-ordnijiet li jsiru f’servizzi operati bil-vuċi tas-sensara u li ma jidhrux fuq skrins elettroniċi, il-mekkaniżmi bbażati fuq is-suq għar-ridispaċċ u kwalunkwe dettall tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa marbuta mal-ħżin tal-gass naturali, inkluż l-LNG, li mhuwiex koperti mill-qafas ta’ rapportar kontinwu jew perjodiku, it-tranżazzjonijiet għal servizzi tal-ibbilanċjar tal-gass li mhumiex diġà koperti mill-qafas ta’ rapportar kontinwu u d-dettalji tal-allokazzjonijiet tal-kapaċità primarja meta ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta tax-xiri u ma tkun ġiet allokata l-ebda kapaċità bħala riżultat tal-proċess ta’ allokazzjoni jenħtieġ li jiġu rrapportati lill-Aġenzija biss fuq it-talba motivata tagħha. Fil-prinċipju, tranżazzjonijiet għall-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa bħal dawn huma inqas probabbli li jkollhom impatt fuq il-prezzijiet tal-enerġija bl-ingrossa jew, minnhom infushom, iwasslu għal abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. |
|
(11) |
Fuq talba tal-Aġenzija, is-swieq organizzati (“OMPs”, Organised Marketplaces) għandhom jagħtu lill-Aġenzija aċċess, mingħajr dewmien, għall-ktieb tal-ordnijiet sabiex l-Aġenzija tkun tista’ timmonitorja n-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li talbiet bħal dawn dejjem ikunu motivati, pereżempju minn suspett li ċerta mġiba tista’ twassal għal ksur tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, u jiġu eżerċitati f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
(12) |
Bħala parti mill-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, il-parteċipanti fis-suq għandhom jipprovdu lill-Aġenzija informazzjoni dwar l-iskoperturi tagħhom, iddettaljata skont il-prodott, inklużi t-tranżazzjonijiet li jseħħu barra l-borża. Filwaqt li l-informazzjoni dwar l-iskoperturi tal-parteċipanti fis-suq jenħtieġ li ma tintużax mill-Aġenzija biex tivvaluta l-istrateġiji tal-iħħeġġjar tagħhom, jenħtieġ li din tiġi analizzata flimkien mad-data li jifdal li l-Aġenzija tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 sabiex tidentifika każijiet potenzjali ta’ abbuż tas-suq jew tneħħi suspetti ta’ abbuż bħal dan. L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jenħtieġ li tinkludi l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq li jirriżultaw min-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa u, fuq talba tal-Aġenzija u għall-fini tal-istabbiliment tal-iskoperturi, informazzjoni dwar il-volumi mbassra tagħhom tal-produzzjoni ta’ elettriku jew ta’ gass naturali — inkluż l-LNG — u informazzjoni dwar il-volumi mbassra tagħhom ta’ konsum ta’ enerġija jew ta’ gass naturali — inkluż l-LNG — abbażi ta’ kuntratti konklużi mal-klijenti tagħhom. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi sottomessa għal pożizzjonijiet f’konsenja fiżika jew fi tranżazzjonijiet ta’ saldu fi flus kontanti fi żmien 18-il xahar, għal kull xahar għat-18-il xahar wara l-aħħar jum ta’ kull perjodu tar-rapportar. Meta titqies in-natura li tħares ’il quddiem ta’ dak l-obbligu, jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ ir-rapportar ta’ data dwar is-suq spot mill-perjodi ta’ żmien ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata. Jenħtieġ li l-pożizzjonijiet inklużi fir-rapportar jiġu kkalkolati darba biss fl-aħħar jum tal-perjodu tar-rapportar. Meta jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità u sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv fuq il-parteċipanti fis-suq, jenħtieġ li r-rekwiżit ta’ rapportar ma japplikax għal dawk il-parteċipanti fis-suq li ma jissodisfawx ċertu limitu fir-rigward tal-volumi tal-enerġija rilevanti għan-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. L-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni, l-Operaturi tas-Sistema tad-Distribuzzjoni, l-Operaturi tas-Sistema tal-Ħżin, u l-Operaturi tas-Sistema tal-LNG li jixtru l-gass naturali jew l-elettriku biss għall-ħtiġijiet teknoloġiċi jew operazzjonali tas-sistema li joperaw jenħtieġ li jirrapportaw biss informazzjoni dwar l-iskoperturi tagħhom fuq talba mill-Aġenzija. |
|
(13) |
Kwalunkwe rekord tat-tranżazzjonijiet tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa, inklużi l-ordnijiet għan-negozjar, għandu jiġi rrapportat lill-Aġenzija permezz ta’ Mekkaniżmi ta’ Rapportar Irreġistrat (“RRMs”, Registered Reporting Mechanisms). Dan ifisser li kwalunkwe data rrapportata minn OMP, jiġifieri, għat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq rilevanti, kif ukoll kwalunkwe data rrapportata mill-parteċipanti fis-suq, jiġifieri, għat-tranżazzjonijiet konklużi barra l-borża, għandha tiġi rrapportata lill-Aġenzija permezz tal-RRMs. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-proċess ta’ rapportar, l-Aġenzija jenħtieġ li tfassal u żżomm lista aġġornata tal-OMPs. |
|
(14) |
L-Artikolu 8(4), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, li jistabbilixxi l-entitajiet li għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa jagħmel distinzjoni bejn l-OMPs u s-sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet. Sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet tiffaċilita d-dħul fi tranżazzjonijiet billi tippermetti t-tqabbil tal-ordnijiet għan-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Xi sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet jiffaċilitaw it-tqabbil tal-ordnijiet li jsiru f’OMPs differenti, inkluż ukoll permezz ta’ dawk li jissejħu ordnijiet iġġenerati mis-sistema. Bħala eżempju, l-Akkoppjament Singolu tal-Istess Ġurnata (“SIDC”, Single Intraday Coupling) introdott mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 (3) huwa sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet li tqabbad żewġ OMPs jew aktar. Għalkemm is-sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet li jikkollegaw żewġ OMPs jew aktar ma għandhomx jitqiesu bħala OMPs, dawn jiġġeneraw informazzjoni li jenħtieġ li tiġi rrapportata mill-OMPs skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u li hija meħtieġa għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq effettiva. Pereżempju, fil-każ tal-SIDC, algoritmu ta’ sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet jottimizza l-allokazzjoni transfruntiera tal-kapaċità billi jaggrega l-ordnijiet kollha sottomessi mill-parteċipanti fis-suq permezz tal-Operaturi Nominati tas-Suq tal-Elettriku (“NEMOs”, Nominated Electricity Market Operators) individwali, li huma kkunsidrati bħala OMPs skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, filwaqt li jqis il-limitazzjonijiet imposti mill-kapaċità transfruntiera disponibbli. Permezz ta’ dak l-algoritmu, is-sistema tal-SIDC tiffaċilita t-tqabbil tal-ordnijiet bejn NEMOs multipli. L-OMPs individwali mhux dejjem ikollhom l-informazzjoni addizzjonali ġġenerata fil-kuntest ta’ dak il-proċess ta’ tqabbil. Għalhekk, fil-każ speċifiku ta’ sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet li tikkollega żewġ OMPs jew aktar, sabiex l-OMPs ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, dik l-informazzjoni addizzjonali li tiġi ġġenerata fil-livell tas-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet jenħtieġ li tiġi rrapportata lill-Aġenzija, jew mill-operatur tas-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet, fuq talba mill-OMPs u f’isimhom, jew mill-OMPs rilevanti dment li l-informazzjoni mitluba ssir disponibbli għalihom mill-operatur tas-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet. Madankollu, l-informazzjoni mitluba fil-livell tas-sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet jenħtieġ li ma tmurx lil hinn mill-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1227/2011. Ladarba tintalab, jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi rrapportata lill-Aġenzija fuq bażi kontinwa. |
|
(15) |
Ir-rapportar doppju jirreferi għal meta l-istess sett ta’ data dwar ċerta tranżazzjoni jiġi rrapportat taħt oqfsa leġiżlattivi differenti. Sabiex jiġi evitat ir-rapportar doppju, jenħtieġ li l-Aġenzija tiġbor dettalji tad-derivattivi tat-tranżazzjonijiet relatati mal-provvista, mat-trasport jew mal-ħżin tal-elettriku, tal-idroġenu jew tal-gass naturali li jkunu ġew irrapportati f’konformità mar-regolamenti finanzjarji applikabbli tal-UE lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jew lir-regolaturi finanzjarji minn dawk is-sorsi. Minkejja dan, l-OMPs, jew is-sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet, li rrapportaw dettalji ta’ derivattivi bħal dawn skont ir-regoli finanzjarji, soġġetti għall-qbil tagħhom, jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrapportaw l-istess informazzjoni lill-Aġenzija wkoll. |
|
(16) |
Rapportar effiċjenti u monitoraġġ immirat jirrikjedu li ssir distinzjoni bejn kuntratti standard u mhux standard li huma soġġetti għall-attività ta’ negozjar tal-parteċipanti fis-suq. Peress li l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet relatati ma’ kuntratti standard iservu wkoll bħala prezzijiet ta’ referenza għan-negozjar ta’ kuntratti mhux standard, jenħtieġ li l-Aġenzija tirċievi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet li jirreferu għal kuntratti standard fuq bażi kontinwa u mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-konklużjoni tan-negozju, tat-tqegħid tal-ordni jew tal-avveniment rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-każ. Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet li jirreferu għal kuntratti mhux standard jenħtieġ li jiġu rrapportati mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tan-negozju, skont il-każ. Id-data tas-suq tal-LNG jenħtieġ li tiġi sottomessa lill-Aġenzija kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali kif teknoloġikament possibbli. |
|
(17) |
Il-parteċipanti fis-suq għandhom jirrapportaw ukoll lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq talba tagħhom, fuq bażi regolari, id-data fir-rigward tad-disponibbiltà u tal-użu tal-infrastruttura tal-produzzjoni u tat-trasport tal-enerġija inkluż l-LNG, il-faċilitajiet tal-ħżin kif ukoll id-data dwar l-issettiljar tal-iżbilanċ. Sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar fuq il-parteċipanti fis-suq u sabiex isir l-aħjar użu mis-sorsi tad-data eżistenti, jenħtieġ li rapportar bħal dan jinvolvi lill-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni, lin-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (l-“ENTSO għall-Elettriku” (European Network of Transmission System Operators)), lin-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (l-“ENTSO għall-Gass”), lill-operaturi tas-sistema tal-LNG u lill-operaturi tas-sistema tal-ħżin tal-gass naturali. Jenħtieġ li r-rapportar jinvolvi wkoll, fejn rilevanti, lill-Operaturi tas-Sistema tad-Distribuzzjoni u lill-Partijiet Responsabbli mill-Ibbilanċjar. Ir-regolarità tar-rapportar tvarja skont l-importanza u d-disponibbiltà tad-data. Peress li din l-informazzjoni tinġabar primarjament minn sorsi eżistenti, sabiex jiġi żgurat rapportar f’waqtu filwaqt li jiġi limitat il-piż fuq il-partijiet li jirrapportaw, jenħtieġ li t-twaqqit tar-rapportar jirrifletti l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 (4) u fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u l-informazzjoni tiġi rrapportata malli tkun disponibbli fuq il-Pjattaformi tat-trasparenza rilevanti li jkopru l-UE jew fi żmien jumejn minn meta l-informazzjoni ssir disponibbli għall-operaturi rilevanti msemmija hawn fuq. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ rapportar jirrispettaw l-obbligu tal-Aġenzija li ma tagħmilx informazzjoni kummerċjalment sensittiva disponibbli pubblikament u li tippubblika jew tagħmel disponibbli biss informazzjoni li x’aktarx ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. |
|
(18) |
Huwa importanti li l-partijiet li jirrapportaw ikollhom fehim ċar dwar id-dettalji tal-informazzjoni li huma meħtieġa jirrapportaw. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Aġenzija tispjega l-kontenut tal-informazzjoni rapportabbli f’manwal għall-utenti. Jenħtieġ li l-Aġenzija tiżgura wkoll li l-informazzjoni tiġi rrapportata f’formati elettroniċi, li jkunu faċilment aċċessibbli għall-partijiet li jirrapportaw. |
|
(19) |
Sabiex jiġi żgurat trasferiment kontinwu u sikur ta’ settijiet sħaħ ta’ data, jenħtieġ li kull parti li tirrapporta tkun responsabbli għall-informazzjoni taħt il-kontroll tagħha, inkluż għall-awtentikazzjoni tas-sorsi tad-data, għall-verifika tad-data għall-korrettezza u għall-kompletezza u għall-iżgurar tal-kontinwità tal-operat. Jenħtieġ li l-parteċipanti fis-suq u l-OMPs ikollhom fis-seħħ proċeduri biex jiżguraw il-kompletezza, l-akkuratezza u l-puntwalità tad-data li tiġi sottomessa permezz tal-RRMs. |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ titlob informazzjoni u kjarifiki addizzjonali mingħand il-parteċipanti fis-suq u l-partijiet li jirrapportaw fir-rigward tad-data li jeħtieġ li tiġi rrapportata, sabiex l-Aġenzija tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ titlob aċċess għat-tranżazzjonijiet bilaterali oriġinali konklużi mill-parteċipanti fis-suq sabiex tivverifika jekk id-data ġietx irrapportata b’mod korrett u tivvaluta informazzjoni rilevanti addizzjonali mhux inkluża fir-rapportar ta’ data inizjali. |
|
(21) |
Sabiex il-partijiet li jirrapportaw jingħataw żmien biex iħejju għall-obbligi ta’ rapportar il-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet jenħtieġ li tiġi differita. It-tip u s-sors tad-data rapportabbli jistgħu jinfluwenzaw ir-riżorsi u ż-żmien li l-partijiet li jirrapportaw jeħtieġ li jinvestu fit-tħejjija għas-sottomissjoni tad-data. Għalhekk, u biex jiġi żgurat li jkun jista’ jsir rapportar effiċjenti mill-aktar fis possibbli, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tiġi stabbilita għal kull obbligu ġdid separatament, abbażi tal-proċeduri sottostanti li jeħtieġ li jiġu koperti mill-partijiet li jirrapportaw. Ir-rapportar tal-iskoperturi jenħtieġ li jiġi pprijoritizzat, segwit mir-rapportar tad-data dwar is-suq tal-LNG, fl-aħħar mill-aħħar segwit mill-obbligi l-ġodda ta’ rapportar li jifdal, eż., id-data dwar l-issettiljar tal-iżbilanċ, it-tranżazzjonijiet irrapportati perjodikament, ir-rapportar mis-sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet u r-rapportar mill-Pjattaformi tal-Informazzjoni Privileġġata. L-applikazzjoni mqassma fi stadji tar-rapportar ta’ data tgħin ukoll lill-Aġenzija biex talloka aħjar ir-riżorsi tagħha fit-tħejjija biex tirċievi l-informazzjoni. Sadanittant, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat, jenħtieġ li r-rapportar tad-data bbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u fuq ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 ikompli sakemm jibdew japplikaw id-dispożizzjonijiet il-ġodda rilevanti. |
|
(22) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(23) |
Jenħtieġ li kwalunkwe proċessar ta’ data personali mwettaq mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. Kwalunkwe data personali miġbura skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tinżamm mill-Aġenzija skont il-perijodi ta’ żamma indikati fil-politika ta’ żamma tal-Aġenzija u f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. |
|
(24) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-forniment ta’ data lill-Aġenzija. Dan jistabbilixxi d-dettalji tad-data tas-suq tal-LNG rapportabbli, tal-informazzjoni relatata man-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa u tad-data fundamentali. Jistabbilixxi wkoll il-kanali xierqa għar-rapportar tad-data u jistabbilixxi t-twaqqit u r-regolarità tar-rapporti dwar id-data.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“data fundamentali” tfisser informazzjoni relatata mal-kapaċità u mal-użu ta’ faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass naturali jew relatata mal-kapaċità u mal-użu tal-faċilitajiet tal-LNG, inkluż nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat jew mhux ippjanat ta’ tali faċilitajiet; |
|
(2) |
“kuntratt standard” tfisser kuntratt li jikkonċerna prodott tal-enerġija bl-ingrossa li jkun ammess għan-negozjar f’OMP; |
|
(3) |
“kuntratt mhux standard” tfisser kuntratt li jikkonċerna kwalunkwe prodott tal-enerġija bl-ingrossa li ma jkunx ammess għan-negozjar f’OMP; |
|
(4) |
“grupp” tfisser grupp kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
|
(5) |
“tranżazzjoni intragrupp” tfisser tranżazzjoni relatata ma’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li ssir ma’ kontroparti li hija parti mill-istess grupp dment li ż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa; |
|
(6) |
“barra l-borża” jew “OTC” (Over-The-Counter) tfisser kwalunkwe tranżazzjoni mwettqa barra minn suq organizzat; |
|
(7) |
“nomina” tfisser:
|
|
(8) |
“enerġija tal-ibbilanċjar” tfisser l-enerġija użata mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni biex iwettqu l-ibbilanċjar; |
|
(9) |
“kapaċità tal-ibbilanċjar” tfisser volum ta’ kapaċità li fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar ikun qabel li jżomm u li fir-rigward tiegħu l-fornitur tas-servizz tal-ibbilanċjar ikun qabel li jissottometti offerti tax-xiri għal volum korrispondenti ta’ enerġija tal-ibbilanċjar lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għad-durata kollha tal-kuntratt; |
|
(10) |
“servizz tal-ibbilanċjar” tfisser:
|
|
(11) |
“unità tal-konsum” tfisser riżorsa li tirċievi l-elettriku, il-gass naturali jew l-idroġenu għall-użu tagħha stess; |
|
(12) |
“unità tal-produzzjoni” tfisser faċilità għall-ġenerazzjoni tal-elettriku magħmula minn unità tal-ġenerazzjoni waħda jew minn aggregazzjoni ta’ unitajiet tal-ġenerazzjoni; |
|
(13) |
“partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar” għandu jkollha l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); |
|
(14) |
“tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe negozju u ordni għan-negozjar, imqabbla jew mhux imqabbla, jew kuntratt bilaterali u l-eżekuzzjoni tiegħu b’rabta ma’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, inkluż kwalunkwe avveniment taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ tali negozju, ordni għan-negozjar jew kuntratt bilaterali; |
|
(15) |
“avveniment taċ-ċiklu tal-ħajja” tfisser kwalunkwe modifika, kanċellazzjoni, korrezzjoni, terminazzjoni bikrija jew, fejn applikabbli, eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe negozju, ordni għan-negozjar, imqabbla jew mhux imqabbla, jew kuntratt bilaterali b’rabta ma’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa; |
|
(16) |
“sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet” tfisser sistema li tiffaċilita t-tqabbil tal-ordnijiet għan-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa u meta l-konklużjoni tat-tranżazzjoni sseħħ barra mis-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet; |
|
(17) |
“faċilità tal-ħżin” tfisser:
|
|
(18) |
“sistema ta’ dħul u ħruġ” tfisser sistema ta’ dħul u ħruġ kif iddefinita fl-Artikolu 2, il-punt (57), tad-Direttiva (UE) 2024/1788; |
|
(19) |
“mekkaniżmu ta’ kapaċità” tfisser mekkaniżmu ta’ kapaċità kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2019/943; |
|
(20) |
“idroġenu rinnovabbli” tfisser idroġenu li jikkwalifika bħala bijogass kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (28), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u idroġenu li jikkwalifika bħala fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (36) ta’ dik id-Direttiva; |
|
(21) |
“idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” tfisser idroġenu b’livell baxx tal-karbonju kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2024/1788; |
|
(22) |
“ridispaċċ” tfisser dispaċċ mill-ġdid kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2019/943; |
|
(23) |
“kuntratti għad-differenza” tfisser kuntratti għad-differenza kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt (76), tar-Regolament (UE) 2019/943. |
KAPITOLU II
OBBLIGI TA’ RAPPORTAR DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET
Artikolu 3
Tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati fuq bażi kontinwa
It-tranżazzjonijiet li ġejjin relatati mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa għandhom jiġu rrapportati lill-Aġenzija fuq bażi kontinwa f’konformità mal-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10:
|
(a) |
fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa relatati mal-provvista jew mal-ħżin tal-elettriku jew mal-provvista tal-gass naturali b’konsenja fl-Unjoni jew relatati mal-provvista jew mal-ħżin tal-elettriku li jista’ jirriżulta f’konsenja fl-Unjoni bħala riżultat tal-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata:
|
|
(b) |
fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fir-rigward tat-trasport tal-elettriku jew tal-gass naturali fl-Unjoni:
|
Artikolu 4
Tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati fuq bażi perjodika
1. It-tranżazzjonijiet relatati mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa msemmija fil-paragrafi 2 sa 8 għandhom jiġu rrapportati lill-Aġenzija fuq bażi perjodika.
2. It-tranżazzjonijiet relatati mal-provvista jew mal-ħżin tal-elettriku jew mal-provvista tal-gass naturali lil unità tal-konsum waħda b’kapaċità teknika ta’ konsum ta’ 600 GWh/sena jew aktar, sakemm ma jiġux konklużi f’OMP, għandhom jiġu rrapportati kull 6 xhur u mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-ewwel xahar tas-semestru ta’ wara. Il-fornitur għandu jikseb konferma mingħand il-klijenti finali tiegħu dwar il-kapaċità teknika tal-unità tal-konsum inkwistjoni ta’ konsum ta’ 600 GWh/sena jew aktar.
3. It-tranżazzjonijiet relatati mal-mekkaniżmi ta’ kapaċità li jirriżultaw fl-obbligu li jiġi offrut kuntratt għall-provvista tal-elettriku bil-konsenja fl-Unjoni għandhom jiġu rrapportati fuq bażi annwali u mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-ewwel xahar tas-sena ta’ wara.
4. It-tranżazzjonijiet relatati mas-servizzi tal-ibbilanċjar fir-rigward tas-swieq tal-elettriku, irrispettivament mill-attivazzjoni tagħhom, għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta’ kull xahar, u mhux aktar tard mill-aħħar jum tat-tieni xahar mix-xahar li matulu seħħew it-tranżazzjonijiet. It-tranżazzjonijiet irrapportati għandhom jinkludu informazzjoni dwar jekk l-offerta ġietx aċċettata u, fejn applikabbli, il-ħin tal-attivazzjoni. L-ammont ta’ enerġija tal-ibbilanċjar attivata għandu jiġi rrapportat b’mod aggregat u, fejn applikabbli, fuq granularità ta’ 15-il minuta.
5. It-tranżazzjonijiet relatati mal-ħżin tal-gass naturali fl-Unjoni konklużi għal perjodu ta’ 12-il xahar jew aktar, bħala riżultat ta’ allokazzjoni tal-kapaċità primarja mill-Operatur tas-Sistema tal-Ħżin jew f’ismu, filwaqt li jiġu speċifikati d-drittijiet jew l-obbligi tal-kapaċità fiżika jew finanzjarja għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta’ kull xahar, u mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xahar wara x-xahar li matulu seħħew it-tranżazzjonijiet.
6. It-tranżazzjonijiet relatati mal-ħżin tal-gass naturali fl-Unjoni konklużi għal perjodu ta’ 12-il xahar jew aktar, bħala riżultat ta’ allokazzjoni tal-kapaċità sekondarja li tispeċifika d-drittijiet jew l-obbligi tal-kapaċità fiżika jew finanzjarja għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta’ kull xahar, u mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xahar wara x-xahar li matulu seħħew it-tranżazzjonijiet.
7. It-tranżazzjonijiet relatati ma’ opzjonijiet, futuri, forwards, swaps u kwalunkwe derivattiv ieħor relatat mal-ħżin tal-gass naturali fl-Unjoni għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta’ kull xahar, u mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xahar wara x-xahar li matulu seħħew it-tranżazzjonijiet.
8. It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rrapportati lill-Aġenzija darba fis-sena u mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-ewwel xahar tas-sena ta’ wara, irrispettivament minn fejn u kif ġew konklużi:
|
(a) |
tranżazzjonijiet relatati mal-provvista tal-idroġenu fejn il-konsenja tkun fl-Unjoni; |
|
(b) |
tranżazzjonijiet relatati mat-trasport tal-idroġenu fl-Unjoni u bejn networks ta’ trażmissjoni fl-Unjoni u networks ta’ trażmissjoni barra mill-Unjoni; |
|
(c) |
tranżazzjonijiet relatati mal-ħżin tal-idroġenu fl-Unjoni; |
|
(d) |
kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ opzjonijiet, futuri, forwards, swaps u kwalunkwe derivattiv ieħor ta’ tranżazzjonijiet, inklużi kuntratti għad-differenza, relatata mal-provvista, mat-trasport u mal-ħżin tal-idroġenu fl-Unjoni; |
|
(e) |
tranżazzjonijiet għas-servizzi tal-ibbilanċjar fl-idroġenu, inklużi s-swieq tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u tal-enerġija tal-ibbilanċjar. |
9. It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu eżentati mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fil-paragrafu 8:
|
(a) |
tranżazzjonijiet relatati mal-konsenja fiżika tal-idroġenu prodott minn faċilità waħda tal-produzzjoni tal-idroġenu b’kapaċità tal-produzzjoni ta’ 50 MW jew inqas; |
|
(b) |
tranżazzjonijiet relatati mal-provvista jew mat-trasport tal-idroġenu f’networks tal-idroġenu ġeografikament limitati skont it-tifsira tal-Artikolu 52 tad-Direttiva (UE) 2024/1788; |
|
(c) |
tranżazzjonijiet għall-provvista tal-idroġenu lil unità tal-konsum waħda b’kapaċità teknika ta’ konsum ta’ inqas minn 600 GWh/sena. |
10. Il-parteċipanti fis-suq involuti biss fi tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 9, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.
11. Il-parteċipanti fis-suq li jkunu kkonkludew it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 8 għandhom iżommu rekord tad-dettalji ta’ tali tranżazzjonijiet, għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin wara l-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet. Dan l-obbligu ma għandux japplika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 9.
Artikolu 5
Tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati fuq talba tal-Aġenzija
1. It-tranżazzjonijiet li ġejjin relatati mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fir-rigward tal-elettriku jew tal-gass naturali għandhom jiġu rrapportati biss fuq talba motivata tal-Aġenzija, u fuq bażi ad hoc:
|
(a) |
tranżazzjonijiet intragrupp, sakemm ma jiġux konklużi f’OMPs; |
|
(b) |
tranżazzjonijiet relatati mal-konsenja fiżika tal-elettriku prodott minn unità tal-produzzjoni waħda b’kapaċità ta’ 10 MW jew inqas jew minn unitajiet tal-produzzjoni b’kapaċità kombinata ta’ 10 MW jew inqas, sakemm ma jiġux konklużi f’OMPs; |
|
(c) |
tranżazzjonijiet relatati mal-konsenja fiżika tal-gass naturali prodott minn faċilità waħda tal-produzzjoni tal-gass naturali b’kapaċità tal-produzzjoni ta’ 20 MW jew inqas jew minn unitajiet tal-produzzjoni b’kapaċità kombinata ta’ 20 MW jew inqas, sakemm ma jiġux konklużi f’OMPs; |
|
(d) |
tranżazzjonijiet relatati man-networks ta’ pipelines upstream kif iddefiniti fl-Artikolu 2(16) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, sakemm ma jiġux konklużi f’OMPs; |
|
(e) |
tranżazzjonijiet relatati mal-ħżin tal-gass naturali u mhux koperti mill-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(f) |
tranżazzjonijiet relatati ma’ miżuri ta’ ridispaċċ ibbażati fuq is-suq konklużi bejn l-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni u l-parteċipanti fis-suq, sakemm ma jkunux diġà previsti skont l-Artikoli 3 jew 4 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(g) |
ordnijiet li jsiru f’servizzi operati bil-vuċi tas-sensara u li ma jidhrux fuq skrins elettroniċi; |
|
(h) |
tranżazzjonijiet għal servizzi tal-ibbilanċjar tal-gass mhux diġà rrapportati skont l-Artikolu 3; |
|
(i) |
id-dettalji tal-allokazzjonijiet tal-kapaċità primarja fejn ma jkun ġiet sottomessa l-ebda offerta tax-xiri u ma tkun ġiet allokata l-ebda kapaċità bħala riżultat tal-proċess ta’ allokazzjoni. |
2. Il-parteċipanti fis-suq involuti biss fi tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c) jew (d), ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.
3. Il-parteċipanti fis-suq li jkunu kkonkludew it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iżommu rekord tad-dettalji ta’ tali tranżazzjonijiet għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin wara l-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet.
4. Jekk l-Aġenzija toħroġ talba ad hoc skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-parteċipant fis-suq ikun reġistrat skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.
Artikolu 6
Rapportar tal-iskopertura
1. Il-pożizzjonijiet li jirriżultaw min-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa għandhom jiġu rrapportati lill-Aġenzija mill-parteċipanti fis-suq darba kull 3 xhur (il-“perjodu ta’ referenza”), u mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xahar wara l-aħħar jum tal-perjodu ta’ referenza. L-ewwel rapportar għandu jsir f’Ottubru 2027.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih il-pożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa b’konsenja fiżika jew saldu fi flus kontanti fi żmien 18-il xahar wara l-aħħar jum tal-perjodu ta’ referenza, irrispettivament minn fejn u kif titwettaq tali attività, inklużi tranżazzjonijiet intragrupp.
3. L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 għandha tiġi:
|
(a) |
irrapportata separatament għall-elettriku u għall-gass naturali, inkluż l-LNG; |
|
(b) |
irrapportata għal kull punt jew żona ta’ konsenja kif iddefinita mill-Aġenzija; |
|
(c) |
irrapportata għal kull tip ta’ prodott; |
|
(d) |
iddiferenzjata bejn pożizzjonijiet intragrupp u mhux intragrupp; u |
|
(e) |
aggregata skont ix-xahar, għal kull wieħed mit-18-il xahar wara l-aħħar jum tal-perjodu ta’ referenza, kif ikkalkolat fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ referenza. |
4. Fuq talba tal-Aġenzija, il-parteċipanti fis-suq li huma soġġetti għall-obbligu ta’ rapportar stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-volum ta’ kull xahar previst tal-produzzjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali għal kull punt jew żona ta’ konsenja u għall-perjodu tar-rapportar kif iddefinit mill-Aġenzija; u |
|
(b) |
il-volum ta’ kull xahar previst tal-konsum tal-elettriku jew tal-gass naturali, għal kull punt jew żona ta’ konsenja u għall-perjodu tar-rapportar kif iddefinit mill-Aġenzija, abbażi tal-kuntratti tal-parteċipant fis-suq konklużi mal-klijenti tiegħu. |
5. Il-parteċipanti fis-suq b’pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 taħt is-600 GWh fuq bażi annwali, ivvalutati separatament għall-elettriku u għall-gass naturali, ma għandhomx ikunu meħtieġa jissottomettu r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jivvalutaw jekk dak il-limitu għall-volumi tal-enerġija japplikax għalihom fuq bażi annwali fi tmiem kull sena kalendarja.
Il-limitu ta’ 600 GWh għandu jiġi vvalutat bħala total tal-valuri assoluti ta’ kull xahar li jirriżultaw mill-paragrafu 2.
6. L-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni, l-Operaturi tas-Sistema tad-Distribuzzjoni, l-Operaturi tas-Sistema tal-Ħżin, u l-Operaturi tas-Sistema tal-LNG li jixtru l-gass naturali jew l-elettriku biss għall-ħtiġijiet teknoloġiċi jew operazzjonali tas-sistema li joperaw għandhom jirrapportaw l-informazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu fuq talba tal-Aġenzija biss.
7. L-Aġenzija tista’ titlob lill-parteċipanti fis-suq jipprovdu informazzjoni u kjarifiki fir-rigward tal-informazzjoni rrapportata skont dan l-Artikolu.
8. L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tissottometti rapport lill-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni rrapportata skont dan l-Artikolu. Fir-rapport, l-Aġenzija tista’ tipprovdi valutazzjoni ta’ jekk, fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq tal-enerġija, il-qafas applikabbli għar-rapportar tal-iskoperturi u għall-istandards tar-rapportar għadux adegwat għall-użu għall-fini tat-tisħiħ tal-integrità u tat-trasparenza tas-suq.
Artikolu 7
Dettalji tat-tranżazzjonijiet rapportabbli
1. L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 3 għandha tinkludi:
|
(a) |
fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li jirreferu għall-kuntratti standard għall-provvista jew għall-ħżin tal-elettriku jew għall-provvista tal-gass naturali, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness; |
|
(b) |
fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li jirreferu għal kuntratti mhux standard għall-provvista jew għall-ħżin tal-elettriku jew għall-provvista tal-gass naturali, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness; |
|
(c) |
fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li jirreferu għal kuntratti standard u mhux standard għat-trasport tal-elettriku, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness; |
|
(d) |
fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li jirreferu għall-kuntratti standard u mhux standard għat-trasport tal-gass naturali, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness; |
|
(e) |
fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li jirreferu għall-kuntratti standard għall-provvista u għat-trasport tal-elettriku jew tal-gass naturali f’konformità mal-Artikolu 9, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 5 tal-Anness, fejn applikabbli. |
Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet konklużi fil-qafas tal-kuntratti mhux standard, inkluża l-eżekuzzjoni tagħhom, li jispeċifikaw mill-inqas volum u prezz dirett għandhom jiġu rrapportati bl-użu tat-Tabella 1 tal-Anness.
2. L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikoli 7c u 7d tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 għandha tinkludi d-dettalji stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness.
3. Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(8) għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tal-Aġenzija tal-parteċipanti fis-suq li jidħlu fit-tranżazzjoni; |
|
(b) |
il-kronogramma tat-tranżazzjoni; |
|
(c) |
informazzjoni dwar il-profil tal-konsenja, fejn applikabbli; |
|
(d) |
it-tip ta’ idroġenu, bħall-idroġenu rinnovabbli jew l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fejn applikabbli; |
|
(e) |
il-prezz u l-kwantità; |
|
(f) |
il-punt jew iż-żona tal-konsenja; |
|
(g) |
informazzjoni dwar il-kuntratt negozjat. |
4. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi d-dettalji tekniċi tal-informazzjoni rapportabbli msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 4, 5 u 6 f’manwal għall-utenti u, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u mal-Kummissjoni, tagħmilha disponibbli għall-pubbliku mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-partijiet rilevanti u lill-Kummissjoni dwar l-aġġornamenti materjali tal-manwal għall-utenti. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jissottomettu informazzjoni rapportabbli lill-Aġenzija f’konformità mal-manwal għall-utenti.
Artikolu 8
Kanali ta’ rapportar għat-tranżazzjonijiet
1. L-OMPs għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija d-data relatata mal-kotba tal-ordnijiet, inklużi l-ordnijiet imqabbla u mhux imqabbla, in-negozji u l-avvenimenti taċ-ċiklu tal-ħajja li jseħħu fl-OMP, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.
B’referenza għall-Artikolu 3, il-punt (a), l-OMPs għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jibdew jirrapportaw id-dettalji tal-ordnijiet iġġenerati mis-sistema lill-Aġenzija.
B’referenza għall-Artikolu 3, il-punt (b)(i), id-dettalji tal-allokazzjonijiet tal-kapaċità primarja fejn ma tkun ġiet allokata l-ebda kapaċità bħala riżultat tal-proċess ta’ allokazzjoni għandhom jiġu rrapportati wkoll lill-Aġenzija mill-OMP rispettiv.
B’referenza għall-Artikolu 3, il-punt (b)(ii), l-OMPs għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija t-tranżazzjonijiet imwettqa jew irreġistrati fuq il-pjattaforma tagħhom bħala riżultat tal-allokazzjoni sekondarja, irrispettivament minn fejn isseħħ l-allokazzjoni.
L-OMPs għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija d-data msemmija f’dan il-paragrafu f’isem il-parteċipanti fis-suq kollha attivi fil-pjattaforma tagħhom, u b’hekk jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar ta’ dawk il-parteċipanti fis-suq skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. Il-parteċipanti fis-suq ma għandhomx jirrapportaw dik id-data lill-Aġenzija.
2. L-Aġenzija għandha tipprovdi r-raġunijiet sottostanti għal kwalunkwe talba għal aċċess għall-ktieb tal-ordnijiet sottomessa f’konformità mal-Artikolu 8(1a), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. It-talba għandha tiġi eżerċitata b’mod proporzjonat u għandha tiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni riċevuta. L-Aġenzija għandha tiddetermina fuq bażi ta’ każ b’każ l-iskadenza li fiha għandu jingħata aċċess għall-ktieb tal-ordnijiet. Tali skadenza għandha tkun proporzjonata għan-natura tat-talba.
3. Fuq talba ta’ parteċipant fis-suq, l-OMP għandu jagħmel id-data rrapportata rilevanti ta’ dak il-parteċipant fis-suq, inkluża informazzjoni dwar jekk dik id-data rrapportata hijiex konformi mar-regoli ta’ validazzjoni tal-Aġenzija, disponibbli għall-parteċipant fis-suq fuq bażi kontinwa.
L-OMPs għandhom iżommu rekord tad-dettalji tad-data rrapportata f’konformità mal-Artikolu 8(1a) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin wara l-jum li fih tkun seħħet it-tranżazzjoni.
4. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija d-dettalji tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 li seħħew barra OMP.
Il-parteċipanti fis-suq għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6.
5. Sabiex l-OMPs jissodisfaw l-obbligu ta’ rapportar tagħhom stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-parteċipanti fis-suq għandhom jipprovdu lill-OMP fejn iseħħ in-negozjar informazzjoni li ma tkunx diġà disponibbli għall-OMP.
L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha ssir disponibbli għall-OMP mhux aktar tard mill-mument tar-rapportar kif stabbilit fl-Artikolu 10 u għandha tiġi rrapportata lill-Aġenzija mill-OMP, bħala parti mill-obbligu ta’ rapportar tal-OMP stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
6. L-informazzjoni fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jkunu ġew irrapportati f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) għandha tiġi pprovduta lill-Aġenzija, kif xieraq, permezz ta’:
|
(a) |
repożitorji tat-tranżazzjonijiet kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(b) |
mekkaniżmi ta’ rapportar approvati kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014; |
|
(c) |
l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014; |
|
(d) |
l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
7. Meta l-persuni jkunu rrapportaw dettalji tat-tranżazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-obbligi tagħhom fir-rigward tar-rapportar ta’ dawk id-dettalji skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 għandhom jitqiesu bħala ssodisfati.
8. Meta RRM jirrapporta f’isem kontroparti waħda jew iż-żewġ kontropartijiet, jew meta kontroparti waħda tirrapporta d-dettalji ta’ tranżazzjoni konkluża barra OMP ukoll f’isem il-kontroparti l-oħra, ir-rapport għandu jkun fih id-data tal-kontroparti rilevanti fir-rigward ta’ kull waħda mill-kontropartijiet u s-sett sħiħ ta’ dettalji li kienu jiġu rrapportati li kieku t-tranżazzjonijiet ġew irrapportati minn kull kontroparti separatament.
9. L-Aġenzija tista’ titlob lill-parteċipanti fis-suq, inklużi l-parteċipanti fis-suq tal-LNG, u lill-partijiet li jirrapportaw biex jipprovdu informazzjoni u kjarifiki addizzjonali, li jistgħu jinkludu aċċess għall-kuntratti oriġinali, fir-rigward tad-data li għandha tiġi rrapportata skont dan ir-Regolament.
10. L-Aġenzija għandha tfassal u tippubblika lista ta’ OMPs mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha taġġorna dik il-lista fil-ħin.
11. L-OMPs għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija sabiex jiġu inklużi fil-lista u għandhom jissottomettu data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni qabel ma jsir l-ewwel rapportar skont l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament. L-OMPs għandhom jissottomettu aġġornamenti tal-informazzjoni tagħhom, fil-ħin, meta sseħħ bidla. L-OMPs diġà inklużi fil-lista ta’ OMPs stabbilita skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 ma għandhomx jinnotifikaw lill-Aġenzija mill-ġdid.
12. Jekk OMP ikun naqas milli jinnotifika lill-Aġenzija skont il-paragrafu 11, l-Aġenzija tista’ titlob l-informazzjoni meħtieġa minn dak l-OMP u għandha tinkludi l-OMP fil-lista.
13. L-Aġenzija tista’ titlob lill-OMPs biex jipprovdu dettalji u kjarifiki ulterjuri fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa skont dan l-Artikolu.
Artikolu 9
Tranżazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet
1. Meta t-tranżazzjonijiet jiġu eżegwiti permezz ta’ sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet li jkunu qed jikkollegaw żewġ OMPs jew aktar, l-informazzjoni dwar tali tranżazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati lill-Aġenzija skont dan ir-Regolament għandha, fuq talba tal-Aġenzija, tiġi rrapportata mill-OMPs rilevanti sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament.
2. Jekk l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-OMPs kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli għall-OMPs rilevanti, iżda tkun disponibbli għas-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet, l-operatur ta’ dik is-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet għandu, fuq talba mill-OMPs, jew:
|
(a) |
jirrapporta lill-Aġenzija, f’isem l-OMPs, l-informazzjoni li ma tkunx disponibbli għal dawk l-OMPs; jew |
|
(b) |
jipprovdi lill-OMPs rilevanti l-informazzjoni li ma tkunx disponibbli għalihom, sabiex l-OMPs ikunu jistgħu jirrapportaw dik l-informazzjoni lill-Aġenzija. |
3. L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lill-Aġenzija f’konformità mal-paragrafu 2 hija stabbilita fit-Tabella 5 tal-Anness.
Artikolu 10
Twaqqit għar-rapportar tat-tranżazzjonijiet
1. Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a), relatati ma’ kuntratti standard għandhom jiġu rrapportati mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-konklużjoni tan-negozju, it-tqegħid tal-ordni jew l-okkorrenza tal-avveniment taċ-ċiklu tal-ħajja.
2. Fil-każ ta’ swieq tal-irkant fejn l-ordnijiet ma jkunux magħmula pubblikament viżibbli, għandhom jiġu rrapportati biss in-negozji konklużi u ordnijiet finali kkunsidrati fl-irkant skont l-Artikolu 3, il-punt (a). Dawk in-negozji u l-ordnijiet għandhom jiġu rrapportati mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-irkant.
3. Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (a), relatati ma’ kuntratti u tranżazzjonijiet mhux standard imsemmija fl-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, għandhom jiġu rrapportati mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara l-konklużjoni tan-negozju, jew l-okkorrenza tal-avveniment taċ-ċiklu tal-ħajja.
4. Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (b), relatati ma’ kuntratti standard għandhom jiġu rrapportati mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara li r-riżultati tal-allokazzjoni jkunu saru disponibbli jew ikun seħħ l-avveniment taċ-ċiklu tal-ħajja.
5. Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (b), relatati ma’ kuntratti mhux standard għandhom jiġu rrapportati mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara l-konklużjoni tan-negozju jew l-okkorrenza tal-avveniment taċ-ċiklu tal-ħajja.
6. Id-data tas-suq tal-LNG għandha tiġi sottomessa lill-Aġenzija kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali kif teknoloġikament possibbli malli jsir il-ftehim finali dwar it-tranżazzjoni bejn il-kontropartijiet jew meta jiġu ppreżentati l-offerti tax-xiri jew tal-bejgħ.
KAPITOLU III
RAPPORTAR TA’ DATA FUNDAMENTALI
Artikolu 11
Regoli għar-rapportar ta’ data fundamentali dwar l-elettriku
1. L-ENTSO għall-Elettriku għandu, f’isem il-parteċipanti fis-suq, jirrapporta informazzjoni lill-Aġenzija fir-rigward tal-kapaċità u tal-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-konsum u għat-trażmissjoni tal-elettriku, inkluż in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata u mhux ippjanata ta’ dawk il-faċilitajiet, kif imsemmi fl-Artikoli 6 sa 17 tar-Regolament (UE) Nru 543/2013. L-informazzjoni għandha tiġi rrapportata permezz tal-pjattaforma għat-trasparenza tal-informazzjoni ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.
2. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-Aġenzija hekk kif din issir disponibbli fuq il-pjattaforma għat-trasparenza tal-informazzjoni ċentrali.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 543/2013 għandha ssir disponibbli għall-Aġenzija f’forma diżaggregata, inklużi l-isem u l-post tal-unità tal-konsum imsemmija mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 543/2013 għandha ssir disponibbli għall-Aġenzija mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara.
3. L-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 nomini finali bejn iż-żoni fejn jiġu ppreżentati l-offerti tax-xiri li jispeċifikaw l-identità tal-parteċipanti fis-suq involuti u l-kwantità skedata. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol ta’ wara.
4. L-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 id-data tal-issettiljar tal-iżbilanċ, filwaqt li jindikaw l-iżbilanċi, il-pożizzjonijiet finali, il-volumi allokati u, fejn applikabbli, l-aġġustamenti tal-iżbilanċ. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull parti responsabbli mill-ibbilanċjar u għall-perjodu tal-issettiljar tal-iżbilanċ, fuq bażi ta’ kull xahar, u mhux aktar tard mill-aħħar jum tat-tielet xahar wara x-xahar li fih ikun seħħ l-issettiljar tal-iżbilanċ.
Jekk l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tkunx disponibbli għall-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni rilevanti, iżda tkun disponibbli għal parti terza f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 (14), dik il-parti terza għandha tipprovdi lill-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni l-informazzjoni rilevanti sabiex l-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni jirrapportaha lill-Aġenzija.
5. L-Aġenzija tista’ titlob informazzjoni u kjarifiki addizzjonali mingħand l-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni, mill-Operaturi tas-Sistema tal-Ħżin, mill-Operaturi tas-Sistema tad-Distribuzzjoni jew mill-RRMs li jirrapportaw f’isimhom fir-rigward tad-data li għandha tiġi rrapportata skont dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Regoli għar-rapportar ta’ data fundamentali dwar il-gass naturali
1. L-ENTSO għall-Gass għandu, f’isem il-parteċipanti fis-suq, jirrapporta informazzjoni lill-Aġenzija fir-rigward tal-kapaċità u tal-użu tal-faċilitajiet għat-trażmissjoni tal-gass naturali, inkluż in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat u mhux ippjanat ta’ dawk il-faċilitajiet kif imsemmi fil-punti 3.3(1) u 3.3(5) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1789. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz tal-pjattaforma ċentrali madwar l-Unjoni kif imsemmi fil-punt 3.1.1(1)(h) tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.
L-ENTSO għall-Gass għandu jagħmel l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu disponibbli għall-Aġenzija hekk kif din issir disponibbli fuq il-pjattaforma ċentrali madwar l-Unjoni.
2. L-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 nomini ta’ jum bil-quddiem u rinomini finali ta’ kapaċitajiet riżervati billi jispeċifikaw l-identità tal-parteċipanti fis-suq involuti u l-kwantitajiet allokati. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol ta’ wara.
Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għall-punti li ġejjin tas-sistema ta’ trażmissjoni:
|
(a) |
il-punti ta’ interkonnessjoni kollha; |
|
(b) |
il-punti ta’ dħul tal-faċilitajiet tal-produzzjoni inkluż tal-pipelines upstream; |
|
(c) |
għall-punti ta’ ħruġ konnessi ma’ klijent wieħed; |
|
(d) |
il-punti ta’ dħul u ħruġ lejn il-ħżin u minnu; |
|
(e) |
għall-faċilitajiet tal-LNG; |
|
(f) |
għaċ-ċentri fiżiċi u virtwali. |
3. L-Operaturi tas-Sistema tal-LNG kif iddefiniti fl-Artikolu 2(34) tad-Direttiva (UE) 2024/1788 għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal kull faċilità tal-LNG, l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-kapaċità teknika tal-faċilità tal-LNG f’riżoluzzjoni ta’ kuljum; |
|
(b) |
il-kapaċità kuntrattata u disponibbli tal-faċilità tal-LNG jew, fejn il-faċilitajiet joperaw fi gruppi, għal kull grupp ta’ faċilitajiet tal-LNG, f’riżoluzzjoni ta’ kuljum; |
|
(c) |
il-prodott li toħroġ il-faċilità tal-LNG u l-inventarju tagħha ta’ kuljum. |
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir disponibbli mhux aktar tard mill-jumejn tax-xogħol ta’ wara.
5. L-Operaturi tas-Sistema tal-LNG għandhom jirrapportaw ukoll lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal kull faċilità tal-LNG, l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
fir-rigward tal-ħatt u tat-tagħbija mill-ġdid tal-merkanzija:
|
|
(b) |
il-ħatt jew it-tagħbija mill-ġdid ippjanati fil-faċilitajiet tal-LNG f’riżoluzzjoni ta’ kuljum għax-xahar li jmiss billi jiġi speċifikat il-parteċipant fis-suq u l-isem tal-klijent tat-terminal (jekk ikun differenti mill-parteċipant fis-suq). |
6. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, il-punt (a), għandha ssir disponibbli mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-ħatt jew it-tagħbija mill-ġdid.
L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli qabel ix-xahar li tkun relatata miegħu.
7. L-Operaturi tas-Sistema tal-Ħżin kif iddefiniti fl-Artikolu 2(32) tad-Direttiva (UE) 2024/1788 għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal kull faċilità tal-ħżin jew, fejn il-faċilitajiet jiġu operati fi gruppi, għal kull grupp ta’ faċilitajiet tal-ħżin wara li tasal informazzjoni permezz ta’ pjattaforma konġunta:
|
(a) |
il-kapaċità teknika, kuntrattata u disponibbli tal-faċilità tal-ħżin; |
|
(b) |
l-ammont ta’ gass naturali fl-istokk fi tmiem il-jum tal-gass naturali, l-influssi (l-injezzjonijiet) u l-flussi ta’ ħruġ (l-irtirar) għal kull jum tal-gass naturali. |
8. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandha ssir disponibbli mhux aktar tard mill-jumejn tax-xogħol ta’ wara.
9. L-Operaturi tas-Sistema tal-Ħżin għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-ammont ta’ gass naturali li l-parteċipant fis-suq ikun ħażen fi tmiem il-jum tal-gass naturali. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli mhux aktar tard mill-jumejn tax-xogħol ta’ wara.
10. L-Aġenzija tista’ titlob informazzjoni u kjarifiki addizzjonali mingħand l-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni, mill-Operaturi tas-Sistema tal-LNG, mingħand l-Operaturi tas-Sistema tal-Ħżin, mingħand l-Operaturi tas-Sistema tad-Distribuzzjoni jew mingħand l-RRMs li jirrapportaw f’isimhom fir-rigward tad-data li għandha tiġi rrapportata skont dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Proċeduri ta’ rapportar
1. L-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikoli 3, 4, 5, 6, fl-Artikolu 7(2), u fl-Artikoli 9, 11, u 12 għandha tiġi rrapportata lill-Aġenzija permezz tal-RRMs.
2. Il-pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata (IIPs, Inside Information Platforms)għandhom, f’isem il-parteċipanti fis-suq, jirrapportaw l-informazzjoni divulgata fuq il-pjattaformi tagħhom lill-Aġenzija f’format elettroniku. L-informazzjoni rrapportata għandha tinkludi d-dettalji stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/255 (15).
3. Meta jirrapporta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-parteċipant fis-suq għandu jiġi identifikat mill-RRM jew mill-IIP li jkun qed jirrapporta f’ismu bl-użu tal-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, Agency for the Cooperation of Energy Regulators) li l-parteċipant fis-suq ikun irċieva jew il-kodiċi tal-parteċipant fis-suq uniku li l-parteċipant fis-suq ikun ipprovda meta kien qed jirreġistra f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.
4. L-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tistabbilixxi proċeduri, standards u formati elettroniċi bbażati fuq standards tal-industrija stabbiliti għar-rapportar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jirrapportaw id-data rilevanti skont dawk il-formati. L-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar aġġornamenti materjali tal-proċeduri, tal-istandards u tal-formati elettroniċi.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Rekwiżiti tekniċi u organizzazzjonali u responsabbiltà għar-rapportar ta’ data
1. Il-persuni meħtieġa jirrapportaw id-data skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1227/2011 għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-kompletezza, għall-akkuratezza u għas-sottomissjoni f’waqtha tad-data lill-Aġenzija.
Il-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqasijiet fil-kompletezza, fl-akkuratezza jew fis-sottomissjoni f’waqtha tad-data li jkunu attribwibbli għal parti terza. F’dawk il-każijiet, dik il-parti terza għandha tkun responsabbli għal dawk in-nuqqasijiet, mingħajr ma jkunu affettwati l-Artikoli 4 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 543/2013.
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jivverifikaw il-kompletezza, l-akkurateza u l-puntwalità tad-data li jissottomettu permezz tal-RRMs.
3. Il-parteċipanti fis-suq meħtieġa jiddivulgaw u jirrapportaw informazzjoni privileġġata f’konformità mal-Artikolu 4(1) u mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-kompletezza, għall-akkuratezza u għad-divulgazzjoni f’waqtha tal-informazzjoni dwar l-IIP.
Il-parteċipanti fis-suq ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqasijiet fil-kompletezza, fl-akkuratezza jew fis-sottomissjoni f’waqtha ta’ data li jkunu attribwibbli għall-IIP. F’dawk il-każijiet, l-IIP għandha tkun responsabbli għal dawk in-nuqqasijiet kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2026/255.
4. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-kompletezza, l-akkuratezza u s-sottomissjoni f’waqtha tad-data rrapportata skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1227/2011.
Artikolu 15
Rieżami mill-Aġenzija
Sal-1 ta’ Novembru 2030, l-Aġenzija għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport li jivvaluta jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u fil-kummerċ tal-idroġenu fl-Unjoni, ir-regoli dwar ir-rapportar ta’ data applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament, u b’mod partikolari r-regoli dwar ir-rapportar ta’ data dwar l-idroġenu, għadhomx adegwati għall-użu jew tkunx neċessarja xi emenda.
Artikolu 16
Tħassir u dispożizzjoni tranżizzjonali
1. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 jitħassar b’effett minn 29 ta’ April 2026.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
2. Permezz ta’deroga mill-paragrafu 1, l-Artikolu 3 u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 u l-Anness ta’ dak ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw sa ta’ 29 Ottubru 2027.
It-tranżazzjonijiet irrapportati abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-aġġornamenti għal tranżazzjonijiet bħal dawn li jsiru wara d-data tal-applikazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-Artikoli 9(5), 9(9) u 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 għandhom ikomplu japplikaw sa 29 ta’ April 2028.
3. It-tranżazzjonijiet konklużi qabel id-data li fiha jsir applikabbli l-obbligu ta’ rapportar fl-Artikolu 4, li jkunu pendenti f’dik id-data u li ma jkunux diġà ġew irrapportati lill-Aġenzija, għandhom jiġu rrapportati lill-Aġenzija fi żmien 90 jum wara li l-obbligu ta’ rapportar isir applikabbli.
Id-dettalji li għandhom jiġu rrapportati f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu biss data li tista’ tiġi estratta mir-rekords eżistenti tal-parteċipanti fis-suq. Huma għandhom mill-inqas jinkludu d-data msemmija fl-Artikolu 82(2) tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u fl-Artikolu 64(2) tad-Direttiva (UE) 2019/944.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-Artikolu 6 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027.
Mhux aktar tard minn 29 ta’ Ottubru 2026, l-Aġenzija għandha tipprovdi gwida u formati elettroniċi dwar l-Artikolu 6.
3. L-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 10(6) għandhom japplikaw minn 29 ta’ Ottubru 2027.
L-Artikolu 3, l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 8(5) u l-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn 29 ta’ Ottubru 2027.
Mhux aktar tard minn 29 ta’ Ottubru 2026, l-Aġenzija għandha tipprovdi gwida u formati elettroniċi dwar l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 7(2), u l-Artikolu 10(6).
4. L-Artikolu 4(1), 4(3), 4(4), 4(5), 4(6) u 4(7), l-Artikolu 9, l-Artikolu 11(4) u l-Artikoli 12(5), 12(9) u 13(2) għandhom japplikaw minn 29 ta’ April 2028.
Mhux aktar tard minn 29 ta’ April 2027, l-Aġenzija għandha tipprovdi gwida u formati elettroniċi dwar l-Artikoli 4(1), 4(3), 4(4), 4(5), 4(6) u 4(7), l-Artikolu 9, l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12(5), 12(9).
L-Artikolu 4(8) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2028.
Mhux aktar tard minn 29 ta’ Ottubru 2027, l-Aġenzija għandha tipprovdi gwida u formati elettroniċi dwar l-Artikolu 4(8).
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1227/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar ir-rappurtar tad-data li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1348/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1222/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/543/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (ĠU L, 2024/1789, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1789/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/34/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/943/oj).
(9) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj).
(10) Id-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (ĠU L, 2024/1788, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1788/oj).
(11) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/648/oj).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2195/oj).
(15) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/255 tat-30 ta’ Jannar 2026 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dettalji neċessarji għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata u tal-mekkaniżmi ta’ rapportar irreġistrat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L, 2026/255, 9.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/255/oj).
ANNESS
Tabella 1
Dettalji rapportabbli tal-kuntratti standard għall-provvista jew għall-ħżin tal-elettriku u għall-provvista ta’ gass naturali u dettalji tad-data tas-suq tal-LNG
(Formola standard ta’ rapportar)
|
Nru tal-Kamp |
Identifikatur tal-Kamp |
Deskrizzjoni |
||||||||
|
Partijiet għall-kuntratt |
||||||||||
|
1 |
ID tal-parteċipant fis-suq |
Il-kamp jidentifika, b’kodiċi uniku, il-parteċipant fis-suq li jqiegħed jew jikkonkludi t-tranżazzjoni, jew is-suq organizzat (OMP, Organised Marketplace) fil-każ ta’ ordnijiet iġġenerati mis-sistema. |
||||||||
|
2 |
Tip ta’ kodiċi użat fil-kamp 1 |
Il-kamp jindika t-tip tal-kodiċi uniku użat fil-kamp 1. |
||||||||
|
3 |
Attività ta’ provvediment ta’ likwidità |
Il-kamp jidentifika jekk l-ordni ġietx ippreżentata liċ-ċentru tan-negozjar bħala parti minn strateġija ta’ ġenerazzjoni tas-suq. |
||||||||
|
4 |
ID tan-negozjant |
Il-kamp jidentifika l-username tal-login jew il-kont tan-negozjar tan-negozjant użat biex titqiegħed jew tiġi konkluża t-tranżazzjoni, kif speċifikat mis-sistema teknika tal-OMP jew identifikat mill-parteċipant fis-suq. |
||||||||
|
5 |
ID tal-algoritmu |
Il-kamp jindika l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-algoritmu użat biex titqiegħed jew tiġi konkluża t-tranżazzjoni. |
||||||||
|
6 |
ID tal-parteċipant l-ieħor fis-suq (il-kontroparti) |
Il-kamp jidentifika, b’kodiċi uniku, il-parteċipant l-ieħor fis-suq li jkun il-kontroparti tat-tranżazzjoni. |
||||||||
|
7 |
Tip ta’ kodiċi użat fil-kamp 6 |
Il-kamp jindika t-tip tal-kodiċi uniku użat fil-kamp 6. |
||||||||
|
8 |
ID tal-entità li tirrapporta |
Il-kamp jidentifika l-mekkaniżmu ta’ rapportar irreġistrat (RRM, Registered Reporting Mechanism) bil-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, Agency for the Cooperation of Energy Regulators) tiegħu bħala l-entità li tirrapporta tat-tranżazzjoni. |
||||||||
|
9 |
ID tal-parteċipanti fis-suq li jaġixxu f’isem parti terza |
Il-kamp jidentifika l-parteċipanti fis-suq li jaġixxu b’mod dirett jew permezz ta’ sottodelega f’isem parti terza (f’isimha stess jew f’isem parti oħra), eż. persuni involuti f’arranġamenti ta’ aċċess elettroniku dirett. |
||||||||
|
10 |
ID tal-benefiċjarju |
Il-kamp jidentifika, b’kodiċi uniku, il-benefiċjarju tat-tranżazzjoni meta l-benefiċjarju ma jkunx l-istess bħall-parteċipant fis-suq identifikat fil-kamp 1 jew fil-kamp 9. |
||||||||
|
11 |
Tip ta’ kodiċi użat fil-kamp 9 u fil-kamp 10 |
Il-kamp jindika t-tip tal-kodiċijiet uniċi użati fil-kampijiet 9 u 10. |
||||||||
|
12 |
Kapaċità tan-negozjar tal-parteċipant fis-suq jew tal-kontroparti fil-kamp 1 |
Il-kamp jindika jekk il-parteċipant fis-suq jew il-kontroparti fil-kamp 1 ikunux qiegħdu jew ikkonkludew it-tranżazzjoni bħala prinċipal jew bħala aġent. |
||||||||
|
13 |
Indikatur tax-xiri/tal-bejgħ |
Il-kamp jindika jekk it-tranżazzjoni kinitx tinvolvi xiri jew bejgħ (jew f’ċerti xenarji t-tnejn). |
||||||||
|
14 |
Oriġinatur/Aggressur/Sleeve |
Il-kamp jindika jekk l-ordni għan-negozjar hijiex ordni oriġinatriċi jew aggressiva meta n-negozjar jiġi eżegwit fuq pjattaforma elettronika għas-sensara jew fuq pjattaforma assistita bil-vuċi għas-sensara. |
||||||||
|
Dettalji tal-ordni |
||||||||||
|
15 |
ID tal-ordni |
Il-kamp jidentifika l-ordni billi jintuża identifikatur b’kodiċi uniku matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif ipprovdut mis-suq organizzat jew mis-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet. |
||||||||
|
16 |
Tip ta’ ordni |
Il-kamp jindika t-tip ta’ ordni kif definit mill-funzjonalità offruta mill-OMP jew mis-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet. |
||||||||
|
17 |
Kundizzjoni tal-ordni |
Il-kamp jindika kundizzjoni speċjali għall-ordni li għandha tiġi eżegwita. |
||||||||
|
18 |
Status tal-ordni |
Il-kamp jindika l-istatus tal-ordni fil-ktieb tal-ordnijiet, pereżempju jekk l-ordni tkunx attiva jew diżattivata. |
||||||||
|
19 |
Volum minimu ta’ eżekuzzjoni |
Il-kamp jindika l-kwantità/il-volum ta’ kwalunkwe eżekuzzjoni minima definita. |
||||||||
|
20 |
Limitu tal-prezz |
Il-kamp jindika l-limitu tal-prezz biex l-ordni tiddaħħal jew titneħħa mill-ktieb tal-ordnijiet, bħal ordni ta’ skattar jew ta’ waqfien ta’ telf. |
||||||||
|
21 |
Volum mhux divulgat |
Il-kamp jindika l-volum li ma jiġix iddivulgat lis-suq għall-ordni. |
||||||||
|
22 |
Durata tal-ordni |
Il-kamp jindika d-durata tal-ordni li hija ż-żmien li matulu l-ordni tkun teżisti fis-sistema sakemm din titneħħa jew tiġi kkanċellata, sakemm ma tiġix eżegwita. |
||||||||
|
Dettalji tal-kuntratt |
||||||||||
|
23 |
ID tal-kuntratt |
Il-kamp jidentifika l-kuntratt li għalih tirreferi t-tranżazzjoni billi jintuża l-identifikatur b’kodiċi uniku pprovdut mill-OMP jew mill-kontropartijiet. |
||||||||
|
24 |
Isem tal-kuntratt |
Il-kamp jindika l-isem tal-kuntratt li għalih tirreferi t-tranżazzjoni kif identifikat mill-OMP. |
||||||||
|
25 |
Tip ta’ kuntratt |
Il-kamp jindika t-tip tal-kuntratt li għalih tirreferi t-tranżazzjoni. |
||||||||
|
26 |
Komodità tal-enerġija |
Il-kamp jindika l-komodità tal-enerġija soġġetta għall-kuntratt li għalih tirreferi t-tranżazzjoni. |
||||||||
|
27 |
Indiċi tal-iffissar jew prezz ta’ referenza |
Il-kamp jindika l-indiċi tal-iffissar li jistabbilixxi l-prezz għall-kuntratt jew il-prezz ta’ referenza għad-derivattivi. L-indiċi tal-iffissar huwa mistenni li jsegwi l-konvenzjoni tal-għoti tal-isem speċifikata mill-Aġenzija. |
||||||||
|
28 |
Tipi ta’ indiċijiet tal-iffissar |
Il-kamp jindika t-tip tal-indiċi tal-iffissar, bħal spot, forward, swap, spread, eċċ. |
||||||||
|
29 |
Sorsi ta’ indiċijiet tal-iffissar |
Il-kamp jindika s-sors tal-pubblikazzjoni għal kull indiċi. F’każ ta’ basket ta’ indiċijiet li għalihom ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat. |
||||||||
|
30 |
Intervall tal-iffissar tal-indiċi |
Il-kamp jindika l-intervall tal-iffissar li jiddetermina l-aktar data bikrija tal-iffissar tal-indiċi tal-iffissar u l-aħħar waħda. |
||||||||
|
31 |
Frekwenza tal-iffissar |
Il-kamp jindika l-frekwenza tal-avveniment ta’ ffissar, bħal kuljum, kull ġimgħa, kull xahar, staġunali, annwali jew oħrajn. |
||||||||
|
32 |
Metodu ta’ saldu |
Il-kamp jindika jekk il-kuntratt ikunx saldat fiżikament jew fi flus, u jekk il-partijiet kellhomx opzjoni fuq il-metodu ta’ saldu. |
||||||||
|
33 |
ID tas-suq organizzat/Barra l-borża (OTC, Over-The-Counter) |
Il-kamp jidentifika b’kodiċi uniku s-suq organizzat użat mill-parteċipant fis-suq biex iqiegħed jew jikkonkludi t-tranżazzjoni. Fil-każ ta’ data tas-suq tal-gass naturali likwifikat (LNG, liquefied natural gas), il-kamp jista’ jidentifika wkoll il-pjattaforma fejn tkun ġiet ippreżentata l-offerta tax-xiri jew tal-bejgħ, jew fejn tkun ġiet konkluża t-tranżazzjoni. |
||||||||
|
34 |
Tip ta’ ċentru tan-negozjar |
Il-kamp jindika t-tip ta’ ċentru tan-negozjar operat mis-suq organizzat fejn tkun tqiegħdet jew ġiet konkluża t-tranżazzjoni. |
||||||||
|
35 |
Sigħat ta’ negozjar tal-kuntratt |
Il-kamp jindika s-sigħat ta’ negozjar tal-kuntratt. |
||||||||
|
36 |
L-aħħar data u ħin tan-negozjar |
Il-kamp jindika l-aħħar data u ħin tan-negozjar għall-kuntratt. |
||||||||
|
Dettalji tat-tranżazzjoni |
||||||||||
|
37 |
Kronogramma tat-tranżazzjoni |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin meta seħħ l-avveniment ta’ tranżazzjoni rrapportat, inklużi s-sottomissjoni tal-ordni, l-eżekuzzjoni tan-negozju u l-modifika, il-kanċellazzjoni jew it-terminazzjoni tagħhom. |
||||||||
|
38 |
ID unika tat-tranżazzjoni |
Il-kamp jidentifika t-tranżazzjoni b’identifikatur uniku kif assenjat mis-suq organizzat jew mis-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet, jew miż-żewġ parteċipanti fis-suq f’każ ta’ tranżazzjonijiet bilaterali biex jitqabblu ż-żewġ naħat ta’ tranżazzjoni. |
||||||||
|
39 |
ID tat-tranżazzjoni marbuta |
Il-kamp jidentifika t-tranżazzjoni marbuta billi jintuża identifikatur uniku li huwa assoċjat mal-eżekuzzjoni, jew meta żewġ tranżazzjonijiet jew aktar ikunu relatati ma’ xulxin, bħal meta tiġi eżerċitata l-opzjoni, jew meta diversi tranżazzjonijiet jikkontribwixxu għall-istess strateġija ta’ negozjar. |
||||||||
|
40 |
ID tal-ordni marbuta |
Il-kamp jidentifika l-ordni marbuta billi jintuża identifikatur uniku li huwa assoċjat mal-eżekuzzjoni jew marbut mal-ordni rrapportata. |
||||||||
|
41 |
Senserija bil-leħen |
Il-kamp jindika jekk it-tranżazzjoni saritx permezz ta’ senserija bil-leħen. |
||||||||
|
42 |
Avveniment ta’ wara n-negozjar |
Il-kamp jidentifika jekk it-tranżazzjoni rrapportata tirreferix għal avveniment ta’ wara n-negozjar li jseħħ wara l-konklużjoni tat-tranżazzjoni, bħal give-up, take-up, eċċ. |
||||||||
|
43 |
Tip ta’ tranżazzjoni |
Il-kamp jidentifika kwalunkwe informazzjoni speċifika dwar it-tip tat-tranżazzjoni, pereżempju jekk tirrappreżentax negozju kklirjat. |
||||||||
|
44 |
ID tal-preżentazzjoni tal-offerta tax-xiri |
Il-kamp jidentifika l-unità tal-preżentazzjoni tal-offerta tax-xiri fil-każ ta’ preżentazzjoni tal-offerta tax-xiri bbażata fuq l-unità jew il-portafoll fil-każ ta’ preżentazzjoni tal-offerta tax-xiri bbażata fuq il-portafoll, billi jintuża identifikatur uniku. |
||||||||
|
45 |
Prezz |
Il-kamp jindika l-prezz għal kull unità. Għad-data tas-suq tal-LNG, il-kamp għandu jindika valur stmat f’każ li l-prezz jiġi stabbilit permezz ta’ formula tal-prezz. |
||||||||
|
46 |
Formula tal-prezz |
Il-kamp jindika l-formula tal-prezz. Il-kamp għandu jispeċifika l-komponenti tal-formula, bħall-multiplikatur, il-limitu tal-kwantità, l-indiċi, il-prodott, il-perjodu tal-prodott, il-perjodu tal-bidu u tat-tmiem tal-kalkolu, l-iskont. |
||||||||
|
47 |
Prezz f’EUR/MWh |
Il-kamp jindika l-prezz fil-kamp 45 espress f’EUR/MWh. Il-kamp huwa applikabbli għad-data tas-suq tal-LNG u għandu jispeċifika r-rata tal-kambju għall-munita u r-rata tal-konverżjoni għall-konverżjoni tal-unità. |
||||||||
|
48 |
Valur tal-indiċi |
Il-kamp jindika l-valur tal-indiċi tal-iffissar. |
||||||||
|
49 |
Munita u unità tal-prezz |
Il-kamp jindika l-munita u l-unità li fiha huwa espress il-prezz. |
||||||||
|
50 |
Ammont nozzjonali |
Il-kamp jindika l-valur finanzjarju tat-tranżazzjoni. |
||||||||
|
51 |
Ammont nozzjonali f’EUR |
Il-kamp jindika l-ammont nozzjonali fil-kamp 50 espress f’EUR. Il-kamp huwa applikabbli għad-data tas-suq tal-LNG u għandu jispeċifika r-rata tal-kambju għall-konverżjoni tal-munita. |
||||||||
|
52 |
Munita nozzjonali |
Il-kamp jindika l-munita tal-ammont nozzjonali fil-kamp 50. |
||||||||
|
53 |
Kwantità/Volum |
Il-kamp jindika n-numru totali ta’ unitajiet inklużi fit-tranżazzjoni billi jispeċifika n-numru ta’ unitajiet disponibbli u viżibbli għan-negozjar, u n-numru ta’ unitajiet imqabbla. |
||||||||
|
54 |
Kwantità nozzjonali totali tal-kuntratt |
Il-kamp jindika n-numru totali ta’ unitajiet tal-prodott tal-enerġija bl-ingrossa, filwaqt li jispeċifika n-numru ta’ unitajiet disponibbli u viżibbli għan-negozjar, u n-numru ta’ unitajiet imqabbla. Għad-data tas-suq tal-LNG, il-kamp għandu jindika valur stmat f’każ li l-kwantità tal-kuntratt tiġi speċifikata permezz ta’ valur minimu u massimu fil-kamp 76. |
||||||||
|
55 |
Kwantità nozzjonali totali tal-kuntratt f’MWh |
Il-kamp jindika l-kwantità nozzjonali totali tal-kuntratt fil-kamp 54 ikkonvertita għal MWh. Il-kamp huwa applikabbli għad-data tas-suq tal-LNG u għandu jispeċifika r-rata ta’ konverżjoni għall-konverżjoni tal-unità. |
||||||||
|
56 |
Unità tal-kwantità għall-kampijiet 53 u 54 |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl użata għall-kampijiet 53 u 54. |
||||||||
|
57 |
Data ta’ terminazzjoni |
Il-kamp jindika d-data ta’ terminazzjoni tat-tranżazzjoni, jekk tkun differenti mid-data tat-tmiem tal-konsenja. |
||||||||
|
Dettalji tad-data tas-suq u tal-kummerċ tal-LNG |
||||||||||
|
58 |
Tip ta’ data tas-suq tal-LNG |
Il-kamp jindika d-data rrapportata tas-suq tal-LNG bħala tranżazzjoni, offerta tax-xiri jew offerta tal-bejgħ. |
||||||||
|
59 |
Programm annwali ta’ konsenja |
Il-kamp jindika jekk il-konsenja hijiex relatata ma’ programm annwali ta’ konsenja miftiehem minn qabel. |
||||||||
|
60 |
Tpartit tal-merkanzija |
Il-kamp jindika jekk it-tranżazzjoni hijiex parti minn ftehim ta’ tpartit tal-merkanzija. |
||||||||
|
61 |
Tip ta’ avveniment |
Il-kamp jindika jekk it-tranżazzjoni hijiex speċifikata bħala fit-tank, tagħbija mill-ġdid jew ħatt. |
||||||||
|
62 |
Faċilità tat-tagħbija |
Il-kamp jindika t-tip u l-identifikazzjoni tal-faċilità fejn l-LNG tgħabba għall-bastiment, f’konformità mal-istandards tal-industrija applikabbli bħalissa. |
||||||||
|
63 |
Identifikatur tal-bastiment |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni tal-bastiment f’konformità mal-istandards tal-industrija applikabbli bħalissa. |
||||||||
|
64 |
Termini tal-konsenja |
Il-kamp jindika t-termini tal-konsenja kif speċifikati għat-tranżazzjonijiet. |
||||||||
|
65 |
Formula tal-prezz tal-kuntratt tal-portafoll |
Il-kamp jindika l-formula tal-prezz tal-kuntratt assoċjata mad-data tas-suq tal-LNG. |
||||||||
|
66 |
Arranġament speċjali |
Il-kamp jindika kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi tad-data rrapportata tas-suq tal-LNG. |
||||||||
|
67 |
Informazzjoni dwar min jagħmel ir-rapport |
Il-kamp jindika d-dettalji ta’ kuntatt tan-negozju tal-parteċipant fis-suq li jirrapporta d-data tas-suq tal-LNG lill-RRM rilevanti, inklużi l-isem u l-posta elettronika. |
||||||||
|
68 |
Dettalji ta’ kuntatt tan-negozju |
Il-kamp jindika d-dettalji ta’ kuntatt tan-negozju tal-persuna ta’ kuntatt kompetenti, inklużi l-isem, il-posta elettronika u n-numru tat-telefon tan-negozju, filwaqt li tiġi pprovduta kjarifika lill-Aġenzija dwar id-data tas-suq tal-LNG ippreżentata fuq talba. |
||||||||
|
Dettalji tal-opzjonalità |
||||||||||
|
69 |
Stil ta’ opzjoni |
Il-kamp jindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f’data fissa (stil Ewropew u Asjatiku), f’sensiela ta’ dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe żmien matul il-ħajja tal-kuntratt (stil Amerikan) jew skont kundizzjonijiet oħra. |
||||||||
|
70 |
Tip ta’ opzjoni |
Il-kamp jindika jekk l-opzjoni hix ta’ xiri, ta’ bejgħ jew oħra. |
||||||||
|
71 |
Data jew perjodu tal-eżerċizzju tal-opzjoni |
Il-kamp jindika d-data jew il-perjodu meta tiġi eżerċitata l-opzjoni. |
||||||||
|
72 |
Frekwenza tal-eżerċizzju tal-opzjoni |
Il-kamp jindika l-frekwenza tal-opzjonalità tal-volum. |
||||||||
|
73 |
Prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni |
Il-kamp jindika l-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni. |
||||||||
|
74 |
Kwantità minima/massima |
Il-kamp jindika n-numru totali minimu u/jew massimu ta’ unitajiet inklużi fit-tranżazzjoni. |
||||||||
|
75 |
Kwantità nozzjonali totali minima/massima tal-kuntratt |
Il-kamp jindika n-numru totali minimu u/jew massimu ta’ unitajiet tal-prodott tal-enerġija bl-ingrossa. |
||||||||
|
76 |
Kwantità nozzjonali totali minima/massima tal-kuntratt f’MWh |
Il-kamp jindika l-kwantità nozzjonali totali minima u/jew massima tal-kuntratt fil-kamp 75 ikkonvertita għal MWh. Il-kamp huwa applikabbli għad-data tas-suq tal-LNG u għandu jispeċifika r-rata ta’ konverżjoni għall-konverżjoni tal-unità. |
||||||||
|
77 |
Unità tal-kwantità għall-kampijiet 75 u 76 |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl użata għall-kampijiet 75 u 76. |
||||||||
|
Profil tal-konsenja |
||||||||||
|
78 |
Punt jew żona tal-konsenja |
Il-kamp jindika l-Kodiċijiet ta’ Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC, Energy Identification Code) għall-punti tal-konsenja jew għaż-żoni ta’ kummerċ, ikkomplementati mill-kodiċi ta’ identifikazzjoni (bħall-kodiċi tan-Numru Ewropew tal-Oġġetti (EAN, European Article Number)) tal-punt ta’ konnessjoni lokali rispettiv fejn applikabbli. |
||||||||
|
79 |
Data tal-bidu tal-konsenja |
Il-kamp jindika d-data tal-bidu tal-konsenja. |
||||||||
|
80 |
Data tat-tmiem tal-konsenja |
Il-kamp jindika d-data tat-tmiem tal-konsenja. |
||||||||
|
81 |
Durata |
Il-kamp jindika d-durata tal-perjodu ta’ konsenja. |
||||||||
|
82 |
Numru ta’ perjodi |
Il-kamp jindika n-numru ta’ unitajiet ta’ żmien meta tiġi kkonsenjata l-kwantità (kif derivata mill-profil tal-konsenja), filwaqt li tiġi applikata riżoluzzjoni fis-siegħa. |
||||||||
|
83 |
Tip ta’ tagħbija |
Il-kamp jindika t-tip ta’ profil tal-konsenja. |
||||||||
|
84 |
Intervalli tal-konsenja tat-tagħbija |
Il-kamp jindika l-intervall ta’ żmien għal kull blokka jew forma. |
||||||||
|
85 |
Kapaċità tal-konsenja |
Il-kamp jindika n-numru ta’ unitajiet inklużi fit-tranżazzjoni, għal kull intervall ta’ żmien tal-konsenja. |
||||||||
|
86 |
Unità tal-kwantità użata fil-kamp 85 |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl użata fil-kamp 85. |
||||||||
|
87 |
Prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta’ żmien |
Il-kamp jindika l-prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta’ żmien tal-konsenja. |
||||||||
|
Informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja |
||||||||||
|
88 |
Tip ta’ azzjoni |
Meta r-rapport jirreferi għal:
|
||||||||
Tabella 2
Dettalji rapportabbli ta’ kuntratti mhux standard għall-provvista jew għall-ħżin tal-elettriku jew għall-provvista tal-gass naturali
(Formola ta’ rapportar mhux standard)
|
Nru tal-Kamp |
Identifikatur tal-Kamp |
Deskrizzjoni |
||||||||
|
Partijiet għall-kuntratt |
||||||||||
|
1 |
ID tal-parteċipant fis-suq li jkun kontroparti għall-kuntratt |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq b’kodiċi uniku li jkun kontroparti għall-kuntratt bilaterali. |
||||||||
|
2 |
Tip ta’ kodiċi użat fil-kamp 1 |
Il-kamp jindika t-tip tal-kodiċi uniku użat fil-kamp 1. |
||||||||
|
3 |
ID tal-parteċipant l-ieħor fis-suq li jkun il-kontroparti l-oħra għall-kuntratt |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant l-ieħor fis-suq b’kodiċi uniku li jkun il-kontroparti l-oħra għall-kuntratt bilaterali. |
||||||||
|
4 |
Tip ta’ kodiċi użat fil-kamp 3 |
Il-kamp jindika t-tip tal-kodiċi uniku użat fil-kamp 3. |
||||||||
|
5 |
ID tal-entità li tirrapporta |
Il-kamp jidentifika l-RRM bil-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER tiegħu bħala l-entità li tirrapporta tal-kuntratt bilaterali. |
||||||||
|
6 |
ID tal-benefiċjarju |
Il-kamp jidentifika l-benefiċjarju tal-kuntratt bilaterali b’kodiċi uniku, jekk il-benefiċjarju ma jkunx l-istess bħall-parteċipant fis-suq identifikat fil-kamp 1. |
||||||||
|
7 |
Tip ta’ kodiċi użat fil-kamp 6 |
Il-kamp jindika t-tip tal-kodiċi uniku użat fil-kamp 6. |
||||||||
|
8 |
Kapaċità tan-negozjar tal-parteċipant fis-suq fil-kamp 1 |
Il-kamp jindika jekk il-parteċipant fis-suq fil-kamp 1 ikunx ikkonkluda l-kuntratt bilaterali bħala prinċipal jew bħala aġent. |
||||||||
|
9 |
Indikatur tax-xiri/tal-bejgħ |
Il-kamp jindika jekk il-kuntratt bilaterali ġiex konkluż fuq in-naħa tax-xiri jew tal-bejgħ (jew f’ċerti xenarji t-tnejn) mill-parteċipant fis-suq identifikat fil-kamp 1. |
||||||||
|
Dettalji tal-kuntratt |
||||||||||
|
10 |
ID tal-kuntratt |
Il-kamp jidentifika l-kuntratt bilaterali billi jintuża identifikatur uniku tal-kodiċi kif assenjat mill-kontropartijiet għall-kuntratt. |
||||||||
|
11 |
Data tal-kuntratt |
Il-kamp jindika d-data meta l-kuntratt bilaterali ġie konkluż, immodifikat jew ikkanċellat, kif miftiehem mill-kontropartijiet. |
||||||||
|
12 |
Tip ta’ kuntratt |
Il-kamp jindika t-tip tal-kuntratt. |
||||||||
|
13 |
Komodità tal-enerġija |
Il-kamp jindika l-komodità tal-enerġija soġġetta għall-kuntratt bilaterali. |
||||||||
|
14 |
ID tat-tranżazzjoni marbuta |
Il-kamp jidentifika t-tranżazzjoni marbuta billi jintuża identifikatur uniku li huwa assoċjat mal-kuntratt bilaterali rrapportat. |
||||||||
|
15 |
Tip ta’ assi ta’ ġenerazzjoni |
Il-kamp jindika l-assi(jiet) sottostanti li jipprovdi/u l-enerġija, fejn applikabbli. |
||||||||
|
16 |
Mekkaniżmi sottostanti |
Il-kamp jindika l-mekkaniżmu li jikkontribwixxi għall-konklużjoni tal-kuntratt bilaterali, bħall-iskema ta’ sussidju, ir-rilaxx tal-garanziji tal-oriġini. |
||||||||
|
17 |
Tip ta’ Ftehim dwar ix-Xiri tal-Enerġija (PPA, Power Purchase Agreement) |
Il-kamp jindika jekk il-kuntratt bilaterali jirreferix għal tagħbija bażi, ħlas kif prodott, ħlas kif previst, profil fiss fis-siegħa, PPA dinamiku, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (77), tar-Regolament (UE) 2019/943, jew ieħor. |
||||||||
|
18 |
Termini tal-konsenja |
Il-kamp jindika t-termini tal-konsenja kif speċifikat fil-kuntratt bilaterali. |
||||||||
|
19 |
Prezz jew formula tal-prezz |
Il-kamp jindika l-prezz fiss jew il-formula tal-prezz użata fil-kuntratt bilaterali. Il-kamp għandu jinkludi referenzi għall-indiċijiet kollha inklużi fil-formula. |
||||||||
|
20 |
Ammont nozzjonali |
Il-kamp jindika l-ammont nozzjonali tal-kuntratt bilaterali. Jekk il-kalkolu huwa soġġett għal varjabbli, għandha tiġi pprovduta stima. |
||||||||
|
21 |
Munita nozzjonali |
Il-kamp jindika l-munita tal-ammont nozzjonali fil-kamp 20. |
||||||||
|
22 |
Volum annwali kkuntrattat |
Il-kamp jindika l-volum annwali kkuntrattat kif miftiehem mill-kontropartijiet għall-kuntratt bilaterali. |
||||||||
|
23 |
Kwantità nozzjonali totali tal-kuntratt |
Il-kamp jindika n-numru totali ta’ unitajiet tal-prodott tal-enerġija bl-ingrossa. Jekk il-kalkolu huwa soġġett għal varjabbli, għandha tiġi pprovduta stima. |
||||||||
|
24 |
Kapaċità tal-opzjonalità tal-volum |
Il-kamp jindika n-numru ta’ unitajiet inklużi fil-kuntratt bilaterali, għal kull intervall ta’ żmien tal-konsenja, jekk disponibbli. |
||||||||
|
25 |
Unità tal-kwantità nozzjonali |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl użata fil-kampijiet 22, 23 u 24. |
||||||||
|
26 |
Opzjonalità tal-volum |
Il-kamp jindika l-klassifikazzjoni tal-volum. |
||||||||
|
27 |
Frekwenza tal-opzjonalità tal-volum |
Il-kamp jindika l-frekwenza tal-opzjonalità tal-volum, bħal kuljum, kull ġimgħa, kull xahar, staġunali, annwali jew oħrajn. |
||||||||
|
28 |
Intervalli tal-opzjonalità tal-volum |
Il-kamp jindika l-intervall ta’ żmien għal kull opzjonalità tal-volum. |
||||||||
|
Dettalji tal-indiċijiet tal-iffissar |
||||||||||
|
29 |
Tip ta’ prezz tal-indiċi |
Il-kamp jindika l-prezz ikklassifikat bħala fiss, indiċi sempliċi (sottostanti wieħed) jew formula kumplessa tal-prezz (sottostanti multipli). |
||||||||
|
30 |
Indiċi tal-iffissar |
Il-kamp jindika l-lista ta’ indiċijiet li jiddeterminaw il-prezz fil-kuntratt bilaterali. Għal kull indiċi għandu jiġi speċifikat l-isem. F’każ ta’ basket ta’ indiċijiet li għalihom ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat. |
||||||||
|
31 |
Tipi ta’ indiċijiet tal-iffissar |
Il-kamp jindika t-tip ta’ indiċi tal-iffissar bħal spot, forward, swap, spread jew oħrajn. |
||||||||
|
32 |
Sorsi ta’ indiċijiet tal-iffissar |
Il-kamp jindika s-sors tal-pubblikazzjoni għal kull indiċi. F’każ ta’ basket ta’ indiċijiet li għalihom ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat. |
||||||||
|
33 |
L-ewwel data tal-iffissar |
Il-kamp jindika l-ewwel data tal-iffissar iddeterminata mill-aktar data bikrija tal-iffissar kollu. |
||||||||
|
34 |
L-aħħar data tal-iffissar |
Il-kamp jindika l-aħħar data tal-iffissar iddeterminata mill-aħħar data tal-iffissar kollu. |
||||||||
|
35 |
Frekwenza tal-iffissar |
Il-kamp jindika l-frekwenza tal-iffissar, bħal kuljum, kull ġimgħa, kull xahar, staġunali, annwali jew oħrajn. |
||||||||
|
36 |
Metodu ta’ saldu |
Il-kamp jindika jekk il-kuntratt bilaterali jkunx saldat fiżikament jew fi flus, u jekk il-partijiet kellhomx opzjoni fuq il-metodu ta’ saldu. |
||||||||
|
Dettalji tal-opzjoni |
||||||||||
|
37 |
Stil ta’ opzjoni |
Il-kamp jindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f’data fissa (stil Ewropew u Asjatiku), f’sensiela ta’ dati speċifikati minn qabel (Bermuda) jew fi kwalunkwe żmien matul il-ħajja tal-kuntratt bilaterali (stil Amerikan) jew skont kundizzjonijiet oħra. |
||||||||
|
38 |
Tip ta’ opzjoni |
Il-kamp jindika jekk l-opzjoni hix ta’ xiri, ta’ bejgħ jew oħra. |
||||||||
|
39 |
Data tal-ewwel eżerċizzju tal-opzjoni |
Il-kamp jindika l-ewwel data tal-eżerċizzju ddeterminata mill-aktar data bikrija tal-eżerċizzji kollha. |
||||||||
|
40 |
Data tal-aħħar eżerċizzju tal-opzjoni |
Il-kamp jindika l-aħħar data tal-eżerċizzju ddeterminata mill-aħħar data tal-eżerċizzji kollha. |
||||||||
|
41 |
Frekwenza tal-eżerċizzju tal-opzjoni |
Il-kamp jindika l-frekwenza tal-opzjonalità tal-volum, bħal kuljum, kull ġimgħa, kull xahar, staġunali, annwali jew oħrajn. |
||||||||
|
42 |
Indiċi tal-eżerċitar tal-opzjoni |
Il-kamp jindika l-isem ta’ kull indiċi tal-eżerċitar tal-opzjoni. F’każ ta’ basket ta’ indiċijiet li għalihom ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat. |
||||||||
|
43 |
Tip ta’ indiċi tal-eżerċitar tal-opzjoni |
Il-kamp jindika t-tip tal-indiċi tal-eżerċitar tal-opzjoni, bħal spot, forward, swap, spread jew oħrajn. |
||||||||
|
44 |
Sors tal-indiċi tal-eżerċitar tal-opzjoni |
Il-kamp jindika s-sors tal-pubblikazzjoni għal kull indiċi. F’każ ta’ basket ta’ indiċijiet li għalihom ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat. |
||||||||
|
45 |
Prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni |
Il-kamp jindika l-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni. |
||||||||
|
Profil tal-konsenja |
||||||||||
|
46 |
Punt jew żona tal-konsenja |
Il-kamp jindika l-kodiċijiet EIC għall-punti tal-konsenja jew għaż-żoni ta’ kummerċ. |
||||||||
|
47 |
Data tal-bidu tal-konsenja |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tal-bidu tal-konsenja. Għall-kuntratti kkonsenjati fiżikament, din tkun id-data tal-bidu tal-konsenja ddikjarata fil-kuntratti bilaterali. |
||||||||
|
48 |
Data tat-tmiem tal-konsenja |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tat-tmiem tal-konsenja. Għall-kuntratti kkonsenjati fiżikament, din tkun id-data tat-tmiem tal-konsenja tal-kuntratt bilaterali. |
||||||||
|
49 |
Numru ta’ perjodi |
Il-kamp jindika n-numru ta’ unitajiet ta’ żmien meta tiġi kkonsenjata l-kwantità (kif derivata mill-profil tal-konsenja), filwaqt li tiġi applikata riżoluzzjoni fis-siegħa, jekk applikabbli. |
||||||||
|
50 |
Tip ta’ tagħbija |
Il-kamp jindika t-tip ta’ profil tal-konsenja. |
||||||||
|
Informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja |
||||||||||
|
51 |
Tip ta’ azzjoni |
Meta r-rapport jirreferi għal:
|
||||||||
Tabella 3
Dettalji rapportabbli tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fir-rigward tat-trasport tal-elettriku
|
Nru tal-Kamp |
Identifikatur tal-Kamp |
Deskrizzjoni |
|
Data komuni għar-riżultati tal-allokazzjoni primarja totali u d-drittijiet tal-bejgħ mill-ġdid u tat-trasferiment tas-suq sekondarju u d-dokument tal-offerta tax-xiri |
||
|
1 |
Identifikazzjoni tad-dokument |
Il-kamp jindika d-dokument b’kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku li għalih tkun qed tiġi pprovduta d-data tas-serje kronoloġika. |
|
2 |
Verżjoni tad-dokument |
Il-kamp jindika l-verżjoni tad-dokument li qed jintbagħat. Dokument jista’ jintbagħat diversi drabi, u kull trażmissjoni tiġi identifikata minn numru ta’ verżjoni differenti li jibda minn 1 u jiżdied b’mod sekwenzjali. |
|
3 |
Tip ta’ dokument |
Il-kamp jindika t-tip kodifikat tad-dokument li qed jintbagħat. |
|
4 |
Identifikazzjoni tal-konsenjatur |
Il-kamp jidentifika l-RRM bil-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER tiegħu li huwa l-konsenjatur tad-dokument. |
|
5 |
Rwol tal-konsenjatur |
Il-kamp jindika r-rwol moqdi mill-konsenjatur. |
|
6 |
Identifikazzjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni (TSO, Transmission System Operator) |
Il-kamp jidentifika t-TSO b’kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku li f’ismu l-RRM ikun qed jirrapporta. |
|
7 |
Identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq (allokazzjoni sekondarja) |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq b’kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku li f’ismu l-RRM ikun qed jirrapporta l-allokazzjonijiet sekondarji. |
|
8 |
Identifikazzjoni tar-riċevitur |
Il-kamp jidentifika l-parti li tkun qed tirċievi d-dokument. |
|
9 |
Rwol tar-riċevitur |
Il-kamp jindika r-rwol moqdi mir-riċevitur. |
|
10 |
Data u ħin tal-ħolqien |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tal-ħolqien tad-dokument. |
|
11 |
Intervall ta’ żmien tal-offerta tax-xiri/intervall ta’ żmien applikabbli |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu kopert mid-dokument. |
|
12 |
Dominju |
Il-kamp jindika d-dominju kopert fid-dokument. |
|
13 |
Status tad-dokument |
Il-kamp jindika l-istatus tad-dokument. |
|
Serje kronoloġika tal-allokazzjoni tal-kapaċità (għall-allokazzjoni primarja) |
||
|
14 |
Identifikazzjoni tas-serje kronoloġika |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni unika tas-serje kronoloġika. |
|
15 |
Identifikazzjoni tad-dokument tal-offerta tax-xiri |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni tad-dokument li fih jinsabu l-offerti tax-xiri jew ir-referenzi għall-bejgħ mill-ġdid. |
|
16 |
Verżjoni tad-dokument tal-offerta tax-xiri |
Il-kamp jindika l-verżjoni tad-dokument tal-offerta tax-xiri jew tal-bejgħ mill-ġdid li jkun intbagħat. |
|
17 |
Identifikazzjoni tal-offerta tax-xiri |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni tas-serje kronoloġika li ntużat fl-offerta tax-xiri oriġinali jew fil-bejgħ mill-ġdid, jekk applikabbli, kif assenjata mill-offerent meta jkun ippreżenta l-offerta tax-xiri oriġinali jew il-bejgħ mill-ġdid tiegħu. |
|
18 |
Parti li tippreżenta l-offerta tax-xiri |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq li jippreżenta l-offerta tax-xiri għall-kapaċità jew għall-kapaċità mibjugħa mill-ġdid (Kodiċi EIC X). |
|
19 |
Identifikazzjoni tal-irkant |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni li torbot l-allokazzjoni ma’ sett ta’ speċifikazzjonijiet maħluqa mill-operatur tal-irkant. |
|
20 |
Identifikazzjoni tas-suq organizzat |
Il-kamp jidentifika s-suq organizzat b’kodiċi uniku fejn ġiet offruta l-kapaċità. |
|
21 |
Tip ta’ negozju |
Il-kamp jindika n-natura tas-serje kronoloġika. |
|
22 |
Fiż-żona |
Il-kamp jindika ż-żona fejn għandha tiġi kkonsenjata l-enerġija (Kodiċi EIC Y). |
|
23 |
Barra miż-żona |
Il-kamp jindika ż-żona minn fejn ġejja l-enerġija (Kodiċi EIC Y). |
|
24 |
Tip ta’ kuntratt |
Il-kamp jindika t-tip ta’ kuntratt li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom ġiet allokata u/jew offruta l-kapaċità, bħal kuntratti ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa, ta’ kull xahar, annwali, fit-tul jew oħrajn. |
|
25 |
Identifikazzjoni tal-kuntratt |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni tal-kuntratt tal-istanza tas-serje kronoloġika, pereżempju, billi jintuża kodiċi uniku kif assenjat mis-suq organizzat u użat għar-referenzi kollha għall-allokazzjoni. |
|
26 |
Unità ta’ kejl tal-kwantità |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl li fiha tiġi espressa l-kwantità fis-serje kronoloġika. |
|
27 |
Munita (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-munita li fiha jiġi espress l-ammont monetarju. |
|
28 |
Unità ta’ kejl tal-prezz (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl li biha jiġi espress il-prezz fis-serje kronoloġika. |
|
29 |
Tip ta’ kurva (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika t-tip tal-kurva li qed tiġi pprovduta għas-serje kronoloġika inkwistjoni, bħal blokka ta’ daqs varjabbli jew blokka jew punt ta’ daqs fiss, jew oħrajn. |
|
30 |
Kategorija ta’ klassifikazzjoni (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-kategorija tal-prodott kif definit mir-regoli tas-suq. |
|
Data tal-ispeċifikazzjoni tal-irkant |
||
|
31 |
Skeda ta’ żmien |
Il-kamp jindika l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-irkant. |
|
32 |
Kapaċità offruta |
Il-kamp jindika l-kapaċità offruta fl-irkant (f’MW). |
|
33 |
Kapaċità ta’ trażmissjoni disponibbli |
Il-kamp jindika l-kapaċità ta’ trażmissjoni disponibbli fl-irkant (f’MW). |
|
34 |
Kapaċità ta’ ritorn |
Il-kamp jindika l-kapaċità ta’ ritorn fl-irkant (f’MW). |
|
Serje kronoloġika ta’ rkant mingħajr offerta tax-xiri (għal allokazzjoni primarja) |
||
|
35 |
Identifikazzjoni |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni ta’ istanza ta’ serje kronoloġika. |
|
36 |
Identifikazzjoni tal-irkant |
Il-kamp jidentifika l-irkant fejn ma tkun waslet l-ebda offerta tax-xiri. |
|
37 |
Kategorija ta’ klassifikazzjoni (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-kategorija tal-prodott kif definit mir-regoli tas-suq. |
|
Serje kronoloġika tad-drittijiet sekondarji (għal drittijiet sekondarji) |
||
|
38 |
Identifikazzjoni tas-serje kronoloġika |
Il-kamp jidentifika l-istanza tas-serje kronoloġika b’kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku kif assenjat mill-konsenjatur għal kull serje kronoloġika fid-dokument. |
|
39 |
Tip ta’ negozju |
Il-kamp jindika n-natura tas-serje kronoloġika, bħad-drittijiet ta’ kapaċità, in-notifika ta’ trasferiment tal-kapaċità jew oħrajn. |
|
40 |
Fiż-żona |
Il-kamp jindika ż-żona fejn għandha tiġi kkonsenjata l-enerġija (kodiċi EIC Y). |
|
41 |
Barra miż-żona |
Il-kamp jindika ż-żona minn fejn ġejja l-enerġija (kodiċi EIC Y). |
|
42 |
Detentur tad-drittijiet |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq b’kodiċi uniku (kodiċi EIC X) li huwa sid id-drittijiet tat-trażmissjoni inkwistjoni, jew li għandu d-dritt li jużahom. |
|
43 |
Parti ċessjonarja (jekk applikabbli) |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq b’kodiċi uniku (kodiċi EIC X) li lilu jkunu qed jiġu ttrasferiti d-drittijiet jew in-negozju responsabbli mill-interkonnessjonijiet maħtur mill-oriġinatur (kif indikat fl-attribut tad-detentur tad-drittijiet) biex juża d-drittijiet. |
|
44 |
Identifikazzjoni tal-kuntratt |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni tal-kuntratt tal-istanza tas-serje kronoloġika kif assenjata mill-allokatur tal-kapaċità tat-trażmissjoni, bħal TSO jew operatur tal-irkant, jew l-OMP. |
|
45 |
Tip ta’ kuntratt |
Il-kamp jindika t-tip ta’ kuntratt li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom ġew allokati u mmaniġġjati d-drittijiet, bħall-irkant ta’ kuljum, l-irkant ta’ kull ġimgħa, l-irkant ta’ kull xahar, l-irkant annwali jew oħrajn. |
|
46 |
Identifikazzjoni ta’ kuntratt preċedenti (jekk applikabbli) |
It-taqsima tindika l-identifikazzjoni ta’ kuntratt preċedenti użat biex jiġu identifikati d-drittijiet ta’ trasferiment. |
|
47 |
Unità ta’ kejl tal-kwantità |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl li fiha tiġi espressa l-kwantità fis-serje kronoloġika. |
|
48 |
Identifikazzjoni tal-irkant (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni li torbot id-drittijiet ta’ kapaċità ma’ sett ta’ speċifikazzjonijiet maħluqa mill-allokatur tal-kapaċità tat-trażmissjoni, bħat-TSO jew l-operatur tal-irkant jew l-OMP. |
|
49 |
Munita (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-munita li fiha jiġi espress l-ammont monetarju. |
|
50 |
Unità ta’ kejl tal-prezz (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl li biha jiġi espress il-prezz fis-serje kronoloġika. |
|
51 |
Tip ta’ kurva (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika t-tip tal-kurva li qed tiġi pprovduta għas-serje kronoloġika inkwistjoni, bħal blokka ta’ daqs varjabbli jew blokka jew punt ta’ daqs fiss. |
|
Perjodu għall-allokazzjoni primarja u għall-proċessi sekondarji |
||
|
52 |
Intervall ta’ żmien |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu rrapportat. |
|
53 |
Riżoluzzjoni |
Il-kamp jindika r-riżoluzzjoni li tiddefinixxi n-numru ta’ perjodi li fihom huwa maqsum l-intervall ta’ żmien (ISO 8601). |
|
Intervall għall-allokazzjoni primarja u għall-proċessi sekondarji |
||
|
54 |
Pożizzjoni |
Il-kamp jindika l-pożizzjoni relattiva ta’ perjodu f’intervall. |
|
55 |
Kwantità |
Il-kamp jindika l-kwantità li ġiet allokata fl-irkant primarju kif assenjata lill-parti tan-nominazzjoni għal drittijiet sekondarji. |
|
56 |
Ammont tal-prezz (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-prezz espress għal kull unità ta’ kwantità allokata permezz tal-allokazzjoni primarja. Il-prezz huwa espress għal kull unità ta’ kwantità mibjugħa mill-ġdid jew ittrasferita fis-suq sekondarju. |
|
57 |
Kwantità tal-offerta tax-xiri (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-kwantità li kienet fid-dokument tal-offerta tax-xiri oriġinali. |
|
58 |
Ammont tal-offerta tax-xiri (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-prezz oriġinali espress fl-offerta tax-xiri oriġinali jew fil-bejgħ mill-ġdid għal kull unità ta’ kwantità mitluba. |
|
Raġuni għall-allokazzjoni primarja u għall-proċessi sekondarji |
||
|
59 |
Kodiċi tar-raġuni (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-kodiċi li jipprovdi l-istatus tal-allokazzjoni jew tad-drittijiet. |
|
60 |
Test tar-raġuni (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-ispjegazzjoni testwali tal-kodiċi tar-raġuni. |
|
Dokument intestatur tal-offerta tax-xiri u kampijiet tad-dokument tal-offerta tax-xiri għal swieq organizzati (applikabbli għal negozjar sekondarju) |
||
|
61 |
Parti soġġetta |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq b’kodiċi uniku (kodiċi EIC) li għalih tkun qed tiġi ppreżentata l-offerta tax-xiri. |
|
62 |
Rwol tas-suġġett |
Il-kamp jindika r-rwol tal-parti li hija s-suġġett. |
|
63 |
Diviżibbli |
Il-kamp jindika jekk kull element tal-offerta tax-xiri jistax jiġi parzjalment aċċettat jew le. |
|
64 |
Identifikazzjoni tal-offerti tax-xiri marbuta (jekk applikabbli) |
Il-kamp jindika l-identifikazzjoni unika assoċjata mal-offerta tax-xiri marbuta kollha. |
|
65 |
Offerta tax-xiri fi blokka |
Il-kamp jindika li l-valuri fil-perjodu jikkostitwixxu offerta tax-xiri fi blokka u li ma jistgħux jinbidlu. |
Tabella 4
Dettalji rapportabbli tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fir-rigward tat-trasport tal-gass naturali
|
Nru tal-Kamp |
Identifikatur tal-Kamp |
Deskrizzjoni |
|
Data komuni għall-proċessi ta’ allokazzjoni primarja u sekondarja |
||
|
1 |
Identifikazzjoni tal-konsenjatur |
Il-kamp jidentifika l-RRM bil-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER tiegħu bħala l-entità li tirrapporta tad-dokument. |
|
2 |
Identifikazzjoni tas-suq organizzat |
Il-kamp jidentifika s-suq organizzat b’kodiċi uniku fejn ġiet offruta l-kapaċità. |
|
3 |
Identifikazzjoni tal-proċess |
Il-kamp jidentifika l-irkant jew proċess ieħor kif definit mill-entità li talloka l-kapaċità. |
|
4 |
Tip ta’ gass |
Il-kamp jindika t-tip ta’ gass. |
|
5 |
Identifikazzjoni tat-tranżazzjoni tat-trasport |
Il-kamp jindika n-numru ta’ identifikazzjoni uniku għall-allokazzjoni tal-kapaċità kif assenjat mill-allokatur tal-kapaċità ta’ trażmissjoni, eż. TSO, operatur tal-irkant jew l-OMP. |
|
6 |
Data u ħin tal-ħolqien |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tal-ħolqien tat-tranżazzjoni. |
|
7 |
Data u ħin tal-ftuħ tal-irkant |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin meta jinfetaħ irkant għall-preżentazzjoni tal-offerta tax-xiri. |
|
8 |
Data u ħin tat-tmiem tal-irkant |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin meta jagħlaq irkant. |
|
9 |
Tip ta’ prodott |
Il-kamp jindika t-tip tal-prodott bħal kuljum, kull ġimgħa, jew oħrajn. |
|
10 |
Tip ta’ tranżazzjoni tat-trasport |
Il-kamp jindika n-natura tat-tranżazzjoni tat-trasport li għandha tiġi rrapportata f’konformità mal-istandards tal-industrija applikabbli bħalissa kif speċifikat mill-kodiċi tan-network tal-gass dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju ta’ data. |
|
11 |
Mekkaniżmu ta’ allokazzjoni |
Il-kamp jindika l-mekkaniżmu applikat għall-allokazzjoni tal-kapaċità mill-allokatur tal-kapaċità tat-trażmissjoni, eż. TSO, operatur tal-irkant jew l-OMP. |
|
12 |
Offerta ta’ kapaċità addizzjonali |
Il-kamp jindika staġun miftuħ, irkantijiet inkrementali jew proċessi oħra biex tiġi ddeterminata d-domanda għal żieda fid-disponibbiltà tal-kapaċità. |
|
13 |
Data u ħin tal-bidu |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tal-bidu tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni tat-trasport. |
|
14 |
Data u ħin tat-tmiem |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tat-tmiem tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni tat-trasport. |
|
15 |
Kapaċità offruta |
Il-kamp jindika l-kwantità ta’ kapaċità disponibbli fl-irkant, espressa bl-unità ta’ kejl. |
|
16 |
Kategorija ta’ kapaċità |
Il-kamp jindika l-kategorija ta’ kapaċità applikabbli. |
|
17 |
ID tal-irkant marbut għal irkantijiet li jikkompetu |
Il-kamp jidentifika rkant(ijiet) ieħor/oħrajn li miegħu/magħhom l-irkant li qed jiġi rrapportat ikun qed jikkompeti. |
|
Data għar-rapportar taċ-ċiklu tal-ħajja |
||
|
18 |
Tip ta’ azzjoni |
Il-kamp jindika l-kodiċi tal-istatus tar-rapport li għandu jiġi rrapportat f’konformità mal-istandards tal-industrija applikabbli bħalissa kif speċifikat fil-kodiċi tan-network tal-gass dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju ta’ data. |
|
Data għar-rapportar tal-kwantità u tal-prezz |
||
|
19 |
Kwantità |
Il-kamp jindika n-numru totali ta’ unitajiet allokati mat-tranżazzjoni ta’ trasport kif espress bl-unità ta’ kejl. |
|
20 |
Unità ta’ kejl |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl użata għall-ammonti kollha rrapportati. |
|
21 |
Munita |
Il-kamp jindika l-munita li fiha jiġu espressi l-ammonti monetarji kollha rrapportati. |
|
22 |
Prezz totali |
Il-kamp jindika l-prezz ta’ riżerva fil-ħin tal-irkant flimkien mal-primjum tal-irkant jew it-tariffa regolata fil-każ ta’ mekkaniżmu ieħor ta’ allokazzjoni għajr l-irkant. Il-prezz għandu jiġi speċifikat bħala l-prezz totali għal kull unità u l-valur totali tal-kuntratt. |
|
23 |
Prezz ta’ riżerva fiss jew varjabbli |
Il-kamp jindika t-tip ta’ prezz ta’ riżerva. |
|
24 |
Prezz ta’ riżerva |
Il-kamp jindika l-prezz ta’ riżerva għall-irkant. |
|
25 |
Prezz primjum |
Il-kamp jindika l-prezz primjum għall-irkant. |
|
Data għall-identifikazzjoni tal-post u tal-parteċipant fis-suq |
||
|
26 |
Identifikazzjoni tal-punt tan-network |
Il-kamp jidentifika l-punt tan-network f’sistema ta’ network skont il-kodiċi EIC. |
|
27 |
Raggruppament |
Il-kamp jindika l-ispeċifikazzjoni ta’ raggruppament. |
|
28 |
Direzzjoni |
Il-kamp jindika l-ispeċifikazzjoni tad-direzzjoni. |
|
29 |
Identifikazzjoni tat-TSO 1 |
Il-kamp jidentifika t-TSO li għalih tiġi rrapportata d-data. |
|
30 |
Identifikazzjoni tat-TSO 2 |
Il-kamp jidentifika t-TSO kontraoperatur. |
|
31 |
Identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq li lilu tiġi assenjata l-kapaċità għall-allokazzjoni primarja. Għall-allokazzjoni sekondarja, il-kamp għandu jidentifika t-trasferent jew iċ-ċessjonarju li f’ismu tiġi rrapportata d-data. |
|
32 |
Grupp ta’ bbilanċjar jew kodiċi tal-portafoll |
Il-kamp jindika l-grupp ta’ bbilanċjar (jew il-gruppi ta’ bbilanċjar fil-każ ta’ prodotti raggruppati) li għalih jappartjeni l-konsenjatur, jew il-kodiċi tal-portafoll użat mill-konsenjatur jekk grupp ta’ bbilanċjar ma jkunx applikabbli. |
|
Data applikabbli biss għal allokazzjonijiet sekondarji |
||
|
33 |
Proċedura applikabbli |
Il-kamp jindika l-proċedura applikabbli. |
|
34 |
Ammont massimu tal-offerta tax-xiri |
Il-kamp jindika l-ammont massimu li ċ-ċessjonarju jkun lest li joffri, espress bil-munita għal kull unità ta’ kejl. |
|
35 |
Ammont minimu tal-offerta tax-xiri |
Il-kamp jindika l-ammont minimu li t-trasferent ikun lest li joffri, espress bil-munita għal kull unità ta’ kejl. |
|
36 |
Kwantità massima |
Il-kamp jindika l-kwantità massima li ċ-ċessjonarju/it-trasferent ikun lest li jakkwista/ibigħ meta joħloq il-proposta ta’ negozju. |
|
37 |
Kwantità minima |
Il-kamp jindika l-kwantità minima li ċ-ċessjonarju/it-trasferent ikun lest li jakkwista/ibigħ meta joħloq il-proposta ta’ negozju. |
|
38 |
Prezz li jitħallas lit-TSO (Prezz sottostanti) |
Il-kamp jindika l-prezz li jitħallas lit-TSO meta jkun hemm assenjazzjoni, espress bil-munita għal kull unità ta’ kejl li trid tkun kWh/h. |
|
39 |
Prezz li ċ-ċessjonarju jħallas lit-trasferent |
Il-kamp jindika l-prezz li ċ-ċessjonarju jħallas lit-trasferent, espress bil-munita għal kull unità ta’ kejl li trid tkun kWh/h. |
|
40 |
Identifikazzjoni tat-trasferent |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq li jċedi l-kapaċità b’kodiċi uniku. |
|
41 |
Identifikazzjoni taċ-ċessjonarju |
Il-kamp jidentifika l-parteċipant fis-suq li jirċievi l-kapaċità b’kodiċi uniku. |
|
Kampijiet tad-data applikabbli biss għal ordnijiet magħmula fi rkantijiet għal allokazzjonijiet primarji |
||
|
42 |
ID tal-offerta tax-xiri |
Il-kamp jindika l-identifikatur numeriku tal-offerta tax-xiri kif assenjat mis-suq organizzat. |
|
43 |
Numru tas-sessjoni tal-irkant |
Il-kamp jindika numru sħiħ li jiżdied kull darba li rkant ma jikseb l-ebda riżultat u jerġa’ jinbeda b’parametri differenti - jibda minn 1. Għandu jitħalla vojt f’każ ta’ rkanti mingħajr sessjonijiet li jorbtu, jiġifieri rkantijiet ta’ jum bil-quddiem. |
|
44 |
Offerta tax-xiri |
Il-kamp jindika l-offerta tax-xiri għal kull unità ta’ kapaċità minbarra l-prezz ta’ riżerva, espressa bil-munita tal-unità u fl-unità ta’ kejl. |
|
45 |
Kwantità tal-offerta tax-xiri |
Il-kamp jindika l-kwantità li għaliha tiġi ppreżentata l-offerta tax-xiri, espressa fl-unità ta’ kejl. |
Tabella 5
Dettalji rapportabbli tal-kuntratti standard għall-provvista jew għat-trasport jew għall-ħżin tal-elettriku jew għall-provvista tal-gass naturali fejn it-tranżazzjonijiet jiġu eżegwiti permezz ta’ sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet li jkunu qed jikkollegaw żewġ OMPs jew aktar
|
Nru tal-Kamp |
Identifikatur tal-Kamp |
Deskrizzjoni |
|
Partijiet li jirrapportaw |
||
|
1 |
ID tal-entità li tirrapporta |
Il-kamp jindika l-RRM bil-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER tiegħu bħala l-entità li tirrapporta tat-tranżazzjoni. |
|
2 |
Identifikazzjoni tas-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet |
Il-kamp jidentifika s-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet li tiġġenera d-data rrapportata b’kodiċi uniku. |
|
Dettalji tal-ordni u tal-kapaċità tat-trasport |
||
|
3 |
Indikatur tax-xiri/tal-bejgħ |
Il-kamp jidentifika jekk it-tranżazzjoni kinitx ta’ xiri jew ta’ bejgħ. |
|
4 |
ID tal-ordni |
Il-kamp jidentifika l-ordni billi jintuża identifikatur b’kodiċi uniku matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif ipprovdut mis-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet. |
|
5 |
ID tal-ordni marbuta |
Il-kamp jidentifika l-ordni marbuta li hija assoċjata mal-ordni rrapportata identifikata fil-kamp 4 billi jintuża identifikatur b’kodiċi uniku. |
|
6 |
ID tal-kuntratt |
Il-kamp jidentifika l-kuntratt billi jintuża identifikatur b’kodiċi uniku pprovdut mis-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet. |
|
7 |
Punt jew żona tal-konsenja |
Il-kamp jindika l-kodiċijiet EIC għall-punti jew għaż-żoni tal-konsenja fejn tkun viżibbli l-ordni jew li magħhom tkun relatata l-kapaċità, fejn applikabbli. |
|
8 |
Prezz |
Il-kamp jindika l-prezz viżibbli għal kull unità. |
|
9 |
Munita tal-prezz |
Il-kamp jindika l-munita u l-unità li fiha huwa espress il-prezz. |
|
10 |
Kwantità |
Il-kamp jindika l-kwantità viżibbli u, fejn applikabbli, il-kapaċità disponibbli fil-punt(i) jew fiż-żona/i tal-konsenja speċifikati. |
|
11 |
Unità tal-kwantità għall-kamp 10 |
Il-kamp jindika l-unità ta’ kejl użata għall-kamp 10. |
|
Dettalji tat-tranżazzjoni jew tal-avveniment |
||
|
12 |
Kronogramma tat-tranżazzjoni |
Il-kamp jindika d-data u l-ħin tas-sottomissjoni tal-ordni, jew kwalunkwe avveniment taċ-ċiklu tal-ħajja sussegwenti, jew bidla fil-kapaċità tat-trasport disponibbli kif ipprovduti mis-sistema ta’ tqabbil tal-ordnijiet. |
|
13 |
Intervall ta’ żmien |
Il-kamp jindika l-intervall ta’ żmien li l-konsenja jew il-kapaċità disponibbli hija relatata miegħu. |
|
14 |
Tip ta’ azzjoni |
Il-kamp jidentifika l-istatus tat-tranżazzjoni rrapportata. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/256/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)