|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/237 |
12.2.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 252/2025
tal-24 ta’ Ottubru 2025
li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2026/237]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/1047 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1803 rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 9 u l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 7 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 10bb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2023/1803) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32025 R 1047: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/1047 tas-27 ta’ Mejju 2025 (ĠU L, 2025/1047, 28.5.2025).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2025/1047 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/1047, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1047/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/237/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)