European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/253

10.2.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/253

tas-6 ta’ Frar 2026

dwar speċifikazzjoni teknika relatata mas-subsistema telematika tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea għall-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data fit-trasport ferrovjarju (“TSI TEL”) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 (“TSI TAP”) u (UE) Nru 1305/2014 (“TSI TAF”)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

Il-punt 1(b), it-tielet inċiż, tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797 jelenka “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija” bħala subsistema tas-sistema ferrovjarja li hija deskritta fil-punt 2.6 ta’ dak l-Anness. Il-punt 1.6.2 u l-punt 2.7 tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva jistabbilixxu r-rekwiżiti essenzjali għal dik is-subsistema.

(2)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li japplikaw għas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija” bħalissa huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (2), li jirrigwarda l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri (“TSI TAP”), u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 (3), li jirrigwarda l-applikazzjonijiet telematiċi għas-subsistema tal-merkanzija (“TSI TAF”). Skont id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (4), dawk iż-żewġ Regolamenti jridu jiġu riveduti abbażi ta’ sett koerenti ta’ objettivi, li l-Kummissjoni trid tintegra fi speċifikazzjoni teknika waħda għall-interoperabbiltà (“TSI”), biex jitqiesu r-rekwiżiti tal-arkitettura ta’ sors miftuħ u tad-data miftuħa, jiġu ffaċilitati l-ftuħ ta’ servizzi tal-biljettar kumulattiv, il-biljettar integrat, u s-sistemi tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali u tar-riżervazzjoni, titjieb il-prestazzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, jiġu ffaċilitati l-loġistika u l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat u multimodali, tiġi inkluża d-data li trid tiġi skambjata mal-applikazzjonijiet relatati mas-sikurezza, u biex l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) titħalla tivvaluta l-konformità tal-applikazzjonijiet telematiċi mar-rekwiżit tat-TSIs.

(3)

Filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Aġenzija (5), jeħtieġ jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi u funzjonali komuni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni diġitali permezz ta’ data interoperabbli għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu jissodisfaw il-ħtiġijiet li dejjem qed jinbidlu tas-settur ferrovjarju u jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea (6) u n-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) (7), bħas-sikurezza ferrovjarja (8), il-ġestjoni tal-kapaċità tan-network u l-informazzjoni dwar in-network (9), l-informazzjoni diġitali intermodali u multimodali (10), it-trasport tal-merkanzija mingħajr karti (11), id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija (12) jew is-sistemi tar-riżervazzjoni għall-biljettar integrat.

(4)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri s-sistemi tal-informazzjoni u l-protokolli tal-kondiviżjoni tad-data bejn id-detenturi tad-data, minn naħa, u r-riċevituri tad-data jew l-utenti tad-data, min-naħa l-oħra, regolati bir-regoli orizzontali tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), b’mod partikolari l-Kapitoli III, IV, V u IX tiegħu, u fir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) bl-adattamenti meħtieġa għall-kunċetti u l-proċessi relatati mas-subsistema tat-telematika.

(5)

Il-proċessi relatati mal-ferroviji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru l-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku, il-ġestjoni tal-konnessjonijiet bejn il-ferroviji u ma’ modi oħra tat-trasport, il-preparazzjoni tal-ferroviji, il-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom, kif ukoll il-produzzjoni tad-dokumenti elettroniċi tal-merkanzija li jakkumpanjaw il-merkanzija, u l-biljettar ferrovjarju inkluż il-ħruġ tal-biljetti bejn l-operaturi u l-modi tat-trasport kif ukoll l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar ferrovjarju tal-passiġġieri. Minħabba f’hekk, id-definizzjoni ta’ partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika jenħtieġ li tkun tinkludi mhux biss lill-meniġers tal-infrastruttura ferrovjarja u lill-impriżi ferrovjarji iżda anki lil partijiet ikkonċernati oħra li jwettqu kompiti bħala parti minn dawk il-proċessi relatati mal-ferroviji.

(6)

Biex ikunu żgurati responsabbiltajiet ċari fil-proċessi tal-biljettar, jeħtieġ jiġi speċifikat li impriża ferrovjarja jew bejjiegħ tal-biljetti, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), jista’ jkollhom wieħed jew aktar mir-rwoli li ġejjin: “distributur” jew “bejjiegħ bl-imnut” ta’ prodotti ferrovjarji, jew “emittent” ta’ biljetti ferrovjarji. Ir-relazzjonijiet bejn dawk l-entitajiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kuntratti li jistgħu jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż il-liġi tal-kompetizzjoni u r-regoli orizzontali dwar il-kondiviżjoni tad-data. Dawk il-kuntratti jenħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-soluzzjoni interoperabbli maqbula bejn l-impriża ferrovjarja u d-distributur involut fil-verifika tad-disponibbiltà u fir-riżervazzjoni tal-prodotti ferrovjarji. Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-prodotti ferrovjarji, dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika s-soluzzjonijiet interoperabbli li huma applikabbli abbażi ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali. Id-Dokument Tekniku B.5 (16) tal-ERA maħruġ mill-Aġenzija jenħtieġ li jelenka l-aktar soluzzjonijiet użati bħalissa, jiġifieri 2 soluzzjonijiet ta’ legat tat-TSI TAP, OSDM u OMSA.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 u skont il-proċess tal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797, kwalunkwe dokument tekniku maħruġ jew emendat mill-Aġenzija jsir obbligatorju meta l-linja bażi korrispondenti tiegħu tiġi referenzjata fl-Appendiċi C ta’ dan ir-Regolament. L-istess japplika meta standard Ewropew imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jissostitwixxi dokument tekniku, jenħtieġ li tiġi inkorporata linja bażi ġdida fl-Appendiċi C ta’ dan ir-Regolament taħt l-istess proċess.

(8)

L-Aġenzija jenħtieġ li tistabbilixxi, tippubblika u tapplika proċedura trasparenti u komprensiva tal-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil f’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 biex tmantni d-dokumenti tekniċi u timplimenta korrezzjonijiet tal-iżbalji, u rilaxxi minuri u ta’ manutenzjoni li jidentifikaw l-aġġornamenti applikabbli.

(9)

Biex tiġi żviluppata l-kompetittività tat-trasport ferrovjarju u biex jitneħħew l-ostakli tekniċi, b’mod partikolari bid-diġitalizzazzjoni tal-proċessi relatati mal-ferroviji, dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis il-proposti li saru fid-Dikjarazzjoni Ministerjali “Kurituri ferrovjarji tal-merkanzija biex tingħata spinta lit-trasport ferrovjarju internazzjonali tal-merkanzija” (18) approvata mill-Istati Membri, l-Iżvizzera u n-Norveġja fil-21 ta’ Ġunju 2016 f’Rotterdam. F’konformità ma’ dawk il-proposti, għalhekk jixraq jiġu stabbiliti regoli dwar il-kondiviżjoni tad-data tul il-katina loġistika, inkluż it-terminals u l-operaturi tat-trasport intermodali, dwar il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni aġġornata u prevista fuq il-movimenti tal-ferroviji u l-istatus tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom biex it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija jsir aktar attraenti, il-proċessi tal-loġistika intermodali jiġu allinjati aħjar, u r-regoli tas-sikurezza u operazzjonali jiġu armonizzati. Dawk ir-regoli jenħtieġ li japplikaw għall-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika li jkollhom obbligi kuntrattwali biex iwettqu l-proċessi relatati mal-ferroviji fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew għal dawk li jkollhom responsabbiltà operazzjonali f’dawk il-proċessi. Parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika jista’ jkollha responsabbiltà operazzjonali li ma toħroġx direttament minn obbligu kuntrattwali. Pereżempju, meta l-informazzjoni dwar it-traffiku ferrovjarju tkun tħalli impatt fuq impriżi ferrovjarji differenti li joperaw ferroviji tul l-istess network u l-fornituri tas-servizzi tagħhom, jew fuq servizzi tat-trasport ferrovjarju differenti tul dak in-network u l-fornituri tas-servizzi assoċjati.

(10)

Biex tkun żgurata l-proporzjonalità tar-regoli dwar il-kondiviżjoni tad-data mal-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri biss lill-meniġers tal-istazzjonijiet u lit-terminali tal-merkanzija multimodali tan-network trans-Ewropew tat-trasport (terminal stradali ferrovjarju, portijiet marittimi, portijiet interni). Biex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqfsa Ewropej applikabbli għan-network trans-Ewropew tat-trasport u ż-żona ferrovjarja unika Ewropea għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-operaturi tat-terminali tal-merkanzija multimodali jenħtieġ li jitqiesu bħala operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizz li joffru servizzi meħtieġa għat-tħaddim ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, u li l-faċilitajiet ta’ servizz tagħhom ikunu elenkati fil-punt (2), is-subpunti (b), (c), (d) u (g), tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE.

(11)

Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-awtoritajiet tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali għad-data kondiviża permezz tal-applikazzjonijiet telematiċi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi obbligi korrispondenti għal aċċess mingħajr ħlas u dirett għad-data mhux ipproċessata. Iżda meta jsiru talbiet trasparenti u proporzjonati mil-lat ta’ ambitu u livell tad-dettall tagħhom, jenħtieġ li jkunu żgurati servizzi relatati mad-data addizzjonali għall-iżvilupp u għall-produzzjoni ta’ statistika uffiċjali Ewropea b’mod sostenibbli u skont regoli ġusti, ċari, prevedibbli u proporzjonati, f’konformità mal-qafas tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, u f’konformità mal-prinċipju tal-kosteffettività u mingħajr ma jkunu jinvolvu piżijiet eċċessivi fuq l-operaturi ekonomiċi kif stabbilit fl-Artikolu 338(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 17a sa 17g u 23 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

(12)

L-operazzjoni tal-ferroviji madwar iż-żona ferrovjarja unika Ewropea kollha teħtieġ aċċess bla skossi u interkonnessjoni mas-sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni użati mill-partijiet ikkonċernati involuti f’konformità mal-aħħar żviluppi tekniċi, u jenħtieġ li tkun taħseb għall-ittestjar tal-innovazzjoni.

(13)

Il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar liċenzji standard rakkomandati, settijiet tad-data u imposti għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti (20) jidentifikaw il-liċenzji tal-Creative Commons (“CC”) bħala standard rakkomandat għal-liċenzji miftuħa. Il-liċenzji CC tiżviluppahom organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ u huma soluzzjoni ewlenija tal-liċenzjar għall-informazzjoni pubblika madwar id-dinja. Għalhekk jixraq issir referenza għall-aħħar verżjoni tas-sett tal-liċenzji CC, jiġifieri s-CC 4.0. Biex ikunu jistgħu jsiru arranġamenti addizzjonali minħabba speċifiċitajiet ad hoc tad-data disponibbli għall-użu, jenħtieġ li tkun tista’ wkoll tintuża liċenzja miftuħa standard stabbilita mid-detentur tad-data li tkun ekwivalenti għas-sett tal-liċenzji tas-CC, diment li l-arranġamenti assoċjati ma jkunux jillimitaw il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid tad-data. Jenħtieġ li tkun tista’ tintuża wkoll liċenzja miftuħa standard ekwivalenti għas-sett tal-liċenzji tas-CC, skont termini u kundizzjonijiet tal-liċenzjar ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji soġġetti għar-regoli orizzontali rilevanti tal-Unjoni rilevanti stabbiliti fil-Kapitoli III, IV, V u IX tar-Regolament (UE) 2023/2854.

(14)

Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tad-data ta’ referenza ġestita mill-Aġenzija, jenħtieġ li l-Aġenzija tuża l-verżjoni 1.2 tal-Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea (“EUPL”) stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/863 (21).

(15)

L-aċċess liberu għall-informazzjoni disseminata għall-użu pubbliku huwa dritt fundamentali. Id-disponibbiltà ristretta tal-informazzjoni diġitali dwar is-servizzi u r-rotot tat-trasport ferrovjarju eżistenti, bħat-traffiku ferrovjarju u l-iskedi, inkluż il-kundizzjonijiet tat-trasport u l-ħinijiet tal-konnessjoni bejn in-nodi tal-aċċess, ixxekkel lill-klijenti potenzjali milli jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-alternattivi tat-trasport preferuti tagħhom kif ukoll l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet innovattivi jew metodi tat-tagħlim awtomatiku li jistgħu jiġu integrati fl-intelliġenza artifiċjali. Għalhekk, dik l-informazzjoni diġitali (data mhux ipproċessata) jenħtieġ li tkun disponibbli online għall-użu mill-ġdid f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-aċċess rilevanti stabbiliti b’liċenzji miftuħa standard fit-TSI stabbilita minn dan ir-Regolament. Iżda l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-ferroviji soġġetti għal miżuri tas-sigurtà, bħat-trasport ta’ oġġetti perikolużi jew għall-forzi armati, u d-data kummerċjali relatata mal-identifikazzjoni tal-oġġetti trasportati jenħtieġ li tkun protetta u għalhekk jenħtieġ li ma tiġix żvelata lill-pubbliku. Id-data personali relatata mal-identifikazzjoni ta’ sid tan-negozju u sid assoċjat tista’ titqies minn impriża ferrovjarja tal-merkanzija bħala informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew kruċjali għall-viżibbiltà tas-suq u jenħtieġ li, meta jintalab hekk, tkun protetta. Biex ikun żgurat l-impatt massimu tal-informazzjoni dwar is-servizzi tat-trasport ferrovjarju u jiġi ffaċilitat l-użu tagħha, dik l-informazzjoni diġitali jenħtieġ li tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid bl-inqas restrizzjonijiet legali u mingħajr ħlas. Jenħtieġ ukoll li tkun tista’ tinqara minn magna, tiġi pprovduta b’interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (“APIs”) u, meta rilevanti, tiġi pprovduta bħala download massiv. Biex id-detentur tad-data jiġi protett, hu importanti li jkun żgurat li l-utenti tad-data disponibbli għall-pubbliku dwar is-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija jkunu traċċabbli. B’hekk tkun tista’ tittieħed azzjoni xierqa fil-każ ta’ allegat użu ħażin lil hinn mill-kundizzjonijiet tal-aċċess standard stabbiliti f’din it-TSI b’liċenzji miftuħa standard. Meta jiġu offruti prodotti kummerċjali derivati minn servizzi tal-ipproċessar tad-data addizzjonali applikati għad-data disponibbli għall-pubbliku – jew mid-detentur tad-data mingħajr ma tiġi affettwata d-disponibbiltà pubblika ta’ dik id-data jew mill-utenti soġġetti għat-termini tal-liċenzjar tad-detentur tad-data – jista’ jkun meħtieġ kumpens nondiskriminatorju u raġonevoli għal dawk is-servizzi f’konformità mar-regoli orizzontali tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/2854.

(16)

Ħafna mill-informazzjoni relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri hija pubblika skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tekniċi għall-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika li jkollhom din l-informazzjoni biex jagħtu aċċess għall-użu għas-settijiet tad-data rispettivi.

(17)

In-nodi urbani, kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/1679, jaqdu rwol importanti fin-network TEN-T bħala punti tat-tluq jew destinazzjonijiet (“l-ewwel u l-aħħar mil”) u huma punti tat-trasferiment fi ħdan jew bejn modi differenti tat-trasport tal-passiġġieri. L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-trasport u l-ivvjaġġar jenħtieġ li jnaqqas l-effett detrimentali tal-konġestjonijiet fil-kapaċità u l-konnettività insuffiċjenti tan-network. Biex jitħeġġeġ il-kombinament tas-servizzi tat-trasport, in-nodi tal-aċċess f’xi nodu urban wieħed jew aktar jistgħu jinġabru f’metastazzjon wieħed jew aktar, filwaqt li l-informazzjoni diġitali għall-ippjanar tal-vjaġġi, jiġifieri l-iskeda tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u l-kundizzjonijiet tat-trasport assoċjati, u l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn nodi tal-aċċess differenti, jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku online biex jintużaw b’liċenzji pubbliċi miftuħa standard.

(18)

Biex dawn il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/782 u biex il-bejjiegħa tal-biljetti jkunu jistgħu jqabblu faċilment il-prodotti ferrovjarji proposti lilhom mill-impriżi ferrovjarji, hu neċessarju li l-punti tal-aċċess nazzjonali jservu bħala sorsi affidabbli tal-informazzjoni fil-każ ta’ lmenti u bħala punti fdati tal-aċċess għal data preċiża, kompluta u aġġornata dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku ferrovjarju abbażi ta’ rekwiżiti tal-kwalità tad-data speċifikati f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 u applikati mid-detentur tad-data.

(19)

Ir-regoli orizzontali tal-Unjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji huma stabbiliti fil-Kapitoli III, IV u IX tar-Regolament (UE) 2023/2854. Għalhekk, kull tariffa u imposta għall-kondiviżjoni tad-data u aċċess għad-data għall-użu, jew l-użu ta’ applikazzjonijiet telematiċi bħala APIs u Uis tal-web, jew l-aċċess għall-użu għad-data ta’ referenza skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu raġonevoli u proporzjonati għall-kostijiet leġittimi mġarrba għall-istabbiliment, iż-żamma u l-użu ta’ dawk l-APIs, il-UIs tal-web jew id-data ta’ referenza.

(20)

Ir-rekwiżiti essenzjali orizzontali għall-interoperabbiltà tad-data, għall-mekkaniżmi u s-servizzi tal-kondiviżjoni tad-data, għall-ispazji komuni Ewropej tad-data, għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data, u għall-kuntratti intelliġenti li jeżegwixxu ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tad-data huma stabbiliti fil-Kapitolu VIII tar-Regolament (UE) 2023/2854. Biex is-settur ferrovjarju jiġi megħjun jissodisfa dawk ir-rekwiżiti orizzontali u jinħoloq spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà li jkun interoperabbli ma’ spazji Ewropej oħra tad-data, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali komuni li joħloq sors uniku tad-data ta’ referenza u Ontoloġija komuni għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, u jiġi ppubblikat permezz tal-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE biex ikopri d-data meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-repożitorju jenħtieġ li jkun ibbażat fuq arkitettura tad-data miftuħa u jipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-iskopribbiltà, l-aċċessibbiltà, il-faċilità ta’ kollaborazzjoni, il-konsistenza u l-flessibbiltà fi ħdan il-ġestjoni tad-data ferrovjarja. Bħala awtorità tas-sistema għall-applikazzjonijiet telematiċi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun responsabbli skont l-Artikolu 23, il-paragrafi 1 u 3, tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), għall-ġestjoni ta’ dak ir-repożitorju u għad-data ta’ referenza meħtieġa għall-kondiviżjoni tad-data f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġi żgurat perjodu tat-tranżizzjoni xieraq biex tinġabar flimkien id-data li hemm fil-bażijiet tad-data ġestiti b’mod konġunt mill-meniġers tal-infrastruttura jew minn grupp ta’ impriżi ferrovjarji.

(21)

Ir-Regolamenti (UE) 2016/679 (23) u (UE) 2018/1725 (24) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw fil-kuntest tal-ipproċessar tad-data personali waqt l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika jenħtieġ li jużaw identifikatur ta’ referenza uniku meta jidentifikaw l-organizzazzjoni u r-rwol tagħhom fil-proċessi relatati mal-ferroviji. Dak l-identifikatur jista’ jikkostitwixxi jew ikun assoċjat ma’ data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(22)

Ir-rekwiżiti tad-data speċifiċi għan-network (bħall-parametri jew l-identifikaturi li jkunu parti minn messaġġi jew messaġġi speċifiċi għal network) li jintużaw jew li jkunu maħsuba biex jintużaw għall-kondiviżjoni tad-data bħala parti mill-varar tas-subsistema telematika jew xi dispożizzjoni legali nazzjonali li teżiġi l-eżistenza tagħhom, jenħtieġ li jkunu ġġustifikati mill-karatteristiċi tekniċi tan-network u jenħtieġ li ma jkunux ixekklu l-applikazzjoni trasparenti u nondiskriminatorja tal-proċessi tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku.

(23)

Biex taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament, l-Aġenzija jenħtieġ li tistabbilixxi, tippubblika u tapplika proċedura tal-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil skont l-Artikoli 5(9) u 23(2) tar-Regolament (UE) 2016/796. Biex ikun żgurat żvilupp ikkoordinat tal-applikazzjonijiet telematiċi u jiġi monitorjat il-varar tagħhom fl-Unjoni skont l-Artikolu 23, il-paragrafi (1) u (4), tar-Regolament (UE) 2016/796, l-Aġenzija jenħtieġ li tidentifika aġġornamenti għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet u, meta rilevanti, tipproponi dati tal-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tagħhom.

(24)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas għall-impriżi ferrovjarji li jikkondividu rwoli u responsabbiltajiet għall-operazzjoni ta’ ferrovija diretta tul network wieħed jew aktar biex tkun żgurata l-kondiviżjoni konsistenti tad-data tul is-servizz kollu.

(25)

Biex id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi b’diversi networks tkun adattata għat-twettiq taż-żona ferrovjarja unika Ewropea, l-applikazzjonijiet telematiċi għall-kondiviżjoni tad-data interoperabbli jenħtieġ li jkunu bbażati fuq APIs u UIs tal-web standardizzati. L-interfaċċi bejn dawk l-għodod u l-utenti jenħtieġ li jkunu konformi mar-regoli minimi dwar l-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa.

(26)

Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess diġitali għas-sistemi tal-kondiviżjoni tad-data għall-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji, u l-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju, wieħed mill-meniġers tal-infrastruttura f’kull Stat Membru jista’ jaġixxi bħala punt uniku tal-kuntatt, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċessi b’diversi networks.

(27)

Biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji u jiġu garantiti trasparenza sħiħa u aċċess nondiskriminatorju għall-faċilitajiet ta’ servizz tagħhom skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), il-meniġers tal-istazzjonijiet jenħtieġ li jistabbilixxu l-ħin minimu prestabbilit għall-passiġġieri biex jgħaqqdu n-nodi tal-aċċess ta’ servizzi differenti tat-trasport tal-passiġġieri.

(28)

Biex tiġi stabbilita l-istrateġija għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 4(3), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2016/797, inkluż id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-subsistema eżistenti u l-istadji li jridu jsiru għal tranżizzjoni gradwali għal subsistema fil-mira skont il-punt (f) ta’ dak l-Artikolu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti skeda taż-żmien u tappi gradwali skont l-Artikolu 4(4) ta’ dik id-Direttiva.

(29)

Biex tassisti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) 2016/796 fil-monitoraġġ tal-varar tal-applikazzjonijiet telematiċi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija jenħtieġ li tawtomatizza l-informazzjoni dwar il-ġbir diġitali mingħand il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika dwar il-pjanijiet tal-implimentazzjoni tagħhom u l-istatus tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippubblika ċifri aggregati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. L-obbligi tar-rapportar jenħtieġ li jkunu limitati għall-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika ewlenin u għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni sakemm tinkiseb il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(30)

Biex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-varar tal-applikazzjonijiet telematiċi f’konformità ma’ dan ir-Regolament u jkunu jistgħu jsiru azzjonijiet ta’ segwitu abbażi tar-riżultat ta’ evalwazzjoni mill-Aġenzija, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija, bħala l-awtorità tas-sistema għat-telematika biex tivvaluta l-konformità tal-applikazzjonijiet telematiċi ma’ dan ir-Regolament, fir-rigward tad-data kondiviża permezz tagħhom f’każ ta’ dubju jew ilmenti u abbażi ta’ awtodikjarazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika. Għal dak il-għan, l-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa applikazzjonijiet web biex il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika jkunu jistgħu jawtomatizzaw l-awtodikjarazzjoni tal-konformità tagħhom abbażi tal-proċeduri tal-ittestjar speċifikati f’dan ir-Regolament u jinnotifikaw ir-riżultati korrispondenti lill-Aġenzija.

(31)

Biex jiġi appoġġat l-infurzar ta’ atti oħra tal-Unjoni li għalihom din it-TSI tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ mezzi diġitali, teknoloġiji tal-komunikazzjoni diġitali u formati aċċessibbli meħtieġa għall-konformità ma’ dawk l-atti, il-korpi nazzjonali rilevanti, bħall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), jistgħu jitolbu evalwazzjoni mill-Aġenzija rigward il-komunikazzjonijiet operazzjonali, il-korpi regolatorji kif imsemmija fit-Taqsima 4 tad-Direttiva 2012/34/UE jistgħu jitolbuha rigward l-applikazzjoni trasparenti u nondiskriminatorja tal-proċessi tal-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku u l-pakkett minimu tal-aċċess stabbilit fil-punt 1 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva, il-korpi tal-infurzar kif imsemmija fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2021/782 jistgħu jitolbuha rigward l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar ferrovjarju tal-passiġġieri, u l-awtoritajiet kompetenti kif imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 jistgħu jitolbuha rigward id-data dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku li tiġi kondiviża mill-punti tal-aċċess nazzjonali.

(32)

Biex tappoġġa l-avvanz tat-TSI stabbilita b’dan ir-Regolament, mill-Aġenzija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tafda lill-Aġenzija skont l-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 bil-kompitu li tippromwovi l-innovazzjoni li jkollha l-iskop ittejjeb l-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni, l-informazzjoni dwar l-iskedi, u s-sistemi tat-traċċar u r-rintraċċar.

(33)

Biex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni kkoordinata u koerenti ta’ dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, il-punti tal-kuntatt nazzjonali (“NCP”), stabbiliti skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 454/2011, jenħtieġ li jappoġġaw lill-Aġenzija. Biex tkun tista’ ssir implimentazzjoni koerenti bejn is-servizzi tal-merkanzija u tal-passiġġieri, il-kompiti tal-NCP jenħtieġ li twettaqhom entità waħda. Meniġer tal-infrastruttura jista’ jitqabbad jaġixxi bħala l-NCP, meta meħtieġ b’kooperazzjoni ma’ entitajiet oħra li jipprovdu għarfien espert speċifiku.

(34)

L-informazzjoni dwar is-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri relatata man-nodi tal-aċċess għal finijiet multimodali trid tkun disponibbli f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926. Biex tkun żgurata l-konsistenza ta’ dik l-informazzjoni ma’ sors uniku tad-data ta’ referenza fil-livell tal-Unjoni, id-detenturi tad-data jenħtieġ li jużaw id-data ta’ referenza b’mod konsistenti, bħall-kodiċijiet tal-lokazzjoni assenjati mill-Aġenzija meta jipprovdu aċċess għad-data tramite l-punti tal-aċċess nazzjonali. Għal dak il-għan, l-NCP jenħtieġ li jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn il-partijiet nazzjonali kkonċernati fil-qasam tat-telematika u l-Istati Membri, li jkunu responsabbli għall-istabbiliment tal-punti tal-aċċess nazzjonali. L-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jiġu applikati għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Biex tkun żgurata implimentazzjoni koerenti ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet abbażi ta’ formati u protokolli interoperabbli f’kuntest multimodali mid-detenturi tad-data involuti fi proċessi relatati mal-ferroviji, din it-TSI jenħtieġ li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati li jridu jiġu applikati mid-detenturi tad-data fir-rigward tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Madankollu, jistgħu jiġu miftiehma termini u kundizzjonijiet addizzjonali għall-aċċess dirett għad-data u għall-użu kummerċjali tad-data mid-distributuri u l-bejjiegħa bl-imnut mal-impriżi ferrovjarji fuq bażi kuntrattwali b’kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli.

(35)

Biex tkun żgurata d-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għall-passiġġieri u tal-biljetti f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/782, jenħtieġ li din it-TSI tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ mezzi diġitali xierqa, teknoloġiji tal-komunikazzjoni diġitali u formati aċċessibbli.

(36)

L-Aġenzija, li taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għall-applikazzjonijiet telematiċi skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/796, trid tikkoordina l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet telematiċi, timmaniġġja t-talbiet għall-bidliet u l-verżjonijiet tas-sistema, u timmonitorja l-varar tal-applikazzjonijiet telematiċi permezz ta’ gruppi ta’ ħidma rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament.

(37)

Peress li ċerti termini li jirriflettu l-istruttura tad-data kondiviża huma aċċettati b’mod wiesa’ u użati b’lingwa teknika waħda, jenħtieġ li tali termini fl-Anness jibqgħu bil-lingwa teknika aċċettata b’mod wiesa’ użata għall-kodifikazzjoni fl-applikazzjonijiet telematiċi.

(38)

Biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit essenzjali speċifiku tas-sikurezza għas-subsistema telematika stabbilit fil-punt 2.7.4 tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidentifika l-funzjonijiet rilevanti għas-sikurezza tal-operazzjonijiet. Dan ir-Regolament jiddefinixxi livell bażiku ta’ integrità u dipendabbiltà. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għas-subsistema tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni, jenħtieġ li jkunu applikabbli livelli addizzjonali għas-sistemi diġitali soġġetti għal dan ir-Regolament meta d-data tkun maħsuba biex tintuża għas-sikurezza tal-operazzjonijiet. Meta dawn il-livelli jkun għadhom ma ġewx armonizzati fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu identifikati bħala punt miftuħ skont l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Sakemm tinkiseb armonizzazzjoni, kull livell addizzjonali maħsub biex jiġi applikat mill-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiġi vvalutat u stabbilit, u jista’ jiġi implimentat bi ftehim reċiproku, mingħajr ma jinħolqu ostakli għall-aċċess għaż-żona ferrovjarja unika Ewropea.

(39)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi allinjat ma’ TSIs oħra żviluppati skont id-Direttiva (UE) 2016/797, b’mod partikolari ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 għall-operat u għall-ġestjoni tat-traffiku (“TSI OPE”) (27), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 dwar il-kontroll-kmand u sinjalazzjoni (“TSI CCS”) (28), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 dwar persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa (“TSI PRM”) (29), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 dwar il-vetturi ferrovjarji (“TSI NOI”) (30), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 dwar is-sottosistema tal-“enerġija” (31) (“TSI ENE”), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (32) (“TSI Loc&Pas”) dwar il-lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri.

(40)

Il-punt 4.2.3.3.2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 (“TSI OPE”) jeżiġi li l-impriża ferrovjarja tinforma lill-meniġer tal-infrastruttura meta l-ferrovija tkun preparata biex taċċessa n-network. Bħalissa, dak ir-rekwiżit hu implimentat b’modi differenti skont il-karatteristiċi tal-infrastruttura (pereżempju, sistemi tar-Radju Mobbli Ferrovjarju (RMR), ETCS L2, lokkjatura apposta fil-punt tat-tluq, messaġġ telematiku apposta). Il-punt 4.2.4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 (“TSI CCS”) jistabbilixxi rekwiżiti għall-funzjonijiet tal-komunikazzjoni mobbli għall-ferroviji (RMR), li għall-applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali tal-GSM-R jirrikjedu l-applikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema msemmija fl-indiċi [33] tal-Appendiċi A ta’ dak l-Anness. Dawk ir-rekwiżiti jispeċifikaw il-kodiċijiet li jridu jiddaħħlu għal “ferrovija preparata” u “ferrovija mhux preparata” rispettivament. Il-punt 4.2.2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 (“TSI CCS”) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-funzjonalitajiet tal-ETCS abbord, li għall-proċedura “Bidu tal-missjoni” fl-ETCS L2 huma definiti fl-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema msemmija bħala indiċi [4] fl-Appendiċi A ta’ dak l-Anness. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawk l-alternattivi biex tiġi kkomunikata l-preparatezza ta’ ferrovija jenħtieġ li jkunu limitati u armonizzati.

(41)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/777 jirrikjedi li l-meniġers tal-infrastruttura jippubblikaw fir-reġistru tal-infrastruttura (“RINF”) imsemmi fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-valuri tal-parametri tan-network ferrovjarju tagħhom hekk kif tali data ssir disponibbli. Il-punti 4.2.1.2.2 u 4.8.1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 (“TSI OPE”) jirrikjedu li l-meniġers tal-infrastruttura jippubblikaw fir-RINF kull bidla fil-karatteristiċi nominali tal-infrastruttura, kull meta tali informazzjoni ssir disponibbli u taffettwa l-operat tal-ferrovija fuq in-network, inkluż ir-restrizzjonijiet u l-modifiki permanenti jew temporanji. Kif stabbilit fil-punt (8) tal-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE, din l-informazzjoni tkopri r-restrizzjonijiet tal-veloċità, it-tagħbija fuq il-fus, it-tul tal-ferrovija, it-trazzjoni, jew il-gauge tal-istruttura inklużi fir-restrizzjonijiet tal-kapaċità. Kull bidla temporanja fil-valur nominali ta’ parametru tan-network, li tirriżulta minn tali restrizzjonijiet jew modifiki, trid tiġi ppubblikata fir-RINF bħala valur temporanju, flimkien mad-dati tal-validità assoċjati ma’ dik ir-restrizzjoni jew modifika.

(42)

Biex ikun hemm redditu suffiċjenti fuq l-investimenti tal-proġetti maħsuba biex jimplimentaw is-subsistema telematika f’konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1305/2014 u li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ikunu waslu fi stadju avvanzat tal-iżvilupp skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (23), tad-Direttiva (UE) 2016/797, jeħtieġ jiġi stabbilit perjodu tat-tranżizzjoni xieraq għall-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika korrispondenti biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1), il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva.

(43)

Biex tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi relatati mal-ferroviji fil-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni gradwali u fil-ħin tal-kondiviżjoni tad-data interoperabbli mill-operaturi tagħhom, jeħtieġ jiġi stabbilit perjodu tat-tranżizzjoni xieraq biex l-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija jkunu jistgħu jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, sakemm dawn ma jkunux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 f’konformità mal-Artikolu 1(4) ta’ dik id-Direttiva.

(44)

Biex jiġi ffaċilitat varar gradwali u fil-ħin tal-għodod tekniċi li trid tipprovdi l-Aġenzija għall-iżvilupp ikkoordinat tal-applikazzjonijiet telematiċi fl-Unjoni u l-ġestjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tagħhom, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi diferita fir-rigward tal-varar ta’ dawk l-għodod mill-Aġenzija.

(45)

Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 u (UE) Nru 1305/2014 jenħtieġ li jiġu revokati.

(46)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-28 ta’ April 2025 (33).

(47)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti komuni, speċifiċi u ta’ interfaċċa għall-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data fit-trasport ferrovjarju billi jistabbilixxi speċifikazzjoni teknika ta’ interoperabilità (TSI) relatata mas-subsistema tal-“applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-“applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija” msemmija fil-punt 1(b), it-tielet inċiż, tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797 u deskritti fil-punt 2.6 ta’ dak l-Anness, fir-rigward tal-proċessi li ġejjin:

(a)

fir-rigward tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u anki tal-passiġġieri:

(i)

il-ġestjoni tal-kapaċità;

(ii)

il-preparazzjoni tal-ferroviji;

(iii)

il-ġestjoni tat-traffiku;

(b)

fir-rigward tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija biss: il-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom;

(c)

fir-rigward tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri biss:

(i)

il-biljettar ferrovjarju;

(ii)

l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar ferrovjarju tal-passiġġieri.

2.   Dan ir-Regolament japplika għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/797.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju li jitilqu mill-Unjoni lejn pajjiż terz jew li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz, li ma jkunux soġġetti għal regoli simili skont ftehim internazzjonali. Iżda l-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika jistgħu japplikaw miżuri alternattivi bejn il-fruntiera u l-istazzjon tal-fruntiera ddeżinjat għal operazzjonijiet transfruntieri.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“data” tfisser rappreżentazzjoni ta’ atti, fatti jew informazzjoni li tinqara minn magna u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ tali atti, fatti jew informazzjoni maħsuba biex jiġu kondiviżi b’format armonizzat u strutturat;

(2)

“kondiviżjoni tad-data” tfisser il-forniment ta’ data minn detentur tad-data lil riċevitur tad-data għall-fini tal-użu konġunt jew individwali ta’ dik id-data, direttament jew tramite intermedjarju, pereżempju b’liċenzji miftuħa jew kummerċjali soġġetti għal tariffa jew mingħajr ħlas;

(3)

“biljettar ferrovjarji” tfisser il-proċess li jinkludi mqar wieħed minn dawn li ġejjin għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri:

(a)

il-preżentazzjoni diġitali tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri għall-ippjanar tal-vjaġġi;

(b)

il-verifika diġitali tad-disponibbiltà jew ir-riżervazzjoni diġitali ta’ prodotti ferrovjarji korrispondenti għall-bejgħ;

(c)

il-ħruġ u l-kontroll diġitali tal-biljetti;

(d)

l-immaniġġjar diġitali tal-proċessi ta’ wara l-bejgħ;

(4)

“prodott ferrovjarju” tfisser servizz imfassal apposta fir-rigward ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri marbut ma’ tariffa;

(5)

“biljett” tfisser biljett kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2021/782;

(6)

“riżervazzjoni” tfisser riżervazzjoni kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2021/782;

(7)

“servizz tat-trasport ferrovjarju” tfisser servizz skedat għat-trasport bil-ferrovija bejn punt tat-tluq u punt tal-wasla li jkun ikopri s-servizzi tat-trasport tal-merkanzija, tal-passiġġieri, tal-bagalji, tar-roti jew tal-karozzi, u arranġamenti tat-trasport imfassla apposta, kif ukoll l-assistenza lill-passiġġieri inkluż is-servizzi għal ridirezzjonar tar-rotta u tkomplija tal-vjaġġ;

(8)

“operatur ta’ faċilità ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija” tfisser operatur tal-faċilità ta’ servizz kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (12), tad-Direttiva 2012/34/UE, li jipprovdi servizzi meħtieġa għat-tħaddim ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u li l-faċilitajiet ta’ servizz tiegħu jkunu elenkati fil-punt (2), is-subpunti (b), (c), (d) u (g), tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE u konnessi man-network trans-Ewropew tat-trasport kif speċifikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1679, limitat għat-terminals multimodali tal-merkanzija identifikati skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament;

(9)

“parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika” tfisser id-detenturi tad-data jew ir-riċevituri tad-data li ġejjin, li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu l-użu ta’ applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija”:

(a)

impriżi ferrovjarji;

(b)

meniġers tal-infrastruttura;

(c)

meniġers tal-istazzjonijiet;

(d)

operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

(e)

operaturi tat-trasport intermodali;

(f)

applikanti għal kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja jew għal kapaċità fil-faċilitajiet tas-servizzi;

(g)

korpi responsabbli għall-allokazzjoni ta’ kapaċità tal-infrastruttura jew ta’ kapaċità fil-faċilitajiet tas-servizzi;

(h)

impriżi ferrovjarji, jew bejjiegħa tal-biljetti kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2021/782, meta dawk l-impriżi jew il-bejjiegħa jaġixxu bħala bejjiegħ bl-imnut, distributur, emittent, jew kombinament ta’ tnejn jew aktar minn dawk ir-rwoli, fil-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (c);

(i)

entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (20), tad-Direttiva (UE) 2016/798;

(j)

fornituri terzi tas-servizzi li jkollhom responsabbiltà operazzjonali fil-funzjonament tas-sistema ferrovjarja jew fl-appoġġ tal-forniment tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jew tal-merkanzija, jew li jiġu kkuntrattati biex jimmonitorjaw il-movimenti tal-ferroviji jew il-fluss tal-passiġġieri jew tal-merkanzija;

(k)

klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

(l)

detenturi ta’ kuntratt tat-trasport tal-merkanzija relatat ma’ ferrovija speċifika jew ma’ tip speċifiku ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju;

(m)

aggregaturi tal-informazzjoni ta’ partijiet terzi mhux kummerċjali li jipprovdu data indipendenti, nondiskriminatorja u pubblikament disponibbli relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju;

(n)

entità oħra li tkun involuta fl-operazzjoni tal-applikazzjonijiet telematiċi, fir-rigward tal-elementi tas-subsistema msemmija fil-punt 2.6 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(10)

“korpi tal-Unjoni” tfisser korpi tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2023/2854;

(11)

“korp tas-settur pubbliku” tfisser korp tas-settur pubbliku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (28), tar-Regolament (UE) 2023/2854;

(12)

“detentur tad-data” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha d-dritt tuża xi data jew l-obbligu li tipproduċi u tagħmel disponibbli xi data;

(13)

“riċevitur tad-data” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha d-dritt li taċċessa d-data prodotta u magħmula disponibbli mid-detentur tad-data b’kundizzjonijiet tal-aċċess speċifikati għall-użu;

(14)

“aċċess għad-data” tfisser id-dritt li d-data tiġi kkonsultata b’kontroll fuqha jew mingħajru, b’mod distint minn drittijiet u obbligi oħra relatati mal-użu tagħha għal skopijiet nonkummerċjali jew kummerċjali;

(15)

“punt tal-aċċess nazzjonali” tfisser punt tal-aċċess nazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926;

(16)

“Ontoloġija tal-ERA” tfisser dokument tekniku maħruġ mill-Aġenzija skont l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, li jistabbilixxi d-definizzjonijiet u l-preżentazzjonijiet tad-data li tista’ tinqara mill-bniedem u minn magna u r-rekwiżiti assoċjati tal-kwalità u tal-preċiżjoni għall-elementi tad-data tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;

(17)

“element tad-data” tfisser entrata, valur, jew attribut tad-data kondiviża, li jkunu strutturati b’mod konsistenti mal-protokoll ġenerali użat għall-kondiviżjoni tad-data u li jġorr informazzjoni essenzjali li tikkontribwixxi għat-tifsira u l-iskop tad-data kondiviża, li jippermetti l-kondiviżjoni tad-data bejn is-sistemi, l-applikazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet;

(18)

“data ta’ referenza” tfisser sett tad-data ta’ identifikaturi uniċi standardizzati u interoperabbli li jridu jintużaw bħala bażi għall-kondiviżjoni tad-data f’dominju speċifiku;

(19)

“metadata” tfisser metadata kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2854;

(20)

“proċess b’diversi networks” tfisser proċess li hu affettwat mill-operazzjoni ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tul żewġ networks jew aktar ġestiti minn meniġers tal-infrastruttura differenti jew minn operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija differenti;

(21)

“servizz tat-trasport ferrovjarju dirett” tfisser servizz tat-trasport ferrovjarju li jista’ jinkludi waqfiet kummerċjali intermedji bejn l-oriġini u d-destinazzjoni tiegħu iżda li ma jkun jinvolvi l-ebda trasferiment ta’ passiġġieri jew merkanzija bejn il-ferroviji;

(22)

“interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet” jew “API” tfisser sett ta’ funzjonijiet, proċeduri, definizzjonijiet u protokolli għall-kondiviżjoni tad-data interoperabbli bejn l-applikazzjonijiet telematiċi;

(23)

“meniġer tal-istazzjon” tfisser meniġer tal-istazzjon kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2021/782;

(24)

“ħin tal-konnessjoni minimu” tfisser l-ammont ta’ ħin minimu li jkun biżżejjed biex passiġġier ilaħħaq bejn in-nodi tal-aċċess ta’ żewġ servizzi konsekuttivi tat-trasport tal-passiġġieri inklużi fi vjaġġ;

(25)

“persuna b’diżabbiltà” u “persuna b’mobbiltà mnaqqsa” tfisser persuna b’diżabbiltà u persuna b’mobbiltà mnaqqsa kif definiti fil-punt 2.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 (“TSI PRM”);

(26)

“vjaġġ” tfisser vjaġġ minn tarf sa tarf ta’ passiġġier jew ta’ tagħbija, li jista’ jinkludi diversi taqsimiet;

(27)

“ħin tat-tluq pubbliku” tfisser il-limitu tal-ħin tal-imbark għall-passiġġieri, jiġifieri l-mument meta l-aċċess għall-ferrovija, il-pjattaforma jew l-istazzjon jingħalaq bi tħejjija għat-tluq u li meta jinqabeż il-passiġġieri ma jitħallewx aktar jitilgħu abbord, u li jqis il-ħin li jista’ jkun meħtieġ għaċ-check-in tal-passiġġieri, tar-roti, jew tal-bagalji;

(28)

“ħin tal-wasla pubbliku” tfisser il-ħin tal-inżul għall-passiġġieri, jiġifieri l-mument meta l-bibien tal-ferrovija jinfetħu mal-pjattaforma jew fit-terminal tad-destinazzjoni, u l-passiġġieri jitħallew jiżbarkaw;

(29)

“skeda operatorja” tfisser skeda operatorja kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (28), tad-Direttiva 2012/34/UE li tintuża għall-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku kif imsemmi fit-Taqsima 2 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(30)

“metastazzjon” tfisser grupp ta’ stazzjonijiet f’żona urbana funzjonali, inkluż nodu urban wieħed jew aktar elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1679, li tista’ testendi f’diversi Stati Membri u fejn jistgħu jintlaħqu stazzjonijiet distinti billi jiġu konnessi modi tat-trasport urban u servizzi tat-trasport urban, kemm jekk skedati kif ukoll jekk le;

(31)

“nodu tal-aċċess” tfisser nodu tal-aċċess kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25), tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926;

(32)

“applikant” tfisser applikant kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (19), tad-Direttiva 2012/34/UE;

(33)

“skeda tal-passiġġieri” tfisser id-data u l-ħin tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri operati bħala servizzi kummerċjali minn impriża ferrovjarja waqt intervall taż-żmien partikolari li jintużaw fil-kuntest ta’ biljettar ferrovjarju u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar ferrovjarju tal-passiġġieri msemmija fit-Taqsima 4 tal-Anness;

(34)

“moviment tax-shunting” tfisser movimenti tax-shunting kif definiti fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 (“TSI OPE”);

(35)

“klijent tal-merkanzija” tfisser l-entità li tkun ħarġet l-informazzjoni dwar konsenja lill-impriża ferrovjarja rilevanti tal-merkanzija u li tista’ tkun fornitur ta’ servizzi tal-loġistika, operatur tat-trasport intermodali, spedizjonier, meniġer ta’ flotta ta’ vaguni vojta jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, u li tkun ikkonkludiet kuntratt tat-trasport li jkopri servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

(36)

“operatur tat-trasport intermodali” tfisser entità li torganizza servizzi tat-trasport tal-merkanzija li jgħaqqdu żewġ terminals tal-merkanzija jew aktar b’aktar minn mod tat-trasport wieħed;

(37)

“nota ta’ konsenja” tfisser dokument tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11 (34);

(38)

“distributur” tfisser entità li, bis-saħħa ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali, ikollha:

(a)

il-kapaċità teknika li tikkombina prodott ferrovjarju wieħed jew aktar mingħand impriża ferrovjarja waħda jew aktar, bl-iskop li tfornihom lil emittent jew bejjiegħ bl-imnut;

(b)

id-drittijiet li topera mingħajr talba inizjali lis-sistemi tal-attribuzzjoni ta’ dawk l-impriżi fir-rigward tal-prodotti ferrovjarji msemmija fil-punt (a);

(c)

drittijiet awtonomi li tivverifika d-disponibbiltà tal-prezz għal kull wieħed mis-servizzi li jkun parti mill-prodotti ferrovjarji kombinati msemmija fil-punt (a);

(39)

“pjanifikatur tal-vjaġġ” tfisser magna tat-tiftix użata biex issib vjaġġ ottimali abbażi ta’ kriterji definiti stabbiliti mill-utent tagħha;

(40)

“emittent” tfisser entità li jkollha l-kapaċità legali u teknika, derivata minn dispożizzjonijiet kuntrattwali, li toħroġ biljett għal bejjiegħ bl-imnut li fuqu jkun hemm indikati l-partijiet tal-kuntratt tat-trasport;

(41)

“sistema tal-attribuzzjoni” tfisser is-sistema diġitali tal-impriża ferrovjarja li tospita l-katalgu online tas-servizzi individwali tat-trasport ferrovjarju u li tippermetti lid-distributuri jivverifikaw id-disponibbiltà ta’ dawk is-servizzi u jagħmlu riżervazzjonijiet;

(42)

“bejjiegħ bl-imnut” tfisser entità li:

(a)

ikollha l-kapaċità legali u teknika, derivata minn dispożizzjonijiet kuntrattwali, li tikkombina, jew li tikkombina u tbigħ, prodott ferrovjarju wieħed jew aktar li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha minn distributur wieħed jew aktar;

(b)

tikseb aċċess għall-prodotti ferrovjarji msemmija fil-punt (a) wara li tkun issottomettiet talba inizjali lid-distributuri involuti;

(c)

tbigħ il-prodotti ferrovjarji msemmija fil-punt (a), meta rilevanti, iżda mingħajr drittijiet awtonomi biex temenda l-kontenut ta’ dawk il-prodotti ferrovjarji jew il-kundizzjonijiet tal-offerti stabbiliti mid-distributuri;

(d)

tista’ tapplika tariffi jew roħs fl-offerti stabbiliti mid-distributuri;

(43)

“tariffa” tfisser id-data aggregata stabbilita minn impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, mid-detentur tad-data, li tkun tipprovdi d-dettalji rilevanti kollha ta’ tariffa, inkluż il-prezz tas-servizz tat-trasport ferrovjarju mitlub minn distributur lill-impriża ferrovjarja u l-attributi u l-kundizzjonijiet assoċjati;

(44)

“offerta” tfisser id-data aggregata stabbilita minn distributur li tikkombina tariffi applikabbli li jinkludu l-prezz tal-prodott ferrovjarju mitlub mill-bejjiegħ bl-imnut lid-distributur u li tista’ tvarja mill-prezz stabbilit mill-impriża ferrovjarja minħabba l-applikazzjoni ta’ regoli awtomatizzati tal-ipprezzar, skontijiet jew kundizzjonijiet kummerċjali oħra;

(45)

“prezz ta’ rendiment” tfisser il-prezz assoċjat ma’ tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ algoritmu bbażat fuq varjabbli, imsejjaħ ir-regola ta’ rendiment;

(46)

“organizzazzjoni għall-kontroll tal-biljetti” jew “TCO” tfisser organizzazzjoni bis-setgħa li tispezzjona l-biljetti tal-passiġġieri, inkluż fil-bibien tal-aċċess għall-pjattaforma;

(47)

“kwalità tad-data” tfisser il-grad ta’ adegwatezza għall-użu li, meta jintlaħaq, il-karatteristiċi tad-data jkunu jissodisfaw il-livell dikjarat u implikat ta’ preċiżjoni, kompletezza, konsistenza, tempestività u uniċità tas-settijiet tad-data, u biex jinħoloq għarfien azzjonabbli għal utenti oħra f’kundizzjonijiet speċifiċi.

KAPITOLU 2

REGOLI U PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 4

Kondiviżjoni tad-data bejn il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika u drittijiet tal-aċċess għad-data

1.   Meta l-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika involuti fl-istess servizzi tat-trasport ferrovjarju u l-proċessi relatati msemmija fl-Artikolu 2(1) ikollhom drittijiet jew obbligi derivati minn dispożizzjonijiet legali jew kuntrattwali għal dawk il-proċessi, dawn għandhom jagħtu aċċess għall-użu lil xulxin jew jaqsmu bejniethom id-data speċifikata fl-Anness li jkollhom bżonn biex iwettqu dawk il-proċessi.

Ħlief għall-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (c)(i), id-drittijiet u l-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jirriżultaw ukoll mir-responsabbiltà operazzjonali f’dawk il-proċessi, ta’ kwalunkwe entità involuta.

2.   Meta jintalbu b’mod motivat mill-Kummissjoni, korp tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku, il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika li jkollhom id-data speċifikata fl-Anness għandhom jagħtu aċċess dirett bla ħlas għal data mhux ipproċessata speċifika għal xi skop milli ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ tal-istabbiliment taż-żona ferrovjarja unika Ewropea jew tan-network trans-Ewropew tat-trasport;

(b)

l-iżvilupp tal-interoperabbiltà ferrovjarja u s-sikurezza ferrovjarja fl-Unjoni;

(c)

il-monitoraġġ jew l-awditjar tal-fluss tal-passiġġieri jew tal-merkanzija fl-Unjoni.

Artikolu 5

Aċċess għad-data dwar it-traffiku ferrovjarju u għad-data dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija

1.   Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4, kull meniġer tal-infrastruttura jew, meta rilevanti, operatur ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandu jagħti aċċess lill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika skont l-Artikolu 4(1) permezz ta’ interfaċċa tal-utent tal-web (“UI tal-web”) komuni tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku msemmi fl-Artikolu 14(5) ta’ dan ir-Regolament, u bħala parti mill-pakkett minimu tal-aċċess stabbilit fil-punt 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE, għad-data mhux ipproċessata li ġejja f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-aċċess stabbiliti fl-Anness:

(a)

id-data tal-iskeda operatorja, imsemmija fil-punt 2.3.10 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, iġġenerata mill-meniġers tal-infrastruttura jew, meta rilevanti, mid-detentur tad-data;

(b)

id-data dwar it-traffiku ferrovjarju, imsemmija fil-punt 2.6 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, iġġenerata mill-meniġers tal-infrastruttura bħala detenturi ta’ dik id-data;

(c)

id-data dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija, imsemmija fil-punt 2.5.1 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, li tasal mingħand l-impriżi ferrovjarji bħala detenturi ta’ dik id-data;

(d)

rendikont storiku tad-data tal-ferrovija, imsemmija fil-punt 2.7 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-aċċess għad-data msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun pubbliku u bla ħlas permezz ta’ UI tal-web tal-Unjoni komuni aċċessibbli għall-pubbliku.

3.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35).

4.   Fil-każ tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, il-paragrafu 2 għandu japplika biss meta impriża ferrovjarja tal-merkanzija tagħżel li b’mod volontarju tiżvela d-data msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ wħud jew kull wieħed mis-servizzi tat-trasport tagħha.

5.   L-UI tal-web tal-Unjoni komuni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura implimentazzjoni awtomatizzata tar-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tal-aċċess imsemmija f’dan l-Artikolu kif speċifikat mid-detentur tad-data.

6.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu la għandhom japplikaw għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju għall-forzi armati u lanqas għal servizzi oħra tat-trasport ferrovjarju soġġetti għal miżuri tas-sigurtà adottati minn Stat Membru fejn jiġu operati dawk is-servizzi.

Artikolu 6

Aċċess għad-data għall-ippjanar tal-vjaġġi tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u għad-data dwar it-tariffi

1.   Kull impriża ferrovjarja tal-passiġġieri jew, meta rilevanti, l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), jew id-detentur tad-data, għandhom jagħtu aċċess pubbliku u mingħajr ħlas għad-data speċifikata fil-punt 4.2.1 u l-punt 4.4 tal-Anness rigward l-iskeda tal-passiġġieri tas-servizz tat-trasport ferrovjarju li joperaw u għall-kundizzjonijiet tat-trasport korrispondenti, rispettivament.

L-aċċess għandu jingħata mqar mill-punti tal-aċċess nazzjonali f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-aċċess stabbiliti fl-Anness.

2.   Kull meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew entità oħra ddeżinjata minn wieħed minnhom jew mill-Istat Membru, bħala detentur tad-data, għandhom jagħtu aċċess pubbliku u mingħajr ħlas għad-data speċifikata fil-punt 4.2.2 tal-Anness dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni bejn in-nodi tal-aċċess.

L-aċċess għandu jingħata mqar mill-punti tal-aċċess nazzjonali f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-aċċess stabbiliti fl-Anness.

3.   Meta impriża ferrovjarja tal-passiġġieri jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, ikollu drittijiet jew obbligi derivati minn dispożizzjonijiet kuntrattwali biex jagħti aċċess għad-data tiegħu dwar it-tariffi, dak l-aċċess għandu jingħata għat-tariffi kollha tiegħu mqar tramite l-punti tal-aċċess nazzjonali f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet tal-aċċess stabbiliti fil-punt 4.3 tal-Anness.

Jistgħu jiġu miftiehma termini u kundizzjonijiet addizzjonali għall-aċċess dirett u l-użu kummerċjali ta’ dik id-data fuq bażi kuntrattwali.

4.   Meta distributur ikollu drittijiet jew obbligi derivati minn dispożizzjonijiet kuntrattwali biex jaċċessa data dwar id-disponibbiltà u r-riżervazzjonijiet tal-prodotti ferrovjarji ta’ impriża ferrovjarja tal-passiġġieri, inkluż għall-prezzijiet ta’ rendiment, dak l-aċċess għandu jingħata minn dik l-impriża ferrovjarja mqar b’konnessjoni diretta mas-sistema tal-attribuzzjoni tagħha f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 4.5 tal-Anness.

Għandhom jiġu miftiehma termini u kundizzjonijiet addizzjonali għall-aċċess dirett u l-użu ta’ dik id-data fuq bażi kuntrattwali.

5.   Dan l-Artikolu għandu japplika flimkien mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4.

Artikolu 7

Ċibersigurtà u format tad-data

1.   Il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika, il-korpi tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku involuti fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu identifikati b’identifikatur uniku tal-organizzazzjoni tagħhom assenjat u vvalidat f’konformità mal-Artikolu 9.

2.   Meta parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tikkondividi u tagħti aċċess għad-data skont dan ir-Regolament, din għandha tiżgura li n-networks u l-protokolli tal-komunikazzjoni, is-sistemi, l-interfaċċi jew il-bażijiet tad-data li tuża jkunu konformi mal-miżuri taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-punt 1.3 tal-Anness.

3.   Meta parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tikkondividi u tagħti aċċess għad-data skont dan ir-Regolament, din għandha tikkonforma mas-semantika speċifikata fl-elementi tal-katalgu tad-data bħala subsettijiet tal-Ontoloġija tal-ERA u s-sekwenza tad-data msemmija fil-punt 1.4 tal-Anness.

4.   L-Aġenzija għandha tiżgura li l-Ontoloġija tal-ERA u l-elementi speċifiċi assoċjati tal-katalgu tad-data jkunu jirriflettu l-iżviluppi regolatorji u tekniċi li jaffettwaw lis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

Artikolu 8

Repożitorju ċentrali komuni u data ta’ referenza

1.   L-Aġenzija għandha żżomm repożitorju ċentrali komuni bħala sors uniku ta’ data ferrovjarja komuni tal-Unjoni għat-telematika. Ir-repożitorju għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u jaħżen fih l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

il-metadata u l-elementi speċifiċi assoċjati tal-katalgu tad-data, li jissemmew fil-punt 1.4 tal-Anness bħala subsett tal-Ontoloġija tal-ERA, li tispeċifika l-kontenut u l-istruttura tad-data;

(b)

lista ta’ awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni għall-infrastruttura tal-kjavi pubblika (“PKI”) stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.3 tal-Anness;

(c)

data ta’ referenza komuni, li tissemma fl-Artikolu 9, ġestita mill-Aġenzija;

(d)

link għall-aċċess tas-sors tad-data ta’ referenza speċifika għall-merkanzija, li tissemma fil-punt 3.3 tal-Anness, ġestita mis-settur ferrovjarju.

2.   L-Aġenzija għandha tippermetti lil kwalunkwe parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tabbona għal notifiki awtomatizzati rigward aġġornamenti fl-informazzjoni assoċjata mar-repożitorju ċentrali komuni.

3.   Parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tista’ tirreplika għall-użu operazzjonali tagħha stess id-data disponibbli fir-repożitorju ċentrali komuni.

4.   L-Aġenzija u kull parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika responsabbli għad-data ta’ referenza komuni f’konformità mal-punti 1.2 u 4.8 tal-Anness għandhom jieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas id-data ta’ referenza tagħhom għall-użu mill-ġdid f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-aċċess stabbiliti fl-Anness, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-livell tas-servizz applikati għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tar-repożitorju korrispondenti;

(b)

jimmaniġġaw l-assenjar, il-manutenzjoni u l-ħżin tad-data ta’ referenza tagħhom u l-aċċess għaliha b’mod trasparenti, ġust, raġonevoli u nondiskriminatorju.

Artikolu 9

Governanza tad-data ta’ referenza komuni

1.   L-Aġenzija għandha tipprovdi applikazzjonijiet web lill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika biex ikunu jistgħu jagħmlu talbiet għall-assenjar ta’ kodiċijiet u għall-aġġornament tal-elementi tad-data assoċjati.

L-Aġenzija għandha tiddefinixxi u tippubblika manwal għall-utenti li jiddeskrivi l-funzjonijiet differenti tal-applikazzjonijiet web.

2.   L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċeduri għall-ġestjoni tat-talbiet biex jiġu assenjati l-kodiċijiet u aġġornati l-elementi tad-data assoċjati, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi assoċjati f’konformità mal-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2016/796 u l-iskadenzi. Dak il-manwal għandu jipprovdi gwida lill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika għas-sottomissjoni tat-talbiet.

3.   L-Aġenzija għandha timmaniġġa u tassenja d-data ta’ referenza komuni fil-forma ta’ identifikaturi ta’ referenza uniċi (“kodiċijiet”), użati jew maħsuba biex jintużaw mill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika fir-rigward tal-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1) biex jidentifikaw l-elementi tad-data li ġejjin:

(a)

l-entitajiet (“kodiċijiet tal-organizzazzjoni”) involuti fil-kondiviżjoni tad-data f’konformità mal-atti adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/797 jew id-Direttiva (UE) 2016/798 jew id-Direttiva 2012/34/UE, imsemmija fil-punt 1.2.1 tal-Anness;

(b)

il-punti ġeografiċi (“kodiċijiet tal-lokazzjoni”) imsemmija fil-punt 1.2.2 tal-Anness;

(c)

l-aspetti tal-biljettar (“listi tal-kodiċijiet għall-biljettar”) imsemmija fil-punt 4.8 tal-Anness.

4.   Parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika għandha tissottometti talbiet lill-Aġenzija għall-assenjar tal-kodiċijiet. It-talba għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għad-data ta’ referenza komuni stabbiliti fil-punt 1.2 tal-Anness.

5.   Meta parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tissottometti talba għall-assenjar ta’ kodiċi għal lokazzjoni fl-Unjoni li jkun barra mill-ambitu tan-network ferrovjarju tal-Unjoni msemmi fl-Anness I, il-punt 1, tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Aġenzija għandha tassenja kodiċi tal-lokazzjoni bħala estensjoni virtwali tan-network ferrovjarju (‘kodiċi tal-lokazzjoni virtwali’) fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-lokazzjoni tintuża minn servizzi tat-trasport li jkunu qed jissostitwixxu temporanjament is-servizzi tat-trasport ferrovjarju;

(b)

meta l-lokazzjoni tintuża minn servizzi tat-trasport mibjugħa bħala servizzi tat-trasport ferrovjarju li ma jiġux operati minn impriżi ferrovjarji;

(c)

meta l-lokazzjoni titqies bħala metastazzjon.

6.   L-Aġenzija għandha tiżgura li l-pożizzjoni tal-kodiċijiet tal-lokazzjoni assenjati tiġi speċifikata fir-rigward tad-data rilevanti dwar l-infrastruttura disponibbli fir-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (ir-“RINF”) imsemmi fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u taħżinhom.

7.   Sat-2 ta’ Settembru 2026, kull meniġer tal-infrastruttura u kull operatur ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija, jew entità kompetenti oħra stabbilita fl-Unjoni ddeżinjata minn wieħed minnhom, għandhom jispeċifikaw il-pożizzjoni tal-kodiċijiet tal-lokazzjoni, assenjati lilhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tad-data rilevanti dwar l-infrastruttura disponibbli fir-RINF.

8.   Meta, għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tirreferi għal nodu tal-aċċess jew detentur tad-data tramite punti tal-aċċess nazzjonali, din għandha tuża d-data ta’ referenza komuni ġestita u assenjata mill-Aġenzija skont dan l-Artikolu bħala identifikaturi Ewropej (“IDs tal-UE”).

Artikolu 10

Kwalità tad-data

1.   L-Aġenzija u kull parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika għandhom jiżguraw li d-data ta’ referenza tagħhom tkun konformi mal-kriterji tal-kwalità tad-data u mal-valuri nominali stabbiliti fil-punt 1.5 tal-Anness u tissodisfa livell xieraq ta’ integrità u affidabbiltà.

2.   Meta parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tikkondividi jew tagħti aċċess għad-data skont dan ir-Regolament, din għandha tiżgura li dik id-data tkun tissodisfa livell xieraq ta’ integrità u affidabbiltà u jkun fiha d-data ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 1. Din għandha tistinka wkoll biex tikkonforma mal-valuri nominali stabbiliti fil-punt 1.5 tal-Anness b’marġini ta’ tolleranza ta’ 5% għal kull wieħed mill-kriterji tal-kwalità tad-data stabbiliti f’dak il-punt.

3.   Kull parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika għandha tiżgura li d-data replikata mir-repożitorju ċentrali komuni jkollha l-istess livell ta’ kwalità.

4.   Meta parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tikkondividi jew tagħti aċċess għad-data skont dan ir-Regolament, din għandha twettaq kontrolli tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Kwalunkwe defiċjenza identifikata fil-kwalità tad-data għandha tiġi kkoreġuta mill-aktar fis possibbli.

5.   Kull parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika għandha tistabbilixxi proċessi għall-kontrolli rikorrenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità skont kull wieħed mill-kriterji tal-kwalità tad-data, imqar għal għadd ta’ rotot u lokazzjonijiet ta’ referenza.

Artikolu 11

Rekwiżiti tad-data speċifiċi għan-network

1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippubblika mudell biex tiġbor ir-rekwiżiti tad-data mhux armonizzati applikati jew maħsuba biex jiġu applikati mill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika, bħala parti mill-proċedura tal-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil imsemmija fl-Artikolu 12(1).

2.   Sat-2 ta’ Diċembru 2026, kull meniġer tal-infrastruttura għandu jikkondividi mal-Aġenzija, bħala parti mill-proċedura tal-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil imsemmija fl-Artikolu 12(1), ir-rekwiżiti tad-data speċifiċi għan-network li japplika jew li jkun beħsiebu japplika, u ġustifikazzjoni tagħhom skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 1.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-meniġers tal-infrastruttura fir-responsabbiltà tiegħu jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

3.   Bħala parti mill-proċedura tal-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil imsemmija fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament u abbażi tal-informazzjoni miġbura, l-Aġenzija għandha, meta jkun iġġustifikat, taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati korrispondenti msemmija fl-Appendiċi C tal-Anness ta’ dan ir-Regolament jew tirrakkomanda lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 4(a) tar-Regolament (UE) 2016/796, l-integrazzjoni ta’ każijiet speċifiċi bħala parti mit-Taqsima 5 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika għandhom japplikaw biss rekwiżiti tad-data li jkunu armonizzati skont dan ir-Regolament jew elenkati bħala każ speċifiku.

Artikolu 12

Aġġornamenti fl-ispeċifikazzjonijiet referenzjati

1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi, tippubblika u tapplika proċedura tal-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil biex taġġorna u tmantni l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati referenzjati fl-Appendiċi C tal-Anness.

2.   Meta l-Aġenzija toħroġ opinjonijiet skont l-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3, jew l-Artikolu 19(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2016/796, li jidentifikaw bidliet li jikkostitwixxu mezzi aċċettabbli ta’ konformità, din għandha, meta rilevanti, tipproponi dati tal-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tagħhom.

3.   L-Aġenzija għandha żżomm lill-Istati Membri infurmati dwar l-attivitajiet tagħha skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu permezz tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Artikolu 13

Impriża ferrovjarja ewlenija

1.   Meta servizz tat-trasport ferrovjarju dirett jiġi operat jew ikun maħsub biex jiġi operat minn diversi impriżi ferrovjarji, dawk l-impriżi għandhom jiddeżinjaw lil waħda minnhom, jew lil entità kompetenti oħra stabbilita fl-Unjoni, biex tkun l-impriża ferrovjarja ewlenija, għas-servizz kollu għall-kompiti li ġejjin li huma parti mill-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1):

(a)

tintegra b’mod konsistenti n-numru tal-identifikazzjoni tal-ferrovija (“identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza”) ma’ identifikaturi oħra tal-oġġetti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Anness;

(b)

tikkoordina l-impriżi ferrovjarji u applikanti oħra involuti b’rabta mal-ġestjoni tal-kapaċità f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.3 tal-Anness;

(c)

tgħaqqad id-data tal-iskeda tal-passiġġieri għal dak is-servizz, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 4.2 tal-Anness, meta din tkun differenti mill-iskeda operatorja;

(d)

timmonitorja l-moviment tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2 tal-Anness;

(e)

tintegra u tikkondividi d-data tan-nota ta’ konsenja fil-każ ta’ servizz tal-merkanzija, u taġixxi bħala punt tal-kuntatt uniku għal dak is-servizz, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.1.1 tal-Anness.

2.   L-impriżi ferrovjarji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jqassmu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 jew parti minnhom lil aktar minn impriża jew entità kompetenti waħda, u kull waħda taġixxi bħala l-impriża ferrovjarja ewlenija fir-rigward ta’ kompitu wieħed jew aktar li tkun responsabbli għalih.

3.   Meta servizz tat-trasport ferrovjarju dirett, b’waqfiet intermedji jew mingħajrhom, jiġi operat jew ikun maħsub biex jiġi operat minn impriża ferrovjarja waħda, dik l-impriża għandha tkun l-impriża ferrovjarja ewlenija.

4.   Impriża ferrovjarja ewlenija responsabbli għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 għandha taġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku biex tiżgura l-konsistenza u l-integrazzjoni tad-data li tiġi kondiviża jew li ssir aċċessibbli skont dan ir-Regolament mid-detenturi tad-data rilevanti.

Artikolu 14

Applikazzjonijiet telematiċi għall-kondiviżjoni tad-data

1.   Meta parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika tikkondividi jew tagħti aċċess għad-data skont dan ir-Regolament, din għandha tuża applikazzjoni telematika. Dik l-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (“API”) għall-kondiviżjoni tad-data bejn magna u oħra jew interfaċċa tal-utent tal-web (“UI tal-web”) għall-kondiviżjoni tad-data minn bniedem għal magna li l-aċċess tagħha jingħata għall-użu minn parti kkonċernata oħra fil-qasam tat-telematika bħala alternattiva.

2.   Kull parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet telematiċi li tuża jew li għalihom tipprovdi aċċess għall-użu jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.7 tal-Anness u tiżgura kondiviżjoni nondiskriminatorja tad-data.

3.   Żewġ partijiet jew aktar ikkonċernati fil-qasam tat-telematika jistgħu jużaw b’mod konġunt jew jipprovdu aċċess b’mod konġunt għall-użu għal applikazzjoni telematika waħda.

4.   Fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kapaċità, tal-preparazzjoni tal-ferroviji u tal-ġestjoni tat-traffiku, kull meniġer tal-infrastruttura għandu juża API kif ukoll jipprovdi aċċess għall-użu tal-UIs tal-web lin-network tiegħu bħala parti mill-pakkett minimu tal-aċċess stabbilit fil-punt 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE.

Meta jkun hemm aktar minn meniġer tal-infrastruttura wieħed fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista’ jeżiġi li dawk il-meniġers tal-infrastruttura jużaw b’mod konġunt dik l-API u jipprovdu b’mod konġunt aċċess għall-użu tal-UIs tal-web lin-networks tagħhom. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħtar meniġer tal-infrastruttura wieħed li jkun responsabbli għall-varar konġunt ta’ dawk l-applikazzjonijiet telematiċi.

L-API u l-UIs tal-web imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jistgħu jkunu wkoll l-applikazzjonijiet komuni tal-Unjoni meħtieġa għall-proċessi b’diversi networks skont il-paragrafu 5.

5.   Għall-proċessi b’diversi networks fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji u l-ġestjoni tat-traffiku:

(a)

il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jużaw b’mod konġunt API komuni tal-Unjoni u jipprovdu b’mod konġunt aċċess għall-użu tal-UIs tal-web komuni tal-Unjoni;

(b)

l-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija jistgħu jużaw b’mod konġunt API komuni tal-Unjoni u jipprovdu b’mod konġunt aċċess għall-użu tal-UIs tal-web komuni tal-Unjoni.

6.   Fil-qasam tal-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom, l-impriżi ferrovjarji tal-merkanzija jistgħu jużaw b’mod konġunt API komuni tal-Unjoni u jipprovdu aċċess għall-użu tal-UIs tal-web komuni tal-Unjoni.

Artikolu 15

Ħin tal-konnessjoni u informazzjoni għall-passiġġieri fl-istazzjonijiet

1.   Kull meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew entità oħra deżinjata minn wieħed minnhom, jew mill-Istat Membru, bħala d-detentur tad-data, għandu, għall-istazzjonijiet fir-responsabbiltà tiegħu, jistabbilixixi b’mod newtrali u nondiskriminatorju, il-ħinijiet tal-konnessjoni minimi li ġejjin f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4.2.2.1 tal-Anness u, meta rilevanti, b’kooperazzjoni ma’ meniġers tal-istazzjon jew tal-infrastruttura oħrajn:

(a)

il-ħin tal-konnessjoni minimu bejn in-nodi tal-aċċess ta’:

(i)

servizzi differenti tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fi ħdan l-istazzjon;

(ii)

servizzi differenti tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri ta’ stazzjonijiet differenti li jkunu parti mill-istess metastazzjon;

(iii)

servizzi differenti tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u servizzi oħra skedati rilevanti tat-trasport tal-passiġġieri li jistgħu jiġu konnessi;

(b)

il-ħinijiet tal-konnessjoni minimi msemmija fil-punt (a) adattati għal:

(i)

persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa;

(ii)

passiġġier li jġorr rota.

2.   Kull meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew id-detentur tad-data, għandhom, għall-istazzjonijiet fir-responsabbiltà tagħhom, jiddefinixxu l-mezzi applikabbli biex jikkollegaw servizzi tat-trasport u jiġbru informazzjoni dwar il-ħin addizzjonali li jista’ jintalab bħala parti mill-kundizzjonijiet tat-trasport minn impriża ferrovjarja jew mill-awtoritajiet pubbliċi għaċ-check-in tal-passiġġieri, ir-roti, jew il-bagalji, u jinkludu din l-informazzjoni fil-ħin tal-konnessjoni minimu.

3.   Kull meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew id-detentur tad-data, għandu, għall-istazzjonijiet fir-responsabbiltà tiegħu, jistabbilixxi b’mod newtrali u b’mod nondiskriminatorju, l-aktar sistema tal-informazzjoni xierqa biex tiġi installata fl-istazzjon ħalli tipprovdi informazzjoni integrata għall-passiġġieri ferrovjarji dwar it-traffiku ferrovjarju u l-kompożizzjoni tal-ferrovija fiż-żona tal-istazzjon f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4.7.1 tal-Anness.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-impriżi ferrovjarji tal-passiġġieri, l-organizzazzjonijiet tal-passiġġieri, il-meniġers tal-istazzjon, il-meniġers tal-infrastruttura u, meta xieraq, l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, għandhom jikkooperaw ma’ meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, ma’ meniġer tal-infrastruttura jew mad-detentur tad-data, meta ssir talba minn wieħed minn dawn it-tlieta tal-aħħar.

KAPITOLU 3

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 16

Skadenzi għall-implimentazzjoni

1.   Kull parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika għandha tiżgura li kull applikazzjoni telematika ġdida varata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament tkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-applikazzjonijiet telematiċi eżistenti tagħha, kull parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika għandha ssegwi t-tappi stabbiliti fl-Appendiċi G tal-Anness biex tiżgura li dawk l-applikazzjonijiet u d-data kondiviża jew li ssir aċċessibbli permezz tagħhom, ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1) u mwettqa fir-rigward tal-iskedi operatorji għas-sena 2030 li japplikaw mid-9 ta’ Diċembru 2029.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandhom jibbenefikaw minn perjodu tat-tranżizzjoni addizzjonali ta’ 12-il xahar.

4.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz elenkati fil-punt (2) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE mhux imsemmija f’paragrafi oħra ta’ dan l-Artikolu jistgħu jagħżlu li japplikaw dan ir-Regolament b’mod volontarju.

5.   Meta l-ippjanar jew l-implimentazzjoni tas-subsistema telematika f’konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 454/2011 jew (UE) Nru 1305/2014 ikunu laħqu punt fejn il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament tista’ tikkomprometti l-vijabbiltà tat-tqegħid fis-servizz ta’ dik is-subsistema, l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jiġu estiżi bi 12-il xahar.

Artikolu 17

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.   L-Aġenzija għandha tipprovdi applikazzjoni web li tappoġġa r-rapportar tal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika. Dik l-applikazzjoni web għandha tippermetti l-importazzjoni awtomatizzata tad-data mill-applikazzjonijiet telematiċi użati mill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika biex jappoġġaw ir-rapportar tal-implimentazzjoni tagħhom.

2.   Sakemm jagħtu prova tal-konformità tal-applikazzjonijiet telematiċi tagħhom skont l-Artikolu 18, il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija, permezz tal-applikazzjoni web awtomatizzata msemmija fil-paragrafu 1, u jistabbilixxu b’mod preċiż u trasparenti l-istatus tal-implimentazzjoni tagħhom u l-pjanijiet tal-implimentazzjoni tagħhom biex jissodisfaw it-tappi stabbiliti fl-Appendiċi G tal-Anness, f’konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

mhux aktar tard mit-2 ta’ Settembru 2027, kull meniġer tal-infrastruttura għandu jirrapporta fl-oqsma li ġejjin:

(i)

il-ġestjoni tal-kapaċità;

(ii)

il-preparazzjoni tal-ferroviji;

(iii)

il-ġestjoni tat-traffiku;

(b)

mhux aktar tard mit-2 ta’ Marzu 2028:

(i)

kull impriża ferrovjarja tal-merkanzija għandha tirrapporta fl-oqsma tal-preparazzjoni tal-ferroviji u tal-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom;

(ii)

kull operatur ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandu jirrapporta fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku;

(iii)

kull meniġer tal-istazzjon għandu jirrapporta fil-qasam tal-biljettar ferrovjarju u l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar ferrovjarju tal-passiġġieri;

(iv)

kull impriża ferrovjarja tal-passiġġieri għandha tirrapporta fl-oqsma tal-preparazzjoni tal-ferroviji, il-biljettar ferrovjarju, u l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar ferrovjarju tal-passiġġieri;

3.   Il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fit-tfassil tal-pjanijiet tal-implimentazzjoni tagħhom. Kull Stat Membru għandu jappoġġa l-koordinazzjoni nazzjonali jew jiddelega l-kompitu lill-punt tal-kuntatt nazzjonali.

4.   L-Aġenzija għandha tippubblika ċifri aggregati dwar l-istatus tal-implimentazzjoni u l-pjanijiet tal-implimentazzjoni għal kull Stat Membru u fil-livell tal-Unjoni, marbuta mad-daqs tan-network għall-meniġers tal-infrastruttura u mas-sehem mis-suq tal-impriżi ferrovjarji espressi bħala tunnellati/km u passiġġieri/km, rispettivament.

Artikolu 18

Valutazzjoni tal-konformità

1.   L-Aġenzija għandha tipprovdi applikazzjoni web biex il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika jkunu jistgħu jivvalutaw awtomatikament il-messaġġi individwali.

L-Aġenzija għandha tippubblika manwal għall-utenti li jiddeskrivi l-funzjonijiet differenti tal-applikazzjonijiet web.

2.   Kull parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika soġġetta għall-obbligi tar-rapportar skont l-Artikolu 17 għandha tagħmel awtovalutazzjoni tal-konformità tal-applikazzjonijiet telematiċi tagħha fir-rigward tad-data kondiviża bl-applikazzjoni web imsemmija fil-paragrafu 1 qabel l-iskadenzi tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 16. Il-messaġġi individwali awtovalutati għandhom ikunu konformi mal-proċedura tal-ittestjar stabbilita fil-punt 1.6 tal-Anness u fl-Appendiċi D.1 tiegħu.

3.   Meta r-riżultati tal-awtovalutazzjoni jkunu pożittivi, l-applikazzjoni web imsemmija fil-paragrafu 1 għandha twettaq awtomatikament il-funzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

toħroġ dikjarazzjoni bbażata fuq l-evidenza li lill-parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika awtovalutata u lill-Aġenzija tipprovdilhom preżunzjoni tal-konformità tal-messaġġi awtovalutati u tal-applikazzjonijiet telematiċi assoċjati mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b)

tiġbor l-informazzjoni rilevanti assoċjata ma’ din l-awtovalutazzjoni kif stabbilit fil-punt 1 tal-Appendiċi D.1 tal-Anness;

(c)

tiġġenera u tippubblika lista tal-applikazzjonijiet telematiċi li jkunu preżunti konformi.

4.   Meta applikazzjoni telematika tkun irċeviet valutazzjoni tal-konformità pożittiva mogħtija u ppubblikata mill-Aġenzija qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dik il-valutazzjoni għandha tibqa’ valida sakemm ma jsirux bidliet fiha.

5.   Il-bidliet f’applikazzjoni telematika għandhom jiġu awtovalutati meta dawk il-bidliet ikunu jħallu impatt fuq xi waħda mill-materji li ġejjin:

(a)

l-elementi tad-data, l-istruttura jew is-sekwenza tad-data li jridu jiġu kondiviżi skont l-Artikolu 7(3);

(b)

l-implimentazzjoni ta’ API jew ta’ UI tal-web ġdida jew aġġornata;

(c)

il-miżuri taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 7(2).

6.   Fil-każ ta’ allegata nonkonformità ġustifikata ta’ applikazzjoni telematika użata minn parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika, jew meta jkun hemm dubju ġustifikat, l-Aġenzija għandha, b’inizjattiva tagħha jew meta tintalab mill-Kummissjoni, minn korp tal-Unjoni, minn korp tas-settur pubbliku jew minn parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika, tevalwa l-korrettezza tal-awtovalutazzjoni abbażi tad-informazzjoni rilevanti li tkun inġabret skont il-paragrafu 3(b) u f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar stabbilita fl-Appendiċi D.2.

7.   Lill-entità rikjedenti u lill-parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika li tuża l-applikazzjonijiet telematiċi evalwati bir-riżultat, l-Aġenzija għandha tinformahom dwar l-evalwazzjoni tagħha li tista’ tintuża għal azzjonijiet ta’ segwitu, inkluż infurzar minn awtorità tas-sikurezza nazzjonali kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2016/798, jew minn awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

8.   L-Aġenzija għandha tevalwa wkoll il-korrettezza tal-awtovalutazzjoni abbażi tal-informazzjoni kompilata f’konformità mal-paragrafu 3(b) għall-proġetti tal-applikazzjonijiet telematiċi meta tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

Meta tintalab, l-Aġenzija tista’ twettaq dik l-evalwazzjoni wkoll għall-proġetti mhux soġġetti għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni bħala servizz skont l-Artikolu 64(2), il-punt (d), u l-Artikolu 80(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2016/796.

9.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi, tippubblika u tapplika l-proċeduri u l-iskadenzi biex tevalwa l-korrettezza tal-awtovalutazzjoni għall-finijiet tal-paragrafi 6, 7 u 8.

Artikolu 19

Soluzzjonijiet innovattivi

1.   Meta parti kkonċernata fil-qasam tat-telematika jkun beħsiebha tuża soluzzjoni innovattiva għal applikazzjoni telematika mhux prevista minn dan ir-Regolament, din għandha tissottometti l-fajl tekniku assoċjat mas-soluzzjoni innovattiva proposta lill-Kummissjoni għall-analiżi u tiddikjara kif tista’ tkun żgurata l-interoperabbiltà tal-interfaċċi ma’ partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika konformi oħrajn. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Aġenzija skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 dwar is-soluzzjoni innovattiva proposta.

2.   Meta l-opinjoni tal-Aġenzija tkun negattiva, is-soluzzjoni innovattiva proposta ma tistax tiġi applikata.

3.   Meta l-opinjoni tal-Aġenzija tkun pożittiva, għandhom jiġu żviluppati l-ispeċifikazzjoni funzjonali u tal-interfaċċa xierqa u l-proċedura tal-ittestjar li jippermettu l-użu ta’ dik is-soluzzjoni innovattiva u sussegwentement dawn jistgħu jiġu inklużi bħala parti mill-proċess tar-reviżjoni stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

4.   Minbarra l-paragrafu 3, fl-opinjoni pożittiva tagħha, l-Aġenzija tista’ tikkunsidra li s-soluzzjoni innovattiva tikkostitwixxi mezz aċċettabbli ta’ konformità skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797. F’dak il-każ, dik l-opinjoni pożittiva tista’ tintuża biex tiġi vvalutata l-konformità tas-soluzzjoni innovattiva ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Punt tal-kuntatt nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru punt tal-kuntatt nazzjonali (“NCP”), indipendenti mill-impriżi ferrovjarji jew applikanti oħra, fost ir-rappreżentanti tal-korp tas-settur pubbliku jew tal-meniġer tal-infrastruttura, u jiżguraw riżorsi xierqa.

2.   Meta Stat Membru jiddeċiedi li jaħtar atturi differenti fir-rigward tal-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1) u l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-NCP deżinjat għandu jiżgura l-koordinazzjoni ta’ dawk l-atturi fil-livell nazzjonali u jibqa’ l-punt tal-kuntatt uniku għall-Aġenzija, għall-Kummissjoni, u għal organizzazzjonijiet rilevanti oħra.

3.   L-NCP għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jaġixxi bħala rappreżentant tal-Istat Membru fil-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 22, jikkoopera mal-Aġenzija u NCPs oħra, u jikkondividi opinjonijiet operazzjonali rilevanti mal-grupp ta’ ħidma u l-kwistjonijiet li jirrapportaw il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika b’mod trasparenti u nondiskriminatorju;

(b)

jiġbor l-ishma mis-suq rilevanti u d-dettalji tal-kuntatt tal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika koperti mill-Artikolu 17, u jaqsamhom mal-Aġenzija;

(c)

jiffaċilita l-kuntatti bejn l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika fil-livell nazzjonali, l-Aġenzija, il-Kummissjoni, u organizzazzjonijiet rilevanti oħra;

(d)

jappoġġa implimentazzjoni kkoordinata tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament billi jiffaċilita:

(i)

ir-ritorn tal-esperjenza u l-iskambju tal-aqwa prattiki fost il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika fil-livell nazzjonali, kif ukoll fil-livell tal-Unjoni fil-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 22;

(ii)

il-koordinazzjoni tal-pjanijiet tal-implimentazzjoni tal-meniġers tal-infrastruttura u l-konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika oħra tramite l-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju elenkati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2016/796;

(iii)

l-integrazzjoni ta’ partijiet ikkonċernati prospettivi fil-qasam tat-telematika billi jinfurmahom dwar il-qafas applikabbli.

4.   Sat-2 ta’ Diċembru 2026, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Aġenzija d-dettalji tal-NCP maħtur. L-Aġenzija għandha tippubblika dawk id-dettalji.

Artikolu 21

Kooperazzjoni u koordinazzjoni

1.   Il-meniġers tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw fin-network Ewropew tal-meniġers tal-infrastruttura, imsemmi fl-Artikolu 7f tad-Direttiva 2012/34/UE u b’konsultazzjoni mal-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija, l-impriżi ferrovjarji u partijiet ikkonċernati oħra fil-qasam tat-telematika biex jikkoordinaw dan li ġej:

(a)

l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet komuni tas-settur għal API tal-Unjoni komuni u għal interfaċċi tal-utent tal-web tal-Unjoni komuni kif msemmi fl-Artikolu 14(5), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-pjanijiet tal-implimentazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni u l-konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati oħra fil-qasam tat-telematika attivi fil-livell nazzjonali, bl-appoġġ tal-punti tal-kuntatt nazzjonali.

2.   L-impriżi ferrovjarji tal-merkanzija għandhom jikkooperaw fuq l-iżvilupp ta’ speċifikazzjoni komuni tas-settur għal API tal-Unjoni komuni u interfaċċi tal-utent tal-web tal-Unjoni komuni, kif imsemmi fl-Artikolu 14(6).

3.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandhom jikkooperaw fuq l-iżvilupp ta’ speċifikazzjoni komuni tas-settur għal API tal-Unjoni komuni u interfaċċi tal-utent tal-web tal-Unjoni komuni, kif imsemmi fl-Artikolu 14(5), il-punt (b).

4.   Sat-30 ta’ Settembru 2027, il-meniġers tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji tal-merkanzija u l-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandhom jipprovdu, tul il-proċess ġestit mill-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-ispeċifikazzjonijiet komuni rispettivi tagħhom tas-settur li jirriżultaw mill-kompiti tagħhom skont il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu b’kunsiderazzjoni tal-ħidma tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea stabbilita fit-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 (37).

Artikolu 22

Grupp ta’ ħidma tal-ERA dwar it-telematika

Il-grupp(i) ta’ ħidma stabbiliti mill-Aġenzija skont il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/796 għandhom jassistu lill-Aġenzija fl-applikazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fil-kompiti li ġejjin tal-Aġenzija:

(a)

jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni rilevanti tal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika biex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jiżguraw il-kooperazzjoni tal-punti tal-kuntatt nazzjonali fil-livell tal-Unjoni u l-implimentazzjoni armonizzata u kkoordinata tal-kompiti tagħhom madwar l-Unjoni;

(c)

jimmonitorjaw il-kwalità tad-data ta’ referenza komuni msemmija fl-Artikolu 9(3);

(d)

jiżviluppaw u jżommu l-manwal għall-utenti msemmi fl-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2) għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-assenjar ta’ kodiċijiet ta’ referenza;

(e)

jarmonizzaw, meta rilevanti, ir-rekwiżiti tad-data speċifiċi għan-network imsemmija f’konformità mal-Artikolu 11(3);

(f)

jiżviluppaw u jżommu l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(1) u jżommu l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 12;

(g)

jipprovdu gwida għall-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tas-settur li jappoġġaw l-aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet armonizzati msemmija fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 21;

(h)

ifasslu, jimplimentaw, iżommu u jiżguraw l-awtomatizzazzjoni tal-importazzjoni tad-data li tappoġġa l-obbligi tar-rapportar imsemmija fl-Artikolu 17;

(i)

iżommu l-proċeduri tal-ittestjar imsemmija fil-punt 1.6 tal-Anness u fl-Appendiċi D.1 tiegħu;

(j)

jimplimentaw l-iżviluppi futuri ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 23;

(k)

jiffaċilitaw l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tat-telematika fil-livell tal-Unjoni, u jiġbru l-aqwa prattiki mingħandhom;

(l)

jistħarrġu l-ħtieġa ta’ azzjoni ta’ segwitu mill-Aġenzija, mill-Kummissjoni, jew mill-Istati Membri, meta rilevanti;

(m)

ifasslu u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ segwitu skont ir-rispons li jkunu taw il-gruppi ta’ ħidma;

(n)

jidentifikaw u jħejju suġġetti strateġiċi relatati mad-diġitalizzazzjoni tas-sistema ferrovjarja b’impatt fuq is-subsistema tal-applikazzjonijiet telematiċi, biex issir diskussjoni f’kuntest ta’ politika usa’;

(o)

jirrapportaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24.

Artikolu 23

Żviluppi futuri

Sal-31 ta’ Diċembru 2028, l-Aġenzija għandha tqis ħidmet l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea stabbilita fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2085 u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 21(4) ta’ dan ir-Regolament, biex tagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/796 għall-aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament bl-objettivi li ġejjin u tagħmel valutazzjoni tal-impatt għal dik ir-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/796, b’mod li tkun:

(a)

tirrifletti l-iżviluppi regolatorji u tekniċi li jaffettwaw lis-sistema ferrovjarja;

(b)

issarraf il-lista tar-rekwiżiti tad-data speċifiċi bbażati fuq regoli nazzjonali vvalutati b’mod pożittiv u msemmija fl-Artikolu 11(5) ta’ dan ir-Regolament, fi speċifikazzjonijiet armonizzati, każijiet speċifiċi, jew punt miftuħ kif xieraq;

(c)

tagħlaq il-lista tal-punti miftuħa fl-Appendiċi B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(d)

taġġorna r-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament;

(e)

bħala parti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Appendiċi C tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, tiżgura tranżizzjoni xierqa u kompatibbli b’lura mid-dokumenti tekniċi msemmija f’dan ir-Regolament u speċifikazzjonijiet oħra kompatibbli u interoperabbli ma’ dawk id-dokumenti għall-istandards Ewropej rilevanti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 24

Rapport

1.   Ir-rapport sottomess mill-Aġenzija skont l-Artikolu 35(4) tar-Regolament (UE) 2016/796 għandu jinkludi analiżi tal-effettività ta’ dan ir-Regolament u l-progress li jkun sar favur il-kisba tal-interoperabbiltà tas-subsistema telematika tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

2.   Ir-rapportar dwar l-implimentazzjoni għandu jistrieħ fuq l-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2016/796, l-Aġenzija għandha tippubblika ħarsa ġenerali lejn il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni u l-analiżi tagħha tal-outputs innovattivi relatati mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-proposti tagħha għall-azzjoni ta’ segwitu meħtieġa biex ikunu żgurati l-iżvilupp koordinat tal-applikazzjonijiet korrispondenti fl-Unjoni u implimentazzjoni armonizzata u koordinata.

Artikolu 25

Revoka

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2014 huma revokati.

2.   Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Miżuri tranżizzjonali

Sakemm l-Aġenzija tipprovdi l-applikazzjonijiet web imsemmija fl-Artikolu 9(1), din għandha tassenja kodiċijiet tramite l-bażijiet tad-data eżistenti ġestiti b’mod konġunt minn meniġers tal-infrastruttura, jew minn operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija jew minn grupp ta’ impriżi ferrovjarji. Għal dak il-għan, il-partijiet ikkonċernati li jmexxu dawk il-bażijiet tad-data għandhom jagħtu aċċess lill-Aġenzija għal dawk il-bażijiet tad-data għall-użu.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Artikoli li ġejjin għandhom japplikaw mit-2 ta’ Settembru 2026:

(a)

l-Artikolu 8(1), il-punti (a), (c) u (d) u l-Artikolu 8(2);

(b)

l-Artikolu 9(2);

(c)

l-Artikolu 11(1);

(d)

l-Artikolu 12(1).

3.   L-Artikolu 9(3) sa (6) għandhom japplikaw mill-15 ta’ Marzu 2026.

4.   L-Artikoli li ġejjin għandhom japplikaw mit-2 ta’ Marzu 2027:

(a)

l-Artikolu 8(1)(b);

(b)

l-Artikolu 9(1);

(c)

l-Artikolu 17(1);

(d)

l-Artikolu 18.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/454/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta’ Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1305/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_del/2017/1474/oj).

(5)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar it-TSI TAP, u r-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tas-27 ta’ Jannar 2022 dwar it-TSI TAF.

(6)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/34/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (riformulazzjoni) (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/798/oj).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 tat-22 ta’ Novembru 2017 dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji (ĠU L 307, 23.11.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2177/oj).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1926/oj).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1056/oj).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data) (ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-governanza Ewropea tad-data (Att dwar il-Governanza tad-Data) (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/868/oj).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj).

(16)  Soluzzjonijiet speċifikati fid-Dokument Tekniku B.5 tal-ERA:

- A1: API bbażata fuq messaġġi binarji ta’ legat tat-TSI TAP;

- A2: API bbażata fuq XML/SOAP ta’ legat tat-TSI TAP;

- B1: API bbażata fuq JSON/REST ta’ Mudell Miftuħ tal-Bejgħ u Distribuzzjoni (OSDM);

- B2: It-Transmudell (EN12896) u API tal-Bejgħ tal-Mobbiltà Miftuħa (OMSA) ibbażata fuq JSON/REST.

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj).

(18)   https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10306-2016-INIT/en/pdf.

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/223/oj).

(20)   ĠU C 240, 24.7.2014, p. 1.

(21)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/863 tat-18 ta’ Mejju 2017 li taġġorna l-liċenzja ta’ software b’sors miftuħ EUPL biex tiffaċilita iktar l-użu u l-użu mill-ġdid ta’ software żviluppat minn amministrazzjonijiet pubbliċi (ĠU L 128, 19.5.2017, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/863/oj).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/796/oj).

(23)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(25)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/34/oj).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/798/oj).

(27)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE (ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/773/oj).

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 tal-10 ta’ Awwissu 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/919 (ĠU L 222, 8.9.2023, p. 380, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1695/oj).

(29)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1300/oj).

(30)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji — storbju” li temenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 421, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1304/oj).

(31)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 179, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1301/oj).

(32)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1302/oj).

(33)  L-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data C2025-0228.

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 52, 16.8.1960, p. 1121, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1960/11/oj).

(35)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/68/oj).

(36)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1370/oj).

(37)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2085/oj).


ANNESS

WERREJ

1.

Rekwiżiti komuni 33

1.1.

Rekwiżiti essenzjali 33

1.2.

Data ta’ referenza komuni 33

1.2.1.

Data ta’ referenza tal-organizzazzjoni 33

1.2.2.

Data ta’ referenza tal-lokazzjoni 33

1.3.

Ċibersigurtà 34

1.4.

Preżentazzjoni tad-data 34

1.5.

Kriterji tal-kwalità tad-data 34

1.5.1.

Eżattezza 34

1.5.2.

Kompletezza 35

1.5.3.

Konsistenza 35

1.5.4.

Tempestività 35

1.5.5.

Uniċità 35

1.6.

Valutazzjoni tal-konformità 35

1.7.

Applikazzjonijiet telematiċi 36

1.7.1.

Interfaċċi tal-utenti tal-web għall-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji u l-ġestjoni tat-traffiku 36

1.7.2.

Interfaċċi tal-utenti tal-web għall-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom 36

2.

Ġestjoni tal-kapaċità, preparazzjoni tal-ferroviji, u ġestjoni tat-traffiku 36

2.1.

Identifikaturi tal-oġġetti 36

2.1.1.

Ġenerali 36

2.1.2.

Identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza 36

2.1.3.

Oġġett ta’ ferrovija 37

2.1.4.

Oġġett ta’ talba għal mogħdija 37

2.1.5.

Oġġett ta’ mogħdija 37

2.1.6.

Oġġett ta’ rotta 37

2.1.7.

Oġġett ta’ referenza tal-każ 38

2.2.

Ġestjoni strateġika tal-kapaċità tal-infrastruttura 38

2.3.

Allokazzjoni tal-kapaċità 38

2.3.1.

Ġenerali 38

2.3.2.

Talba għal mogħdija 39

2.3.3.

Dettalji dwar mogħdija 39

2.3.4.

Mogħdija konfermata 40

2.3.5.

Dettalji dwar mogħdija miċħuda 40

2.3.6.

Mogħdija kanċellata 40

2.3.7.

Mogħdija mhux disponibbli 40

2.3.8.

Konferma tal-wasla 40

2.3.9.

Proċess ta’ koordinazzjoni tal-allokazzjoni tal-kapaċità 41

2.3.10.

Skeda operatorja 41

2.4.

Restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati 41

2.4.1.

Koordinazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati 41

2.4.2.

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati minn restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati 41

2.4.3.

Pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati 41

2.4.4.

Bidliet temporanji fil-karatteristiċi nominali tal-infrastruttura li jirriżultaw minn restrizzjoni tal-kapaċità ppjanata 41

2.5.

Preparazzjoni tal-ferroviji 41

2.5.1.

Kompożizzjoni tal-ferrovija 41

2.5.2.

Ferrovija lesta 43

2.5.3.

Previżjoni tal-preparatezza ta’ ferrovija 44

2.6.

Rapportar tad-data dwar it-traffiku ferrovjarju 44

2.6.1.

Ġenerali 44

2.6.2.

Punti tar-rapportar 45

2.6.3.

Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ ferrovija 45

2.6.4.

Informazzjoni ta’ previżjoni tal-ferroviji 45

2.6.5.

Kawża tad-dewmien ta’ ferrovija 46

2.6.6.

Informazzjoni dwar interruzzjoni tas-servizz 46

2.6.7.

Modifika tal-mogħdija waqt l-operazzjoni 46

2.7.

Rekord storiku tad-data relatata mal-ferrovija 47

2.8.

Kondiviżjoni tad-data ma’ partijiet ikkonċernati oħra 47

3.

Ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom 47

3.1.

Informazzjoni elettronika dwar it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija 47

3.1.1.

Nota ta’ konsenja elettronika (“eCN”) 47

3.1.2.

Sistemi ta’ reżervazzjoni, ta’ ħlas u ta’ fatturazzjoni għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija 48

3.2.

Movimenti tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom 48

3.2.1.

Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-vaguni 49

3.2.1.1.

Ġeolokalizzazzjoni tal-vaguni tal-merkanzija 49

3.2.1.2.

Status tal-vagun (“WagonStatusMessage”) 49

3.2.1.3.

Vagun lest għall-moviment (“Wagon Ready To Pull”) 49

3.2.1.4.

Vagun miġbud (“Wagon Pulled”) 50

3.2.1.5.

Tluq tal-vagun mill-oriġini (“Wagon Left Origin”) 50

3.2.1.6.

Wasla ta’ vagun f’lokazzjoni intermedja (“Wagon Arrival”) 50

3.2.1.7.

Tluq ta’ vagun minn lokazzjoni intermedja (“Wagon Departure”) 50

3.2.1.8.

Vagun trasferit (“Wagon Handed Over”) 50

3.2.1.9.

Vagun meħud (“Wagon Taken Over”) 51

3.2.1.10.

Irregolarità tal-vaguni (“WagonJourneyIrregularity”) 51

3.2.1.11.

Irregolarità tal-vagun rettifikata (“Wagon Journey Rectified”) 51

3.2.1.12.

Wasla ta’ vagun fid-destinazzjoni (“Wagon Reached Destination”) 51

3.2.1.13.

Vagun imwassal (“Wagon Delivered”) 51

3.2.2.

Moviment tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali 51

3.2.3.

Informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni 51

3.3.

Data ta’ referenza speċifika għall-merkanzija 52

3.3.1.

Ġenerali 52

3.3.2.

Bażijiet tad-data ta’ referenza għall-vetturi ferrovjarji 53

3.3.3.

Bażijiet tad-data ta’ referenza għall-unitajiet tat-tagħbija intermodali 53

3.3.4.

Bażijiet tad-data operazzjonali tal-vaguni u tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali 54

3.3.4.1.

Ġenerali 54

3.3.4.2.

“Loading of the freight wagon” 55

3.3.4.3.

“Vagun tal-merkanzija mgħotti waqt il-vjaġġ” 55

3.3.4.4.

“Vagun tal-merkanzija vojt waqt il-vjaġġ” 55

3.3.4.5.

“Unloading of the freight wagon” 55

3.3.4.6.

“Empty freight wagon under fleet management control” 55

3.4.

Kondiviżjoni tad-data ma’ partijiet ikkonċernati oħra 55

4.

Biljettar ferrovjarju fir-rigward tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri bil-ferrovija 56

4.1.

Ġenerali 56

4.2.

Data tal-iskeda tal-passiġġieri 56

4.2.1.

Data tal-iskeda tal-passiġġieri 56

4.2.2.

Data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni 57

4.2.2.1.

Ħinijiet tal-konnessjoni minimi 58

4.2.2.2.

Il-ħinijiet tal-konnessjoni fi ħdan stazzjon wieħed 59

4.2.2.3.

Il-ħinijiet tal-konnessjoni bejn żewġ stazzjonijiet 60

4.2.2.4.

Kalkolu tal-ħin tal-konnessjoni 60

4.3.

Data dwar it-tariffi 60

4.3.1.

Data dwar it-tariffi għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri 60

4.3.2.

Ġestjoni tar-regoli dwar il-ħruġ tal-biljetti u l-ispezzjonijiet tal-biljetti 62

4.3.3.

Informazzjoni dwar il-kanali tal-bejgħ online tal-impriżi ferrovjarji 62

4.4.

Kundizzjonijiet tat-trasport 62

4.4.1.

Ġenerali 62

4.4.2.

Kundizzjonijiet għat-trasport tal-passiġġieri 63

4.4.3.

Kundizzjonijiet tat-trasport u assistenza għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (“PRM”) 63

4.4.3.1.

Aċċessibbiltà tal-vetturi ferrovjarji 63

4.4.3.2.

Aċċessibbiltà tal-istazzjonijiet 64

4.4.4.

Kundizzjoni għat-trasport ta’ bagalji 64

4.4.5.

Kundizzjonijiet għat-trasport tar-roti 64

4.4.6.

Kundizzjonijiet għat-trasport ta’ karozzi, muturi u dgħajjes (“karozzi”) 64

4.5.

Disponibbiltà u riżervazzjonijiet 65

4.5.1.

Ġenerali 65

4.5.2.

Talba għal disponibbiltà u riżervazzjoni 66

4.5.3.

Rispons dwar disponibbiltà u riżervazzjoni 66

4.5.4.

Disponibbiltà u riżervazzjonijiet ta’ assistenza PRM 66

4.5.5.

Disponibbiltà u riżervazzjonijiet għall-postijiet tar-roti 66

4.5.6.

Disponibbiltà u riżervazzjonijiet għat-trasport tal-karozzi 67

4.6.

Ħruġ ta’ biljetti għad-distribuzzjoni tal-prodotti 67

4.6.1.

Elementi tas-sigurtà għat-twassil elettroniku 67

4.6.2.

Referenza tad-dossier 67

4.6.3.

Tipi u formati tal-biljetti 67

4.6.4.

Kontroll tal-biljetti u modifika fl-istat tal-biljetti 67

4.6.4.1.

Annotazzjoni tal-biljetti 68

4.6.4.2.

Talba għal rimborż jew kumpens 68

4.7.

Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri bil-ferrovija matul il-vjaġġ 68

4.7.1.

Informazzjoni fl-istazzjon 68

4.7.1.1.

Ġenerali 68

4.7.1.2.

Tluq tal-ferroviji 69

4.7.1.3.

Wasliet tal-ferroviji 69

4.7.1.4.

Devjazzjonijiet mill-informazzjoni skedata 69

4.7.2.

Informazzjoni fil-vettura 70

4.8.

Data ta’ referenza komuni għall-biljettar ferrovjarju 70

4.9.

Kondiviżjoni tad-data ma’ partijiet ikkonċernati oħra 71

5.

Lista ta’ każijiet speċifiċi 71

5.1.

Ġenerali 71

5.2.

Lista ta’ każijiet speċifiċi 71

APPENDIĊI A

INTERFAĊĊI FIR-RIGWARD TA’ SUBSISTEMI OĦRA 72

A.1

Rekwiżiti tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà 72

A.2

Rekwiżiti tal-interoperabbiltà relatati mal-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji u l-ġestjoni tat-traffiku 72

A.3

Rekwiżiti tal-interoperabbiltà relatati mal-istorbju 73

A.4

Rekwiżiti tal-interoperabbiltà relatati mal-kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni 74

A.5

Rekwiżiti tal-interoperabbiltà relatati mal-enerġija 74

A.6

Rekwiżiti tal-interoperabbiltà relatati mal-lokomottivi u l-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri 74

APPENDIĊI B

LISTA TA’ PUNTI MIFTUĦA 75

APPENDIĊI C

LISTA TA’ STANDARDS U DOKUMENTI TEKNIĊI REFERENZJATI 76

C.0

Verżjonar semantiku tad-dokumenti tekniċi 76

C.1

Lista ta’ dokumenti tekniċi referenzjati komuni 76

C.2

Lista ta’ dokumenti tekniċi referenzjati speċifiċi għall-kondiviżjoni tad-data rigward il-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji, u l-ġestjoni tat-traffiku 77

C.3

Lista ta’ dokumenti tekniċi referenzjati għall-kondiviżjoni tad-data speċifika għall-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom 77

C.4

Lista ta’ speċifikazzjonijiet referenzjati speċifiċi għall-biljettar ferrovjarju fir-rigward tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri bil-ferrovija 77

C.4.A

Lista ta’ standards referenzjati 77

C.4.B

Lista ta’ dokumenti tekniċi referenzjati 79

APPENDIĊI D

PROĊEDURI TAL-ITTESTJAR GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ 80

D.1

Awtovalutazzjoni u dikjarazzjoni bbażata fuq l-evidenza għal messaġġi tal-IT individwali 80

D.2

Evalwazzjoni tal-korrettezza tal-awtovalutazzjoni 80

D.3

Proċeduri tal-ittestjar speċifiċi għall-biljettar ferrovjarju 81

D.3.A

Skeda tal-passiġġieri 81

D.3.B

Tariffi 81

D.3.C

Kontroll tad-disponibbiltà u riżervazzjoni 81

APPENDIĊI E

AKKURATEZZA TAL-INFORMAZZJONI TA’ PREVIŻJONI TAL-MOVIMENTI TAL-FERROVIJI U TAL-VAGUNI TAL-MERKANZIJA 82

APPENDIĊI F

REKWIŻITI ESSENZJALI 83

APPENDIĊI G

TAPPI TAL-IMPLIMENTAZZJONI 85

1.   REKWIŻITI KOMUNI

1.1.   Rekwiżiti essenzjali

(1)

Ir-rekwiżiti essenzjali tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija” imsemmija fil-punt 1(b), it-tielet inċiż, tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797 u deskritti fil-punt 2.6 ta’ dak l-Anness huma stabbiliti fl-Appendiċi F ta’ dan l-Anness f’konformità mal-punt 2.7 tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Minbarra l-livelli ta’ integrità u dipendabbiltà stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [104], [1] u [106], għall-ħżin jew il-kondiviżjoni tad-data skont dan ir-Regolament kif imsemmi fil-kolonna “Sikurezza” tal-Appendiċi F, id-detenturi tad-data u r-riċevituri tad-data jistgħu japplikaw livelli addizzjonali, meta dik id-data tkun maħsuba biex tintuża għas-sikurezza tal-operazzjonijiet mhux koperti mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni.

(3)

Il-livelli addizzjonali ta’ integrità u dipendabbiltà għad-data maħżuna jew kondiviża skont dan ir-Regolament maħsuba biex tintuża għas-sikurezza tal-operazzjonijiet huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness. Meta d-data maħżuna jew kondiviża skont dan ir-Regolament tkun maħsuba biex tintuża fl-operazzjoni minn partijiet ikkonċernati tat-telematika għas-sikurezza tal-operazzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti livelli addizzjonali xierqa ta’ integrità u dipendabbiltà fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom skont metodi komuni tas-sikurezza għal evalwazzjoni u valutazzjoni tar-riskju u speċifikati bi ftehim. Tali ftehim ma għandux jikkostitwixxi ostaklu għall-aċċess għan-network.

(4)

Il-livelli addizzjonali miftiehma mill-partijiet ikkonċernati tat-telematika għandhom jitwettqu tul il-proċess immexxi mill-Aġenzija u msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

1.2.   Data ta’ referenza komuni (1)

(1)

Il-proċedura għall-assenjar tal-kodiċijiet imsemmija fl-Artikolu 9 hija stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [103].

(2)

L-Aġenzija għandha timmaniġġja d-data ta’ referenza komuni f’konformità mal-Artikoli 8 u 9 u l-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [103] u tagħti aċċess għal dik id-data għall-użu skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja EUPL 1.2.

1.2.1.   Data ta’ referenza tal-organizzazzjoni

(1)

Il-preżentazzjoni tad-data ta’ kodiċi tal-organizzazzjoni għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Sal-31 ta’ Diċembru 2025, għall-organizzazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi riżervata firxa speċifika ta’ kodiċijiet tal-organizzazzjoni.

1.2.2.   Data ta’ referenza tal-lokazzjoni

(1)

Kwalunkwe referenza għal punt ġeografiku meħtieġa għall-kondiviżjoni tad-data skont dan ir-Regolament għandha tiġi identifikata b’kodiċi tal-lokazzjoni uniku.

(2)

Il-preżentazzjoni tad-data ta’ kodiċi tal-lokazzjoni għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

1.3.   Ċibersigurtà

Għall-finijiet tal-Artikolu 7(2), kull parti kkonċernata tat-telematika għandha:

(a)

timplimenta miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju għaċ-ċibersigurtà f’konformità mad-Direttivi (UE) 2022/2555 (2) u (UE) 2022/2557 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b)

tuża infrastruttura tal-kjavi pubblika (“PKI”) f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, indiċi [106];

(c)

tuża l-protokolli tal-komunikazzjoni li jappartjenu għas-sett tal-Protokoll tal-Kontroll tat-Trażmissjoni/Protokoll tal-Internet (TCP/IP).

1.4.   Preżentazzjoni tad-data

(1)

L-Aġenzija għandha tiżgura l-kontroll tal-verżjonijiet semantiċi tal-Ontoloġija tal-ERA msemmija fl-Artikolu 7, li l-ispeċifikazzjonijiet tagħha huma referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1]. L-Aġenzija għandha tiżgura l-aċċess għall-verżjonijiet applikabbli kollha għall-użu skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja EUPL 1.2.

(2)

L-Aġenzija għandha tiżgura, permezz tal-proċedura tal-ġestjoni tal-kontroll tal-bidliet imsemmija fl-Artikolu 12, li l-Ontoloġija tal-ERA tkun kompatibbli mal-elementi tal-katalgu tad-data li ġejjin u tinkludihom bħala subsettijiet:

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [105], għall-finijiet tal-proċessi referenzjati fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) u (b);

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċijiet [P.7], [B.5], [B.10], u [B.14], għall-finijiet tal-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (c).

(3)

Id-data, l-oġġetti u l-messaġġi kondiviżi skont dan ir-Regolament għandhom jiġu serjalizzati b’format maqbul b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti li jkun konformi mas-subsettijiet elenkati fil-punt 1.4(2), kif inkluż fl-Ontoloġija tal-ERA.

(4)

Is-sekwenza tal-messaġġi li jridu jiġu skambjati skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [100].

1.5.   Kriterji tal-kwalità tad-data

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ defiċjenzi fil-kwalità tad-data bħala parti mill-kontroll tal-assigurazzjoni tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 10, il-paragrafi (4) u (5), parti kkonċernata tat-telematika għandha tkejjel id-devjazzjoni tal-kwalità mill-valur nominali (%) stabbilit għal kull kriterju u, meta rilevanti, tieħu azzjoni korrettiva biex tilħaq dan il-valur.

1.5.1.   Eżattezza

(1)

Id-data kondiviża skont dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata darba bħala data primarja mingħajr ipproċessar, trasformazzjoni jew aggregazzjoni intermedji mid-detentur tad-data, jiġifieri l-parti kkonċernata tat-telematika li tkun iġġenerat id-data. Il-partijiet ikkonċernati tat-telematika għandhom jingħataw aċċess għad-data primarja f’konformità mal-Artikolu 4.

(2)

L-eżattezza tad-data għandha titkejjel bħala l-persentaġġ tal-valuri maħżuna bħala parti mid-data ta’ referenza msemmija fil-punti 1.2, 3.3 u 4.8 li huma korretti meta mqabbla mal-valur reali tad-data primarja.

(3)

L-eżattezza nominali hija 100%.

1.5.2.   Kompletezza

(1)

Qabel il-kondiviżjoni tad-data, id-detentur tad-data għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet telematiċi tiegħu jivverifikaw il-kompletezza u l-konformità tad-data kondiviża mal-metadata msemmija fl-Artikolu 8.

(2)

Ir-riċevitur tad-data, jiġifieri l-parti kkonċernata tat-telematika li tuża d-data, għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet telematiċi tiegħu jivverifikaw il-kompletezza u l-konformità tad-data użata mal-metadata.

(3)

Il-kompletezza tad-data għandha titkejjel bħala l-persentaġġ tal-entrati tad-data obbligatorji li jkun fihom valuri.

(4)

Il-kompletezza nominali hija 100%.

1.5.3.   Konsistenza

(1)

Id-detentur tad-data għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet telematiċi tiegħu jkunu joperaw f’konformità mar-regoli tal-operazzjonijiet stabbiliti mid-detentur tad-data biex jiggarantixxu l-konsistenza tad-data.

(2)

Meta l-konsistenza tad-data tkun teħtieġ verifika mas-sorsi u l-verżjonijiet differenti tad-data ta’ referenza msemmija fil-punti 1.2, 3.3 u 4.8, id-detentur tad-data għandu jimplimenta proċeduri tal-validazzjoni qabel ma tiġi ġġenerata d-data tal-interfaċċa jew qabel tibda titħaddem verżjoni ġdida tad-data. Id-data dduplikata mid-data ta’ referenza għandha tiġi vvalidata skont ir-regoli tal-operazzjonijiet.

(3)

Id-detentur tad-data għandu jiġi identifikat bil-kodiċi tal-organizzazzjoni tiegħu bħala parti mid-data li jikkondividi.

(4)

Il-konsistenza tad-data għandha titkejjel bħala l-persentaġġ tal-valuri li jaqblu fit-tabelli, u r-rekords, u bejn il-proċessi.

(5)

Il-konsistenza nominali hija 100%.

1.5.4.   Tempestività

(1)

Il-partijiet ikkonċernati tat-telematika għandhom jikkondividu data aġġornata.

(2)

Id-detentur tad-data għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet telematiċi tiegħu jippermettu aġġornamenti tad-data malli jkunu disponibbli. Id-detentur tad-data għandu jistabbilixxi l-ħinijiet tar-rispons għall-mistoqsijiet u t-tipi ta’ utenti fl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-applikazzjonijiet telematiċi tiegħu.

(3)

It-tempestività tad-data għandha titkejjel bħala l-persentaġġ tad-data kondiviża fil-limitu taż-żmien speċifikat.

(4)

It-tempestività tad-data għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-limitu stabbiliti għal kull funzjoni mid-detentur tad-data mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli, b’mod partikolari r-regoli għat-trasport tal-oġġetti perikolużi.

1.5.5.   Uniċità

(1)

Id-detentur tad-data għandu jiżgura li ma jkun hemm l-ebda rekord duplikat fid-data kondiviża. Għandu jidentifika u jelimina kull rekord żejjed fid-data kondiviża bl-użu ta’ għodod tad-diduplikazzjoni, awtomatizzati meta possibbli.

(2)

L-uniċità tad-data għandha titkejjel bħala l-komplement tal-persentaġġ tad-duplikati fit-tabelli u fir-rekords għal 100%.

(3)

L-uniċità nominali hija ta’ 100%.

1.6.   Valutazzjoni tal-konformità

Skont l-Artikolu 18, il-partijiet ikkonċernati tat-telematika għandhom jagħmlu awtovalutazzjoni, fir-rigward tad-data kondiviża, tal-konformità tal-applikazzjonijiet telematiċi li jużaw biex jimplimentaw dan ir-Regolament meta mqabbla mal-proċeduri tal-ittestjar u d-dikjarazzjoni bbażata fuq l-evidenza stabbilita fl-Appendiċi D.

1.7.   Applikazzjonijiet telematiċi

(1)

Ħlief għall-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (c), li għalihom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4, l-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (“APIs”) u l-interfaċċi tal-utenti (“UIs”) tal-web imsemmija fl-Artikolu 14 li jkunu varaw il-partijiet ikkonċernati tat-telematika għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet għall-interfaċċa komuni referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [104].

(2)

L-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1], għandhom jintużaw biex jiżguraw il-validità tal-format, l-awtentiċità u l-integrità tad-data riċevuta jew trażmessa fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli fir-repożitorju ċentrali komuni msemmi fl-Artikolu 8. Għal dak il-għan, l-elementi tal-katalgu tad-data msemmija fl-Artikolu 7(3) u stabbiliti fil-punt 1.4(2) ta’ dan l-Anness għandhom ikunu konnessi mal-APIs u l-UIs tal-web imsemmija fil-punt (1).

1.7.1.   Interfaċċi tal-utenti tal-web għall-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji u l-ġestjoni tat-traffiku

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-UIs tal-web fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji u tal-ġestjoni tat-traffiku, skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

1.7.2.   Interfaċċi tal-utenti tal-web għall-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-UIs tal-web fil-qasam tal-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom, skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

2.   ĠESTJONI TAL-KAPAĊITÀ, PREPARAZZJONI TAL-FERROVIJI, U ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU

(1)

It-Taqsima 2 tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kondiviżjoni interoperabbli tad-data meħtieġa biex jitwettqu l-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a).

(2)

Id-data fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji, u l-ġestjoni tat-traffiku, għandha tiġi kondiviża b’API jew UI tal-web f’konformità mal-Artikolu 14 u l-punt 1.7.

(3)

Fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji, u l-ġestjoni tat-traffiku tas-servizz tat-trasport ferrovjarju, il-partijiet ikkonċernati tat-telematika soġġetti għall-Artikolu 4 għandhom jikkondividu, jagħtu aċċess u jużaw b’mod reċiproku għal skopijiet operazzjonali u mhux kummerċjali, ilkoll mingħajr ħlas, id-data relatata mal-ferroviji li huma parti minn dan is-servizz tat-trasport ferrovjarju.

2.1.   Identifikaturi tal-oġġetti

2.1.1.   Ġenerali

(1)

L-identifikaturi tal-oġġetti ewlenin stabbiliti fil-punti 2.1.2 sa 2.1.7 għandhom jiġu kondiviżi bejn il-partijiet ikkonċernati differenti tat-telematika involuti f’servizz tat-trasport ferrovjarju, u jintużaw b’mod konsistenti minnhom. Dawk l-oġġetti għandhom jiġu mmarkati b’identifikaturi uniċi fil-fażi tal-ippjanar ta’ dak is-servizz tat-trasport ferrovjarju u jintużaw b’mod konsistenti fl-oqsma tal-preparazzjoni tal-ferroviji u tal-ġestjoni tat-traffiku għal dak is-servizz tat-trasport ferrovjarju.

(2)

L-identifikaturi tal-oġġetti għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

2.1.2.   Identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza

(1)

L-oġġetti msemmija fil-punti 2.1.3 sa 2.1.7 għandhom jiġu inkorporati f’messaġġi skambjati skont il-punti 2.2 sa 2.8, bl-użu ta’ identifikatur uniku u stabbli tal-ferrovija, li jkun l-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza (it-tip ta’ oġġett “TR”, bħala parti mill-“PlannedTransportIdentifier”) tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-ferrovija u tal-oġġetti relatati tul in-networks kollha.

(2)

L-impriża ferrovjarja ewlenija għandha tispeċifika l-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza.

(3)

L-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(4)

Meta servizz tat-trasport ferrovjarju jiġi operat jew ikun maħsub biex jiġi operat minn diversi impriżi ferrovjarji tul dak is-servizz, l-impriża ferrovjarja ewlenija għandha tikkoordina lill-impriżi ferrovjarji li joperaw dak is-servizz billi tintegra l-oġġetti msemmija fil-punti 2.1.3 sa 2.1.7.

2.1.3.   Oġġett ta’ ferrovija

(1)

L-oġġett ta’ ferrovija (“TrainID”) marbut mal-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza msemmi fil-punt 2.1.2 għandu jiġi speċifikat mill-impriża ferrovjarja ewlenija.

(2)

Ladarba jiġi integrat b’mod konsistenti mill-impriża ferrovjarja ewlenija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-applikanti għall-istess servizz tat-trasport ferrovjarju, it-“TrainID” korrispondenti għandu jintbagħat minn kull applikant lill-meniġers tal-infrastruttura involuti tul ir-rotta ta’ dak is-servizz bl-elementi li ġejjin:

(a)

l-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza f’konformità mal-punt 2.1.2;

(b)

l-oġġett ta’ rotta f’konformità mal-punt 2.1.6 u l-oġġett ta’ “talba għal mogħdija” f’konformità mal-punt 2.1.4;

(c)

l-elementi tal-messaġġi relatati ma’:

(i)

l-allokazzjoni tal-kapaċità msemmija fil-punt 2.3;

(ii)

il-preparazzjoni tal-ferroviji msemmija fil-punt 2.5.

(3)

It-“TrainID” jiddeskrivi l-ferrovija ppjanata għal servizz tat-trasport ferrovjarju u r-rotta kollha tagħha.

2.1.4.   Oġġett ta’ talba għal mogħdija

(1)

L-oġġett ta’ talba għal mogħdija (“PathRequestID”), marbut mal-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza msemmi fil-punt 2.1.2, għandu jiġi speċifikat mill-impriża ferrovjarja ewlenija.

(2)

Ladarba jiġi integrat b’mod konsistenti mill-impriża ferrovjarja ewlenija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-applikanti għall-istess servizz tat-trasport ferrovjarju, l-oġġett ta’ talba għal mogħdija korrispondenti għandu jintbagħat minn kull applikant lill-meniġers tal-infrastruttura involuti tul ir-rotta ta’ dak is-servizz.

(3)

L-oġġett ta’ talba għal mogħdija jiddeskrivi d-dettalji tal-mogħdija mitluba għall-ferrovija ppjanata tul in-network. Dan għandu jkun fih, bħala attribut, l-identifikatur tal-impriża ferrovjarja ewlenija. Jista’ jinkludi, bħala attribut, in-numru tal-ferrovija operazzjonali mistenni (“OperationalTrainNumberIdentifier”). Jista’ jinkludi wkoll, bħala attribut, in-numru ferrovjarju kummerċjali (“RetailServiceId”)

2.1.5.   Oġġett ta’ mogħdija

(1)

L-oġġett ta’ mogħdija (it-tip ta’ oġġett “PA”, bħala parti mill-“PlannedTransportIdentifier”) għandu jiġi speċifikat mill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għall-mogħdija korrispondenti tul in-network tiegħu.

(2)

L-oġġett ta’ mogħdija għandu jintbagħat mill-meniġer tal-infrastruttura lill-applikant.

(3)

L-oġġett ta’ mogħdija jiddeskrivi d-dettalji tal-mogħdija allokata għall-ferrovija. Il-meniġers tal-infrastruttura involuti tul ir-rotta ta’ dik il-ferrovija għandhom jikkoordinaw bejniethom l-oġġetti ta’ mogħdija.

(4)

Meta jiġi speċifikat numru ferrovarju speċifiku mill-applikant bħala parti mill-oġġett ta’ talba għal mogħdija msemmi fil-punt 2.1.4(3), l-oġġett ta’ mogħdija mibgħut mill-meniġers tal-infrastruttura lill-applikant għandu jkun fih, bħala attribut, in-numru ferrovjarju assenjat, li jista’ jinbidel tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-mogħdija jew tal-ferrovija konnessa.

2.1.6.   Oġġett ta’ rotta

(1)

L-oġġett ta’ rotta (it-tip ta’ oġġett “RO”, bħala parti mill-“PlannedTransportIdentifier”) għandu jiġi speċifikat mill-impriża ferrovjarja ewlenija. Dan jirreferi għal-linja ġeografika tal-operazzjoni minn punt tal-oriġini sa punt tad-destinazzjoni.

(2)

Ladarba jiġi integrat b’mod konsistenti mill-impriża ferrovjarja ewlenija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-applikanti għal servizz tat-trasport ferrovjarju uniku, l-oġġett ta’ rotta għandu jintbagħat mill-applikant lill-meniġers tal-infrastruttura kollha involuti tul ir-rotta ta’ dak is-servizz.

(3)

L-oġġett ta’ rotta jiddeskrivi l-informazzjoni minima dwar ir-rotta kollha li għaliha meniġer tal-infrastruttura jeħtieġ jaqdi dmiru, inkluż l-analiżi tat-“talba għal mogħdija”.

(4)

L-oġġett ta’ rotta għandu jkun fih imqar l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-punt tal-oriġini;

(b)

il-punti tat-trasferiment kif imsemmija fil-punt 2.6.2(b);

(c)

il-punt tad-destinazzjoni;

(d)

id-dati ppjanati korrispondenti skont l-iskeda operatorja.

2.1.7.   Oġġett ta’ referenza tal-każ

(1)

L-oġġett ta’ referenza tal-każ (it-tip ta’ oġġett “CR”, bħala parti mill-“PlannedTransportIdentifier”) għandu jiġi speċifikat mid-detentur ta’ dik id-data.

(2)

Meta oġġett jew data speċifika jintużaw jew ikunu maħsuba biex jintużaw minn parti kkonċernata tat-telematika, dawn għandhom ikunu parti minn “oġġett ta’ referenza tal-każ” iddedikat, soġġett għall-proċess imsemmi fl-Artikolu 11.

(3)

Ħlief għall-ferroviji blokka msemmija fil-punt 2.6.1(6), l-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data għall-identifikazzjoni tal-movimenti tax-shunting f’faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

2.2.   Ġestjoni strateġika tal-kapaċità tal-infrastruttura

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data għall-ġestjoni strateġika tal-kapaċità tal-infrastruttura huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

2.3.   Allokazzjoni tal-kapaċità

2.3.1.   Ġenerali

(1)

Id-data meħtieġa u allokata skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 (“TSI OPE”), kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, fir-rigward tad-drittijiet tal-kapaċità u tal-karatteristiċi tal-ferrovija għal kull sezzjoni ta’ dawn id-drittijiet, inkluż is-sezzjonijiet fil-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija, minn hawn ’il quddiem “mogħdija”.

L-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt hu mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni ta’ “mogħdija ta’ ferrovija” fl-Artikolu 3, il-punt (27) tad-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju, u d-definizzjoni ta’ “kapaċità ta’ faċilità ta’ servizz” fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2177, biss fir-rigward tas-sezzjonijiet ta’ dak is-servizz tat-trasport ferrovjarju operat f’faċilità ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija.

(2)

Meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura msemmija fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE, il-messaġġi msemmija fil-punti 2.3.2 sa 2.3.9 ta’ dan l-Anness għandhom jiġu skambjati bejn l-applikant u l-meniġer tal-infrastruttura jew il-korp tal-allokazzjoni deżinjat f’konformità mal-Artikolu 7a(3) ta’ dik id-Direttiva bl-użu ta’ API jew UI tal-web imsemmija fl-Artikolu 14 u l-punt 1.7 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(3)

Meta tiġi allokata l-kapaċità fil-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2012/34/UE u fl-Artikoli 7, 8 u 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2177, biss fir-rigward tas-sezzjonijiet tas-servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija soġġetti għall-allokazzjoni ta’ mogħdija, il-messaġġi msemmija fil-punti 2.3.2 sa 2.3.9 ta’ dan l-Anness għandhom jiġu skambjati bejn l-applikant u l-meniġer tal-infrastruttura jew il-korp ta’ allokazzjoni deżinjat għan-network konness ma’ dawk il-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija bl-użu ta’ API jew UI tal-web imsemmija fl-Artikolu 14 u l-punt 1.7 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data għall-ippjanar tax-shunting u tal-istabling huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5)

Fil-każ ta’ proċessi b’diversi networks fil-qasam tal-allokazzjoni tal-kapaċità li jinvolvu aktar minn meniġer tal-infrastruttura wieħed jew operatur wieħed ta’ faċilità tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija tul rotta tal-ferrovija, il-meniġers tal-infrastruttura u l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija involuti għandhom, skont l-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, jikkoordinaw il-proċessi tal-allokazzjoni tagħhom biex jiżguraw il-konsistenza tal-eżiti korrispondenti.

L-applikanti għall-kapaċità f’diversi networks jistgħu jużaw l-API komuni tal-Unjoni jew UI tal-web komuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 14(5) ta’ dan ir-Regolament.

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data għall-koordinazzjoni ta’ proċessi b’diversi networks fil-qasam tal-ġestjoni tal-kapaċità huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(6)

Meta aktar minn impriża ferrovjarja waħda topera servizz tat-trasport ferrovjarju, l-impriżi ferrovjarji involuti jistgħu jiddeżinjaw lill-impriża ferrovjarja ewlenija bħala l-applikant għar-rotta ġenerali ta’ dak is-servizz. L-impriża ferrovjarja ewlenija għandha mqar tiżgura l-koordinazzjoni tal-applikanti u l-proċessi tal-allokazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 13(1), il-punt (b), filwaqt li tintegra l-identifikaturi tal-oġġetti msemmija fil-punt 2.1 għar-rotta ġenerali ta’ dak is-servizz.

(7)

Fil-każ ta’ servizz tat-trasport intermodali, l-impriżi ferrovjarji involuti jistgħu jiddelegaw ir-rwol ta’ impriża ferrovjarja ewlenija jew ta’ applikant lil operatur tat-trasport intermodali għar-rotta ġenerali tas-servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija korrispondenti.

(8)

Fil-każ ta’ talba ad hoc għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura qrib il-ħin tat-tluq jew waqt operazzjonijiet fil-ħin reali, l-informazzjoni relatata mal-mogħdija korrispondenti għandha tiġi kkomunikata bħala parti minn modifika ta’ sezzjoni ta’ mogħdija f’konformità mal-punt 2.6.7.

Il-limitu tal-ħin relatat mal-ħin li jifdal sat-tluq tal-ferrovija fil-mument tat-talba għal allokazzjoni tal-kapaċità li minnu din it-talba għandha titqies ad hoc hu identifikat bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkat fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(9)

Fil-każ ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, meta l-karatteristiċi reali tal-konsenja jkunu jeħtieġu adattament tal-mogħdija allokata, l-informazzjoni fil-“ConsignmentNoteMessage” msemmi fil-punt 3.1.1 għandha tintuża bħala parti minn modifika ta’ sezzjoni ta’ mogħdija f’konformità mal-punt 2.6.7.

(10)

Il-messaġġi skambjati għall-allokazzjoni ta’ mogħdija b’rabta ma’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija għandu jkun fihom informazzjoni li tidentifika rotot anqas storbjużi maħsuba għall-operazzjoni, jekk ikun hemm, f’konformità mal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1304/2014 (TSI NOI), kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(11)

Fil-każ ta’ servizz tat-trasport intermodali, il-messaġġi skambjati f’konformità mal-punti (2) u (3) għall-allokazzjoni ta’ mogħdijiet għas-servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija korrispondenti għandu jkun fihom informazzjoni relatata mal-profil massimu tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali maħsuba biex jintużaw għal dak is-servizz.

(12)

L-iskeda operatorja tirrifletti l-mogħdijiet ikkonfermati bħala allokati.

2.3.2.   Talba għal mogħdija

(1)

Il-“PathRequestMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Biex jitlob mogħdija, l-applikant għandu jibgħat “PathRequestMessage” lill-meniġers tal-infrastruttura kkonċernati.

2.3.3.   Dettalji dwar mogħdija

(1)

Il-“PathDetailsMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Bħala risposta għal “PathRequestMessage” li jirċievi mingħand applikant f’konformità mal-punt 2.3.2, kull meniġer tal-infrastruttura għandu jibgħat “PathDetailsMessage” biex jispeċifika d-dettalji tal-mogħdija offruta lill-applikant.

2.3.4.   Mogħdija konfermata

(1)

Il-“PathConfirmedMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Biex jikkonferma l-allokazzjoni tal-mogħdija offruta minn meniġer tal-infrastruttura fil-“PathDetailsMessage” msemmi fil-punt 2.3.3, l-applikant għandu jwieġeb b’messaġġ “PathConfirmedMessage”.

(3)

Malli jirċievi l-“PathConfirmedMessage”, il-meniġer tal-infrastruttura riċeventi għandu jikkonferma l-wasla tiegħu billi jibgħat “PathDetailsMessage” lill-applikant oriġinarju li jikkonferma l-ibbukkjar u jintegra l-mogħdija korrispondenti fl-iskeda operatorja tiegħu.

(4)

Malli jirċievi l-“PathDetailsMessage” li jikkonferma l-ibbukkjar, l-applikant għandu jibgħat dan il-messaġġ ukoll lill-impriżi ferrovjarji involuti tul dik il-mogħdija u lill-impriża ferrovjarja ewlenija. Fil-każ ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, l-impriża ferrovjarja ewlenija għandha tgħaddi l-konferma lill-klijenti tal-merkanzija.

(5)

Mogħdija tal-ferrovija konfermata mill-applikant f’konformità mal-punt (1), li l-konferma tal-wasla tagħha tkun ġiet rikonoxxuta mill-meniġer tal-infrastruttura riċeventi f’konformità mal-punt (3), titqies bħala allokata, u d-drittijiet tal-kapaċità korrispondenti għandhom jitqiesu miż-żewġ partijiet bħala mogħtija.

2.3.5.   Dettalji dwar mogħdija miċħuda

(1)

Il-“PathDetailsRefusedMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta l-mogħdija offruta mill-meniġer tal-infrastruttura f’konformità mal-punt 2.3.3 tiġi rifjutata, l-applikant għandu jwieġeb b’messaġġ “PathDetailsRefusedMessage”.

2.3.6.   Mogħdija kanċellata

(1)

Il-“PathCanceledMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Biex jikkanċella mogħdija jew parti minnha li tkun ġiet ikkonfermata f’konformità mal-punt 2.3.4, l-applikant għandu jibgħat “PathCanceledMessage” lill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għad-drittijiet tal-kapaċità mogħtija.

2.3.7.   Mogħdija mhux disponibbli

(1)

Il-“PathNotAvailableMessage” għandu jikkonforma ma-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta mogħdija allokata ma tkunx għadha disponibbli jew tkun inbidlet, il-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għall-mogħdija allokata għandu jibgħat “PathNotAvailableMessage” lill-applikant malli jsir jaf b’dik il-bidla.

(3)

Meta jkun hemm alternattiva għal mogħdija li ma tkunx għadha disponibbli jew li tkun inbidlet, kull meniġer tal-infrastruttura responsabbli għall-mogħdija allokata, jew parti minnha, għandu joffri dik l-alternattiva u jibgħat “PathDetailsMessage” lill-applikant f’konformità mal-punt 2.3.3, li għandu jinqara flimkien mal-“PathNotAvailableMessage” msemmi fil-punt (2). F’każijiet bħal dawn, għandhom japplikaw ukoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta tiġi offruta alternattiva bħal din, l-applikant ma jkollux għalfejn jibgħat “PathRequestMessage” skont il-punt 2.3.2;

(b)

meta alternattiva bħal din ma tkunx disponibbli, kull meniġer tal-infrastruttura responsabbli għall-mogħdija allokata, jew parti minnha, għandu jibgħat “PathNotAvailableMessage” minnufih lill-applikant.

2.3.8.   Konferma tal-wasla

(1)

Ir-“ReceiptConfirmationMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Ir-riċevitur tal-messaġġi msemmi fil-punti 2.3.2, 2.3.3, 2.3.5, 2.3.6, u 2.3.7 għandu jikkonferma l-wasla billi jibgħat “ReceiptConfirmationMessage” lill-parti kkonċernata tat-telematika li tkun bagħtet il-messaġġ oriġinali.

2.3.9.   Proċess ta’ koordinazzjoni tal-allokazzjoni tal-kapaċità

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tad-data għall-forma elettronika tal-informazzjoni żvelata f’każ ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2012/34/UE huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

2.3.10.   Skeda operatorja

Kull meniġer tal-infrastruttura għandu jintegra l-mogħdijiet meqjusa allokati f’konformità mal-punt 2.3.4, il-punti (3) u (5), u jagħmilhom disponibbli bħala parti mid-data tal-iskeda operatorja tiegħu f’konformità mal-Artikolu 5 skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma mill-partijiet ikkonċernati involuti.

2.4.   Restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati

2.4.1.   Koordinazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data għall-koordinazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

2.4.2.   Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati minn restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati mir-restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati f’konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 53 tad-Direttiva 2012/34/UE huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

2.4.3.   Pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data għall-pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati f’konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 53 tad-Direttiva 2012/34/UE huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

2.4.4.   Bidliet temporanji fil-karatteristiċi nominali tal-infrastruttura li jirriżultaw minn restrizzjoni tal-kapaċità ppjanata

Il-pubblikazzjoni ta’ bidliet temporanji fil-karatteristiċi nominali tal-infrastruttura b’valuri temporanji tal-parametri tan-network fl-RINF skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, tista’ tiġi awtomatizzata b’API Ewropea komuni użata għall-kondiviżjoni tad-data relatata ma’ restrizzjonijiet temporanji tal-kapaċità f’konformità mal-punti 2.4.1, 2.4.2, u 2.4.3.

2.5.   Preparazzjoni tal-ferroviji

2.5.1.   Kompożizzjoni tal-ferrovija

(1)

It-“TrainCompositionMessage” għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u l-“PassengerTrainCompositionMessage” għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, minn hawn ’il quddiem imsejħa “messaġġi dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija”, għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Kull impriża ferrovjarja responsabbli għall-operazzjoni ta’ ferrovija għandha tibgħat messaġġ dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija biex tikkonferma li l-ferrovija komposta tkun f’kundizzjoni operattiva skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A, lill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għan-network tat-tluq biss fir-rigward tas-sezzjonijiet tal-mogħdija fejn tgħaddi l-ferrovija.

(3)

Fil-każ ta’ servizz tat-trasport intermodali, l-impriża ferrovjarja tal-merkanzija responsabbli għall-operazzjoni ta’ ferrovjarja li hija parti minn mogħdija li tasal f’faċilità tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija fejn il-ferrovija komposta għandha tinħatt, għandha tibgħat “TrainCompositionMessage” lill-operatur ta’ dik il-faċilità tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija.

(4)

Kull meniġer tal-infrastruttura, fir-rigward biss tas-sezzjonijiet tas-servizz tat-trasport ferrovjarju operati tul in-network tiegħu skont mogħdija, għandu jagħti aċċess skont l-Artikoli 4 u 5 għad-data dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija li jirċievi.

(5)

Meta meniġer tal-infrastruttura jagħti aċċess għad-data dwar il-kompożizzjoni ta’ ferrovija skont l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5, dan għandu jerġa’ juża b’mod konsistenti l-informazzjoni fil-“messaġġi dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija” li jirċievi mingħand l-impriżi ferrovjarji skont il-paragrafu (2) ta’ dak il-punt u mingħand il-meniġers tal-istazzjonijiet skont il-punt 4.7.1.1(3), u jagħti aċċess għall-użu ta’ dik id-data skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-NC-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

(6)

Meta impriża ferrovjarja tikkondividi data dwar il-kompożizzjoni ta’ ferrovija ma’ meniġer tal-infrastruttura jew operatur ta’ faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija f’konformità mal-punti (2) jew (3), din tista’ titlob li l-użu kummerċjali ta’ dik id-data jkun soġġett għal ftehim kuntrattwali sakemm dak l-użu ma jkunx kopert mil-liċenzja miftuħa użata mill-meniġer tal-infrastruttura li jikkondividi dik id-data skont l-Artikolu 5 u l-punt 2.5.1(5).

(7)

Meta l-aċċess għad-data dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija jkun ristrett mill-pubbliku skont l-Artikolu 5, il-paragrafi (3) jew (4), kull meniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika jkunu jistgħu jaċċessaw dik id-data skont l-Artikolu 4 permezz tal-UI tal-web komuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1).

(8)

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5(6), id-data dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija għandha tintbagħat biss b’mod bilaterali mill-impriża ferrovjarja lill-partijiet ikkonċernati tat-telematika rilevanti skont l-Artikolu 4.

(9)

Meta, qabel jew wara t-tluq, tkun ġiet modifikata l-kompożizzjoni tal-ferrovija, l-impriża ferrovjarja responsabbli għall-operazzjoni ta’ dik il-ferrovija għandha tibgħat “messaġġ dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija” aġġornat b’referenza għal-lokazzjoni fejn tkun inbidlet il-kompożizzjoni.

(10)

Meta interruzzjoni jew emerġenzi li jinqalgħu waqt l-operazzjoni ta’ ferrovija jkunu jinvolvu bidla fil-parametri tal-kompożizzjoni tal-ferrovija, b’riperkussjonijiet possibbli fuq id-data dwar it-traffiku ferrovjarju msemmija fil-punt 2.6, l-impriża ferrovjarja responsabbli għal dik il-ferrovija għandha tibgħat “messaġġ dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija” ġdid jew tikkomunika l-kompożizzjoni tal-ferrovija l-ġdida f’konformità mal-Appendiċi C lit-TSI OPE.

(11)

It-“TrainCompositionMessage” għandu jkun fih parametri li jipprevedu l-konformità tal-kompożizzjoni tal-ferrovija mar-regoli speċifiċi għall-operazzjoni tal-vaguni tal-merkanzija fuq rotot anqas storbjużi skont it-TSI NOI, kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness. L-identifikazzjoni ta’ rotot anqas storbjużi maħsuba għall-operazzjoni għandha tkun konsistenti mad-dettalji tal-mogħdija allokata kif speċifikat fil-punt 2.3.

(12)

It-“TrainCompositionMessage” għandu jagħmilha possibbli li tiġi identifikata kull unità tat-tagħbija intermodali mgħobbija fuq il-vaguni tal-merkanzija.

(13)

It-“TrainCompositionMessage” għandu jagħmilha possibbli li jiġu identifikati vaguni tal-merkanzija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi. Meta mqar vagun tal-merkanzija wieħed ikun parti minn ferrovija li ġġorr oġġetti perikolużi, l-aċċess għad-data dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija għandu jkun ristrett mill-pubbliku skont l-Artikolu 5(3) għal din il-ferrovija kollha.

(14)

Il-“messaġġ dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija” għandu jippermetti li jkun identifikat meta servizz tat-trasport ferrovjarju jkun qed jiġi operat għall-forzi armati, jekk ikun rilevanti.

(15)

Il-“PassengerTrainCompositionMessage” għandu jinkludi mapep bis-sits, imqar għall-ferroviji meta jkun possibbli li jiġi riżervat sit, u l-lokazzjoni tal-faċilitajiet abbord bħall-klassijiet, il-kowċis aċċessibbli għall-PRM u l-ispazji għar-roti, meta disponibbli.

Il-“PassengerTrainCompositionMessage” għandu jikkostitwixxi format u mezz tekniku xieraq rispettivament skont it-tifsira tal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2021/782 għall-għoti tal-aċċess diġitali għal informazzjoni relatata mas-servizzi u l-faċilitajiet abbord bħala parti mill-informazzjoni tul il-vjaġġ imsemmija fil-Parti II tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, u li qed jiġu ssodisfati l-obbligi korrispondenti skont l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(5) ta’ dak ir-Regolament.

(16)

Il-“messaġġi dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija” għandhom jinkludu l-informazzjoni meħtieġa biex tappoġġa l-proċess tas-saldu tal-enerġija skont ir-Regolament (UE) Nru 1301/2014 (“TSI ENE”), kif imsemmi fl-Appendiċi A. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari n-numru Ewropew tal-vettura tal-unitajiet tat-trazzjoni li hu parti minn dik il-ferrovija u li jissejjaħ l-ID tal-punt tal-konsum tas-sistemi tal-kejl tal-enerġija abbord skont ir-Regolament (UE) Nru 1302/2014 (“TSI Loc&Pas”), kif imsemmi fl-Appendiċi A, u l-massa totali tal-ferrovija. Din l-informazzjoni għandha tkun parti mill-messaġġ dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija fil-ħin tat-tluq skont il-paragrafu (2), jew mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-tluq f’każ ta’ anomalija. Il-meniġer tal-infrastruttura għandu jikkondividi dik id-data mas-sistemi rilevanti tas-saldu tal-enerġija skont it-TSI ENE.

(17)

Meta r-riċevitur ta’ “messaġġ dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija” juża xi data minn dak il-messaġġ għal finijiet tas-sikurezza tal-operazzjonijiet f’konformità mal-punt 1.1, il-paragrafi (2) u (3), jew meta jkun miftiehem mad-detentur tad-data ta’ dak il-messaġġ, ir-riċevitur għandu jikkonferma l-wasla tiegħu billi jibgħat “ReceiptConfirmationMessage” f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, indiċi [1], lill-mittent oriġinali.

2.5.2.   Ferrovija lesta

(1)

Meta impriża ferrovjarja responsabbli għall-moviment ta’ ferrovija tkun lesta biex taċċessa n-network fil-ħin f’konformità mal-iskeda operatorja u l-mogħdija allokata assoċjata, inkluż meta din il-mogħdija tkun ġiet modifikata mill-meniġer tal-infrastruttura wara talba mingħand din l-impriża ferrovjarja skont il-punt 2.3.1(8), l-obbligi stabbiliti f’dan il-punt għandhom jitqiesu ssodisfati.

(2)

Meta s-sistemi tar-Radju Mobbli Ferrovjarju (RMR) jew il-proċedura ta’ “Bidu tal-missjoni” fl-ETCS L2 f’konformità mal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 (“TSI CCS”), kif imsemmi fl-Appendiċi A, tkun disponibbli kif irrapportat fl-RINF u mogħtija mandat għall-użu mill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għan-network tat-tluq permezz tad-dikjarazzjoni tan-network tiegħu, l-obbligi stabbiliti fil-punt 2.5.2 għandhom jitqiesu ssodisfati.

(3)

Meta s-sistemi tar-Radju Mobbli Ferrovjarju (RMR) jew il-proċedura “Bidu tal-missjoni” fl-ETCS L2 f’konformità mal-Anness tat-TSI CCS, kif imsemmi fl-Appendiċi A, jiġu notifikati mill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għan-network tat-tluq mill-RINF bħala funzjonijiet li jridu jiġu introdotti fi żmien 5 snin wara t-tappa stabbilita fl-Appendiċi G, jistgħu jiġu awtorizzati mezzi alternattivi għall-obbligi stabbiliti fil-punti (6), (7) u (8) għall-użu mill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għan-network tat-tluq permezz tad-dikjarazzjoni tan-network tiegħu.

(4)

Meta impriża ferrovjarja responsabbli għall-moviment ta’ ferrovija tkun lesta biex taċċessa n-network wara dewmien meta mqabbel mal-iskeda operatorja u l-mogħdija allokata assoċjata, din għandha tinforma lill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għan-network tat-tluq f’konformità mal-punti (6), (7) u (8).

(5)

Meta impriża ferrovjarja responsabbli għall-moviment ta’ ferrovija tkun lesta biex taċċessa n-network qabel l-iskeda operatorja u l-mogħdija allokata assoċjata, din tista’ tinforma lill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għan-network tat-tluq f’konformità mal-punti (6), (7) u (8).

(6)

It-“TrainReadyMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(7)

Meta impriża ferrovjarja responsabbli għall-moviment ta’ ferrovija jkun jeħtiġilha tinforma lill-meniġer tal-infrastruttura skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A, dwar l-istatus ta’ dik il-ferrovija b’rabta mal-preparatezza tagħha li taċċessa n-network, din l-impriża ferrovjarja għandha tibgħat “TrainReadyMessage” qabel it-tluq lill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għan-network tat-tluq.

(8)

Meta l-meniġer tal-infrastruttura li jirċievi “TrainReadyMessage” skont il-paragrafu (4) juża data minn dak il-messaġġ għas-sikurezza tal-operazzjonijiet f’konformità mal-punt 1.1, il-paragrafu (3), jew għal finijiet tas-saldu tal-enerġija, jew meta jkun miftiehem mal-impriża mittenti, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jikkonferma l-wasla.

2.5.3.   Previżjoni tal-preparatezza ta’ ferrovija

(1)

Meta impriża ferrovjarja ma tkunx lesta biex tibda ferrovija skont l-iskeda operatorja jew il-mogħdija allokata tagħha, inkluż meta din il-mogħdija tkun ġiet notifikata mill-meniġer tal-infrastruttura malli tkun saret talba għal dan mill-impriża ferrovjarja skont il-punt 2.3.1(8), jew tittardja minħabba xi anomalija li tkun taffettwa lil dik il-ferrovija jew l-operazzjoni tagħha u li possibbilment tħalli riperkussjonijiet fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija qabel it-tluq, din għandha, biex tipprovdi informazzjoni ta’ previżjoni tal-preparatezza tagħha li taċċessa n-network, tibgħat “TrainReadyMessage” lill-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għan-network tat-tluq, bl-istatus “NotReady”, u fih tinkludi:

(a)

stima ta’ kemm se jdum id-dewmien permezz tal-elementi “TrainDelay” u “TrainReadyTime”;

(b)

valutazzjoni tal-kawża tiegħu permezz tal-element “DelayCause”

(2)

Għandu jintbagħat “TrainReadyMessage” ġdid malli tkun disponibbli informazzjoni ġdida jew aġġornata.

(3)

Meta l-meniġer tal-infrastruttura li jirċievi “TrainReadyMessage” skont il-paragrafu (1) jużah għas-sikurezza tal-operazzjonijiet f’konformità mal-punt 1.1, il-paragrafu (3), jew meta jkun miftiehem mal-impriża mittenti, il-meniġer tal-infrastruttura għandu jikkonferma l-wasla.

2.6.   Rapportar tad-data dwar it-traffiku ferrovjarju

2.6.1.   Ġenerali

(1)

Filwaqt li d-data tal-iskeda operatorja tirrifletti l-mogħdijiet allokati u kkonfermati skont il-punt 2.3, id-data dwar it-traffiku ferrovjarju, inkluż informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji u l-previżjoni tal-ferroviji, ikun fiha d-data meħtieġa biex isiru aġġornamenti dinamiċi tal-iskeda operatorja.

(2)

Il-messaġġi li ġejjin bid-data dwar it-traffiku ferrovjarju, minn hawn ’il quddiem imsejħa “messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju”, għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1]:

(a)

it-“TrainRunningInformationMessage” speċifikat fil-punt 2.6.3;

(b)

it-“TrainRunningForecastMessage” speċifikat fil-punt 2.6.4;

(c)

it-“TrainDelayCauseMessage” speċifikat fil-punt 2.6.5;

(d)

it-“TrainRunningInterruptionMessage” speċifikat fil-punt 2.6.6.

(3)

Il-meniġers tal-infrastruttura u l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija, fir-rigward biss tas-sezzjonijiet ta’ kull servizz tat-trasport ferrovjarju operati tul in-network tagħhom skont mogħdija, u meta rilevanti, detenturi oħra tad-data:

(a)

għandhom jagħtu aċċess skont l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 għad-data dwar it-traffiku ferrovjarju abbażi tal-informazzjoni fil-“messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju”;

(b)

sakemm ma jkunx meħtieġ minn impriża ferrovjarja u bi qbil bilaterali magħha, jistgħu jibagħtu “messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju” lill-impriżi ferrovjarji b’rabta mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju li joperaw;

(c)

għandhom jibagħtu “messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju” lil meniġers oħra tal-infrastruttura f’konformità mal-Artikolu 4 fil-każ ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju soġġett għal proċessi b’diversi networks.

(d)

jistgħu jibagħtu “messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju” lil partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika f’konformità mal-Artikolu 4, meta jintalbu minn dik il-parti kkonċernata u meta dan ikun ġie miftiehem bilateralment bħala servizz.

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), is-subpunt (a) ta’ dan il-punt ma għandux japplika u s-subpunt (b) ta’ dan il-punt għandu japplika b’mod obbligatorju.

(4)

Meta meniġer tal-infrastruttura jew operatur ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija jagħti aċċess għal data dwar it-traffiku ferrovjarju skont l-Artikolu 5, dan għandu jerġa’ juża b’mod konsistenti l-informazzjoni fil-“messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju” u jagħti aċċess għal dik id-data skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-SA 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva, jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

(5)

Meta x-shunting u l-istabling tal-vaguni tal-merkanzija jsiru bħala trasport ta’ vaguni individwali f’faċilità ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija, id-data dwar it-traffiku ferrovjarju għandha tiġi kondiviża skont l-Artikolu 4 u f’konformità mal-punt 3.2.1.

(6)

Meta l-vaguni tal-merkanzija jiġu operati bħala ferrovija blokka f’faċilità tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija, l-operatur ta’ dik il-faċilità għandu jikkondividi d-data dwar it-traffiku ferrovjarju skont l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 abbażi tal-“messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju” msemmija fil-punt (2). Għal dak il-għan, għandha tintuża referenza għall-identifikatur ta’ dik il-ferrovija għall-mogħdija assoċjata li titlaq minn dik il-faċilità. Meta dik il-faċilità tkun id-destinazzjoni finali ta’ dik il-ferrovija blokka, għandu jintuża l-identifikatur ta’ dik il-ferrovija għall-mogħdija assoċjata li tasal f’dik il-faċilità.

(7)

Il-“messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju” għandhom jikkostitwixxu mezzi tekniċi xierqa skont it-tifsira tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2021/782 li jkunu qed jiġu ssodisfati l-obbligi skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/782, u li qed tingħata informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri.

(8)

Meta meniġer tal-infrastruttura jew impriża ferrovjarja tal-passiġġieri tikkondividi data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku minn punti tal-aċċess nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926, din għandha terġa’ tuża b’mod konsistenti d-data li jkun hemm fil-“messaġġi dwar it-traffiku ferrovjarju” u tapplika l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 4.9(d).

2.6.2.   Punti tar-rapportar

Il-messaġġi b’data dwar it-traffiku ferrovjarju għandhom jintbagħtu mqar fil-punti tar-rapportar li ġejjin, u fi kwalunkwe punt ieħor minn fejn tgħaddi l-ferrovija, kif miftiehem bejn il-meniġer tal-infrastruttura jew l-operatur ta’ faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija, u l-impriża ferrovjarja jew l-operatur tat-trasport intermodali fir-rigward ta’ ferrovija:

(a)

il-punti tat-tluq;

(b)

il-punti fejn ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-kapaċità jew għall-ġestjoni tat-traffiku tingħadda bejn meniġers tal-infrastruttura jew korpi tal-allokazzjoni konsekuttivi, jew bejn meniġers tal-infrastruttura u operaturi ta’ faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija (“punt tat-trasferiment”);

(c)

il-punti fejn ir-responsabbiltà għall-operazzjoni ta’ ferrovija tingħadda bejn impriżi ferrovjarji konsekuttivi, operaturi tat-trasport intermodali, jew xi kombinament tagħhom (“punt ta’ interkambju”);

(d)

il-punti meta l-ferrovija tasal u titlaq mill-istazzjonijiet ferrovjarji tal-passiġġieri u l-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u xi waqfa intermedjarja oħra skedata;

(e)

il-punti tad-destinazzjoni.

2.6.3.   Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ ferrovija

(1)

It-“TrainRunningInformationMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Biex jirrapporta dwar il-pożizzjoni ta’ ferrovija fil-ħin reali skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A, il-meniġer tal-infrastruttura jew l-operatur tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandu jibgħat “TrainRunningInformationMessage” mat-tluq ta’ ferrovija minn punt tar-rapportar u l-wasla ta’ ferrovija f’punt tar-rapportar.

2.6.4.   Informazzjoni ta’ previżjoni tal-ferroviji

(1)

It-“TrainRunningForecastMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Biex jagħti informazzjoni dwar devjazzjonijiet mid-dati u l-ħinijiet skedati kull meta jseħħu skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A, u għalhekk biex jagħti stima tad-data u l-ħin tat-tluq jew tal-wasla ta’ ferrovija minn jew f’punt tar-rapportar, il-meniġer tal-infrastruttura jew l-operatur tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandu jibgħat “TrainRunningForecastMessage”.

(3)

Għal dewmien fil-punt tat-tluq jew dewmien ieħor bejn żewġ punti tar-rapportar li jkunu stmati li jdumu aktar minn 15-il minuta għall-ferroviji tal-merkanzija jew aktar minn 5 minuti għall-ferroviji tal-passiġġieri, jew kif ikun meħtieġ mod ieħor mir-reġim tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A, għandu jintbagħat “TrainRunningForecastMessage” ġdid.

(4)

It-“TrainRunningForecastMessage” għandu jagħmilha possibbli li titkejjel, ex post, l-eżattezza tal-istima li ssir b’din il-previżjoni u għandu jinkludi l-eżattezza mistennija tagħha skont il-metodoloġija stabbilita fl-Appendiċi E.

2.6.5.   Kawża tad-dewmien ta’ ferrovija

(1)

It-“TrainDelayCauseMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Malli tkun magħrufa l-kawża tad-dewmien, inkluż fil-każ tal-ewwel suppożizzjoni, u meta ikun hemm aġġornament dwar il-kawża tad-dewmien, il-meniġer tal-infrastruttura jew l-operatur tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandu jibgħat “TrainDelayCauseMessage” biex jipprovdi informazzjoni dwar devjazzjonijiet mill-ħinijiet skedati skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A, kull meta jseħħu għal dik il-ferrovija.

2.6.6.   Informazzjoni dwar interruzzjoni tas-servizz

(1)

It-“TrainRunningInterruptionMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Biex jagħti informazzjoni dwar interruzzjoni ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju (“interruzzjoni tas-servizz”) minħabba waqfa mhux ippjanata, u biex jiddeskrivi din l-interruzzjoni u l-lokazzjoni tagħha skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A, il-meniġer tal-infrastruttura jew l-operatur tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandu jibgħat il-messaġġi li ġejjin:

(a)

meta t-tul tad-dewmien ma jkunx magħruf: “TrainRunningInterruptionMessage;

(b)

meta t-tul tad-dewmien ikun magħruf:

(i)

“TrainRunningForecastMessage” f’konformità mal-punt 2.6.4;

(ii)

“TrainDelayCauseMessage” f’konformità mal-punt 2.6.5.

(3)

Biex tagħi informazzjoni dwar interruzzjoni tas-servizz li ssir minħabba l-operazzjoni ta’ ferrovija, l-impriża ferrovjarja responsabbli għal dik il-ferrovija għandha tibgħat il-messaġġi msemmija fil-punt (2)(a) u (b) lill-meniġer tal-infrastruttura jew lill-operatur tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija responsabbli għan-network fejn tiġri l-interruzzjoni tas-servizz. Meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura riċeventi jew l-operatur tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandu jibgħat informazzjoni aġġornata f’konformità mal-punt 2.6.1.

2.6.7.   Modifika tal-mogħdija waqt l-operazzjoni

(1)

Fil-każ ta’ modifiki ta’ mogħdija lil hinn mil-limitu msemmi fil-punt 2.3.1(8), il-meniġers tal-infrastruttura jew l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija responsabbli għal dik il-mogħdija għandhom jinnotifikaw lill-impriżi ferrovjarji kkonċernati dwar il-modifiki maħsuba ta’ dik il-mogħdija tul in-network rispettiv tagħhom.

(2)

Mingħajr preġudizzju għall-punt (3), l-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt (1) huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B.

(3)

Jekk il-kontinwazzjoni miftiehma ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri tkun tinvolvi r-ridirezzjonar minn rotta differenti, il-kanċellazzjoni parzjali tiegħu, jew it-tneħħija jew iż-żieda ta’ waqfiet intermedji, il-meniġer tal-infrastruttura responsabbli għal dak is-servizz tat-trasport ferrovjarju għandu jibgħat “PathDetailsMessage”, kif imsemmi fil-punt 2.3.3, b’informazzjoni relatata mal-modifika ta’ sezzjoni tal-mogħdija f’konformità mal-punt 2.6.1.

2.7.   Rekord storiku tad-data relatata mal-ferrovija

Biex tiġi rreġistrata d-data relatata maċ-ċirkolazzjoni kemm tal-ferroviji tal-passiġġieri kif ukoll tal-ferroviji tal-merkanzija skont it-TSI OPE, kif imsemmi fl-Appendiċi A, wara l-wasla ta’ ferrovija fid-destinazzjoni, kull meniġer tal-infrastruttura u kull operatur ta’ faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija għandu jagħti aċċess għal rekord storiku tad-data li ġejja skont l-Artikoli 4 u 5 permezz ta’ interfaċċa komuni tal-utenti tal-web tal-Unjoni (“UI tal-web”), mhux aktar tard minn 24 siegħa u għal mill-anqas 12-il xahar:

(a)

l-iskeda operatorja, kif imsemmi fil-punt 2.3.10;

(b)

l-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza kif imsemmi fil-punt 2.1.2;

(c)

għall-ferroviji tal-passiġġieri biss: in-numru ta’ identifikazzjoni tal-ferrovija tal-passiġġieri bħala r-“RetailServiceId” flimkien mal-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza msemmi fil-punt 2.1.2;

(d)

il-lokazzjoni tar-rapportar u l-istatus tal-ferrovija assoċjata, bħala parti mill-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija msemmija fil-punt 2.6.3;

(e)

id-data u l-ħin taċ-ċirkolazzjoni reali, bħala parti mill-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija msemmija fil-punt 2.6.3;

(f)

id-dewmien u l-kawża tad-dewmien, jekk ikun hemm, bħala parti mill-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija u l-informazzjoni dwar il-kawża tad-dewmien tal-ferrovija msemmija fil-punti 2.6.3 u 2.6.5 rispettivament;

(g)

il-kompożizzjoni tal-ferrovija, kif imsemmija fil-punt 2.5.1, li għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija għandha tkun limitata għal:

(i)

in-numru Ewropew tal-vettura, għall-vetturi kollha fil-ferrovija;

(ii)

il-pożizzjoni tal-vetturi kollha fil-ferrovija;

(iii)

fil-każ ta’ trasport intermodali, it-tip tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali u l-identifikatur tagħhom.

2.8.   Kondiviżjoni tad-data ma’ partijiet ikkonċernati oħra

Il-meniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u l-impriżi ferrovjarji għandhom jikkondividu d-data f’konformità mal-Artikolu 4 u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness, ma’ partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika responsabbli għall-ġestjoni tal-konnessjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport.

3.   ĠESTJONI TAL-VAGUNI TAL-MERKANZIJA U T-TAGĦBIJA TAGĦHOM

Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-kondiviżjoni interoperabbli tad-data meħtieġa biex jitwettqu l-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b).

3.1.   Informazzjoni elettronika dwar it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija

3.1.1.   Nota ta’ konsenja elettronika (“eCN”)

(1)

Il-“ConsignmentNoteMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Nota ta’ konsenja skambjata elettronikament b’“ConsignmentNoteMessage” ffirmata b’mezzi konformi mar-rekwiżiti għas-siġilli elettroniċi kwalifikati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha titqies bħala rekord elettroniku tad-data, jiġifieri nota ta’ konsenja elettronika (“eCN”), ekwivalenti għal nota ta’ konsenja bbażata fuq il-karta.

(3)

In-nota ta’ konsenja elettronika għandha tiġi skambjata kif ġej:

(a)

abbażi tal-informazzjoni dwar il-konsenja pprovduta mill-klijent tal-merkanzija lill-impriża ferrovjarja ewlenija bħala punt uniku tal-kuntatt, l-impriża ferrovjarja ewlenija għandha tibgħat “ConsignmentNoteMessage” lill-impriżi ferrovjarji kollha involuti fis-servizz tat-trasport ferrovjarju,

(b)

l-impriża ferrovjarja ewlenija tista’ taqsam l-informazzjoni li jkun hemm fil-“ConsignmentNoteMessage” mal-partijiet ikkonċernati rilevanti tat-telematika skont l-Artikolu 4.

(4)

Nota ta’ konsenja elettronika mibgħuta skont il-punt (3) titqies suffiċjenti biex ir-riċevituri jkunu jistgħu jagħmlu l-partijiet tagħhom tal-kuntratt tat-trasport sal-wasla fid-destinazzjoni jew l-interkambju mal-parti kkonċernata li jkun imiss.

(5)

Meta l-impriża ferrovjarja ewlenija tibgħat data lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/1056, din għandha terġa’ tuża b’mod konsistenti d-data fil-“ConsignmentNoteMessage” imsemmi f’dan il-punt, u meta rilevanti fit-“TrainCompositionMessage” imsemmi fil-punt 2.5.1.

3.1.2.   Sistemi ta’ reżervazzjoni, ta’ ħlas u ta’ fatturazzjoni għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tas-sistemi tal-kondiviżjoni tad-data u dawk assoċjati għar-riżervazzjoni, il-ħlas u l-fatturazzjoni tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, inkluż is-servizzi bbażati fuq skeda orjentata lejn l-intermodali li tintegra l-ħinijiet buffer u t-tappi fit-terminals tal-merkanzija multimodali, huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u huma elenkati fl-Appendiċi B.

3.2.   Movimenti tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom

(1)

L-impriżi ferrovjarji involuti fl-istess servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija operat bħala trasport ta’ vaguni individwali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni b’mod reċiproku u jiżguraw individwalment il-monitoraġġ tal-lokazzjoni u l-istatus tal-vaguni tal-merkanzija, jew tas-sett ta’ vaguni tal-merkanzija, li għalihom ikunu responsabbli għad-data relatata mal-movimenti tal-vaguni tal-merkanzija u tat-tagħbija tagħhom stabbilita fil-punti 3.2.1 sa 3.2.3.

(2)

L-impriża ferrovjarja ewlenija għandu jkollha stampa ġenerali tal-lokazzjoni u tal-istatus attwali tal-vaguni tal-merkanzija jew tas-sett ta’ vaguni tal-merkanzija, u tat-tagħbija tagħhom, permezz tal-informazzjoni pprovduta mill-impriżi ferrovjarji involuti fl-istess servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija operat bħala trasport ta’ vaguni individwali.

(3)

Il-lokazzjoni u l-istatus attwali tat-tagħbija, b’mod partikolari l-unitajiet tat-tagħbija intermodali, għandhom jiġu monitorjati abbażi tal-lokazzjoni u l-istatus tal-vaguni tal-merkanzija li fihom titqiegħed it-tagħbija.

(4)

L-impriżi ferrovjarji tal-merkanzija jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-UIs tal-web komuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 14(6) u l-Artikolu 21 għall-għoti tal-aċċess għad-data relatata mal-movimenti tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom. Meta grupp ta’ impriżi ferrovjarji tal-merkanzija jipprovdu b’mod konġunt għall-użu dawn l-UIs tal-web komuni tal-Unjoni, dik l-applikazzjoni għandha tagħti aċċess għad-data relatata mal-movimenti tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom lill-partijiet ikkonċernati rilevanti tat-telematika skont l-Artikolu 4 u għall-użu ta’ dik id-data skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-NC-SA 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva, jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

3.2.1.   Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-vaguni

3.2.1.1.   Ġeolokalizzazzjoni tal-vaguni tal-merkanzija

(1)

Meta l-vaguni tal-merkanzija jkunu attrezzati b’apparati tal-ġeolokalizzazzjoni, id-detentur tad-data tal-pożizzjonament abbażi tal-ġeolokalizzazzjoni għandu jagħti aċċess għal dik id-data lil partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika oħra li joperaw dawk il-vaguni tal-merkanzija, jew meta rilevanti, lil partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika, skont l-Artikolu 4.

(2)

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data fir-rigward tal-pożizzjonament abbaż tal-ġeolokalizzazzjoni tal-vaguni tal-merkanzija huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

3.2.1.2.   Status tal-vagun (“WagonStatusMessage”)

(1)

Il-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Biex il-partijiet ikkonċernati tat-telematika involuti f’servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija operat bħala trasport ta’ vaguni individwali li jkollhom għarfien kontinwu dwar il-lokazzjoni u l-istatus attwali tal-vaguni tal-merkanzija:

(a)

l-impriża ferrovjarja responsabbli għall-moviment ta’ vagun tal-merkanzija jew ta’ sett ta’ vaguni tal-merkanzija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” lill-impriża ferrovjarja ewlenija;

(b)

l-impriża ferrovjarja ewlenija għandha tibgħat “WagonStatusMessage”, meta tintalab, lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra tat-telematika skont l-Artikolu 4, b’mod partikolari lill-impriżi ferrovjarji l-oħra involuti f’dak is-servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija operat bħala trasport ta’ vaguni individwali.

(3)

Meta parti kkonċernata tat-telematika tibgħat “WagonStatusMessage”, din għandha tispeċifika ma’ liema tip ta’ avveniment ikun relatat dak il-messaġġ f’konformità mal-punti 3.2.1.3 sa 3.2.1.13.

(4)

Sakemm ma tkunx disponibbli bażi tad-data komuni tal-operazzjonijiet tal-vaguni u tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali f’konformità mal-punt 3.3.3, jew sakemm ma jkunux intużaw l-UIs tal-web komuni tal-Unjoni msemmija fil-punt 1.7.2, il-“WagonStatusMessage” għandu jiġi skambjat b’mod bilaterali skont l-Artikolu 4 b’applikazzjoni telematika kif imsemmi fl-Artikolu 14 u l-punt 1.7.

(5)

Biex ikollhom għarfien kontinwu tal-lokazzjoni u l-istatus attwali tal-vaguni tal-merkanzija f’servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija mhux operat bħala trasport ta’ vaguni individwali, il-partijiet ikkonċernati telematiċi involuti f’dak is-servizz tat-trasport jistgħu japplikaw b’mod volontarju r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3.2.1.2 sa 3.2.1.13 abbażi ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali.

3.2.1.3.   Vagun lest għall-moviment (“Wagon Ready To Pull”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Ready To Pull” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta l-karigatur jew, meta rilevanti, l-impriża tal-mili tal-vagun tal-merkanzija, it-tnejn definiti fid-Direttiva (UE) 2016/798, l-Artikolu 3, ikunu infurmaw lill-impriża ferrovjarja ewlenija li t-tagħbija tagħhom, jekk ikun hemm, hija lesta għall-moviment, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-impriża ferrovjarja kif imsemmi fil-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/798, u għalhekk li l-vagun tal-merkanzija jista’ jinġibed jew jiġi imbuttat minn lokazzjoni speċifikata tat-tagħbija jew tal-ħatt, l-impriża ferrovjarja ewlenija għandha, mingħajr ma tipperikola s-sikurezza tat-tagħbija f’konformità mat-TSI OPE, kif imsemmi f’dan l-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Ready To Pull” f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2) ta’ dan l-Anness lill-impriża ferrovjarja tal-oriġini li tkun mistennija li tiġbed jew timbotta dak il-vagun tal-merkanzija minn dik il-lokazzjoni.

(3)

Fil-każ tat-trasport intermodali, meta operatur ta’ faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija jkun responsabbli għat-tagħbija jew il-ħatt ta’ sett ta’ vaguni tal-merkanzija, dan għandu jibgħat “TrainRunningInformationMessage” imsemmi fil-punt 2.6.1, is-subpunt (6), u fil-punt 2.6.3, lill-impriża ferrovjarja ewlenija bil-lokazzjoni u l-istatus tal-ferrovija, u li jikkonferma l-għeluq tal-ferrovija, jiġifieri li s-sett ta’ vaguni tal-merkanzija mgħobbija jew maħtuta pparkjati fil-punt tar-rapportar huma lesti għall-moviment mingħajr ma tiġi pperikolata s-sikurezza tat-tagħbija f’konformità mat-TSI OPE.

(4)

F’każijiet oħra, l-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data fir-rigward tal-prontezza tat-tagħbija għall-moviment bejn il-karigatur jew l-impriża tal-mili ta’ vagun tal-merkanzija li jkun parti minn trasport ta’ vaguni individwali, minn naħa, u l-impriża ferrovjarja ewlenija, min-naħa l-oħra, huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

3.2.1.4.   Vagun miġbud (“Wagon Pulled”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Pulled” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta vagun tal-merkanzija jkun inġibed jew ġie imbuttat minn lokazzjoni speċifikata tat-tagħbija jew tal-ħatt, l-impriża ferrovjarja tal-oriġini responsabbli għal dak il-vagun tal-merkanzija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Pulled”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.1.5.   Tluq tal-vagun mill-oriġini (“Wagon Left Origin”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Left Origin” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta vagun tal-merkanzija jkun telaq minn faċilità tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija tal-oriġini, l-impriża ferrovjarja tal-oriġini responsabbli għal dik il-ferrovija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Left Origin”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.1.6.   Wasla ta’ vagun f’lokazzjoni intermedja (“Wagon Arrival”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Arrival” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta vagun tal-merkanzija fuq ferrovija jasal f’lokazzjoni intermedja speċifikata, l-impriża ferrovjarja tal-wasla responsabbli għal dik il-ferrovija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Arrival”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.1.7.   Tluq ta’ vagun minn lokazzjoni intermedja (“Wagon Departure”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Departure” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta vagun tal-merkanzija fuq ferrovija jitlaq minn lokazzjoni intermedja speċifikata, l-impriża ferrovjarja tal-oriġini responsabbli għal dik il-ferrovija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Departure”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.1.8.   Vagun trasferit (“Wagon Handed Over”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Handed Over” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta r-responsabbiltà għall-moviment ta’ vagun tal-merkanzija tkun inbidlet bejn impriżi ferrovjarji suċċessivi u meta l-vagun tal-merkanzija jkun ġie trasferit fiżikament mill-impriża ferrovjarja tal-wasla lill-impriża li jkun imiss f’punt ta’ interkambju speċifikat, l-impriża ferrovjarja tal-wasla għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Handed Over”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.1.9.   Vagun meħud (“Wagon Taken Over”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Taken Over” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta r-responsabbiltà għall-moviment ta’ vagun tal-merkanzija tkun inbidlet bejn impriżi suċċessivi u meta l-vagun tal-merkanzija jkun ittieħed fiżikament mill-impriża ferrovjarja tat-tluq mingħand l-impriża ferrovjarja preċedenti f’punt ta’ interkambju speċifikat, l-impriża ferrovjarja tat-tluq għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Taken Over”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.1.10.   Irregolarità tal-vaguni (“WagonJourneyIrregularity”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “WagonJourneyIrregularity” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta avveniment irregolari relatat mal-vagun tal-merkanzija jew mat-tagħbija tiegħu jkun jirrikjedi li tittieħed azzjoni li tista’ tinterrompi t-trasport tiegħu, l-impriża ferrovjarja responsabbli għal dak il-vagun tal-merkanzija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “WagonJourneyIrregularity”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2), biex tipprovdi informazzjoni dwar l-avveniment, inkluż aktar dettalji dwar in-natura tal-irregolarità u l-konsegwenzi tagħha.

3.2.1.11.   Irregolarità tal-vagun rettifikata (“Wagon Journey Rectified”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Journey Rectified” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta irregolarità waqt vjaġġ ta’ vagun tal-merkanzija tkun ġiet rettifikata, l-impriża ferrovjarja responsabbli għal dak il-vagun tal-merkanzija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Journey Rectified”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.1.12.   Wasla ta’ vagun fid-destinazzjoni (“Wagon Reached Destination”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Reached Destination” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta vagun tal-merkanzija fuq ferrovija jasal fil-faċilità tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija tad-destinazzjoni, l-impriża ferrovjarja tal-wasla responsabbli għal dik il-ferrovija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Reached Destination”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.1.13.   Vagun imwassal (“Wagon Delivered”)

(1)

It-tip ta’ avveniment “Wagon Delivered” tal-“WagonStatusMessage” għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Meta vagun tal-merkanzija jkun twassal fil-post tat-tagħbija jew tal-ħatt, l-impriża ferrovjarja tal-wasla responsabbli għal dak il-vagun tal-merkanzija jew sett ta’ vaguni tal-merkanzija għandha tibgħat “WagonStatusMessage” bit-tip ta’ avveniment “Wagon Delivered”, f’konformità mal-punt 3.2.1.2(2).

3.2.2.   Moviment tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kondiviżjoni tad-data fir-rigward tal-moviment tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

3.2.3.   Informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni

(1)

Il-messaġġ ta’ previżjoni tal-vaguni (“WagonETI_ETAMessage”) għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

Biex lil partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika involuti f’servizz tat-trasport ferrovjarju operat bħala trasport ta’ vaguni individwali tipprovdilhom informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni, li jew tikkonferma l-ħinijiet miftiehma jew tinnotifika xi bidla, kull impriża ferrovjarja għandha tibgħat l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni fid-destinazzjoni (“WagonETI_ETAMessage”) jew l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni fil-punt ta’ interkambju (“ETA”) bħala parti mill-“ETI” lil:

(a)

l-impriża ferrovjarja ewlenija;

(b)

l-impriża ferrovjarja li jkun imiss, jekk ikun hemm, li lilha se jiġi trasferit il-vagun tal-merkanzija fil-punt ta’ interkambju.

(3)

Kull impriża ferrovjarja għandha timmonitorja t-trasport fiżiku tat-tagħbija u, sal-ħin tat-tluq mill-oriġini, jew mill-aħħar punt ta’ interkambju, għandha tikkalkula l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni b’rabta mat-tipi ta’ avvenimenti u l-punti tar-rapportar li ġejjin:

(a)

fil-punt ta’ interkambju li jkun imiss: “wagon handed over” speċifikat fil-punt 3.2.1.8;

(b)

fid-destinazzjoni: “wagon delivered” speċifikat fil-punt 3.2.1.13.

(4)

Kull impriża ferrovjarja għandha tikkalkula u taġġorna l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni mqar abbażi tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni li jkun hemm fil-messaġġi li ġejjin li jaslu mingħand il-meniġers tal-infrastruttura u l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija:

(i)

il-“PathDetailsMessage” speċifikat fil-punt 2.3.3;

(ii)

it-“TrainRunningInformationMessage” speċifikat fil-punt 2.6.3;

(iii)

it-“TrainRunningForecastMessage” speċifikat fil-punt 2.6.4;

(b)

l-informazzjoni (“ETA” jew “ETI”) fil-“WagonETI_ETAMessage” li tasal mingħand l-impriża ferrovjarja preċedenti, jekk ikun hemm, li mingħandha jkunu ttieħdu l-vaguni tal-merkanzija f’punt ta’ interkambju.

(5)

Meta impriża ferrovjarja taqsam jew tagħti aċċess għall-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni, din għandha tiżgura li l-kwalità ta’ din l-informazzjoni tkun suffiċjenti għall-impriża ferrovjarja ewlenija biex tivvaluta l-eżattezza tagħha f’konformità mal-punt 1.5 u l-metodoloġija tal-kejl ex post stabbilita fl-Appendiċi E.

(6)

L-impriża ferrovjarja ewlenija għandha tqabbel l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni (“ETA”) bbażata fuq il-WagonETI_ETAMessage li tirċievi mingħand impriża ferrovjarja mal-ħinijiet miftiehma mal-klijenti tal-merkanzija (“ArrivalTimeAtLocation”), u tinforma lill-impriżi ferrovjarji involuti.

3.3.   Data ta’ referenza speċifika għall-merkanzija

3.3.1.   Ġenerali

(1)

Biex tiġi appoġġata l-preparazzjoni tal-ferroviji f’konformità mal-punt 2.5 u l-operazzjoni tal-vaguni tal-merkanzija f’konformità mal-punt 3.2.1, kull detentur tal-vetturi għandu jiżgura l-kondiviżjoni tad-data ta’ referenza dwar il-vetturi ferrovjarji permezz ta’ bażijiet tad-data ta’ referenza standardizzati u federati dwar il-vetturi ferrovjarji msemmija fil-punt 3.3.2.

(2)

Biex tiġi appoġġata l-operazzjoni ta’ trasport intermodali f’konformità mal-punt 3.2.2:

(a)

kull detentur tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali (“ILUs”) għandu jiżgura l-kondiviżjoni tad-data ta’ referenza dwar l-ILU permezz ta’ bażijiet tad-data ta’ referenza standardizzati u federati dwar l-ILU kif imsemmi fil-punt 3.3.3;

(b)

kull detentur ta’ vaguni tal-merkanzija u kull detentur ta’ ILUs jista’ jiżgura l-kondiviżjoni tad-data tal-istatus operazzjonali tal-vaguni tal-merkanzija u tal-ILUs tagħhom permezz tal-bażijiet tad-data standardizzati u federati dwar l-operazzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u tal-ILUs, rispettivament, kif imsemmi fil-punt 3.3.4.

(3)

Il-partijiet ikkonċernati tat-telematika responsabbli għad-data ta’ referenza speċifika għall-merkanzija skont il-punti (1) u (2) għandhom jimmaniġġaw id-data ta’ referenza tagħhom f’konformità mal-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 10 u jagħtu aċċess għaliha għall-użu skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva.

3.3.2.   Bażijiet tad-data ta’ referenza għall-vetturi ferrovjarji

(1)

Bil-koordinazzjoni tal-Aġenzija, id-detenturi tal-vetturi għandhom jikkooperaw biex jistabbilixxu, jimmaniġġaw u jżommu bażijiet tad-data ta’ referenza tal-vetturi ferrovjarji (“RSRDs”) standardizzati u federati fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [103].

(2)

Id-detenturi tal-vetturi huma responsabbli biex jimlew u jżommu d-data ta’ referenza dwar il-vetturi ferrovjarji f’bażi tad-data RSRD f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [103], u għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data. Għal dak il-għan, id-detenturi tal-vetturi għandhom jiżguraw li d-data kondiviża tkun aġġornata u tirrifletti eżattament l-istatus tal-proċessi li l-vettura jridu jsirulha f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

(3)

Għall-finijiet tal-punt (1), id-detenturi tal-vetturi għandhom jerġgħu jużaw fl-RSRD kwalunkwe data ta’ referenza dwar il-vetturi ferrovjarji mir-reġistri li ġejjin:

(a)

ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi (EVR) stabbilit mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 (5), b’mod partikolari d-“data amministrattiva” msemmija fil-punt (5)(a) ta’ din it-Taqsima u d-“data tad-disinn” imsemmija fil-punt (5)(b) ta’ din it-Taqsima;

(b)

ir-Reġistru Ewropew tat-Tipi ta’ Vetturi Awtorizzati (ERATV) stabbilit f’konformità mal-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE (6), b’mod partikolari d-“data tad-disinn” imsemmija fil-punt (5)(b) ta’ din it-Taqsima.

(4)

Biex jiġi minimizzat il-volum tad-data kondiviż għal skopijiet operazzjonali u tiżdied l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tal-vaguni tal-merkanzija msemmija fil-punt 3.3.1, id-detenturi tal-vetturi għandhom jiżguraw li l-RSRDs jagħmlu d-data ta’ referenza dwar il-vetturi ferrovjarji aċċessibbli b’mod faċli u ġust għall-partijiet ikkonċernati tat-telematika skont l-Artikolu 4 u skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva.

(5)

Id-data ta’ referenza kondiviża f’RSRD għandha tiġi raggruppata kif ġej:

(a)

id-data amministrattiva:

Id-data ta’ referenza dwar il-vettura msemmija fil-punt (3)(a) ta’ dan il-punt, relatata mal-awtorizzazzjoni tal-vettura u r-reġistrazzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 21 u l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(b)

id-data tad-disinn:

id-data ta’ referenza dwar il-vettura speċifikata fil-punt (3)(a) u l-punt (3)(b) relatata mal-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi ferrovjarji, speċjalment id-data meħtieġa mill-impriżi ferrovjarji għall-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku fir-rigward tal-ferroviji tagħhom f’konformità mat-Taqsima 2, u għall-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija f’konformità mat-Taqsima 3.

3.3.3.   Bażijiet tad-data ta’ referenza għall-unitajiet tat-tagħbija intermodali

(1)

Bil-koordinazzjoni tal-Aġenzija, id-detenturi tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali (“detenturi tal-ILU”) għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jistabbilixxu, jimmaniġġaw u jżommu bażijiet tad-data ta’ referenza standardizzati u federati għall-unitajiet tat-tagħbija intermodali (ILUs) f’konformità mal-punti (3), (4) u (5) u l-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċijiet [103] u [1].

(2)

Id-detenturi ta’ ILU għandhom ikunu responsabbli għall-mili u ż-żamma ta’ data ta’ kwalità fil-bażijiet tad-data msemmija fil-punt (1). Għal dak il-għan, id-detenturi ta’ ILU għandhom jiżguraw li d-data kondiviża tkun aġġornata u tirrifletti eżattament l-istatus tal-proċessi li l-ILU jridu jsirulha f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

(3)

Id-data ta’ referenza għandha ssir pubblika permezz tal-bażijiet tad-data msemmija fil-punt (1) u għandha tinkludi d-data li ġejja:

(a)

l-identifikatur tal-ILUs, inkluż it-tipi kollha ta’ semitrejlers, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [2];

(b)

it-tip ta’ ILU (kontejner, kaxxa skambjabbli jew semitrejler) u l-kompatibbiltà tagħha mal-vaguni tal-merkanzija u r-rotot f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [2];

(c)

il-karatteristiċi tat-tagħbija, il-piżijiet u d-dimensjonijiet rilevanti.

(4)

Biex jiġi minimizzat il-volum tad-data kondiviż għal skopijiet operazzjonali u tiżdied l-effiċjenza tal-movimenti tal-ILU msemmija fil-punt 3.2.2, id-detenturi ta’ ILU għandhom jiżguraw li l-bażijiet tad-data msemmija fil-punt (1) jagħmlu d-data ta’ referenza dwar l-ILUs aċċessibbli b’mod faċli u ġust għall-partijiet ikkonċernati tat-telematika skont l-Artikolu 4 u skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva.

(5)

Id-data ta’ referenza kondiviża f’konformità mal-punt (3) għandha tiġi raggruppata kif ġej:

(a)

id-data amministrattiva:

id-data ta’ referenza dwar l-ILUs relatata maċ-ċertifikazzjoni tal-ILUs u r-reġistrazzjoni tagħhom f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [2];

(b)

id-data tad-disinn:

id-data ta’ referenza dwar l-ILUs relatata mal-karatteristiċi tekniċi tal-ILUs, b’mod partikolari d-data meħtieġa mill-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u l-impriżi ferrovjarji għall-preparazzjoni tal-ferroviji f’konformità mal-punt 2.5 u l-movimenti tal-ILU f’konformità mal-punt 3.2.2.

3.3.4.   Bażijiet tad-data operazzjonali tal-vaguni u tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali

3.3.4.1.   Ġenerali

(1)

Biex jiġi żgurat it-traċċar tal-moviment tal-ferroviji f’konformità mal-punt 2.6 u tal-moviment tal-vaguni tal-merkanzija u l-unitajiet tat-tagħbija intermodali (ILU, Intermodal Loading Unit) f’konformità mal-punt 3.2 u l-komunikazzjonijiet assoċjati bejn l-impriża ferrovjarja ewlenija u impriżi ferrovjarji oħra involuti, l-impriża ferrovjarja tista’ tofroq id-data dwar il-moviment tal-ferroviji li tiġi kondiviża mal-meniġers tal-infrastruttura u mal-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizzi ferrovjarji tal-merkanzija involuti u l-impriża ferrovjarja ewlenija f’konformità mal-punt 2.6 f’data dwar il-moviment tal-vaguni tal-merkanzija f’konformità mal-punt 3.2.1 u f’data relatata mal-moviment tal-ILUs f’konformità mal-punt 3.2.2. F’każijiet bħal dawn, din id-data għandha tiġi kondiviża f’konformità mal-punti (4) sa (8) ta’ dan il-punt.

(2)

Il-komunikazzjonijiet operazzjonali bejn l-impriża ferrovjarja ewlenija u impriżi ferrovjarji oħra involuti għandhom ikunu bbażati fuq id-data ta’ referenza kondiviża permezz ta’:

(a)

il-bażijiet tad-data ta’ referenza għall-vetturi ferrovjarji msemmija fil-punt 3.3.2 ta’ dan l-Anness, b’mod partikolari n-numri tal-vetturi kif irreġistrati fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi (EVR) f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1614;

(b)

il-bażijiet tad-data ta’ referenza għall-ILUs imsemmija fil-punt 3.3.3 ta’ dan l-Anness, b’mod partikolari n-numri tal-ILU f’konformità mal-punt 3.3.3(3)(a) ta’ dan l-Anness.

(3)

Id-data dwar it-traffiku ferrovjarju kondiviża f’konformità mal-punt 2.6 mill-impriżi ferrovjarji għandha tkun ibbażata wkoll, meta tkun disponibbli, fuq id-data dwar l-istatus operazzjonali tal-vaguni tal-merkanzija msemmija fil-punt 3.3.4.

(4)

Biex jiġi minimizzat il-volum tad-data kondiviża għal skopijiet operazzjonali u għall-informazzjoni tal-klijent tal-merkanzija u biex tiżdied l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u tal-ILUs kif imsemmi fil-punt 3.2, kull impriża ferrovjarja tista’ tikkoopera biex tistabbilixxi, timmaniġġa u żżomm bażijiet tad-data ta’ referenza standardizzati u federati tal-vaguni u tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali (“WIMO”) f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [102].

(5)

Il-bażijiet tad-data tad-WIMO għandhom jagħmlu d-data dwar l-istatus operazzjonali tal-vaguni tal-merkanzija u dwar l-ILUs imsemmija fil-punt 3.3.4 aċċessibbli b’mod faċli u ġust għall-partijiet ikkonċernati kollha tat-telematika skont l-Artikolu 4(1), inkluż għad-detenturi tal-vetturi u l-meniġers tal-flotta, u għall-klijenti tal-merkanzija li jissemmew fil-kuntratt tat-trasport. Il-kondiviżjoni tad-data korrispondenti għandha tinkiseb b’applikazzjoni telematika f’konformità mal-Artikolu 14 u l-punt 1.7.

(6)

Kull impriża ferrovjarja għandha tkun responsabbli għall-mili u ż-żamma ta’ data ta’ kwalità dwar l-istatus tal-vaguni tal-merkanzija fil-bażijiet tad-data tad-WIMO. Għal dak il-għan, kull impriża ferrovjarja għandha tiżgura li d-data kondiviża tkun aġġornata u tirrifletti eżattament l-istatus tal-proċessi li l-vaguni tal-merkanzija u l-ILUs iridu jsirulhom skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

(7)

Il-bażijiet tad-data tad-WIMO għandu jkun fihom data fil-ħin reali relatata mal-moviment ta’ vagun tal-merkanzija jew ta’ ILU mit-tluq sat-twassil finali tagħhom fis-sidings tal-klijenti tal-merkanzija. Id-data għandha tinkludi l-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-vaguni msemmija fil-punt 3.2.1 u l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni msemmija fil-punt 3.2.3.

(8)

Id-data dwar it-traffiku ferrovjarju, l-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni u ta’ previżjoni tal-vaguni, u l-informazzjoni relatata mal-moviment tal-ILUs, għandhom jiġu kondiviżi mill-impriżi ferrovjarji permezz tal-bażijiet tad-data tad-WIMO sa mhux aktar tard mill-ħin tar-rilaxx tal-vagun tal-merkanzija jew tal-ILU mill-klijent tal-merkanzija li jissemma fil-kuntratt tat-trasport. Il-ħin tar-rilaxx hu l-ewwel entrata kondiviża mill-impriża ferrovjarja tat-tluq fil-faċilità tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija tal-oriġini (l-“impriża ferrovjarja tal-oriġini”) fil-bażijiet tad-data tad-WIMO għall-moviment ta’ vagun tal-merkanzija jew ILU għal servizz tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija identifikat.

3.3.4.2.    “Loading of the freight wagon”

L-impriża ferrovjarja tal-oriġini għandha tirreġistra l-istatus “loading of the freight wagon” u tagħti aċċess għalih fil-bażijiet tad-data tad-WIMO. Hija għandha tapplika dan l-istatus sakemm it-terminazzjoni tat-tagħbija tiġi nnotifikata lilha mill-klijent tal-merkanzija li ssir referenza għalih fil-kuntratt tat-trasport.

3.3.4.3.    “Vagun tal-merkanzija mgħotti waqt il-vjaġġ”

L-impriża ferrovjarja tal-oriġini għandha tirreġistra l-istatus “vagun tal-merkanzija mgħotti waqt il-vjaġġ” u tagħti aċċess għalih fil-bażijiet tad-data tad-WIMO mat-tluq mill-oriġini, f’konformità mal-punt 3.2.1.5, ta’ vagun tal-merkanzija li jitgħabba.

3.3.4.4.    “Vagun tal-merkanzija vojt waqt il-vjaġġ”

L-impriża ferrovjarja tal-oriġini għandha tirreġistra l-istatus “vagun tal-merkanzija vojt waqt il-vjaġġ” u tagħti aċċess għalih fil-bażijiet tad-data tad-WIMO mat-tluq mill-oriġini, f’konformità mal-punt 3.2.1.5, ta’ vagun tal-merkanzija li jkun vojt.

3.3.4.5.    “Unloading of the freight wagon”

L-impriża ferrovjarja tal-wasla f’faċilità tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija tad-destinazzjoni (l-“impriża ferrovjarja ’l ġewwa”) għandha tirreġistra l-istatus “unloading of the freight wagon” u tagħti aċċess għalih fil-bażijiet tad-data tad-WIMO. Hija għandha tapplika dan l-istatus sakemm it-terminazzjoni tal-ħatt tiġi nnotifikata lilha mill-klijent tal-merkanzija li ssir referenza għalih fil-kuntratt tat-trasport.

3.3.4.6.    “Empty freight wagon under fleet management control”

Kull impriża ferrovjarja ’l ġewwa għandha tirreġistra l-istatus “empty freight wagon under fleet management control” fil-bażijiet tad-data tad-WIMO biex tirrifletti d-disponibbiltà ta’ vagun tal-merkanzija vojt bil-karatteristiċi speċifikati.

3.4.   Kondiviżjoni tad-data ma’ partijiet ikkonċernati oħra

Il-meniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u l-impriżi ferrovjarji għandhom jikkondividu d-data ma’ partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika responsabbli għall-ġestjoni tal-konnessjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport f’konformità mal-Artikolu 4 u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 3.

4.   BILJETTAR FERROVJARJU FIR-RIGWARD TAS-SERVIZZI TAT-TRASPORT FERROVJARJU TAL-PASSIĠĠIERI U INFORMAZZJONI DWAR L-IVVJAĠĠAR TAL-PASSIĠĠIERI BIL-FERROVIJA

4.1.   Ġenerali

(1)

Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-kondiviżjoni interoperabbli tad-data meħtieġa biex jitwettqu l-proċessi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (c), għal kwalunkwe servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri operat fl-Unjoni.

(2)

Id-drittijiet tal-aċċess għad-data dwar il-biljettar ferrovjarju huma stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 6.

(3)

Id-data dwar il-biljettar ferrovjarju għandha tikkonsisti minn dawn li ġejjin:

(a)

id-data tal-iskeda tal-passiġġieri speċifikata fil-punt 4.2;

(b)

id-data dwar it-tariffi kondiviża speċifikata fil-punt 4.3;

(c)

id-data relatata mal-kundizzjonijiet tat-trasport speċifikata fil-punt 4.4.

4.2.   Data tal-iskeda tal-passiġġieri

4.2.1.   Data tal-iskeda tal-passiġġieri

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-punt japplikaw għas-servizzi kollha tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri.

(1)

Id-data tal-iskeda tal-passiġġieri kondiviża skont l-Artikolu 6(1) għandha tkun f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċijiet [P.2] u [P.4].

(2)

Id-data tal-iskeda tal-passiġġieri għandu jkun fiha mqar l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-prinċipji bażiċi tal-varjanti tal-ferrovija;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-ferrovija tal-passiġġieri ta’ ferrovija bħala r-“RetailServiceId” flimkien mal-identifikatur tal-ferrovija ta’ referenza msemmi fil-punti 2.1.2 sa 2.1.5;

(c)

il-modi differenti possibbli ta’ kif jiġu rrappreżentati l-jiem tal-operazzjoni;

(d)

it-tip ta’ ferrovija, isem id-ditta u, meta ma jkunx trasport ferrovjarju, il-mod tat-trasport assoċjat;

(e)

ir-relazzjonijiet tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju;

(f)

il-gruppi tal-kowċis marbuta mal-ferroviji;

(g)

il-ferrovija li tingħaqad magħha u li tinqata’ minn magħha;

(h)

il-konnessjonijiet through b’identifikatur differenti tal-ferrovija konnessa (“konnessjoni ma’”);

(i)

il-konnessjonijiet through b’bidla fl-identifikatur tal-ferrovija (“bidla fin-numru tas-servizz”);

(j)

dettalji tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, inkluż il-ħin tal-wasla pubblika, il-ħin tat-tluq pubbliku u l-ħinijiet tal-mogħdija pubbliċi;

(k)

waqfiet b’restrizzjonijiet fuq l-imbark jew l-iżbark tal-passiġġieri;

(l)

il-ferroviji ta’ billejl;

(m)

il-qsim taż-żoni tal-ħin;

(n)

ir-reġim tal-ipprezzar u d-dettalji tar-riżervazzjoni;

(o)

l-identifikatur tal-organizzazzjoni tad-detentur tad-data speċifikat fil-punt 1.2.1;

(p)

il-faċilitajiet ta’ servizz kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2012/34;

(q)

l-aċċessibbiltà tal-ferrovija f’konformità mal-punt 4.4.3.1, inkluż l-eżistenza skedata ta’ sits ta’ prijorità, spazji għas-siġġijiet tar-roti, kompartimenti tal-irqad universali;

(r)

addizzjonalitajiet tas-servizz;

(s)

il-ħinijiet tal-konnessjoni bejn is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri speċifikati fil-punt 4.2.2;

(t)

lista tal-istazzjonijiet;

(u)

il-kanali eżistenti online diretti u indiretti tal-bejgħ, meta magħrufa, tad-distributuri fejn tista’ tiġi verifikata d-disponibbiltà diretta tal-prodotti ferrovjarji.

(3)

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, għandha tagħti aċċess għad-data kollha tal-iskeda tal-passiġġieri tagħha f’konformità mal-Artikolu 6(1) għall-użu skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-NC-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva, jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

(4)

Mhux aktar tard minn ġimgħa wara li l-iskeda operatorja finali tas-servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri tkun ġiet ippubblikata mill-meniġers tal-infrastruttura kkonċernati, kull impriża ferrovjarja kkonċernata jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, għandhom jagħtu aċċess għad-data tal-iskeda annwali tal-passiġġieri ta’ dak is-servizz f’konformità mal-Artikolu 6(1).

(5)

Mhux aktar tard minn tliet ġimgħat qabel ma jidħol fis-seħħ aġġornament tal-iskeda annwali tal-passiġġieri ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, kull impriża ferrovjarja kkonċernata jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, għandu jaġġorna d-data annwali tal-iskeda tal-passiġġieri fir-rigward ta’ dak is-servizz f’konformità mal-Artikolu 6(1). Id-data annwali tal-iskeda tal-passiġġieri ta’ dak is-servizz għandha tiġi aġġornata wkoll meta tkun affettwata mill-waqfien ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/782. Impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, tista’ f’ċirkostanzi eċċezzjonali tapplika aġġornamenti ta’ emerġenza f’perjodi iqsar għall-iskeda annwali tagħha tal-passiġġieri ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri.

(6)

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, għandha tagħti aċċess għad-data tal-iskeda tal-passiġġieri f’konformità mal-Artikolu 6(1) għal imqar 12-il xahar mill-wasla tas-servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri korrispondenti.

(7)

Meta servizz dirett tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, b’waqfiet intermedji fl-istazzjon jew mingħajrhom, jiġi operat jew ikun maħsub biex jiġi operat minn diversi impriżi ferrovjarji, l-impriża ferrovjarja ewlenija maħtura skont l-Artikolu 13 għandha tikkoordina mal-impriżi ferrovjarji l-oħra kollha li joperaw dak is-servizz biex tiġbor id-data tal-iskeda tal-passiġġieri għall-waqfiet kollha servuti minn dak is-servizz. Għal kull parti individwali ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri operat minn impriża ferrovjarja waħda, din l-impriża għandha tibqa’ responsabbli għall-għoti tal-aċċess skont l-Artikolu 6 għad-data aggregata mill-impriża ferrovjarja ewlenija.

(8)

Id-data tal-iskeda tal-passiġġieri kondiviża skont l-Artikolu 6(1) għandha tikkostitwixxi:

(a)

format u mezz tekniku xieraq rispettivament skont it-tifsira tal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2021/782 għall-għoti tal-aċċess diġitali għall-iskedi tal-ħin bħala parti mill-informazzjoni ta’ qabel il-vjaġġ imsemmija fil-Parti I tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, li qed jiġu ssodisfati l-obbligi korrispondenti skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(5) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

format diġitali li jinqara minn magna skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926, biex jingħata aċċess diġitali għall-iskedi u l-interkambji ppjanati msemmija fil-punt 1.1(d), is-subpunti (v) u (vi), tal-Anness ta’ dak ir-Regolament bħala parti mid-data statika tal-ivvjaġġar.

4.2.2.   Data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni

(1)

Id-data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni kondiviża skont l-Artikolu 6(2) għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċijiet [P.2] u [P.4].

(2)

Id-data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni għandu jkun fiha mqar l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-ħinijiet tal-konnessjoni fl-istazzjon (il-“ħin tal-konnessjoni minimu prestabbilit”);

(b)

il-ħinijiet tal-konnessjoni bejn lokazzjonijiet differenti fl-istazzjon (eż. partijiet tal-istazzjon, pjattaformi), jekk ikun xieraq;

(c)

il-ħinijiet tal-konnessjoni bejn l-istazzjon u l-istazzjonijiet fil-viċinat, jekk ikun xieraq.

(3)

Kull meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data għandu jagħti aċċess għad-data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni f’konformità mal-Artikolu 6(2) biex tintuża skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-NC-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva, jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

(4)

Mhux aktar tard minn ġimgħa wara li l-iskeda operatorja finali tas-servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri tkun ġiet ippubblikata mill-meniġers tal-infrastruttura kkonċernati, kull meniġer tal-istazzjon ikkonċernat jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew id-detentur tad-data għandhom jagħtu aċċess f’konformità mal-Artikolu 6(2) għall-ħinijiet tal-konnessjoni applikabbli għal dak is-servizz fl-iskeda annwali tal-passiġġieri li jkun imiss.

(5)

Mhux aktar tard minn tliet ġimgħat qabel jidħol fis-seħħ aġġornament fil-ħinijiet tal-konnessjoni fl-iskeda annwali tal-passiġġieri, il-meniġers tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġers tal-infrastruttura jew id-detenturi tad-data, responsabbli għal dawk il-bidliet, għandhom jaġġornaw id-data korrispondenti tal-iskeda tal-passiġġieri f’konformità mal-Artikolu 6(2). Meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, meniġer tal-infrastruttura jew id-detentur tad-data jista’ b’mod eċċezzjonali japplika aġġornamenti ta’ emerġenza fi żminijiet iqsar.

(6)

Kull meniġer tal-istazzjon ikkonċernat jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew id-detentur tad-data għandu jagħti aċċess f’konformità mal-Artikolu 6(2) għad-data tal-iskeda tal-passiġġieri tiegħu dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni għal imqar 12-il xahar minn tmiem il-validità ta’ dik id-data.

(7)

Meta meniġer tal-istazzjon, impriża ferrovjarja, distributur jew bejjiegħ bl-imnut jgħaqqdu jew jikkollegaw żewġ servizzi jew aktar tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, dawn għandhom jużaw il-ħinijiet tal-konnessjoni ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 6(2) u f’konformità mal-punti 4.2.2.2 u 4.2.2.3.

(8)

Id-data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni kondiviża skont l-Artikolu 6(2) għandha tikkostitwixxi format diġitali li jinqara minn magna skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926, biex jingħata aċċess diġitali għall-ħinijiet tat-trasferiment prestabbiliti fl-interkambji msemmija fil-punt 1.1(d), is-subpunti (i) u (ii) tal-Anness ta’ dak ir-Regolament bħala parti mid-data statika tal-ivvjaġġar.

4.2.2.1.   Ħinijiet tal-konnessjoni minimi

(1)

Il-meniġers tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu f’konformità mat-tabella li ġejja l-ħinijiet tal-konnessjoni minimi skont l-Artikolu 15, filwaqt li jqisu l-ħin tal-wasla pubbliku tas-servizz tat-trasport tal-passiġġieri ’l ġewwa u l-ħin tat-tluq pubbliku tas-servizz tat-trasport tal-passiġġieri ’l barra, inkluż il-ħin addizzjonali li jista’ jkun meħtieġ għaċ-check-in tal-passiġġieri, tar-roti, jew tal-bagalji:

 

Ħin tal-konnessjoni minimu

Parti responsabbli

Obbligatorju / fakultattiv

Fi ħdan stazzjon wieħed

Ħin tal-konnessjoni minimu prestabbilit fi stazzjon.

Il-meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura

Obbligatorju

Ħin tal-konnessjoni minimu għal tip speċifiku ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri operat minn impriża speċifika.

Fakultattiv

Ħin tal-konnessjoni minimu għal tip speċifiku ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri, irrispettivament mill-impriża li topera dak it-tip ta’ servizz.

Fakultattiv

Ħin tal-konnessjoni minimu għal impriża speċifika, irrispettivament mit-tip ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri.

Fakultattiv

Bejn żewġ stazzjonijiet

Ħin tal-konnessjoni minimu prestabbilit bejn żewġ stazzjonijiet.

Il-meniġers tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġers tal-infrastruttura, li jkunu involuti

Obbligatorju għall-istazzjonijiet li jappartjenu għall-istess metastazzjon

Ħin tal-konnessjoni minimu għal tip speċifiku ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri operat minn impriża speċifika.

Fakultattiv

Ħin tal-konnessjoni minimu għal tip speċifiku ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri, irrispettivament mill-impriża li topera dak it-tip ta’ servizz.

Fakultattiv

Ħin tal-konnessjoni minimu għal impriża speċifika, irrispettivament mit-tip ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri.

Fakultattiv

(2)

Għall-istazzjonijiet bi pjattaforma unika li ma jkunu servuti mill-ebda servizz skedat tat-trasport tal-passiġġieri għajr il-ferrovija, il-ħin tal-konnessjoni minimu f’dak l-istazzjon għandu jikkorrispondi għat-tul tal-waqfiet tal-ferrovija f’dak l-istazzjon, jew inkella jkun null.

4.2.2.2.   Il-ħinijiet tal-konnessjoni fi ħdan stazzjon wieħed

Il-ħinijiet tal-konnessjoni applikabbli fi ħdan stazzjon wieħed għandhom jintużaw kif ġej:

(a)

meta jiġi stabbilit ħin tal-konnessjoni minimu għal par speċifiku ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ’l barra u ’l ġewwa, dan għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjonijiet, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut bħala l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn dawk is-servizzi;

(b)

meta jiġi stabbilit ħin tal-konnessjoni minimu bejn is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ’l barra ta’ impriża speċifika fir-rigward ta’ tip speċifiku ta’ servizz jew isem kummerċjali, u s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ’l ġewwa ta’ impriża speċifika fir-rigward ta’ tip speċifiku ta’ servizz jew isem kummerċjali, dan għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjonijiet, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut bħala l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn dawk is-servizzi speċifiċi;

(c)

meta jiġi stabbilit ħin tal-konnessjoni minimu bejn is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ’l barra ta’ tip speċifiku ta’ servizz jew isem kummerċjali, u s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ’l ġewwa ta’ tip speċifiku ta’ servizz jew isem kummerċjali, irrispettivament mill-impriżi operazzjonali involuti, dan għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjonijiet, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut bħala l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn dawk it-tipi speċifiċi ta’ servizzi;

(d)

meta jiġi stabbilit ħin tal-konnessjoni minimu bejn impriża tal-oriġini speċifika u impriża riċeventi speċifika, irrispettivament mit-tip ta’ servizz jew isem kummerċjali tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri involuti, dan għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjonijiet, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut bħala l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ta’ dawk l-impriżi speċifiċi;

(e)

meta ma tiġi ssodisfata l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d), il-ħin tal-konnessjoni minimu prestabbilit speċifikat għal dak l-istazzjon għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjon, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut.

4.2.2.3.   Il-ħinijiet tal-konnessjoni bejn żewġ stazzjonijiet

Il-ħinijiet tal-konnessjoni applikabbli bejn żewġ stazzjonijiet għandhom jintużaw kif ġej:

(a)

meta jiġi stabbilit ħin tal-konnessjoni minimu bejn impriża tal-oriġini speċifika fir-rigward ta’ tip speċifiku ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri jew isem kummerċjali u impriża riċeventi speċifika fir-rigward ta’ tip speċifiku ta’ servizz tat-trasport tal-passiġġieri jew isem kummerċjali, dan għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjonijiet, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut bħala l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn dawk is-servizzi speċifiċi;

(b)

meta jiġi stabbilit ħin tal-konnessjoni minimu bejn is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ’l barra ta’ tip speċifiku ta’ servizz jew isem kummerċjali, u s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ’l ġewwa ta’ tip speċifiku ta’ servizz jew isem kummerċjali, irrispettivament mill-impriżi operazzjonali involuti, dan għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjonijiet, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut bħala l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn dawk it-tipi speċifiċi ta’ servizzi;

(c)

meta jiġi stabbilit ħin tal-konnessjoni minimu bejn impriża tal-oriġini speċifika u impriża riċeventi speċifika, irrispettivament mit-tip ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri jew l-isem kummerċjali involut, dan għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjonijiet, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut bħala l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ta’ dawk l-impriżi speċifiċi;

(d)

meta jiġi stabbilit ħin tal-konnessjoni minimu prestabbilit bejn żewġ stazzjonijiet, dan għandu jiġi applikat mill-meniġers tal-istazzjonijiet, mill-impriżi ferrovjarji, mid-distributuri u mill-bejjiegħa bl-imnut bħala l-ħin tal-konnessjoni minimu bejn dawk l-istazzjonijiet;

(e)

meta ma tiġi ssodisfata l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d), ma jista’ jiġi applikat l-ebda ħin tal-konnessjoni minimu.

4.2.2.4.   Kalkolu tal-ħin tal-konnessjoni

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-kalkolu tal-aspetti li ġejjin huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness:

(1)

il-ħin tal-konnessjoni għall-passiġġieri;

(2)

il-ħin tal-konnessjoni adattat għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa;

(3)

il-ħin tal-konnessjoni adattat għall-passiġġieri tar-rota;

(4)

il-ħin addizzjonali għaċ-check-in tal-passiġġieri, tar-roti jew tal-bagalji.

4.3.   Data dwar it-tariffi

4.3.1.   Data dwar it-tariffi għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

(1)

Id-data dwar it-tariffi kondiviża skont l-Artikolu 6(3) għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċijiet [P.3] u [B.16].

(2)

Għall-aċċess dirett għad-data dwar it-tariffi u għall-użu kummerċjali tagħha skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3), u sakemm isiru l-iżviluppi futuri elenkati fl-Artikolu 23, il-punti (c) u (e), l-użu ta’ formati oħra tad-data kompletament kompatibbli u interoperabbli mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċijiet [P.7] jista’ jiġi miftiehem b’mod kuntrattwali.

(3)

Id-data dwar it-tariffi għandu jkun fiha s-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, jew parti minn dawn is-servizzi, u mqar l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tariffi eżistenti kollha u t-tabelli assoċjati tal-prezzijiet, inkluż il-prezzijiet u l-biljetti tal-ivvjaġġar komuni, speċjali jew skontati, għajr dawk applikabbli għall-impjegati tad-detentur tad-data jew ta’ kumpaniji oħra diment li dawn ikunu ġew miftiehma kummerċjalment;

(b)

informazzjoni dwar jekk jiġi applikat prezz, li huwa soġġett għal ipprezzar dinamiku bħall-ġestjoni tar-rendiment jew kunsiderazzjonijiet tal-kapaċità, kif ukoll informazzjoni dwar il-firxiet applikati għal dak il-prezz għal kull kategorija;

(c)

link għall-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi applikabbli tat-trasport f’konformità mal-punt 4.4;

(d)

l-informazzjoni kollha ta’ qabel il-vjaġġ relatata mat-tariffi meħtieġa għall-bejjiegħa bl-imnut kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/782, l-Anness II;

(e)

l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-emittenti biex joħorġu l-biljetti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-punt 4.5 fejn it-tariffa tkun soġġetta għal kontroll tad-disponibbiltà;

(ii)

il-punt 4.6 għall-elementi tas-sigurtà;

(f)

ir-regoli dwar il-ħruġ tal-biljetti u l-ispezzjonijiet tal-biljetti speċifikati fil-punt 4.3.2.

(4)

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, għandha tagħti aċċess għad-data eżistenti kollha tagħha dwar it-tariffi f’konformità mal-Artikolu 6(3) għall-użu skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva, jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

(5)

Mhux aktar tard minn ġimgħa wara li l-iskeda operatorja finali tas-servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri tkun ġiet ippubblikata mill-meniġers tal-infrastruttura rilevanti, kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data għandhom jagħtu aċċess għad-data eżistenti kollha dwar it-tariffi ta’ dak is-servizz f’konformità mal-Artikolu 6(3) biex ikun żgurat li s-servizz ikun jista’ jinxtara bil-quddiem, mingħajr preġudizzju għal tariffi oħra tal-istess servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li jkunu disponibbli f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-bejgħ rispettivi tagħhom.

(6)

Imqar sitt ijiem qabel ma jidħol fis-seħħ aġġornament tat-tariffi għal servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, u mingħajr preġudizzju għal tariffi oħra għall-istess servizz li jsiru aċċessibbli f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-bejgħ rispettivi tagħhom, l-impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, li tkun responsabbli għal dawk il-bidliet, għandha tagħti aċċess għad-data korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 6(3).

(7)

Id-data dwar it-tariffi kondiviża skont l-Artikolu 6(3) għandha tikkostitwixxi:

(a)

format u mezz tekniku xieraq rispettivament skont it-tifsira tal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2021/782 għall-għoti tal-aċċess diġitali għall-kundizzjonijiet għat-tariffi kollha disponibbli bħala parti mill-informazzjoni ta’ qabel il-vjaġġ imsemmija fil-Parti I tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, u li qed jiġu ssodisfati l-obbligi korrispondenti skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(5) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

format diġitali li jinqara minn magna skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926, biex jingħata aċċess diġitali għat-tariffi standard komuni bażiċi u għat-tariffi speċjali msemmija fil-punt 1.2(c)(i) u l-punt 1.3(a) tal-Anness ta’ dak ir-Regolament bħala parti mid-data statika tal-ivvjaġġar.

4.3.2.   Ġestjoni tar-regoli dwar il-ħruġ tal-biljetti u l-ispezzjonijiet tal-biljetti

(1)

Biex ir-regoli dwar l-ħruġ tal-biljetti u l-ispezzjoni tal-biljetti jiġu implimentati b’mod konsistenti bejn l-impriżi ferrovjarji, id-distributuri, l-emittenti u l-organizzazzjonijiet tal-kontroll tal-biljetti, kull impriża ferrovjarja għandha tagħti aċċess għal:

(a)

il-kundizzjonijiet tat-trasport speċifikati fil-punt 4.4;

(b)

ir-regoli dwar il-biljettar ferrovjarju u l-kontroll tal-biljetti.

(2)

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, id-detentur tad-data, għandu jikkondividi d-deskrizzjoni tar-regoli dwar il-ħruġ tal-biljetti u l-ispezzjoni tal-biljetti bħala data strutturata b’format li jinqara minn magna, ma’ kull distributur jew emittent li jkun awtorizzat biex jerġa’ jikkollegaha mad-disponibbiltà tal-prodotti tiegħu, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tal-kontroll tal-biljetti.

L-aspetti relatati mal-interoperabbiltà teknika tal-kondiviżjoni tad-data korrispondenti huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

4.3.3.   Informazzjoni dwar il-kanali tal-bejgħ online tal-impriżi ferrovjarji

Meta parti kkonċernata tat-telematika involuta fl-ippjanar tal-vjaġġi bħala parti mill-proċessi tal-biljettar tippreżenta informazzjoni li tirriżulta minn ippjanar tal-vjaġġi bbażat fuq data aċċessata skont l-Artikoli 4 sa 6 għal prodotti ferrovjarji li hija la tkun awtorizzata tbigħ u lanqas tiddistribwixxi, din għandha mqar terġa’ tikkollega dik l-informazzjoni mal-kanali tal-bejgħ online msemmija fil-punt 4.2.1(2)(u).

4.4.   Kundizzjonijiet tat-trasport

4.4.1.   Ġenerali

(1)

Id-data relatata mal-kundizzjonijiet tat-trasport għandu jkun fiha l-informazzjoni elenkata fil-punti 4.4.2 sa 4.4.6.

(2)

Kull impriża ferrovjarja għandha, għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li topera, tagħti aċċess għad-data relatata mal-kundizzjonijiet tat-trasport skont l-Artikolu 6(1) għall-użu skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-NC-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva, jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

(3)

Kull impriża ferrovjarja għandha tippubblika u turi fuq is-sit web uffiċjali tagħha l-kundizzjonijiet tat-trasport applikabbli għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li topera.

(4)

Meta bejjiegħ bl-imnut jippreżenta servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, huwa għandu juri l-kundizzjonijiet tat-trasport fuq is-sit web u l-apps mobbli tiegħu, abbażi tad-data li jkollu aċċess għaliha f’konformità mal-punt (2) jew b’link għall-pubblikazzjoni ta’ impriża ferrovjarja rilevanti f’konformità mal-punt (3).

(5)

Is-sit web u l-applikazzjonijiet mobbli li jintużaw biex jintwerew il-kundizzjonijiet tat-trasport skont il-punti (4) u (5) għandhom ikunu perċepibbli, operabbli, komprensibbli u sodi f’konformità mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [P.6].

(6)

Il-preżentazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-trasport għandha tintwera b’mod identifikat u ċar, u għandha tkun aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/782 u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (7) (TSI PRM), kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(7)

Imqar sitt ijiem qabel ma jidħol fis-seħħ aġġornament tal-kundizzjonijiet tat-trasport ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji responsabbli għal dawk il-bidliet għandhom jagħtu aċċess għad-data korrispondenti skont l-Artikolu 6. L-impriżi ferrovjarji għandhom jelenkaw il-punti li jkunu nbidlu meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti. Għal kull bidla, huma għandhom iżommu l-aċċess għall-verżjoni preċedenti tad-data għal imqar sa sena wara l-applikazzjoni tal-bidla.

(8)

Il-kundizzjonijiet tat-trasport kondiviżi skont l-Artikolu 6(1) għandhom jikkostitwixxu:

(a)

format u mezz tekniku xieraq rispettivament skont it-tifsira tal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2021/782 għall-għoti tal-aċċess diġitali għall-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt bħala parti mill-informazzjoni ta’ qabel il-vjaġġ imsemmija fil-Parti I tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, u li qed jiġu ssodisfati l-obbligi korrispondenti skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(5) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

format diġitali li jinqara minn magna skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926, biex jingħata aċċess diġitali għall-kundizzjonijiet differenti msemmija fil-punt 1.3(a) tal-Anness ta’ dak ir-Regolament bħala parti mid-data statika tal-ivvjaġġar.

4.4.2.   Kundizzjonijiet għat-trasport tal-passiġġieri

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, il-bejjiegħ bl-imnut, għandha tiġbed l-attenzjoni tal-passiġġieri għall-informazzjoni li ġejja relatata mal-kundizzjonijiet għat-trasport tal-passiġġieri:

(a)

il-kundizzjonijiet tat-trasport tal-impriża ferrovjarja;

(b)

informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2021/782;

(c)

il-mezzi tal-ħlas aċċettati;

(d)

il-kundizzjonijiet tal-bejgħ u ta’ wara l-bejgħ, speċjalment għall-iskambju u r-rimborż tal-biljetti;

(e)

il-proċeduri għas-sottomissjoni tal-ilmenti mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/782 u f’konformità miegħu.

4.4.3.   Kundizzjonijiet tat-trasport u assistenza għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (“PRM”)

4.4.3.1.   Aċċessibbiltà tal-vetturi ferrovjarji

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, il-bejjiegħ bl-imnut, għandha tiġbed l-attenzjoni tal-passiġġieri għall-informazzjoni li ġejja relatata mal-aċċessibbiltà tal-vetturi ferrovjarji:

(a)

it-tipi ta’ ferrovija u n-numri tal-ferroviji li jkollhom faċilitajiet għall-PRM (in-numru tal-linja meta ma jkunx hemm numru tal-ferrovija disponibbli għall-pubbliku);

(b)

it-tipi u l-kwantitajiet minimi ta’ faċilitajiet għall-PRM fil-ferroviji kif speċifikat fit-TSI PRM, imsemmija fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, f’kundizzjonijiet operazzjonali normali;

(c)

il-metodi biex tintalab assistenza waqt l-imbark u l-iżbark mil-ferroviji, b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

(i)

il-perjodu ta’ avviż;

(ii)

il-punti tal-kuntatt biex tintalab assistenza, inkluż l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefown tal-uffiċċji tal-assistenza PRM;

(iii)

is-sigħat operatorji;

(iv)

il-kundizzjonijiet li skonthom tingħata l-assistenza f’konformità mal-Artikolu 23 u l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/782;

(d)

id-daqs u l-piż massimi tas-siġġijiet tar-roti, inkluż il-piż tal-passiġġier, permessi mingħajr preġudizzju għat-TSI PRM, kif imsemmija fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness;

(e)

il-kundizzjonijiet tat-trasport għall-persuni u/jew l-annimali li jakkumpanjawhom;

(f)

link għall-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-istazzjon ikun disponibbli f’konformità mal-punt 4.4.3.2.

4.4.3.2.   Aċċessibbiltà tal-istazzjonijiet

(1)

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, il-bejjiegħ bl-imnut, għandha tiġbed l-attenzjoni tal-passiġġieri għall-informazzjoni relatata mal-aċċessibbiltà tal-istazzjonijiet tat-tluq u tal-wasla abbażi tad-data dwar l-aċċessibbiltà msemmija fil-punt (2), meta disponibbli.

(2)

L-entità inkarigata mill-ġbir, miż-żamma u mill-iskambju tad-data dwar l-aċċessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 7a tat-TSI PRM, għandha tiġbor, tikkonverti u tittrasferixxi dik id-data lill-bażi tad-data dwar l-aċċessibbiltà tal-istazzjonijiet ferrovjarji Ewropej (“ERSAD”) ospitata mill-Aġenzija f’konformità mat-TSI PRM, kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness. Dik id-data għandha tiġi ttrasferita f’konformità mal-format stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.15] ta’ dan l-Anness, u skont il-kundizzjonijiet ta’ aċċess tal-liċenzja tal-Creative Commons BY-NC-ND 4.0 jew kwalunkwe liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva, jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

4.4.4.   Kundizzjoni għat-trasport ta’ bagalji

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, il-bejjiegħ bl-imnut, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-passiġġieri għall-informazzjoni relatata mal-kundizzjonijiet għat-trasport tal-bagalji, inkluż għat-trasport tal-bagalji meta jiġi offrut servizz għar-reġistrazzjoni tal-bagalji.

4.4.5.   Kundizzjonijiet għat-trasport tar-roti

(1)

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, il-bejjiegħ bl-imnut, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-passiġġieri għall-informazzjoni li ġejja relatata mal-kundizzjonijiet għat-trasport tar-roti, meta t-trasport tar-roti jiġi offrut f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/782:

(a)

it-tipi u n-numri tal-ferroviji li jippermettu t-trasport tar-roti u meta ma jkun disponibbli l-ebda numru tal-ferrovija għall-pubbliku, in-numru tal-linja, inkluż it-tipi u l-għadd ta’ roti permessi;

(b)

ħinijiet u perjodi partikolari meta t-trasport tar-roti jista’ jiġi ristrett, inklużi d-dettalji ta’ dik ir-restrizzjoni;

(c)

kwalunkwe tariffa applikabbli għat-trasport tar-roti;

(d)

jekk tkunx meħtieġa riżervazzjoni speċifika għal post tar-rota fuq il-ferrovija, u l-metodu li jrid jintuża biex jiġi riżervat post, inkluż dan li ġej:

(i)

il-perjodu ta’ avviż;

(ii)

dettalji tal-mezzi speċifiċi tal-bejgħ għar-riżervazzjoni ta’ post tar-rota u s-sigħat operatorji, jekk applikabbli;

(e)

informazzjoni aġġornata dwar id-disponibbiltà tal-kapaċità għat-trasport tar-roti.

(2)

Jekk it-trasport tar-roti ma jkunx offrut, l-impriża ferrovjarja għandha tindika dan.

4.4.6.   Kundizzjonijiet għat-trasport ta’ karozzi, muturi u dgħajjes (“karozzi”)

Kull impriża ferrovjarja jew, meta rilevanti, il-bejjiegħ bl-imnut, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-passiġġieri għall-informazzjoni li ġejja relatata mal-kundizzjonijiet għat-trasport tal-karozzi meta jiġi offrut servizz għat-trasport tal-karozzi:

(a)

it-tipi u n-numri tal-ferroviji li jippermettu t-trasport tal-karozzi;

(b)

il-ħinijiet u l-perjodi partikolari meta t-trasport tal-karozzi jkun disponibbli;

(c)

it-tariffi standard għat-trasport tal-karozzi, inkluż it-tariffi għall-akkomodazzjoni tal-passiġġieri meta l-akkomodazzjoni tiġi offruta mill-impriża ferrovjarja;

(d)

l-indirizz speċifiku u l-ħin għat-tagħbija tal-karozzi fuq il-ferrovija;

(e)

l-indirizz speċifiku u l-ħin tal-wasla tal-ferrovija fl-istazzjon tad-destinazzjoni għall-ħatt tal-karozzi minn fuq il-ferrovija;

(f)

id-daqs, il-piż u limitazzjonijiet oħra għat-trasport tal-karozzi.

4.5.   Disponibbiltà u riżervazzjonijiet

4.5.1.   Ġenerali

(1)

L-awtorizzazzjoni biex jiġi pprovdut servizz għal arranġamenti personalizzati kkonfermati, jiġifieri riżervazzjoni, bħal trasport, akkomodazzjoni jew assistenza, tista’, meta jintalab mid-distributur, tkun parti minn tranżazzjoni waħda li tgħaqqad il-kuntratt tat-trasport u tip speċifiku wieħed jew aktar ta’ assistenza jew tipi speċifiċi ta’ akkomodazzjoni.

(2)

Inkella, riżervazzjoni tista’ tikkonċerna, flimkien mal-kuntratt tat-trasport, il-bejgħ biss ta’ riżervazzjoni għal tip speċifikat ta’ assistenza jew ta’ xi tip ta’ akkomodazzjoni tal-passiġġieri bħal sit, couchette, kompartiment tal-irqad, sit ta’ prijorità jew spazju għal siġġu tar-roti. Tista’ tikkonċerna wkoll ir-riżervazzjoni ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri relatat mat-trasport ta’ bagalja jew karozza jew ir-riżervazzjoni ta’ post tar-roti.

(3)

Id-disponibbiltà ta’ prodott ferrovjarju għandha tirreferi għal prodott ferrovjarju li jista’ jinxtara minn passiġġier f’mument partikolari għal dawn li ġejjin:

(a)

tip speċifikat ta’ assistenza;

(b)

tip speċifikat ta’ akkomodazzjoni;

(c)

it-trasport ta’ bagalja, ta’ karozza jew ta’ rota;

(d)

prezz speċifiku soġġett għall-ġestjoni tar-rendiment.

(4)

Meta tariffa jew prodott ikunu soġġetti għal kontroll tad-disponibbiltà, iżda jkun inbiegħ kollu jew mhux disponibbli għax-xiri minn passiġġier f’mument partikolari għal ferrovija speċifika, l-informazzjoni dwar is-servizzi korrispondenti għandha tibqa’ disponibbli u tiġi offruta mid-distributur jew mill-bejjiegħ bl-imnut meta tintalab.

(5)

Distributur għandu jkun jista’ jikkombina b’mod ġust, trasparenti u nondiskriminatorju l-prodotti ferrovjarji miksuba mingħand impriża ferrovjarja waħda jew aktar jew mingħand distributuri oħra, indipendentement mill-impriżi ferrovjarji involuti. Id-distributur għandu jkun jista’ jirkupra l-informazzjoni dwar il-vjaġġ mingħand il-pjanifikatur tal-vjaġġ tiegħu u jiddetermina l-prezzijiet assoċjati jew il-firxa tal-prezzijiet għal kull parti tal-vjaġġ tal-passiġġieri, kollu kemm hu jew, meta applikabbli, għal partijiet minnu. Il-pjanifikatur tal-vjaġġ u l-magna tal-ipprezzar tad-distributur għandhom ikunu jistgħu jużaw id-data aċċessata skont l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Id-distributuri għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw id-disponibbiltà tal-prodotti ferrovjarji bis-sistema tal-attribuzzjoni tal-impriża ferrovjarja, u d-distributuri għandhom jippermettu li dawk il-prodotti ferrovjarji jiġu riżervati.

(6)

Bejjiegħ bl-imnut għandu jkun jista’ jikkombina b’mod ġust, trasparenti u nondiskriminatorju l-prodotti ferrovjarji miksuba mingħand distributur wieħed jew aktar.

(7)

Meta distributur jew bejjiegħ bl-imnut jikkombina prodotti ferrovjarji, huwa għandu jagħti struzzjonijiet lill-emittenti tal-biljetti korrispondenti biex jirrapportaw, f’konformità mal-punt 4.6, lill-impriżi ferrovjarji li joperaw is-servizzi tat-trasport relatati ma’ dawn il-biljetti dwar il-kombinamenti tal-biljetti.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kombinament ta’ prodotti mid-distributur jew mill-bejjiegħ bl-imnut, kif ukoll il-komunikazzjonijiet korrispondenti bejniethom, huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(9)

Ħlief għall-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-APIs li jridu jużaw id-distributuri biex jivverifikaw id-disponibbiltà ta’ prodott ferrovjarju jew jirriżervaw prodott ferrovjarju, stabbiliti fil-punt 4.5, l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-APIs użati għad-distribuzzjoni u għall-bejgħ ta’ prodott ferrovjarju huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u huma elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

4.5.2.   Talba għal disponibbiltà u riżervazzjoni

(1)

Kwalunkwe distributur għandu jiżgura li s-sistema tad-distribuzzjoni tiegħu tikkondividi t-talbiet tal-klijenti (bejjiegħa bl-imnut jew klijenti) għal disponibbiltà jew riżervazzjoni ta’ prodott ferrovjarju speċifikat mal-impriżi ferrovjarji kkonċernati permezz tas-sistemi tal-attribuzzjoni tagħhom, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.5] (8) u abbażi tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali.

(2)

F’konformità mal-Parti III tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/782, it-tipi differenti ta’ talbiet għal riżervazzjoni għandhom ikunu kif ġej:

(a)

talba għal disponibbiltà;

(b)

talba għal riżervazzjoni;

(c)

talba għal kanċellazzjoni parzjali;

(d)

talba għal kanċellazzjoni sħiħa.

(3)

Talba għal disponibbiltà kondiviża skont il-paragrafu (1) u l-Artikolu 6(4) għandha tikkostitwixxi mezz tekniku xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2021/782 għall-għoti tal-aċċess diġitali għall-operazzjonijiet fuq is-sistemi tar-riżervazzjoni msemmija f’dak ir-Regolament, l-Anness III, il-Parti III, u li qed jiġu ssodisfati l-obbligi korrispondenti skont l-Artikolu 10(5) ta’ dak ir-Regolament.

4.5.3.   Rispons dwar disponibbiltà u riżervazzjoni

(1)

Meta distributur ikun għamel talba għal disponibbiltà jew riżervazzjoni f’konformità mal-punt 4.5.2, l-impriżi ferrovjarji kkonċernati għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-attribuzzjoni tagħhom jikkondividu rispons mas-sistema tad-distribuzzjoni rikjedenti ta’ dan id-distributur għall-prodott ferrovjarju li jkun speċifika u f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.5] u abbażi tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali.

(2)

It-tipi differenti ta’ risponsi għal riżervazzjoni huma kif ġej:

(a)

tweġiba dwar disponibbiltà;

(b)

konferma ta’ talba għal riżervazzjoni;

(c)

konferma ta’ talba għal kanċellazzjoni parzjali;

(d)

konferma ta’ talba għal kanċellazzjoni sħiħa;

(e)

proposta ta’ sostituzzjoni;

(f)

tweġiba negattiva.

4.5.4.   Disponibbiltà u riżervazzjonijiet ta’ assistenza PRM

(1)

Kull impriża ferrovjarja u kull distributur għandhom jiżguraw li s-sistema tal-attribuzzjoni tagħhom u s-sistema tad-distribuzzjoni tagħhom rispettivament ikunu jippermettu l-kondiviżjoni tad-data relatata mat-trasport u l-assistenza PRM f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.10].

(2)

Kull impriża ferrovjarja għandha tiżgura li s-sistema tal-attribuzzjoni tagħha tippermetti li jinħareġ numru tal-konferma għar-riżervazzjoni ta’ assistenza PRM għal kull tluq u wasla ta’ kull servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri riżervat. Numru tal-konferma jagħti l-garanzija u l-kunfidenza lill-passiġġier li l-assistenza se tingħatalhom u jistabbilixxi l-akkontabbiltà u r-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja għall-għoti tal-assistenza.

4.5.5.   Disponibbiltà u riżervazzjonijiet għall-postijiet tar-roti

Imqar għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, meta tkun meħtieġa riżervazzjoni għall-postijiet tar-roti f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/782, kull impriża ferrovjarja għandha tiżgura li s-sistema tal-attribuzzjoni tagħha tkun tista’ timmaniġġa kontroll tad-disponibbiltà jew riżervazzjoni ta’ postijiet tar-roti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punti 4.5.2 u 4.5.3 ta’ dan l-Anness.

4.5.6.   Disponibbiltà u riżervazzjonijiet għat-trasport tal-karozzi

Imqar għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li joffru t-trasport tal-karozzi, kull impriża ferrovjarja għandha tiżgura li s-sistema tal-attribuzzjoni tagħha tkun tista’ twettaq kontroll tad-disponibbiltà jew riżervazzjoni ta’ trasport tal-karozzi f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punti 4.5.2 u 4.5.3.

4.6.   Ħruġ ta’ biljetti għad-distribuzzjoni tal-prodotti

L-emittent huwa responsabbli li joħroġ biljetti f’konformità mal-punti 4.6.1, 4.6.2 u 4.6.3, inkluż għar-rapportar ta’ biljetti li jkun ħareġ għal servizz tat-trasport tal-passiġġieri lill-impriżi ferrovjarji li joperaw dan is-servizz tat-trasport.

4.6.1.   Elementi tas-sigurtà għat-twassil elettroniku

(1)

Kull emittent ta’ biljett jew ta’ riżervazzjoni għal servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri għandu jiġġenera d-data tas-sigurtà f’konformità mal-ispeċifikazzjoni referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.12], malli d-data dwar l-istatus tad-distribuzzjoni u dwar it-tranżazzjoni tal-bejgħ tkun intbagħtet b’suċċess lis-sistema tad-distribuzzjoni tad-distributur.

(2)

Biex ikun żgurat li l-awtentiċità tal-elementi tas-sigurtà tkun tista’ tiġi verifikata mill-organizzazzjonijiet rilevanti tal-kontroll tal-biljetti, l-emittent għandu joħloq dawk l-elementi tas-sigurtà għat-twassil elettroniku permezz ta’ infrastruttura tal-kjavi pubblika (PKI) f’konformità mal-punt 1.3(b).

4.6.2.   Referenza tad-dossier

(1)

Kull emittent għandu jipproduċi referenza tad-dossier f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.5], biex jirrapporta l-biljetti jew ir-riżervazzjonijiet li jkun ħareġ lill-impriżi ferrovjarji kkonċernati. Kull emittent għandu jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

jorbot ir-referenza tad-dossier mad-data kollha dwar il-biljett;

(b)

jirreġistra r-referenza tad-dossier fis-sistema tal-attribuzzjoni tal-impriżi ferrovjarji kkonċernati;

(c)

jinkludi r-referenza tad-dossier fuq il-biljett jew ir-riżervazzjoni tal-passiġġier.

(2)

Kull emittent għandu jwettaq il-proċess stabbilit fil-punt (1) malli d-data dwar l-istatus tad-distribuzzjoni u t-tranżazzjoni tal-bejgħ tkun intbagħtet b’suċċess lis-sistema tad-distribuzzjoni tad-distributur.

4.6.3.   Tipi u formati tal-biljetti

(1)

Kull impriża ferrovjarja u organizzazzjoni għall-kontroll tal-biljetti għandha mqar taċċetta biljetti maħruġa b’mod elettroniku f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.11], ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-biljett ma jkunx xieraq għall-vjaġġ tal-passiġġieri li jkun qed isir;

(b)

l-organizzazzjoni għall-kontroll tal-biljetti jkollha raġunijiet raġonevoli biex tissuspetta frodi;

(c)

il-biljett ma jkunx qed jintuża f’konformita mal-kundizzjonijiet tat-trasport imsemmija fil-punt 4.4.

(2)

Kull emittent għandu mqar ikun jista’ juża wieħed mit-tipi u l-formati tal-biljetti, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.11], biex joħroġ biljett għall-prodott ferrovjarju mixtri lill-passiġġier.

(3)

L-istess tipi u formati tal-biljett għandhom jiġu aċċettati mill-impriżi ferrovjarji kemm għall-bejgħ imwettaq minn waħda mill-impriżi ferrovjarji involuti (“bejgħ dirett”) kif ukoll għall-bejgħ imwettaq minn emittent indipendenti (“bejgħ indirett”).

4.6.4.   Kontroll tal-biljetti u modifika fl-istat tal-biljetti

L-organizzazzjonijiet għall-kontroll tal-biljetti li jkunu rċevew ċertifikati tas-sigurtà għall-biljetti maħruġa mill-emittent għandhom jikkondividu d-data dwar il-kontroll tal-biljetti u l-bidliet fl-istat tal-biljetti mal-emittenti tal-biljetti f’konformità mal-punti 4.6.4.1 u 4.6.4.2.

4.6.4.1.   Annotazzjoni tal-biljetti

(1)

Il-messaġġi biex wieħed isib il-biljetti online (“RetrieveTicketRequest”; “RetrieveTrainTicketRequest”) u l-messaġġ ta’ annotazzjoni tal-biljetti (“AddAnnotationRequest”) għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.14].

(2)

Organizzazzjoni ta’ kontroll tal-biljetti għandha tibgħat lill-emittent tal-biljett li tikkontrolla messaġġ biex isib dan il-biljett online (“RetrieveTicketRequest”; “RetrieveTrainTicketRequest”).

(3)

Organizzazzjoni ta’ kontroll tal-biljetti għandha tibgħat annotazzjoni tal-biljetti (“AddAnnoationRequest”) lill-emittent tal-biljetti li tikkontrolla u lil organizzazzjonijiet oħra ta’ kontroll tal-biljetti involuti fil-kontroll ta’ dan il-biljett.

4.6.4.2.   Talba għal rimborż jew kumpens

(1)

Is-sistema tad-distribuzzjoni rikjedenti tad-distributur għandha tibgħat it-talbiet għal rimborż u kumpens f’isem il-passiġġieri lis-sistema tal-attribuzzjoni tal-impriżi ferrovjarji kkonċernati fir-rigward tal-biljett jew tal-biljett kumulattiv rilevanti.

(2)

L-istruttura tat-talbiet għal rimborż jew kumpens tal-passiġġieri għandha tkun konformi mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/949 (9). L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għall-kondiviżjoni interoperabbli tad-data bejn distributur u l-impriża ferrovjarja kkonċernata huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

4.7.   Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri bil-ferrovija matul il-vjaġġ

4.7.1.   Informazzjoni fl-istazzjon

4.7.1.1.   Ġenerali

(1)

Kull meniġer tal-istazzjon għandu jagħti informazzjoni viżiva u moqrija lill-passiġġieri fl-istazzjon skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2021/782 dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri; u din trid tkun aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/782 u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-TSI PRM, kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(2)

Kull meniġer ta’ stazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew id-detentur tad-data għandhom jintegraw l-informazzjoni li jkollhom fir-rigward tal-istazzjon, inkluż il-pjattaformi, u meta rilevanti s-sezzjonijiet tal-pjattaforma, fejn il-ferroviji jkunu maħsuba li jieqfu, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċijiet [P.2] u [P.4], ta’ dan l-Anness mal-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-wasla u t-tluq tal-ferroviji:

(a)

it-traffiku ferrovjarju abbażi tad-data li jkun hemm fil-messaġġi riċevuti skont il-punt 2.6;

(b)

il-kompożizzjoni tal-ferrovija abbażi tad-data li jkun hemm fil-messaġġi riċevuti skont il-punt 2.5.1.

(3)

Kull meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew id-detentur tad-data għandu jagħti aċċess għall-informazzjoni integrata skont il-punt (2) lil partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika f’konformità mal-Artikolu 4 u mill-punti tal-aċċess nazzjonali, għall-użu skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja Creative Commons BY-ND 4.0 jew xi liċenzja miftuħa oħra ekwivalenti jew anqas restrittiva, jew xi kundizzjoni tal-aċċess ekwivalenti jew anqas restrittiva miftiehma b’mod reċiproku mill-partijiet ikkonċernati involuti.

(4)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt (1) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-TSI PRM, kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, għall-istazzjonijiet fejn is-sistemi tal-informazzjoni, jiġifieri s-sistemi tal-avviżi bil-vuċi jew l-apparati viżivi dinamiċi bħala skrins, jiġu mġedda, aġġornati jew installati mill-ġdid.

(5)

Kull meniġer tal-istazzjon jew, meta rilevanti, il-meniġer tal-infrastruttura jew id-detentur tad-data għandhom jiddeċiedu f’konformità mal-Artikolu 15, il-paragrafi (3) u (4), dwar il-punti li ġejjin:

(a)

it-tip ta’ sistemi tal-informazzjoni, jiġifieri s-sistemi tal-avviżi bil-vuċi jew l-apparati viżivi dinamiċi bħala skrins, installati;

(b)

il-mument meta tingħata l-informazzjoni;

(c)

il-lokazzjoni fl-istazzjon fejn ikunu installati s-sistemi tal-informazzjoni.

4.7.1.2.   Tluq tal-ferroviji

Kull meniġer tal-istazzjon għandu jagħti mqar l-informazzjoni li ġejja lill-passiġġieri fl-istazzjon dwar it-tluq tal-ferroviji:

(a)

it-tip ta’ ferrovija u n-numru tal-ferrovija;

(b)

stazzjonijiet tad-destinazzjoni;

(c)

il-waqfiet kollha fi stazzjonijiet intermedji u s-servizzi ta’ konnessjoni ewlenin tagħhom tat-trasport tal-passiġġieri;

(d)

il-ħin tat-tluq;

(e)

il-pjattaforma jew il-binarju tat-tluq;

(f)

il-korrispondenza bejn is-sezzjonijiet tal-pjattaforma u n-numri tat-trasport, inkluż, meta applikabbli, is-servizzi u l-faċilitajiet assoċjati abbord.

4.7.1.3.   Wasliet tal-ferroviji

Kull meniġer tal-istazzjon għandu jagħti mqar l-informazzjoni li ġejja lill-passiġġieri fl-istazzjon dwar il-wasla tal-ferroviji:

(a)

it-tip ta’ ferrovija u n-numru tal-ferrovija;

(b)

l-istazzjonijiet tal-oriġini;

(c)

il-waqfiet kollha fi stazzjonijiet intermedji;

(d)

il-ħin tal-wasla;

(e)

il-pjattaforma jew il-binarju tal-wasla.

4.7.1.4.   Devjazzjonijiet mill-informazzjoni skedata

(1)

Meta servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jiddevja mill-iskeda operatorja, il-meniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-meniġers tal-istazzjonijiet fi żmien xieraq dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar, u dwar id-devjazzjonijiet mill-informazzjoni skedata kif stabbilit fil-punt (3) u f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(2)

F’każ ta’ devjazzjoni mill-informazzjoni skedata, kull meniġer tal-istazzjon għandu jagħti informazzjoni fil-ħin reali lill-passiġġieri fl-istazzjon dwar iċ-ċirkolazzjoni u ta’ previżjoni. Id-devjazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu identifikati b’mod ċar għall-attenzjoni tal-passiġġieri fl-istazzjon.

(3)

Id-devjazzjonijiet mill-informazzjoni skedata għandhom jinkludu mqar l-informazzjoni li ġejja abbażi tad-data dwar it-traffiku ferrovjarju kif stabbilit fil-punt 2.6:

(a)

id-dewmien u r-raġunijiet għad-dewmien, jekk ikunu magħrufa, bħala parti mill-kawża tad-dewmien ta’ ferrovija;

(b)

il-bidla tal-binarju jew tal-pjattaforma, bħala parti mill-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ ferrovija;

(c)

il-kanċellazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ ferrovija u r-ridirezzjonar tar-rotta, bħala parti mill-informazzjoni dwar il-modifika tal-vjaġġ ta’ ferrovija.

4.7.2.   Informazzjoni fil-vettura

(1)

Kull impriża ferrovjarja għandha tipprovdi informazzjoni tal-klijent aġġornata lill-passiġġieri fil-vettura skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2021/782, li tkun aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/782 u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-TSI PRM, kif imsemmija fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness. Din l-informazzjoni għandha tiġi integrata abbażi tad-data dwar it-traffiku ferrovjarju li jkun hemm fil-messaġġi riċevuti skont il-punt 2.6 ta’ dan l-Anness.

(2)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt (1) għandhom japplikaw, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-TSI PRM, kif imsemmi fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, għall-vetturi ferrovjarji ġodda u għall-vetturi ferrovjarji mġedda jew imtejba meta s-sistemi tal-informazzjoni, jiġifieri s-sistemi tal-avviżi bil-vuċi jew l-iskrins, jiġu mġedda, aġġornati jew installati mill-ġdid.

(3)

Kull impriża ferrovjarja għandha tipprovdi mqar l-informazzjoni li ġejja lill-passiġġieri fil-vettura:

(a)

fl-istazzjon tat-tluq u fi kwalunkwe waqfa fi stazzjon intermedju ’l quddiem:

(i)

it-tip ta’ ferrovija u n-numru tal-ferrovija;

(ii)

id-destinazzjonijiet finali;

(iii)

il-waqfiet kollha fi stazzjonijiet intermedji ’l quddiem;

(iv)

il-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali u fi kwalunkwe waqfa fi stazzjon intermedju ’l quddiem;

(b)

il-ħin stmat tat-tluq, ir-raġunijiet għad-dewmien, jekk ikunu magħrufa, u informazzjoni oħra dwar l-interruzzjoni;

(c)

isem l-istazzjon li jkun imiss qabel il-wasla fi kwalunkwe waqfa fi stazzjon intermedju;

(d)

qabel il-wasla fi kwalunkwe waqfa fi stazzjon intermedju ewlieni u fid-destinazzjoni finali:

(i)

l-isem tal-istazzjon li jkun imiss;

(ii)

il-ħin tal-wasla skedat;

(iii)

il-ħin stmat tal-wasla, ir-raġunijiet għad-dewmien, jekk ikunu magħrufa, u informazzjoni oħra dwar l-interruzzjoni;

(iv)

is-servizzi ewlenin ta’ konnessjoni li jkun imiss tat-trasport tal-passiġġieri, fid-diskrezzjoni tal-impriża ferrovjarja.

(4)

Kull impriża ferrovjarja għandha tiddeċiedi dwar:

(a)

it-tip ta’ sistemi tal-informazzjoni, jiġifieri l-iskrins u s-sistemi tal-avviżi bil-vuċi, installati;

(b)

il-mument meta tingħata l-informazzjoni;

(c)

il-lokazzjoni fil-ferrovija fejn ikunu installati s-sistemi tal-informazzjoni.

4.8.   Data ta’ referenza komuni għall-biljettar ferrovjarju

(1)

L-Aġenzija għandha timmaniġġja l-listi tal-kodiċijiet komuni li ġejjin għall-biljettar ferrovjarju bħala data ta’ referenza komuni f’konformità mal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 u l-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [105] u tagħti aċċess għalihom għall-użu skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja EUPL 1.2:

(a)

id-data ta’ referenza għas-sistemi tar-riżervazzjoni Ewropej;

(b)

id-data ta’ referenza tal-kodiċijiet għad-data tal-iskeda tal-passiġġieri;

(c)

id-data ta’ referenza tal-kodiċijiet għad-data dwar it-tariffi;

(d)

elementi tal-katalgu tad-data;

(e)

lista tal-kodiċijiet tal-passiġġieri;

(f)

kwalunkwe data oħra u lista tal-kodiċijiet meħtieġa għall-użu tad-dokumenti tekniċi referenzjati fl-Appendiċi C.

(2)

Il-listi tal-kodiċijiet komuni għall-biljettar ferrovjarju għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

4.9.   Kondiviżjoni tad-data ma’ partijiet ikkonċernati oħra

Għall-fini tal-kondiviżjoni tad-data mill-meniġers tal-infrastruttura, il-meniġers tal-istazzjonijiet u l-impriżi ferrovjarji ma’ partijiet ikkonċernati oħra tat-telematika li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-konnessjonijiet bejn is-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u modi oħra tat-trasport tal-passiġġieri u ta’ modi oħra tat-trasport immexxija bħala parti minn servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jew minflokhom, ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4 ta’ dan l-Anness japplikaw għad-data kondiviża skont l-Artikolu 4. Tali data għandha tikkonforma biss mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin referenzjati fl-Appendiċi C:

(a)

għal-lokazzjonijiet ta’ referenza speċifikati fil-punt 1.2.2: l-indiċi [P.1];

(b)

għad-data tal-iskeda tal-passiġġieri speċifikata fil-punt 4.2: l-indiċi [P.2] u l-indiċi [P.4];

(c)

għad-data dwar it-tariffi speċifikata fil-punt 4.3: l-indiċi [P.3] u l-indiċi [B.16];

(d)

għad-data relatata mal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri tul il-vjaġġ bil-ferrovija, inkluż id-data dinamika dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926: l-indiċi [P.5] ibbażat fuq l-informazzjoni li jkun hemm fil-messaġġi msemmija fil-punt 2.6.1(1).

5.   LISTA TA’ KAŻIJIET SPEĊIFIĊI

5.1.   Ġenerali

(1)

L-impriżi ferrovjarji soġġetti għal awtovalutazzjoni pożittiva f’konformità mal-Artikolu 18 ma għandhomx jitwaqqfu minn każ speċifiku milli jaċċessaw in-network korrispondenti.

(2)

Il-każijiet speċifiċi kif elenkati fil-punt 5.2 jiddeskrivu dispożizzjonijiet speċjali li huma meħtieġa u awtorizzati fuq networks partikolari ta’ kull Stat Membru u jinkludu rekwiżiti ta’ interfaċċa soġġetti għal każijiet speċifiċi ddikjarati f’atti oħra adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/797 jew id-Direttiva (UE) 2016/798. Il-każijiet speċifiċi huma kklassifikati bħala wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

każ “P”: permanenti;

(b)

każ “T”: temporanju, meta r-rekwiżiti korrispondenti tal-interoperabbiltà jridu jiġu ssodisfati sa data speċifikata.

5.2.   Lista ta’ każijiet speċifiċi

Ma hemm l-ebda każ speċifiku indikat għal din it-TSI.


(1)  Id-data ta’ referenza komuni relatata ma’ aspetti tal-biljettar hija speċifikata fil-punt 4.8.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1614/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/665/oj).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1300/oj).

(8)  Għat-talbiet għal disponibbiltà jew riżervazzjoni ta’ assistenza PRM u t-tweġibiet sussegwenti, l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli huma minflok stabbiliti fil-punt 4.5.4.

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/949 tas-27 ta’ Marzu 2024 li jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet tal-passiġġieri tal-ferroviji għal rimborż u kumpens f’każ ta’ dewmien, konnessjonijiet mitlufa u kanċellazzjonijiet ta’ servizzi ferrovjarji f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/949, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/949/oj).


Appendiċi A

INTERFAĊĊI FIR-RIGWARD TA’ SUBSISTEMI OĦRA

L-interfaċċi tas-subsistema tal-“applikazzjonijiet telematiċi” fir-rigward ta’ subsistemi oħra huma deskritti hawn taħt.

A.1   REKWIŻITI TAL-INTEROPERABBILTÀ RELATATI MAL-AĊĊESSIBBILTÀ

It-tabella ta’ hawn taħt tistabbilixxi r-rabtiet bejn ir-rekwiżiti fl-Anness ta’ din it-TSI (it-“TSI tat-Telematika”) u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 (it-“TSI PRM”).

Rekwiżit

Referenza fit-TSI tat-Telematika

Referenza fit-TSI PRM

Faċilitajiet għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (PRM)

4.4.3.1

Aċċessibbiltà tal-vetturi ferrovjarji

4.2.2

Subsistema tal-vetturi ferrovjarji

Siġġu tar-roti

4.4.3.1

Aċċessibbiltà tal-vetturi ferrovjarji

App. M

Siġġu tar-roti li jista’ jinġarr fuq il-ferrovija

Data dwar l-aċċessibbiltà

4.4.3.2

Aċċessibbiltà tal-istazzjonijiet

7.2.1.1

Inventarju tal-assi – infrastruttura

Informazzjoni tal-klijent

4.4.1

Kundizzjonijiet tat-trasport

4.2.1.10

Informazzjoni viżiva

4.7.1

Informazzjoni fl-istazzjon

4.2.1.11

Informazzjoni bil-vuċi

4.7.2

Informazzjoni fil-vettura

4.2.2.7

Informazzjoni tal-klijent

 

 

4.4.1

Regoli operazzjonali – subsistema tal-infrastruttura

 

 

4.4.2

Regoli operazzjonali – subsistema tal-vetturi ferrovjarji

4.7.1.1(3)

Informazzjoni fl-istazzjon

7.1

Applikazzjoni ta’ din it-TSI [PRM] għal infrastruttura u vetturi ferrovjarji ġodda

4.7.2(2)

Informazzjoni fil-vettura

7.2

Applikazzjoni ta’ din it-TSI [PRM] għal infrastruttura u vetturi ferrovjarji eżistenti

A.2   REKWIŻITI TAL-INTEROPERABBILTÀ RELATATI MAL-ĠESTJONI TAL-KAPAĊITÀ, IL-PREPARAZZJONI TAL-FERROVIJI U L-ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU

It-tabella ta’ hawn taħt tistabbilixxi r-rabtiet bejn ir-rekwiżiti tal-Anness ta’ din it-TSI (it-“TSI tat-Telematika”) u l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 (it-“TSI OPE”).

Rekwiżit

Referenza fit-TSI tat-Telematika

Referenza fit-TSI OPE

Identifikazzjoni tal-ferroviji

2.1

Identifikaturi tal-oġġetti

4.2.3.2

Identifikazzjoni tal-ferroviji

Allokazzjoni tal-kapaċità

2.3

Allokazzjoni tal-kapaċità

4.2.3.1

Ippjanar u skedi tal-ferroviji

4.2.3.2

Identifikazzjoni tal-ferroviji

Restrizzjonijiet jew modifika temporanji

2.4.4

Pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità

4.2.1.2.2

Ktieb tar-rotot

4.8.1

Informazzjoni addizzjonali dwar l-infrastruttura

Preparazzjoni tal-ferroviji

2.5.1

Kompożizzjoni tal-ferrovija

4.2.2.5.2

Kompożizzjoni tal-ferrovija

4.2.2.7

L-iżgurar li l-ferrovija qed taħdem sew

Appendiċi J

Kompożizzjoni tal-ferrovija

2.5.2

Ferrovija lesta

4.2.3.3

Tluq tal-ferrovija

Rapportar tal-ferrovija

2.5.3

Previżjoni tal-preparatezza ta’ ferrovija

4.2.3.4.2

Rapportar tal-ferrovija

2.6.3

Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ ferrovija

2.6.4

Informazzjoni ta’ previżjoni tal-ferroviji

3.2.3

Informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni

4.2.3.4.4

Kwalità operazzjonali

Appendiċi E

Eżattezza tal-informazzjoni ta’ previżjoni tal-movimenti tal-ferroviji u tal-vaguni

2.6.8

Rendikont tad-data dwar it-traffiku ferrovjarju

4.2.3.5

Reġistrazzjoni tad-data

Rapportar dwar il-vaguni tal-merkanzija

3.2.1.3

Vagun lest għall-moviment

4.2.2.4.1

Sikurezza tat-tagħbija

A.3   REKWIŻITI TAL-INTEROPERABBILTÀ RELATATI MAL-ISTORBJU

It-tabella li ġejja tistabbilixxi r-rabtiet bejn ir-rekwiżiti fl-Anness ta’ din it-TSI (it-“TSI tat-Telematika”) u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1304/2014 (it-“TSI NOI”).

Rekwiżit

Referenza fit-TSI tat-Telematika

Referenza fit-TSI NOI

Allokazzjoni tal-kapaċità

2.3

Allokazzjoni tal-kapaċità

Appendiċi D

Rotot anqas storbjużi

Preparazzjoni tal-ferroviji

2.5.1

Kompożizzjoni tal-ferrovija

4.4.

Regoli speċifiċi għall-operazzjoni tal-vaguni fuq rotot anqas storbjużi

7.2.2

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-applikazzjoni ta’ din it-TSI għall-vaguni eżistenti

A.4   REKWIŻITI TAL-INTEROPERABBILTÀ RELATATI MAL-KONTROLL-KMAND U S-SINJALAZZJONI

It-tabella li ġejja tistabbilixxi r-rabtiet bejn ir-rekwiżiti fl-Anness ta’ din it-TSI (it-“TSI tat-Telematika”) u fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1695 (it-“TSI CCS”).

Rekwiżit

Referenza fit-TSI tat-Telematika

Referenza fit-TSI CCS

Preparazzjoni tal-ferroviji

2.5.2

Ferrovija lesta

4.2.4.2

Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali

4.2.2

Funzjonalità tal-ETCS abbord

A.5   REKWIŻITI TAL-INTEROPERABBILTÀ RELATATI MAL-ENERĠIJA

It-tabella li ġejja tistabbilixxi r-rabtiet bejn ir-rekwiżiti fl-Anness ta’ din it-TSI (it-“TSI tat-Telematika”) u fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 (it-“TSI ENE”).

Rekwiżit

Referenza fit-TSI tat-Telematika

Referenza fit-TSI ENE

Preparazzjoni tal-ferroviji

2.5.1

Kompożizzjoni tal-ferrovija

4.2.17

Sistema tal-ġbir tad-data dwar l-enerġija fuq l-art

A.6   REKWIŻITI TAL-INTEROPERABBILTÀ RELATATI MAL-LOKOMOTTIVI U L-VETTURI FERROVJARJI TAL-PASSIĠĠIERI

It-tabella li ġejja tistabbilixxi r-rabtiet bejn ir-rekwiżiti fl-Anness ta’ din it-TSI (it-“TSI tat-Telematika”) u fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (it-“TSI Loc&Pas”).

Rekwiżit

Referenza fit-TSI tat-Telematika

Referenza fit-TSI Loc&Pas

Preparazzjoni tal-ferroviji

2.5.1

Kompożizzjoni tal-ferrovija

4.2.8.2.8

Sistema tal-kejl tal-enerġija abbord


Appendiċi B

LISTA TA’ PUNTI MIFTUĦA

It-tabella li ġejja tistabbilixxi r-rekwiżiti u l-proċeduri tal-ittestjar għas-subsistema tat-telematika li huma punti miftuħa f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Anki l-proċeduri tal-ittestjar li jridu jiġu applikati biex tiġi vvalutata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti huma punti miftuħa.

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt miftuħ

Rekwiżiti

1.1

Livelli addizzjonali ta’ integrità u dipendabbiltà għad-data li trid tintuża għas-sikurezza tal-operazzjonijiet

1.7.1

Interfaċċi tal-utenti tal-web għall-ġestjoni tal-kapaċità, il-preparazzjoni tal-ferroviji, u l-ġestjoni tat-traffiku

1.7.2

Interfaċċi tal-utenti tal-web għall-ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom

2.1.7(3)

Identifikazzjoni tal-movimenti tax-shunting

2.2

Ġestjoni strateġika tal-kapaċità tal-infrastruttura

2.3.1(4)

Ippjanar tax-shunting u tal-istabling

2.3.1(5)

Koordinazzjoni ta’ proċessi b’diversi networks fil-qasam tal-ġestjoni tal-kapaċità

2.3.1(8)

Limitu taż-żmien għal talba ad hoc għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura

2.3.9

Proċess ta’ koordinazzjoni tal-allokazzjoni tal-kapaċità

2.4.1

Koordinazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità

2.4.2

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati minn restrizzjonijiet tal-kapaċità ppjanati

2.4.3

Pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità

2.6.7(2)

Modifika ta’ sezzjoni tal-mogħdija

3.1.2

Sistemi ta’ riżervazzjoni, ta’ ħlas u ta’ fatturazzjoni għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija

3.2.1.1(4)

Pożizzjonament ibbażat fuq il-ġeolokalizzazzjoni tal-vaguni tal-merkanzija

3.2.1.3(5)

Tagħbija lesta għall-moviment

3.2.2

Moviment tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali

4.2.2.4

Kalkolu tal-ħinijiet tal-konnessjoni u l-ħinijiet addizzjonali għaċ-check-in

4.3.2(2)

Ġestjoni tar-regoli dwar il-biljettar ferrovjarju u l-kontroll tal-biljetti

4.5.1(7)

Kombinament tal-prodotti ferrovjarji mid-distributur jew mill-bejjiegħ bl-imnut, u l-komunikazzjonijiet bejniethom

4.5.1(8)

APIs użati għad-distribuzzjoni u għall-bejgħ ta’ prodott ferrovjarju, ħlief għall-kontroll tad-disponibbiltà jew ir-riżervazzjoni tiegħu

4.6.4.2(2)

Talbiet għal rimborż jew kumpens

Proċeduri tal-ittestjar

Appendiċi D.3.B(1)

Proċeduri tal-ittestjar għad-data dwar it-tariffi

Appendiċi D.3.C(1)

Proċeduri tal-ittestjar għall-kontroll tad-disponibbiltà u r-riżervazzjoni


Appendiċi C

LISTA TA’ STANDARDS U DOKUMENTI TEKNIĊI REFERENZJATI

C.0   VERŻJONAR SEMANTIKU TAD-DOKUMENTI TEKNIĊI

(1)

Filwaqt li l-verżjonijiet bażi biss tad-dokumenti tekniċi huma elenkati hawn taħt, meta l-manutenzjoni ta’ dokument tekniku twassal għal rilaxx minuri jew ta’ manutenzjoni,, l-Aġenzija tista’ toħroġ dan bħala mezz aċċettabbli ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 12(2).

(2)

Meta aġġornament ta’ dokument tekniku jiskatta linja bażi ġdida, dak l-aġġornament għandu jinkludi perjodu tat-tranżizzjoni indikattiv għall-applikazzjoni sakemm issir reviżjoni ulterjuri ta’ dan ir-Regolament li taġġorna r-referenzi elenkati fit-Tabelli C.1 sa C.4.

C.1   LISTA TA’ DOKUMENTI TEKNIĊI REFERENZJATI KOMUNI

Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[1]

Ontoloġija tal-ERA – Verżjoni 4

Ontoloġija tas-sistema ferrovjarja

 

 

1.4

Dominju: it-telematika

[2]

ERA/TD/CCT – Verżjoni 2

Kodifikazzjoni ta’ trasport ikkombinat

 

Identifikaturi tal-ILUs

3.3.3(3)(a)

2.3.1

 

Tip ta’ ILUs

3.3.3(3)(b)

 

Kompatibbiltà tal-vaguni tal-merkanzija mal-ILUs u r-rotot

3

 

Ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-ILUs

3.3.3(5)(a)

2.3.2


Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[100]

ERA-TD-100 – Verżjoni 4

Illustrazzjonijiet u dijagrammi tas-sekwenza tal-messaġġi telematiċi

 

Allokazzjoni tal-kapaċità

2.3

2

 

Preparazzjoni tal-ferroviji

2.5

3

 

Data dwar it-traffiku ferrovjarju

2.6

4, 5

 

Nota ta’ konsenja

3.1.1

6

 

Moviment tal-vaguni tal-merkanzija

3.2.1

7

 

Disponibbiltà u riżervazzjoni

4.5

8

 

Disponibbiltà u riżervazzjoni ta’ assistenza PRM

4.5.4

9

[103]

ERA-TD-103 – Verżjoni 4

Data ta’ referenza

 

Data ta’ referenza komuni

 

Data ta’ referenza tal-organizzazzjonijiet

1.2.1

3, 5, 8

 

Data ta’ referenza tal-lokazzjonijiet

1.2.2

3, 4, 8

 

Data ta’ referenza speċifika għall-merkanzija

 

Data ta’ referenza tal-vetturi ferrovjarji

3.3.2

3, 6, 8

 

Data ta’ referenza tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali

3.3.3

3, 7, 8


Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[105]

ERA-TD-105 – Verżjoni 4

Mudell tad-data u tal-messaġġi XSD

 

Preżentazzjoni tad-data

1.4(2)(a)

Telematics_catalogue

 

Data ta’ referenza komuni għall-biljettar ferrovjarju

 

Data ta’ referenza għas-sistemi tar-riżervazzjoni Ewropej

4.8

Passenger_codelist

 

Data ta’ referenza tal-kodiċijiet għad-data tal-iskeda tal-passiġġieri

 

Data ta’ referenza tal-kodiċijiet għad-data dwar it-tariffi

 

Katalgu tas-sett tad-data tal-messaġġi

 

Lista ta’ kodiċijiet tal-passiġġieri

[106]

ERA-TD-106 – Verżjoni 4

Infrastruttura tal-kjavi pubblika (PKI)

 

Kriptaġġ asimetriku jew simetriku, infrastruttura tal-kjavi pubblika (“PKI”)

1.3(b)

6, 7, 8, 9

C.2   LISTA TA’ DOKUMENTI TEKNIĊI REFERENZJATI SPEĊIFIĊI GĦALL-KONDIVIŻJONI TAD-DATA RIGWARD IL-ĠESTJONI TAL-KAPAĊITÀ, IL-PREPARAZZJONI TAL-FERROVIJI, U L-ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU

Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[104]

ERA-TD-104 – Verżjoni 4

Interfaċċa komuni

 

Interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (“API”)

1.7

kollha

C.3   LISTA TA’ DOKUMENTI TEKNIĊI REFERENZJATI GĦALL-KONDIVIŻJONI TAD-DATA SPEĊIFIKA GĦALL-ĠESTJONI TAL-VAGUNI TAL-MERKANZIJA U T-TAGĦBIJA TAGĦHOM

Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[102]

ERA-TD-102 – Verżjoni 4

Bażi tad-data operazzjonali komuni tal-vaguni u tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali (“WIMO”)

 

Bażi tad-data operazzjonali komuni tal-vaguni u tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali (“WIMO”)

3.3.4.1

kollha

C.4   LISTA TA’ SPEĊIFIKAZZJONIJIET REFERENZJATI SPEĊIFIĊI GĦALL-BILJETTAR FERROVJARJU FIR-RIGWARD TAS-SERVIZZI TAT-TRASPORT FERROVJARJU TAL-PASSIĠĠIERI U L-INFORMAZZJONI DWAR L-IVVJAĠĠAR TAL-PASSIĠĠIERI BIL-FERROVIJA

C.4.A   Lista ta’ standards referenzjati

Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[P.1]

CEN/TS 16614-1:2025

Trasport pubbliku – Network u Skambju tal-Iskeda tal-Ħin (NeTEx) – Parti 1: Format tal-iskambju tat-topoloġija tan-network tat-trasport pubbliku

 

Kondiviżjoni tad-data ta’ referenza dwar il-lokazzjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport

4.9

kollha

[P.2]

CEN/TS 16614-2:2025

Trasport pubbliku – Network u Skambju tal-Iskeda tal-Ħin (NeTEx) – Parti 2: Format tal-iskambju tal-iskedi tal-ħin skedati tat-trasport pubbliku

 

Data tal-iskeda tal-passiġġieri għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

4.2.1

kollha

 

Data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni

4.2.2

 

Kondiviżjoni tad-data tal-iskeda tal-passiġġieri ma’ modi oħra tat-trasport

4.9

 

Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri fl-istazzjon

4.7.1

[P.3]

CEN/TS 16614-3:2025

Trasport pubbliku – Network u Skambju tal-Iskeda tal-Ħin (NeTEx) – Parti 3: Format tal-iskambju tat-tariffi tat-trasport pubbliku

 

Data dwar it-tariffi għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

4.3.1

kollha

 

Kondiviżjoni tad-data dwar it-tariffi ma’ modi oħra tat-trasport

4.9

[P.4]

CEN/TS 16614-4:2025

Trasport pubbliku – Network u Skambju tal-Iskeda tal-Ħin (NeTEx) – Parti 4: Profil Ewropew tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri

 

Data tal-iskeda tal-passiġġieri għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

4.2.1

kollha

 

Data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni

4.2.2

 

Kondiviżjoni tad-data tal-iskeda tal-passiġġieri ma’ modi oħra tat-trasport

4.9

 

Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri fl-istazzjon

4.7.1

[P.5]

EN 15531-2:2022

Trasport pubbliku – Interfaċċa tas-servizz għall-informazzjoni fil-ħin reali relatata mal-operazzjonijiet tat-trasport pubbliku – Parti 2: Infrastruttura tal-komunikazzjoni

 

Kondiviżjoni tad-data ma’ modi oħra tat-trasport fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri waqt vjaġġi bil-ferrovija

4.9

kollha

[P.6]

EN 301549:2021

Rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi tal-ICT

 

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni maħsuba għall-passiġġieri

 

Aċċessibbiltà tas-siti web u tal-apps mobbli użati biex jiġu ppreżentati l-kundizzjonijiet tat-trasport lill-passiġġieri

4.4

kollha


Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[P.7]

EN 12896-1:2016

Trasport pubbliku – Mudell tad-data ta’ referenza – Parti 1: Kunċetti komuni

 

Preżentazzjoni tad-data

1.4(2)(b)

kollha

 

Formati kompatibbli u interoperabbli tad-data dwar it-tariffi

4.3.1(2)

C.4.B   Lista ta’ dokumenti tekniċi referenzjati

Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[B.5]

ERA/TD/B.5 – Verżjoni 4

Riżervazzjoni elettronika ta’ sits/sodod u produzzjoni elettronika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar – Skambju tal-messaġġi

 

Disponibbiltà u riżervazzjoni

4.5.2, 4.5.3

2, 3, 4, 5

 

Referenza tad-dossier

4.6.2

[B.10]

ERA/TD/B.10 – Verżjoni 4

Riżervazzjoni elettronika ta’ assistenza għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa – Skambju tal-messaġġi

 

Disponibbiltà u riżervazzjoni ta’ assistenza PRM

4.5.4

4, 5, 6, 7, 8

[B.11]

ERA/TD/B.11 – Verżjoni 4

Format tal-biljetti tal-passiġġieri ferrovjarji maħruġa b’mod elettroniku

 

Tip u format tal-biljetti

4.6.3

2, 3, 4, 5, 6, 7, 8

[B.12]

ERA/TD/B.12 – Verżjoni 4

Elementi tas-sigurtà diġitali għall-biljettar ferrovjarju

 

Elementi tas-sigurtà għat-twassil elettroniku

4.6.1

2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12

[B.14]

ERA/TD/B.14 – Verżjoni 4

Skambju tal-biljetti elettroniċi għall-kontroll

 

Annotazzjoni tal-biljetti

4.6.4.1

2, 3, 4, 5, 6


Indiċi

Karatteristiċi li jridu jiġu vvalutati

Punt tat-TSI tat-Telematika

Punt standard obbligatorju

[B.15]

ERA/TD/B.15 – Verżjoni 4

Profil Ewropew tal-Informazzjoni għall-Passiġġieri dwar l-Aċċessibbiltà tal-Istazzjonijiet Ferrovjarji

 

Kundizzjonijiet tal-aċċess għall-istazzjon

4.4.3.2

2

[B.16]

ERA/TD/B.16 – Verżjoni 4

Profil Ewropew tal-Informazzjoni dwar it-Tariffi Ferrovjarji

 

Data dwar it-tariffi għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

4.3.1

Kollox

[B.17]

ERA/TD/B.17 – Verżjoni 4

Proċedura tal-ittestjar għad-data tal-iskeda

 

Proċedura tal-ittestjar għall-valutazzjoni tal-konformità tad-data tal-iskeda tal-passiġġieri

Appendiċi D.3.A

2, 3, 4, 5, 6, 7, 8


Appendiċi D

PROĊEDURI TAL-ITTESTJAR GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

D.1   AWTOVALUTAZZJONI U DIKJARAZZJONI BBAŻATA FUQ L-EVIDENZA GĦAL MESSAĠĠI TAL-IT INDIVIDWALI

(1)

L-applikazzjonijiet telematiċi użati mill-partijiet ikkonċernati tat-telematika għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal awtovalutazzjoni tal-konformità tad-data kondiviża mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament. Mal-awtovalutazzjoni li jagħmlu l-partijiet ikkonċernati tat-telematika u li tiġi notifikata lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 18 għandha tinhemeż l-informazzjoni li ġejja kkompilata b’mod awtomatiku mill-applikazzjoni tal-web ipprovduta mill-Aġenzija:

(a)

il-funzjonijiet koperti u r-referenza għall-punti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament, inkluż deskrizzjoni ġenerali u strutturata tal-applikazzjonijiet telematiċi użati fir-rigward ta’ dawk il-funzjonijiet;

(b)

id-dokumentazzjoni online tal-messaġġi (inkluż is-sekwenza tagħhom) ittestjati skont l-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fir-Regolament, u d-dikjarazzjoni awtomatizzata tal-konformità korrispondenti bbażata fuq l-evidenza kif imsemmi fil-punt (6);

(c)

il-verżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, kif implimentati u soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità;

(d)

il-fajls tal-messaġġi serjalizzati u l-elementi tad-data strutturata assoċjati kondiviżi, u l-fajls SHACL jew XSD użati għall-validazzjoni ta’ dawk il-messaġġi.

(2)

Għat-talbiet ippreżentati lill-Aġenzija għal verifiki tal-korrettezza tad-dikjarazzjoni awtomatizzata tal-konformità bbażata fuq l-evidenza li tirriżulta mill-awtovalutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(8), l-informazzjoni msemmija fis-subpunt (1) ta’ dan il-punt għandha tinkludi wkoll informazzjoni kuntestwali u skeda taż-żmien tal-proġett li jrid jiġi vvalutat.

(3)

Meta awtovalutazzjoni eżistenti tkun trid tiġġedded f’konformità mal-Artikolu 18(5), l-awtovalutazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun limitata għall-elementi affettwati mill-bidliet awtovalutati. L-informazzjoni miġbura skont il-punt (1) għandha tinkludi wkoll referenza għall-awtovalutazzjoni preċedenti jew għar-rapport ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 18(7).

(4)

Biex jiġi ffaċilitat l-ittestjar tal-messaġġi msemmija fil-punt (1)(b) u s-sekwenza tagħhom, il-partijiet ikkonċernati tat-telematika għandhom jivvalutaw huma stess il-konformità tal-messaġġi individwali varati u użati għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(5)

L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli applikazzjoni web għall-awtovalutazzjoni tal-konformità tal-messaġġi fejn il-partijiet ikkonċernati tat-telematika jridu jagħmlu awtovalutazzjoni tal-fajls rilevanti f’konformità mal-punt (1)(d) għall-ittestjar awtomatizzat fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [1].

(6)

Wara l-awtovalutazzjoni, dik l-applikazzjoni web għandha toħroġ konferma tal-wasla awtomatizzata u riżultat tal-valutazzjoni tal-awtokonformità li trid tuża l-parti kkonċernata tat-telematika awtovalutata bħala dikjarazzjoni bbażata fuq l-evidenza tal-preżunzjoni tal-konformità għall-messaġġi jew għas-sekwenza tal-messaġġi ttestjati.

D.2   EVALWAZZJONI TAL-KORRETTEZZA TAL-AWTOVALUTAZZJONI

(1)

Meta l-Aġenzija tivverifika, skont l-Artikolu 18, il-paragrafi 6, 7 u 8, il-korrettezza tad-dikjarazzjoni awtomatizzata bbażata fuq l-evidenza tal-preżunzjoni tal-konformità li tirriżulta mill-awtovalutazzjoni, din għandha tirrapporta l-evalwazzjoni tagħha dwar jekk l-applikazzjoni telematika użata tkunx konformi ma’ din it-TSI. Ir-rapport tal-evalwazzjoni tagħha għandu jkopri mqar l-aspetti li ġejjin:

(a)

il-konformità tal-elementi obbligatorji kollha li jkun hemm fil-messaġġi;

(b)

il-konformità tal-messaġġi nfushom;

(c)

il-konformità tas-sekwenza tal-messaġġi.

D.3   PROĊEDURI TAL-ITTESTJAR SPEĊIFIĊI GĦALL-BILJETTAR FERROVJARJU

D.3.A   Skeda tal-passiġġieri

Il-proċeduri tal-ittestjar għall-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4.2 ta’ dan l-Anness għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet referenzjati fl-Appendiċi C, l-indiċi [B.17].

D.3.B   Tariffi

(1)

Il-proċeduri tal-ittestjar għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4.3 ta’ dan l-Anness huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(2)

Sakemm jiġu żviluppati proċeduri tal-ittestjar rilevanti skont l-Artikolu 23, il-punti (c) u (e), il-partijiet ikkonċernati tat-telematika jistgħu jużaw konverturi u validaturi awtomatiċi abbażu ta’ arkitettura miftuħa biex jagħmlu awtovalutazzjoni tal-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tad-data kondiviża u l-proċessi implimentati meta mqabbla mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 4.3.

D.3.C   Kontroll tad-disponibbiltà u riżervazzjoni

(1)

Il-proċeduri tal-ittestjar għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4.5 ta’ dan l-Anness huma identifikati bħala “punt miftuħ” f’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u huma elenkati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(2)

Sakemm jiġu żviluppati proċeduri tal-ittestjar rilevanti skont l-Artikolu 23, il-punti (c) u (e), il-partijiet ikkonċernati tat-telematika jistgħu jintużaw konverturi awtomatiċi abbażi ta’ arkitettura miftuħa biex jagħmlu awtovalutazzjoni tal-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tad-data kondiviża u l-proċessi implimentati meta mqabbla mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 4.5.


Appendiċi E

AKKURATEZZA TAL-INFORMAZZJONI TA’ PREVIŻJONI TAL-MOVIMENTI TAL-FERROVIJI U TAL-VAGUNI TAL-MERKANZIJA

(1)   

Peress li l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-ferroviji msemmija fil-punt 2.6.4 u l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni msemmija fil-punt 3.2.3 jirreferu għall-ħin previst tal-wasla ta’ ferrovija u ta’ vagun tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom, rispettivament, f’punt tar-rapportar miftiehem, dawn se jintużaw mill-partijiet ikkonċernati u l-klijenti involuti fis-servizz tat-trasport ferrovjarju biex jippjanaw operazzjonijiet sussegwenti jew konnessjonijiet ulterjuri.

(2)   

Peress li kemm li l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-ferroviji msemmija fil-punt 2.6.4 kif ukoll l-informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni tal-merkanzija msemmija fil-punt 3.2.3 huma stima derivata mill-ħin oriġinarjament ippjanat fl-iskeda operatorja +/- id-devjazzjoni mill-iskeda operatorja li jkun hemm tul l-operazzjoni tal-ferrovija, l-oriġinatur ta’ tali previżjoni għandu:

(a)

iwettaq kejl ex post tal-eżattezza tal-previżjoni tiegħu f’konformità mal-Artikolu 10 biex joħloq kunfidenza fid-data li jrid jerġa’ juża r-riċevitur għall-ippjanar tal-operazzjoni sussegwenti;

(b)

jiżgura li r-riċevitur tal-previżjoni msemmija fil-punt (a) ikun infurmat dwar l-eżattezza mistennija tal-previżjoni abbażi ta’ vjaġġi preċedenti tal-ferrovija.

(3)   

Bħala alternattiva għall-metodi tal-ispostament lineari tal-ħin applikati b’mod komuni minn xi partijiet ikkonċernati tat-telematika għall-finijiet tal-punt (2)(a), oħrajn jistgħu japplikaw metodi differenti jew jużaw metodi interni tat-tagħlim awtomatiku bbażati fuq algoritmi li jistgħu jiġu integrati fl-intelliġenza artifiċjali biex tinkiseb informazzjoni intwittiva aktar eżatta u intelliġenti.

(4)   

Għall-finijiet tal-punt (2), il-verifiki rikorrenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità dwar l-eżattezza tal-informazzjoni ta’ previżjoni huma stabbiliti kif ġej:

(a)

errur assolut:

L-“errur assolut” jiġi kkalkulat bħala l-valur assolut tad-differenza bejn id-data u l-ħin reali tal-wasla f’punt tar-rapportar speċifikat u d-data u l-ħin previsti tal-wasla f’dak il-punt tar-rapportar;

(b)

errur relattiv:

Biex l-“errur assolut” f’punt tar-rapportar speċifikat jitqiegħed f’perspettiva mat-tul tal-bqija tal-vjaġġ bil-ferrovija, jiġi kkalkulat “errur relattiv” bħala proporzjon jew persentaġġ, li jinkiseb billi l-“errur assolut” jiġi diviż bit-“tul tal-bqija tal-vjaġġ bil-ferrovija”;

It-“tul tal-bqija tal-vjaġġ bil-ferrovija” jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-data u l-ħin reali tal-wasla tal-ferrovija fil-punt tar-rapportar u l-ħin meta tkun ingħatat l-informazzjoni ta’ previżjoni korrispondenti;

(c)

eżattezza:

L-“eżattezza” tiġi kkalkulata bħala l-komplement tal-“errur relattiv” għal 100%.

(5)   

Meta detentur tad-data, jiġifieri l-oriġinatur tad-data, iwettaq verifiki rikorrenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità kif imsemmi fil-punt (3), dan għandu jivvaluta l-eżattezza tad-data bħala probabbiltà stokastika tal-valuri statistiċi tal-informazzjoni ta’ previżjoni f’punt tar-rapportar speċifikat għal grupp kompost ta’ servizzi preċedenti tat-trasport ferrovjarju.

(6)   

Detentur tad-data għandu jwettaq verifiki tal-assigurazzjoni tal-kwalità dwar l-akkuratezza tal-informazzjoni ta’ previżjoni tal-ferrovija biss ladarba dik il-ferrovija tkun waslet, jew wara li dawk il-vagun tal-merkanzija u t-tagħbija tiegħu jkunu ġew trasferiti jew imwassla fil-punt tar-rapportar li huwa soġġett għall-previżjoni. Il-verifiki tal-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu bbażati biss fuq data storika.

(7)   

L-indikaturi li jirriżultaw mill-kejl imsemmi fil-punt (3) għandhom ikunu disponibbli permezz tal-UI tal-web komuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5.


Appendiċi F

REKWIŻITI ESSENZJALI

Punt tat-TSI tat-Telematika

Element tas-subsistema telematika

Rekwiżiti essenzjali kif imsemmija fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797

Sikurezza

Affidabbiltà u disponibbiltà

Saħħa

Protezzjoni ambjentali

Kompatibbiltà teknika

Aċċessibbiltà

1.2

Data ta’ referenza komuni

 

X

 

 

X

 

1.3

Sigurtà

 

X

 

 

X

 

1.4

Preżentazzjoni tad-data

 

 

 

 

X

 

1.5

Kwalità tad-data

 

X

 

 

X

 

1.7

APIs

 

X

 

 

X

 

UIs tal-web

 

X

X

 

X

X

2.1

Identifikaturi tal-oġġetti

 

 

 

 

X

 

2.2

Ġestjoni strateġika tal-kapaċità tal-infrastruttura

 

X

 

X

X

 

2.3

Allokazzjoni tal-kapaċità

 

X

 

X

X

 

2.4

Restrizzjonijiet tal-kapaċità

 ((X))

X

 

X

X

 

2.5.1

Kompożizzjoni tal-ferrovija

 ((X))

X

 

X

X

 

2.5.2

Ferrovija lesta

 ((X))

X

 

 

X

 

2.5.3

Previżjoni tal-preparatezza ta’ ferrovija

 ((X))

X

 

 

X

 

2.6

Data dwar it-traffiku ferrovjarju

 ((X))

X

 

 

X

 

3.1.1

Nota ta’ konsenja

 ((X))

 

 

 

X

 

3.2

Movimenti tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom

 ((X))

X

 

 

X

 

3.3

Data ta’ referenza speċifika għall-merkanzija

 

X

 

X

X

 

4.2

Data tal-iskeda tal-passiġġieri

 

 

 

 

X

X

4.3

Data dwar it-tariffi

 

 

 

 

X

 

4.4

Kundizzjonijiet tat-trasport

 

 

 

 

X

X

4.5

Disponibbiltà u riżervazzjoni

 

 

 

 

X

X

4.6

Elementi tas-sigurtà għad-distribuzzjoni tal-prodotti

 

X

 

 

X

 

4.7

Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri tul il-vjaġġ bil-ferrovija

 

 

X

 

X

X

4.8

Data ta’ referenza komuni għall-biljettar ferrovjarju

 

X

 

 

X

 


((X))  Meta d-data maħżuna jew kondiviża skont dan ir-Regolament tkun maħsuba biex tintuża għas-sikurezza tal-operazzjonijiet, din għandha tikkonforma mal-punt 1.1 u l-punt 2.7.4 tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797.


Appendiċi G

TAPPI TAL-IMPLIMENTAZZJONI

(1)

Is-subsistema għandha titqies implimentata minn parti kkonċernata tat-telematika f’konformità ma’ dan ir-Regolament meta r-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tad-data u l-messaġġi jkunu ġew implimentati kollha f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness u meta l-applikazzjonijiet telematiċi korrispondenti użati għall-kondiviżjoni tad-data jkunu ġew dikjarati konformi ma’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 18 u l-punt 1.6 ta’ dan l-Anness u jkunu operazzjonali għalkollox (l-ewwel jum tal-operazzjoni).

(2)

Biex jiġu ssodisfati l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 16, il-paragrafi (2), (3) u (4), kull parti kkonċernata tat-telematika għandha timplimenta s-subsistema telematika f’konformità mat-tappi stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Funzjonijiet

Parametri bażiċi

Tappa

Ġestjoni tal-kapaċità

2.1 –

Identifikaturi tal-oġġetti

4.3.2029

2.3 –

Allokazzjoni tal-kapaċità

4.3.2029

Preparazzjoni tal-ferroviji

2.5.1 –

Kompożizzjoni tal-ferrovija

—

Servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-merkanzija

—

Servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

9.12.2029

2.5.2 –

Ferrovija lesta

9.12.2029

2.5.3 –

Previżjoni tal-preparatezza ta’ ferrovija

9.12.2029

Ġestjoni tat-traffiku

2.6 –

Data dwar it-traffiku ferrovjarju

 

—

Servizzi tal-merkanzija

—

Servizzi tal-passiġġieri

9.12.2029

10.12.2028

Ġestjoni tal-vaguni tal-merkanzija u t-tagħbija tagħhom

3.1.1 –

Nota ta’ konsenja

9.12.2029

3.2.1 –

Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-vaguni

9.12.2029

3.2.3 –

Informazzjoni ta’ previżjoni tal-vaguni

9.12.2029

Data ta’ referenza

1.2 –

Data ta’ referenza komuni

—

organizzazzjonijiet

—

lokazzjonijiet

13.12.2026

3.3.2 –

Data ta’ referenza tal-vetturi ferrovjarji

10.12.2028

3.3.3 –

Data ta’ referenza tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali

10.12.2028

3.3.4 –

Data operazzjonali tal-vaguni u tal-unitajiet tat-tagħbija intermodali

-/-

4.8 –

Data ta’ referenza komuni għall-biljettar ferrovjarju

10.12.2028

Biljettar ferrovjarju tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

4.2.1 –

Data tal-iskeda tal-passiġġieri

14.12.2025

4.2.2 –

Data tal-iskeda tal-passiġġieri dwar il-ħinijiet tal-konnessjoni

12.12.2027

4.3 –

Data dwar it-tariffi

10.12.2028

4.4 –

Kundizzjonijiet tat-trasport

13.12.2026

4.5 –

Disponibbiltà u riżervazzjonijiet

10.6.2029

4.6 –

Elementi tas-sigurtà għad-distribuzzjoni tal-prodotti

13.12.2026

Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri

4.7 –

Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar tal-passiġġieri tul il-vjaġġ bil-ferrovija

12.12.2027


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/253/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)