|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/252 |
17.4.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/252
tat-2 ta’ Frar 2026
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-qtil b’emerġenza tal-ungulati domestiċi barra mill-biċċerija
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, l-ittra (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. B’mod partikolari, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu VI, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, tistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-użu għall-konsum mill-bniedem tal-laħam tal-ungulati domestiċi li nqatlu b’emerġenza barra l-biċċerija. Is-Sezzjoni I, il-Kapitolu VI, il-punt 1 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tirrikjedi li huma biss l-annimali li mill-bqija jkunu b’saħħithom li jkunu sofrew disgrazzja illi żammithom milli jittieħdu fil-biċċerija għal raġunijiet ta’ kura tal-annimal li jistgħu jkunu suġġetti għall-qtil b’emerġenza. |
|
(2) |
L-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni wriet li xi awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinterpretaw dawn il-ħtiġijiet b’mod aktar strett minn oħrajn, u dan iwassal għal implimentazzjoni li ma tkunx uniformi ta’ dawn il-ħtiġijiet fl-Unjoni. B’mod partikolari, l-“annimali li mill-bqija jkunu b’saħħithom” u “disgrazzja” mhumiex definiti jew deskritti fir-regoli tal-Unjoni li jwasslu għal differenza problematika fl-interpretazzjoni mill-Istati Membri. Pereżempju, l-Istati Membri li japplikaw approċċ strett jinterpretaw l-“annimali li mill-bqija jkunu b’saħħithom” bħala annimali li ma jkollhomx infezzjoni ġenerali, bl-esklużjoni ta’ mard metaboliku emerġenti bħall-ipokalċimija mill-qtil b’emerġenza, jew jinterpretaw “disgrazzja” bħala waħda fiżika biss (eż. riġel miksur). Stati Membri oħra japplikaw interpretazzjoni usa’, filwaqt li jqisu kwalunkwe disgrazzja, li ma tikkawżax riskju għas-saħħa pubblika għal-laħam bħala permessa għall-qtil b’emerġenza u li tirriżulta fl-użu tal-laħam għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi emendata s-Sezzjoni I, il-Kapitolu VI, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tal-użu tal-laħam mill-qtil b’emerġenza għall-konsum mill-bniedem, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel. |
|
(3) |
Barra minn hekk, il-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli tekniċi għall-adegwatezza għat-trasport tal-annimali u, f’ċerti każijiet, jipprojbixxi t-trasport tal-ungulati domestiċi ħajjin lejn il-biċċerija. F’dawk il-każijiet meta r-regoli relatati mal-qtil b’emerġenza fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma jippermettux l-użu tal-laħam, l-uniku mod biex tiġi evitata t-tbatija matul it-trasport huwa billi l-annimal jiġi ewtanizzat eż. billi jinqatel mingħajr ma jkun hemm konformità mal-ħtiġijiet fil-Kapitolu IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Dan jirriżulta fil-klassifikazzjoni ta’ dan il-laħam bħala mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem, għalkemm jista’ ma jkunx ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Dan jikkawża telf ekonomiku bla bżonn u jwassal għal ħela filwaqt li l-laħam tal-annimal jista’ ma jirrappreżentax riskju għas-saħħa pubblika. Meta l-laħam tagħhom ikun b’xi mod ieħor tajjeb għall-konsum mill-bniedem, huwa fi qbil mal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li l-kundizzjonijiet għall-possibbiltà li jintuża l-laħam tal-annimali li jkunu nqatlu b’emerġenza jiġu allinjati ma’ dawk li jipprojbixxu t-trasport tal-annimali fl-Anness I, il-Kapitolu I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. |
|
(4) |
L-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (3) jistabbilixxu l-miżuri li għandhom jittieħdu f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti ħtiġijiet għall-annimali ħajjin, u għal-laħam frisk. Il-konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet tiggarantixxi li l-laħam ikun tajjeb għall-konsum mill-bniedem inkluż f’każ tal-annimali li jkunu nqatlu b’emerġenza. L-ispezzjoni ante-mortem, kif definita fl-Artikolu 17(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), trid titwettaq qabel kull qatla u tipprovdi indikazzjoni dwar jekk l-annimali ħajjin u l-laħam frisk humiex mistennija li jikkonformaw ma’ dawn il-ħtiġijiet. |
|
(5) |
Jekk it-trasport tal-annimali lejn il-biċċerija ma jkunx possibbli minħabba raġunijiet tal-benesseri tal-annimali u r-riżultati tal-ispezzjoni ante-mortem tal-annimali jitqiesu bħala sodisfaċenti, jenħtieġ li l-laħam ta’ dawn l-annimali li jkunu nqatlu b’emerġenza jitħalla għall-konsum mill-bniedem b’ċerti kundizzjonijiet. Għaldaqstant jenħtieġ li s-Sezzjoni I, il-Kapitolu VI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fis-Sezzjoni I, il-Kapitolu VI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-punt 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
“1. |
Annimal irid ma jkunx tajjeb għat-trasport lejn biċċerija skont ir-regoli tekniċi dwar l-adegwatezza għat-trasport stabbiliti fil-Punt 2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (*1). |
|
2. |
Il-veterinarju uffiċjali jrid iwettaq spezzjoni ante-mortem tal-annimal, waqt li jivverifika b’mod partikolari l-konformità mal-ħtiġijiet għal:
|
(*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1/oj).”."
() Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1/oj).”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/853/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/627/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/252/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)