|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/157 |
26.1.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/157
tat-23 ta’ Jannar 2026
li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u b’mod definittiv jiġbor id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Stadju inizjali
|
(1) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandeletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2024 mill-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 (“l-ilmentaturi”). L-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni tax-xemgħat, kandeletti u bħalhom fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/511 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Miżuri proviżorji
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fis-17 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proposti u b’dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u l-marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol. Tnejn mit-tliet produtturi esportaturi ppreżentaw kummenti ta’ natura teknika, li ġew indirizzati fid-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping proviżorju (“divulgazzjoni proviżorja”). |
|
(5) |
Fl-14 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1732 (4) (“ir-Regolament proviżorju”). |
1.4. Proċedura sussegwenti
|
(6) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-partijiet li ġejjin ippreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji sal-iskadenza prevista fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament proviżorju:
|
|
(7) |
Il-pożizzjonijiet ta’ kull waħda mill-partijiet elenkati hawn fuq ġew dettaljati u indirizzati taħt l-intestatura rispettiva ta’ hawn taħt. |
|
(8) |
Il-partijiet li għamlu t-talba biex jinstemgħu, ingħataw din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ mal-ilmentatur/mal-industrija tal-Unjoni, ma’ tnejn mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mas-CHCIA. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet proviżorji tagħha meta kien xieraq. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. |
|
(11) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur Bunnik Creations B.V, sostna li l-proċedura stretta tal-investigazzjoni ma ppermettietx lill-partijiet isegwu kif xieraq l-investigazzjoni u lanqas jirreaġixxu fil-ħin għal dokumenti proċedurali u talbiet għal informazzjoni mill-Kummissjoni. Għalhekk hija ma kellhiex l-opportunità li tipprovdi talbiet dettaljati lill-Kummissjoni, speċjalment meta dawk l-iskadenzi proċedurali ħabtu matul il-perjodu tal-vaganzi tas-sajf. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni jeħtiġilha twettaq l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji applikabbli sabiex tippreserva l-integrità u l-progressjoni tal-investigazzjoni. L-iskadenzi statutorji applikabbli għal din l-investigazzjoni ġew ippubblikati fin-Notifika ta’ Bidu. L-Artikolu 6 tan-Notifika ta’ Bidu spjega l-iskeda tal-investigazzjoni u, b’mod partikolari, li l-partijiet interessati se jkollhom 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar is-sejbiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, u 10 ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Barra minn hekk, mill-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għamlet disponibbli fuq is-sit web tagħha skeda ta’ żmien indikattiva tal-investigazzjoni, li tippermetti lill-partijiet interessati jantiċipaw iż-żmien ta’ ċerti stadji importanti tal-investigazzjoni (6). Filwaqt li l-Kummissjoni tista’ tagħti estensjonijiet għal dawn il-limiti ta’ żmien meta jkunu debitament ġustifikati, jenħtieġ li tali estensjonijiet jikkonċernaw ċirkostanzi eċċezzjonali biss. Il-konformità mal-iskadenzi hija kruċjali biex tiġi żgurata konklużjoni ġusta u effettiva tal-investigazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti legali. |
|
(13) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw ukoll din l-opportunità. Saret seduta ta’ smigħ mal-importatur Bunnik Creations B.V. rigward l-asserzjonijiet tiegħu deskritti fil-premessa (11) hawn fuq. Barra minn hekk, Bunnik Creations B.V. kien talab ukoll l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fir-rigward tal-istess talbiet u sabiex tiġi stabbilita seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta intervjena u ffaċilita l-organizzazzjoni tas-seduta ta’ smigħ bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u Bunnik Creations B.V. |
1.5. Asserzjonijiet dwar il-bidu
|
(14) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (6) sa (11) tar-Regolament proviżorju. |
1.6. Kampjunar
|
(15) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja xi partijiet ikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-anonimità lill-produtturi lmentaturi, bl-argument li dikjarazzjoni ta’ “riskju ta’ ritaljazzjoni” mhijiex biżżejjed biex tipprovdi l-anonimità. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ilmentatur issottometta talba sostanzjata għall-anonimità flimkien mal-ilment. It-talba kienet tinkludi tħassib speċifiku dwar ir-riskju ta’ ritaljazzjoni. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-talba qieset in-natura tas-suq, il-pożizzjoni tal-produtturi lmentaturi, u l-potenzjal għal ritaljazzjoni kummerċjali, li tqieset reali. L-għoti tal-anonimità huwa konsistenti mal-prattika stabbilita u mal-istandards legali, li jippermettu l-anonimità meta d-divulgazzjoni tista’ tirriżulta f’konsegwenzi negattivi għall-interessi leġittimi tal-produtturi lmentaturi. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(17) |
Bl-istess mod, wara d-divulgazzjoni proviżorja, ċerti partijiet sostnew li l-bidliet li saru bejn il-kampjunar proviżorju u l-kampjunar finali tal-produtturi tal-Unjoni setgħu affettwaw ir-rappreżentattività tal-kampjun. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni nnotat, kif iddikjarat fil-premessa (13) tar-Regolament proviżorju, li fiż-żmien meta twettaq il-kampjunar, iż-żewġ produtturi magħżula kienu jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-produzzjoni u aktar minn 40 % tal-volum tal-bejgħ tal-kumpaniji li jappoġġaw l-ilment. Wara verifika tal-kwestjonarju makroekonomiku, ġie stabbilit li dawn il-produtturi kienu jirrappreżentaw aktar minn 16 % tal-produzzjoni totali stmata u aktar minn 17 % tal-volum tal-bejgħ totali stmat tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’għadd kbir ta’ produtturi, b’kollox aktar minn 80, li jinkludu kemm intrapriżi kbar kif ukoll firxa wiesgħa ta’ kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju. Meta titqies din l-istruttura, kampjun li jkopri aktar minn 16 % tal-industrija huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(19) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur Bunnik Creations B.V. sostna li żewġ produtturi tal-Unjoni biss kienu ġew inklużi fil-kampjun minn għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, u argumenta li l-għażla tal-kampjun ma kinitx rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni. Huwa sostna wkoll nuqqas ta’ trasparenza billi ppermettiet l-anonimità ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnotat li, kif spjegat fil-premessi (14) sa (17) hawn fuq kif ukoll fin-Noti għall-fajl (7)dwar il-kampjunar, il-kampjunar kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat ġustifikazzjonijiet konvinċenti għall-għoti tal-anonimità lil dawk il-produtturi tal-Unjoni li kienu għamlu talba f’dan ir-rigward. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(20) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Ningbo Kwung’s Wisdom talab informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Huwa sostna wkoll li ma kienet saret disponibbli l-ebda data dwar id-daqs tal-produtturi li kienu qed jieħdu sehem fl-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni. Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (19), il-Kummissjoni qieset il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni bħala rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni. Hija għamlet disponibbli għall-partijiet interessati d-data li kienet disponibbli għall-Kummissjoni fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-kampjunar u li tippermetti lill-partijiet interessati jivvalutaw ir-rappreżentattività tal-kampjun, inkluża r-rappreżentattività tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun f’termini ta’ produzzjoni u bejgħ fis-suq tal-Unjoni. |
|
(21) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Ningbo Kwung’s Wisdom argumenta li l-asserzjonijiet ippreżentati mill-industrija tal-Unjoni dwar ir-relazzjoni ta’ Ningbo Kwung’s Wisdom ma’ produttur esportatur Ċiniż ieħor għandhom iwasslu biex l-industrija tal-Unjoni titlef id-dritt tagħha għall-anonimità. Ningbo Kwung’s Wisdom sostna li huwa ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu li tali allegazzjonijiet isiru minn parti anonima. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-anonimità tal-industrija tal-Unjoni, minn naħa waħda, u r-relazzjoni bejn iż-żewġ produtturi esportaturi, min-naħa l-oħra, huma suġġetti differenti, li ġew indirizzati separatament. L-anonimità ngħatat lill-industrija tal-Unjoni minħabba li ppreżentat talba motivata għall-anonimità, li l-Kummissjoni sabet kredibbli u ġustifikata. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex dawn iċ-ċirkostanzi nbidlu u l-industrija tal-Unjoni ppreżentat asserzjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li ma jaffettwawx dan. Barra minn hekk, l-asserzjoni tal-industrija tal-Unjoni saret disponibbli għall-Ningbo Kwung’s Wisdom f’verżjoni miftuħa tas-sottomissjoni u Ningbo Kwung’s Wisdom kellu l-opportunità li jindirizza din l-asserzjoni u jinstema’ mill-Kummissjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(23) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (12) sa (15) tar-Regolament proviżorju. |
1.7. Eżami individwali
|
(24) |
Fil-premessa (16) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni nnotat li produttur esportatur wieħed kien talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, l-istess produttur esportatur tenna t-talba tiegħu. |
|
(25) |
Minħabba l-kumplessità għolja tal-każ — li jinvolvi prodott varjabbli ħafna u proċessi kumplessi ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ tliet produtturi esportaturi diġà inklużi fil-kampjun — il-Kummissjoni qieset li l-għoti ta’ din it-talba jkun ta’ piż bla bżonn u jirriskja li jipprevjeni t-tlestija f’waqtha tal-investigazzjoni. Għalhekk it-talba ġiet miċħuda. |
1.8. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(26) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (21) tar-Regolament proviżorju. |
2. PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
|
(27) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, xi partijiet tennew l-asserzjonijiet tagħhom rigward l-ambitu tal-prodott li qed jiġi investigat u l-inadegwatezza tan-Numru ta’ Kontroll tal-Prodott (Product Control Number, PCN). |
|
(28) |
Fuq naħa waħda ġie ddikjarat li xemgħat dekorattivi magħmula bl-idejn huma distinti minn kandeletti u tealights, u ma jikkompetux mat-tipi ta’ xemgħat prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, huma għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. |
|
(29) |
Bl-istess mod, xi partijiet sostnew li l-PCN ma kienx adegwat biex ikopri d-differenzi dettaljati bejn diversi tipi ta’ xemgħat. Ġie argumentat li diversi tipi ta’ xemgħat esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ma kinux jaqblu ma’ dawk it-tipi ta’ xemgħat prodotti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Din id-diskrepanza, li f’xi każijiet irriżultat f’livell baxx ta’ tqabbil tal-prodott, issemmiet bħala evidenza li ċerti xemgħat speċjalizzati esportati miċ-Ċina mhumiex manifatturati mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(30) |
Fir-rigward tal-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ttenni li, kif iddikjarat fil-premessi (22) sa (25) tar-Regolament proviżorju, ix-xemgħat, il-kandeletti u l-prodotti simili kollha jaqgħu fl-ambitu tal-prodott li qed jiġi investigat. Dan jinkludi xemgħat dekorattivi magħmula bl-idejn. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni nnotat li x-xemgħat magħmula bl-idejn huma prodotti mill-produtturi tal-Unjoni u jikkompetu mal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(31) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ċċarat li filwaqt li t-tipi ta’ xemgħat prodotti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma jikkoinċidux kompletament, dan ma jikkostitwixxix evidenza li l-industrija tal-Unjoni ma tipproduċix varjetà usa’ ta’ tipi ta’ xemgħat, inklużi ċerti xemgħat dekorattivi speċjalizzati jew magħmula bl-idejn. L-industrija tal-Unjoni tinkludi aktar minn 80 produttur, b’diversità wiesgħa f’termini ta’ daqs u firxa ta’ prodotti. |
|
(32) |
Barra minn hekk, ta’ min jinnota li, kif stabbilit matul l-investigazzjoni, porzjon tal-bejgħ tax-xemgħat fis-suq tal-Unjoni jseħħ permezz ta’ proċeduri ta’ sejħa għall-offerti, fejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jiġu definiti minn qabel. In-nuqqas ta’ ċerti tipi ta’ xemgħat (u għalhekk PCN) fil-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jirrifletti li dawn il-produtturi ma rebħux l-offerti għal dawk it-tipi speċifiċi ta’ xemgħat (u għalhekk PCNs) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, parzjalment minħabba l-prezzijiet inġusti baxxi oġġett ta’ dumping offruti mill-esportaturi Ċiniżi, aktar milli nuqqas ta’ kapaċità li jipproduċu dawk it-tipi ta’ xemgħat. L-investigazzjoni stabbiliet il-kapaċità u d-diversità tal-portafoll tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, inklużi tipi speċjali ta’ xemgħat. Fl-aħħar nett, is-sistema tal-PCN tfasslet biex tiżgura paraguni simili, li jfisser li x-xemgħat b’karatteristiċi speċifiċi (eż. it-tip ta’ kontenitur, il-kulur, ir-riħa) jitqabblu biss ma’ prodotti simili biex tiġi żgurata l-preċiżjoni tal-analiżi tad-dannu u tad-dumping. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew irrifjutati. |
2.1.1. Konklużjoni
|
(33) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (22) sa (29) tar-Regolament proviżorju. |
3. DUMPING
|
(34) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, tnejn mit-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, żewġ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun (Shenyang Qikale International Trade Co. Ltd. u Zhejiang Neeo Home decoration Co, Ltd), CHCIA u l-industrija tal-Unjoni ppreżentaw kummenti sal-iskadenza. Barra minn hekk, il-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea ppreżentat ruħha wara l-iskadenza. Saru seduti ta’ smigħ mal-partijiet kollha msemmija, ħlief għall-produttur esportatur mhux inkluż fil-kampjun. |
|
(35) |
L-argumenti tal-partijiet huma ppreżentati u indirizzati taħt l-intestatura rispettiva ta’ hawn taħt. |
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(36) |
Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali ġiet stabbilita fil-premessi minn (30) sa (37) tar-Regolament proviżorju. |
3.2. Valur normali
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(37) |
Id-determinazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti ġew stabbiliti fit-Taqsima 3.2.1. u t-Taqsima 3.2.2. tar-Regolament proviżorju. |
|
(38) |
Fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji (l-14 ta’ Awwissu 2025), il-Kummissjoni infurmat lill-Gvern taċ-Ċina (il-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea) bid-deċiżjoni tagħha u stiednet lill-Gvern taċ-Ċina jissottometti kwalunkwe kumment dwarha sad-29 ta’ Awwissu 2025. |
|
(39) |
Fil-15 ta’ Settembru 2025, il-Gvern taċ-Ċina ppreżenta sett ta’ kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Peress li s-sottomissjoni waslet barra mit-terminu preskritt, il-Kummissjoni ma kkunsidrathiex. |
|
(40) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, is-sejbiet stabbiliti fit-Taqsimiet 3.2.1. u 3.2.2. tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.2. Pajjiż rappreżentattiv
|
(41) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (149) sa (167) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.3. Sorsi użati u metodoloġija applikata biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.2.3.1. Fattur tal-produzzjoni — materja prima — l-użu ta’ parametri referenzjarji mit-Tajlandja u mit-Turkija
|
(42) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, filwaqt li l-ebda parti ma oġġezzjonat għall-għażla tat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv, diversi partijiet ikkontestaw l-użu tat-Turkija għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni (factors of production, “FOPs”). |
|
(43) |
Ta’ min ifakkar li għal tliet FOPs importanti (ix-xama’ tal-paraffina, il-kontenituri tal-ħġieġ u l-karta tal-imballaġġ), il-volumi tal-importazzjoni fit-Tajlandja kienu jinkludu kwantitajiet sinifikanti (aktar minn 50 %) li joriġinaw miċ-Ċina li nstabu li kellhom effett distorsiv fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni fit-Tajlandja minn pajjiżi oħra. Il-Kummissjoni fittxet pajjiż alternattiv fejn il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ dawn l-FOPs ma jkunux affettwati minn distorsjonijiet fil-prezzijiet. It-Turkija ħarġet bħala l-aktar għażla xierqa. |
|
(44) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking u Ningbo Kwung’s Wisdom ikkontestaw il-possibbiltà li jintużaw diversi pajjiżi rappreżentattivi, filwaqt li ċċitaw ir-referenza unika għal “pajjiż rappreżentattiv” fl-Artikolu 2.6.(a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(45) |
Kif spjegat fil-premessa (155) tar-Regolament proviżorju, fit-Tajlandja biss, il-Kummissjoni identifikat ħames kumpaniji li pproduċew xemgħat u li għalihom kienet disponibbli data finanzjarja bi trimestru wieħed li jikkoinċidi mal-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li tuża t-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv. |
|
(46) |
Il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha li saret fil-premessa (166) tar-Regolament proviżorju u nnotat li l-iskop proprju tal-kostijiet u tal-prezzijiet tal-akkwisit minn pajjiżi rappreżentattivi oħra huwa li jinstabu kostijiet u prezzijiet mingħajr distorsjoni. Jekk is-sehem tal-importazzjonijiet għal FOP partikolari, bħax-xama’ tal-paraffina, fil-pajjiż rappreżentattiv ikun sinifikanti u konsegwentement jirrendi l-prezz tal-importazzjoni għal dan l-input f’dak il-pajjiż mhux xieraq, il-Kummissjoni tista’ tuża sorsi alternattivi għal dak l-FOP partikolari. L-imsemmi Artikolu 2.6.(a)(a) isemmi b’mod espliċitu prezzijiet, kostijiet jew valuri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni, u l-Kummissjoni qieset li l-użu tal-importazzjonijiet fit-Turkija għal dawk l-FOPs partikolari jaqa’ fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni skont dan l-Artikolu. |
|
(47) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking ikkontesta l-adegwatezza tal-użu taċ-ċifri tal-importazzjoni fit-Turkija peress li dawn iċ-ċifri allegatament ma kinux affidabbli. Għal dan l-għan, Qingdao Kingking kien qabbel l-istatistika tal-esportazzjoni lejn it-Turkija minn pajjiżi terzi oħra mal-istatistika tal-importazzjoni korrispondenti lejn it-Turkija mill-pajjiżi terzi kkonċernati u sab inkonsistenzi. |
|
(48) |
Il-Kummissjoni nnotat li Qingdao Kingking ma kkontestax l-użu tas-sors tad-data fil-kummenti tiegħu għaż-żewġ Noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (ara l-premessi (36) u (37) fir-Regolament proviżorju). Id-data fih kondiviża mal-partijiet interessati fiha volumi u valuri tal-importazzjoni estratti mill-Global Trade Atlas (8), u huwa s-sors ta’ data għall-importazzjonijiet fit-Tajlandja, fit-Turkija u fil-pajjiżi l-oħra kollha. Barra minn hekk, Qingdao Kingking ma ssottometta l-ebda evidenza li turi li l-użu tal-istatistika tal-esportazzjoni minn pajjiżi terzi oħra lejn it-Turkija jkun aktar xieraq milli d-dipendenza fuq l-istatistika tal-importazzjoni estratta mill-Global Trade Atlas. Il-Kummissjoni qieset lil dawn tal-aħħar bħala l-aħjar sors disponibbli ta’ data dwar l-importazzjoni disponibbli għall-fini li jiġi stabbilit prezz mingħajr distorsjoni. |
|
(49) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking u Ningbo Kwung’s Wisdom it-tnejn argumentaw li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet fit-Tajlandja setgħu jintużaw, peress li r-referenza għall-eżistenza ta’ 50 % tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienet raġuni biex it-Tajlandja tiġi injorata bħala sors ta’ ċerti inputs hija arbitrarja u ma għandha l-ebda appoġġ fir-Regolament bażiku u l-prezz fit-Tajlandja għall-aktar fattur importanti tal-produzzjoni li joriġina miċ-Ċina (xama’ tal-paraffina) mhuwiex l-aktar baxx. |
|
(50) |
Kif imsemmi fil-premessa (46), l-għan proprju li jinstabu prezzijiet f’pajjiż rappreżentattiv huwa li jinstab prezz mingħajr distorsjoni għall-inputs rilevanti. Filwaqt li t-Tajlandja ġiet proposta u aċċettata bħala pajjiż rappreżentattiv, mhux l-inqas minħabba d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja tal-produtturi lokali tax-xemgħat, il-Kummissjoni qieset li jekk is-sehem tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jkun sinifikanti, jenħtieġ li dawk il-prezzijiet ma jintużawx peress li l-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina jkollu impatt distorsiv fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi l-oħra kollha lejn it-Tajlandja wkoll. |
|
(51) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u d-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking ressqet informazzjoni addizzjonali li tappoġġa l-asserzjoni tagħha li l-prezzijiet tax-xama’ tal-paraffina fit-Tajlandja ma humiex distorti. Għal dan l-għan, Qingdao Kingking eżamina l-prezzijiet tal-esportazzjoni Malażjani u Ġappuniżi tax-xama’ tal-paraffina lejn it-Tajlandja u ċ-Ċina. |
|
(52) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-data ppreżentata minn Qingdao Kingking kienet definita bħala data tal-esportazzjoni, mingħajr ebda referenza għas-sors ta’ din id-data. Għalhekk ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni affidabbli dwar l-effett ta’ distorsjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi fit-Tajlandja. |
|
(53) |
Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking enfasizza wkoll li l-prezzijiet distorti tal-importazzjoni fit-Tajlandja miċ-Ċina huma ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi l-oħra kollha, li allegatament juri li ma hemm l-ebda effett distorsiv tal-importazzjonijiet fit-Tajlandja ta’ xama’ tal-paraffina li toriġina miċ-Ċina. |
|
(54) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-differenza fil-prezz kienet minima (3,7 %) u li, għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Qingdao Kingking, tali differenza ma turix li l-importazzjonijiet tax-xama’ tal-paraffina miċ-Ċina ma jkollhom l-ebda effett ta’ distorsjoni fuq il-prezzijiet tax-xama’ tal-paraffina fit-Tajlandja. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(55) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju, Ningbo Kwung’s Wisdom tenna l-asserzjoni tiegħu li l-importazzjonijiet fit-Tajlandja tax-xama’ tal-paraffin huma ogħla f’volumi assoluti u għalhekk, jenħtieġ li jkunu aktar rappreżentattivi. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni diġà spjegat l-approċċ tagħha fil-premessa (189) tar-Regolament proviżorju u ċaħdet l-asserzjoni għall-istess raġunijiet. |
|
(57) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju, Qingdao Kingking ippropona li l-porzjon tad-data dwar l-importazzjoni fit-Turkija, speċifikament l-importazzjonijiet mill-Malażja, jiġi eskluż, peress li allega li din id-data kien fiha sehem sinifikanti ta’ xama’ tal-paraffina mhux adattata għall-produzzjoni tax-xemgħat. Id-dikjarazzjoni kienet appoġġata minn data dwar l-esportazzjoni miksuba minn aġenzija analitika Ċiniża privata. Qingdao Kingking iddikjara li d-data dwar l-importazzjoni mit-Turkija b’mod ġenerali ma kinitx affidabbli minħabba li ma kinitx taqbel mad-data dwar l-esportazzjoni mill-pajjiżi esportaturi. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni l-ewwel żgurat il-klassifikazzjoni tax-xama’ tal-paraffina fil-kodiċi ta’ klassifikazzjoni nazzjonali korrett mill-amministrazzjoni doganali nazzjonali tat-Turkija. Bħala tali, ix-xama’ tal-paraffina importata mill-Malażja fit-Turkija hija kklassifikata taħt il-kodiċi tariffarju korrett. Il-Kummissjoni ma qisitx li l-asserzjoni ta’ Qingdao Kingking, li kienet ibbażata fuq l-istatistika tal-esportazzjoni Malażjana, uriet li x-xama’ tal-paraffina mill-Malażja fil-biċċa l-kbira ma tkunx adattata għall-produzzjoni tax-xemgħat. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, fi kwalunkwe każ, il-prezz referenzjarju għax-xama’ tal-paraffina huwa stabbilit abbażi tal-prezz medju tal-importazzjoni tax-xama’ tal-paraffina fit-Turkija mill-pajjiżi kollha (minbarra ċ-Ċina, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, it-Turkmenistan u l-Użbekistan) u għalhekk id-data dwar l-importazzjoni mill-Malażja hija biss parti minn dik il-medja. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(59) |
Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking tenna l-asserzjoni tiegħu li l-istatistika dwar l-importazzjoni derivata minn Global Trade Atlas (“GTA”) fit-Turkija mhijiex affidabbli peress li l-volumi tal-importazzjoni ma jikkorrispondux għall-volumi tal-esportazzjoni misjuba fl-istatistika tal-esportazzjoni tal-pajjiż esportatur. |
|
(60) |
Il-Kummissjoni nnotat li s-sett tad-data tal-GTA jikkonsolida l-istatistika dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni minn bażijiet tad-data nazzjonali uffiċjali tal-istatistika u qieset il-GTA bħala sors affidabbli ta’ informazzjoni statistika, speċjalment meta mqabbel mal-istatistika dwar l-esportazzjoni ta’ pajjiż wieħed. Konsegwentement, l-asserzjoni li ċ-ċifri tal-esportazzjoni ta’ pajjiż wieħed ma jallinjawx mal-istatistika tal-importazzjoni ta’ bażi tad-data globali bħall-GTA ma timminax il-validità tad-data tal-importazzjoni użata mill-Kummissjoni f’dan il-każ. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni. |
|
(61) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking u Ningbo Kwung’s Wisdom argumentaw li l-Kodiċi SA użat għall-importazzjonijiet fit-Turkija ma kienx jirrifletti x-xama’ tal-paraffina użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. Iż-żewġ produtturi sostnew li l-investigazzjoni jenħtieġ li tqis mhux biss ix-xama’ tal-paraffina kklassifikata taħt il-Kodiċi SA 2712 20 (li fiha inqas minn 0,75 % skont il-piż taż-żejt), iżda wkoll ix-xama’ tal-paraffina kklassifikata taħt il-Kodiċi SA 2712 90 (xemgħat oħra tal-paraffina, inklużi dawk li fihom 0,75 % jew aktar skont il-piż taż-żejt). |
|
(62) |
Huwa mfakkar li l-Kodiċi SA propost fin-Noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali kien fih biss il-Kodiċi SA 2712 20 , li jkopri x-xama’ tal-paraffina li fiha inqas minn 0,75 % skont il-piż taż-żejt. Ningbo Kwung’s Wisdom fil-“Formola ta’ Informazzjoni dwar l-Inputs” oriġinali tiegħu (kif mitlub fin-Notifika ta’ Bidu) u fit-tweġibiet sussegwenti għall-kwestjonarju rrefera biss għall-Kodiċi SA 2712 20 għax-xama’ tal-paraffina tiegħu. |
|
(63) |
L-użu tal-Kodiċi SA 2712 20 ġie vverifikat matul il-verifika fuq il-post fil-bini ta’ Ningbo Kwung’s Wisdom. L-aċċettazzjoni tal-asserzjoni tagħhom f’dan l-istadju - li l-Kodiċi SA 2712 90 kellu jintuża wkoll - timplika li t-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju ma kinitx kompluta u potenzjalment kienet qarrieqa. Fi kwalunkwe każ, din id-data addizzjonali ma setgħetx tiġi vverifikata f’dan l-istadju tard. Għalhekk, din l-asserzjoni kienet miċħuda. |
|
(64) |
Bi tweġiba għad-divulgazzjoni proviżorja, u mtennija għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking argumenta ukoll li huwa pprovda informazzjoni vverifikata li huwa juża l-Kodiċi SA 2712 90 għax-xama’ mikrokristallina u għalhekk jenħtieġ li jintuża l-Kodiċi SA 2712 90 biex jiġi stabbilit parametru referenzjarju għax-xama’ mikrokristallina. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li kważi x-xama’ kollha użata minn Qingdao Kingking kienet xama’ tal-paraffina u għalhekk taqa’ taħt il-kodiċi SA 2712 20 . Għalhekk, il-prezz referenzjarju li użat il-Kummissjoni jirrifletti b’mod korrett l-input użat mill-kumpanija kkonċernata. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni osservat ukoll li l-kodiċi SA 2712 90 huwa kodiċi tal-basket li jkopri firxa wiesgħa ta’ prodotti għajr ix-xama’ mikrokristallina. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-parametru referenzjarju tal-prezz għall-kodiċi SA 2712 20 huwa aktar pertinenti għall-istabbiliment tal-prezz referenzjarju għax-xama’ mikrokristallina. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li afferma Qingdao Kingking fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, ix-xama’ mikrokristallina ma tqisitx bħala parti mill-oġġetti konsumabbli, iżda ġiet assenjata prezz referenzjarju tax-xama’ tal-paraffina kif spjegat hawn fuq. Għalhekk din l-asserzjoni ġiet micħuda. |
|
(65) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking afferma li l-prezzijiet tal-għotjien tal-ħġieġ tagħhom kienu 18,4 % aktar baxxi mill-kontenituri tal-ħġieġ, u għalhekk kien jeħtieġ li dan it-tnaqqis jiġi applikat għall-prezzijiet referenzjarji. Madankollu, il-prezzijiet referenzjarji miksuba mill-istatistika Torka ma ppermettewx li tiġi vvalutata tali differenza fil-prezz. Barra minn hekk, peress li l-għotjien jirrappreżentaw biss komponent żgħir tal-kost tal-prodott ġenerali tal-ħġieġ, dawn iridu jiġu ttrattati bħala li jikkondividu l-istess karatteristiċi essenzjali bħall-oġġett sħiħ, minħabba li huma ppreżentati flimkien mal-prodott finali. Konsegwentement, u kif applikat b’mod konsistenti għall-kumpaniji investigati kollha, il-prezz tal-għotjien inżamm l-istess. |
|
(66) |
B’referenza għat-Tabella 9 fil-premessa (277) tar-Regolament proviżorju, u bi tweġiba għar-Regolament proviżorju, Ningbo Kwung’s Wisdom innota li l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni nstab li huwa ta’ EUR 2 000–EUR 2 500 għal kull tunnellata, li skontu jikkorrispondi għal prezz għal kull kg ta’ xama’ tal-paraffina ta’ EUR 2,144 (RMB 16,75). Ningbo Kwung’s Wisdom staqsa wkoll dwar is-sors ta’ dan il-parametru referenzjarju tax-xama’. Fl-aħħar nett, Qingdao Kingking qies li l-prezz tax-xama’ tal-paraffina ma kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-prezz tal-importazzjoni tax-xama’ tal-paraffina f’pajjiżi oħra b’introjtu medju superjuri (9). |
|
(67) |
Bi tweġiba għall-asserzjoni minn Ningbo Kwung’s Wisdom, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni peress li l-istandard legali ma huwiex li jitqabbel il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ma’ dak tal-produtturi esportaturi. Minflok, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jordna li l-valur normali għandu jinħadem abbażi ta’ kostijiet u prezzijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(68) |
Fir-rigward tal-valur tal-RMB 16,75 għal kull kg ta’ xama’ tal-paraffina, id-data tirriżulta minn estrazzjoni mill-GTA għat-Turkija għall-Kodiċi SA 2712 20 . Din id-data ġiet divulgata fl-Anness II tat-Tieni Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-Valur Normali (10) |
|
(69) |
Bi tweġiba għall-asserzjoni minn Qingdao Kingking, meta ħadet id-data mill-GTA, il-Kummissjoni qieset il-volumi tal-importazzjonijiet, kwalunkwe restrizzjoni kummerċjali tiegħu li jista’ jkollha impatt fuq il-prezzijiet u l-volumi tal-importazzjonijiet, u s-sehem tal-importazzjonijiet totali minn, fost l-oħrajn, iċ-Ċina. Il-livell tal-prezz nominali tal-importazzjoni mhuwiex kriterju oġġettiv għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv, għalhekk is-sejba ta’ Qingdao Kingking ta’ livelli ta’ prezzijiet differenti f’pajjiżi oħra ma setgħetx tiġi kkunsidrata. |
3.2.3.2. Fattur tal-produzzjoni — metodoloġija għall-kalkolu tal-materja prima u arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq
|
(70) |
Ta’ min ifakkar li l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni għall-kalkolu tal-valur normali kienet iddettaljata fil-premessi (172) sa (225) fir-Regolament proviżorju. |
Metodoloġija għall-kalkolu tal-Materja Prima
|
(71) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, Ningbo Kwung’s Wisdom ikkritika kif il-kostijiet tat-trasport għat-trasport tal-materja prima żdiedu mal-kost tal-materja prima mixtrija, u meta l-prezz distort ta’ dik il-materja prima ġie sostitwit bi prezz referenzjarju, il-kost tat-trasport bħala perċentwal tal-prezz sottostanti tal-materja prima ġie applikat minflok fuq il-prezz referenzjarju mingħajr distorsjoni. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni. Il-metodoloġija applikata żgurat li l-prezzijiet referenzjarji użati biex jissostitwixxu l-prezzijiet distorti tal-input inkorporaw kif xieraq il-kostijiet tat-trasport. |
|
(73) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking tenna l-asserzjoni tiegħu dwar l-inklużjoni ta’ ċerta materja prima importata f’oġġetti tal-konsum għall-kuntrarju tal-istabbiliment ta’ prezz ta’ referenza għalihom. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni fakkret fil-konklużjonijiet li saru fil-premessi (204) - (206) tar-Regolament proviżorju. L-għażla li l-komponenti żgħar tal-kostijiet jitqiesu bħala oġġetti konsumabbli saret mingħajr kunsiderazzjoni ta’ jekk l-FOPs individwali ġewx importati jew le. Il-kategorizzazzjoni f’oġġetti tal-konsum kienet element prattiku tal-metodoloġija biex jiġi limitat l-għadd ta’ FOPs għal dawk li għandhom impatt materjali fuq il-kost tal-manifattura. Il-kumpanija naqset milli tipprova li dan ma kienx il-każ. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(75) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, Qingdao Kingking sostna li l-kalkolu tal-valur normali bi żball injora l-kwantità tal-produzzjoni għal dawk it-tipi ta’ prodotti li nkisbu biss mill-inventarju. |
|
(76) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni. F’konformità mal-metodoloġija użata, il-Kummissjoni kienet talbet lill-produttur esportatur biex jimla l-kwestjonarju inklużi l-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa għal dawk il-kwantitajiet li ma kinux prodotti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Qingdao Kingking mela din il-parti tal-kwestjonarju inkluż il-konsum ta’ materja prima għal prodotti mibjugħa mill-inventarju. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet referenzjarji għall-proporzjonijiet tal-konsum u b’hekk ħadmet il-valur normali. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Qingdao Kingking, il-Kummissjoni ma injoratx dawn il-prodotti fil-kalkoli tagħha. |
|
(77) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali definittiva (il-premessa 53 tiegħu), il-produttur esportatur Ningbo Kwung’s Wisdom staqsa għaliex il-kostijiet tat-trasport tal-materja prima jeħtieġ li jiġu aġġustati meta ma kien hemm l-ebda sejba li tali kostijiet kienu distorti. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni sabet li l-industrija Ċiniża tax-xemgħat hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif spjegat fid-dettall fit-Taqsima 3.2.1 tar-Regolament. Bħala tali, il-Kummissjoni qieset li ma kienx xieraq li jintużaw il-kostijiet u l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi, inklużi l-kostijiet tat-trasport imħallsa mill-produttur esportatur Ċiniż, peress li dawn ikunu affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti. Għalhekk, hija ħadmet il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a). Kif spjegat fil-premessa 203 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni għalhekk esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista tal-materja prima bħala perċentwal tal-kost effettiv ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(79) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali definittiva, il-produttur esportatur Ningbo Kwung’s Wisdom enfasizza li, wara li l-Kummissjoni kienet iddeterminat is-sorsi għall-kostijiet mingħajr distorsjoni, jeħtieġ li ma żżidx merkanzija u assigurazzjoni internazzjonali, flimkien ma’ dazji tal-importazzjoni biex iġġib il-merkanzija lejn it-Turkija, billi dan iwassal biex iżid il-kost mingħajr distorsjoni tal-FOPs. Ningbo Kwung’s Wisdom iqis li l-prezzijiet ta’ dawn l-FOPs ma kinux distorti meta telqu mill-pajjiż tal-esportazzjoni u ma hemm ebda bżonn li dawn il-prezzijiet jiġu mgħollija. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni nnotat li, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jeħtieġ li jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv jew abbażi ta’ prezzijiet, kostijiet jew valuri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ma qisitx xieraq li tibbaża fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni tax-xama’ tal-paraffina fil-pajjiż rappreżentattiv, it-Tajlandja, billi dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu affettwati mill-volum sinifikanti ta’ importazzjonijiet Ċiniżi distorti. Għal din ir-raġuni, u fin-nuqqas ta’ parametru referenzjarju internazzjonali, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz referenzjarju għax-xama’ tal-paraffin fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni Torok. Għalhekk, jenħtieġ li l-prezz referenzjarju jirrifletti l-prezz li produttur tax-xemgħat iħallas fit-Turkija għal materja prima kkonsenjata mal-ħruġ mill-fabbrika. Jekk id-dazji fuq il-merkanzija, l-assigurazzjoni u l-importazzjoni jitnaqqsu mill-prezz referenzjarju, il-prezz li jirriżulta ma jirriflettix il-prezz mingħajr distorsjoni fis-suq Tork iżda l-prezz EXW medju (meta jinbiegħ għall-esportazzjoni) fil-pajjiżi li jbigħu lit-Turkija. Dan imur kontra l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda. |
Arranġamenti ta’ tolling
|
(81) |
Fil-premessi (180) sa (186) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni spjegat kif ikkonvertiet it-tariffi tal-ipproċessar tat-tollers f’materja prima u f’manodopera. Hija spjegat ukoll li l-ewwel kienet naqset perċentwal ġust għall-kostijiet SG&A u l-profitt imġarrba mit-toller. |
|
(82) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni definittiva, l-industrija tal-Unjoni staqsiet jekk tali tnaqqis kienx iġġustifikat, bl-argument li t-tariffi tal-ipproċessar tat-tollers jeħtieġ li jiġu kkonvertiti bis-sħiħ f’kostijiet, pereżempju, billi jiżdiedu l-kost SG&A nozzjonali u l-profitt mal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. |
|
(83) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li l-proċess ta’ tolling kien jikkonċerna biss sehem limitat ħafna tal-produzzjoni totali tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(84) |
It-tieni, ir-raġuni għal dan il-metodu kienet li jinstab mod preċiż u raġonevoli ta’ kif it-tariffi imposti mit-tollers għal diversi servizzi (b’mod predominanti l-manodopera) jiġu kkonvertiti għal prezz referenzjarju għall-inputs rilevanti, simili għall-istabbiliment tal-prezzijiet referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-FOPs kif diskuss hawn fuq. |
|
(85) |
Fl-aħħar nett, jekk ma jitnaqqsux il-kost u l-profitt nozzjonali tal-SG&A mġarrba mit-toller qabel ma t-tariffa tal-ipproċessar tat-tollers tiġi kkonvertita fi prezzijiet referenzjarji abbażi tal-inputs użati, dan ikun jammonta għal għadd doppju tal-kost u l-profitt tal-SG&A għas-servizzi mogħtija mit-tollers. Kif spjegat fil-premessi (214) sa (219) tar-Regolament proviżorju, kost SG&A u profitt ibbażati fuq id-data finanzjarja mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż rappreżentattiv kienu diġà ġew miżjuda flimkien mal-kost tal-manifattura meta nħadem il-valur normali. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
3.2.3.3. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(86) |
Fil-premessi (214) sa (219) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet kif żiedet il-kost SG&A u l-profitt mill-produtturi tax-xemgħat Tajlandiżi mal-kost tal-manifattura. |
|
(87) |
L-industrija tal-Unjoni rreferiet għal data finanzjarja aktar reċenti li kienet disponibbli għall-produtturi tax-xemgħat Tajlandiżi. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li kienet disponibbli data finanzjarja aktar reċenti u sussegwentement aġġornat il-kost u l-profitt tal-SG&A kif xieraq. Id-data aktar reċenti mill-2024, li tikkoinċidi mal-perjodu ta’ investigazzjoni bi tliet trimestri ta’ sena minflok trimestru ta’ sena jekk tintuża biss id-data tal-2023, irriflettiet aħjar is-sitwazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, dment li l-produtturi tax-xemgħat Tajlandiżi ġġeneraw profitt raġonevoli. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni għalhekk ħadet medja ponderata ta’:
|
|
(90) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet li tintuża d-data finanzjarja ta’ żewġ produtturi addizzjonali tax-xemgħat fit-Tajlandja biex jinħadem il-valur normali. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-attivitajiet kummerċjali ta’ dawn il-kumpaniji skont il-klassifikazzjoni NACE (11) ma allinjawx mal-kumpaniji diġà magħżula. Għalkemm l-ismijiet ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji ssuġġerew li huma involuti fil-produzzjoni tax-xemgħat, il-klassifikazzjoni NACE tagħhom indikat mod ieħor (12). Billi l-industrija tal-Unjoni naqset milli tissottometti aktar evidenza dwar l-attivitajiet tal-kumpanija, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(91) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Qingdao Kingking issuġġerixxa li jiġu inklużi wkoll dawk il-produtturi tax-xemgħat Tajlandiżi li wrew profitt ta’ inqas minn 1 %. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni qieset li l-profitt miksub mill-produtturi tax-xemgħat f’pajjiż rappreżentattiv irid ikun ta’ livell raġonevoli u li marġni ta’ profitt ta’ inqas minn 1 % ma jissodisfax dan ir-rekwiżit. Għalhekk, l-użu ta’ tali profitt ma jkunx raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(93) |
Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Ningbo Kwung’s Wisdom issuġġerixxa li ssir dipendenza biss fuq data finanzjarja relatata mas-sena finanzjarja 2024. |
|
(94) |
Kif imsemmi fil-premessi (84) u (85) hawn fuq, id-data finanzjarja miġbura ġiet aġġustata biex tirrifletti s-sitwazzjoni kemm jista’ jkun mill-qrib matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li jitqies kif xieraq jekk produttur individwali tax-xemgħat fit-Tajlandja kienx qed jiġġenera profitt raġonevoli matul dak il-perjodu. Is-suġġeriment ta’ Ningbo Kwung’s Wisdom għalhekk ġie miċħud. |
|
(95) |
Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Qingdao Kingking issuġġerixxa li l-istaġjonabbiltà tal-bejgħ tal-prodott ma tqisitx biżżejjed meta ġew akkwisiti l-profitt u l-kostijiet SG&A. Abbażi tad-data dwar l-importazzjoni fl-Unjoni, Qingdao Kingking issuġġerixxa li jinbidel il-kalkolu biex tingħata aktar piż lid-data mit-trimestru ta’ qabel il-perjodu tal-Milied, abbażi tad-distribuzzjoni statistika tal-importazzjonijiet fl-Unjoni. |
|
(96) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dan l-approċċ. Hija qieset li l-għan tal-akkwisit tal-kostijiet SG&A u tal-profitt minn sentejn differenti huwa li jiġi rifless il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-perjodu ta’ investigazzjoni jkopri sena sħiħa, u għalhekk jinkludi t-trimestru ta’ qabel il-perjodu tal-Milied. Peress li d-data finanzjarja ma kinitx disponibbli għal kull trimestru u l-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tax-xemgħat fil-pajjiż rappreżentattiv ma setgħetx titqabbel max-xejra tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
3.2.3.4. Konklużjoni
|
(97) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar is-sorsi użati u l-metodoloġija applikata biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni (il-premessi (42) sa (85) hawn fuq), il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (168) sa (219) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(98) |
Ġie mfakkar li l-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-esportazzjoni bħala l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar dan, din il-metodoloġija ġiet ikkonfermata. |
3.4. Tqabbil
|
(99) |
Fit-Taqsima 3.4. tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet il-metodoloġija għal tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. Għal dan l-għan, fil-premessa (232) tagħha, il-Kummissjoni spjegat kif il-bejgħ indirett lejn l-Unjoni permezz ta’ negozjanti relatati ġie pproċessat, jiġifieri billi tnaqqset kummissjoni li saret minn dawn in-negozjanti relatati f’konformità mal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-fatt li t-tweġiba tal-Kummissjoni fiha informazzjoni sensittiva għall-kumpanija, il-kumment tagħha ġie indirizzat fid-divulgazzjoni speċifika għall-kumpanija. |
|
(100) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju u għad-divulgazzjoni finali, Ningbo Kwung’s Wisdom staqsa dwar ir-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni biex tagħmel korrezzjoni għall-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, u l-kalkolu tal-marġni ta’ profitt użat. |
|
(101) |
Minħabba s-sensittività tal-operazzjonijiet tan-negozju, il-Kummissjoni indirizzat ir-raġunament tagħha f’anness speċifiku għall-kumpanija ddivulgat lill-parti msemmija hawn fuq fil-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(102) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar it-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (227) sa (235) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.5. Kalkolu
|
(103) |
Bi tweġiba għar-Regolament proviżorju, l-industrija tal-Unjoni sostniet li tnejn mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun kienu relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (13) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li jistipula taħt liema kundizzjonijiet il-partijiet jistgħu jiġu ttrattati bħala relatati. Il-Kummissjoni qablet ma’ din l-asserzjoni u qieset li tnejn mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co u Ningbo Kwung’s Wisdom, jeħtieġ li jiġu ttrattati bħala partijiet relatati. Ir-raġuni speċifika għat-trattament bħala partijiet relatati f’din l-investigazzjoni ġiet żvelata direttament lill-produtturi esportaturi kkonċernati, minħabba n-natura potenzjalment sensittiva tagħha. |
|
(104) |
Għalhekk, il-marġni tad-dumping ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata bejniethom. |
|
(105) |
Wara d-divulgazzjoni finali, kemm Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co u Ningbo Kwung’s Wisdom, kif ukoll CHCIA kkontestaw li jenħtieġ li jitqiesu bħala partijiet relatati u insistew li jkollhom il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom stess. Għal raġunijiet ta’ sensittività tal-fatti, l-argumenti speċifiċi ġew imwieġba f’anness speċifiku għall-kumpanija żvelat lill-partijiet ta’ hawn fuq fil-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
3.6. Marġni tad-dumping
|
(106) |
Kif deskritt fit-Taqsima 3.2. sat-Taqsima 3.5 hawn fuq, wara l-asserzjonijiet tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet tad-dumping. |
|
(107) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (CIF, Cost, Insurance and Freight) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. ĦSARA
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(108) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (244) sa (245) tar-Regolament proviżorju. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(109) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (246) sa (249) tar-Regolament proviżorju. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(110) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA sostniet li l-importazzjonijiet ta’ xemgħat miċ-Ċina ma esperjenzawx żieda sinifikanti matul il-perjodu kkonċernat, la f’termini assoluti u lanqas meta mqabbla mal-konsum fl-Unjoni. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif spjegat fit-Taqsima 4.3 tar-Regolament proviżorju, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’ 40 % f’termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat. F’termini relattivi, meta mqabbel mal-konsum tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 13 % għal 22 %, li jirrappreżenta żieda ta’ 67 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(112) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CHCIA tenniet il-pożizzjoni tagħha li l-importazzjonijiet Ċiniżi tax-xemgħat ma kinux żdiedu f’termini relattivi u kkontestat il-kunċett li dawn l-importazzjonijiet kellhom impatt negattiv fuq is-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tenniet l-ispjegazzjoni fil-premessi (106) u (107) hawn fuq. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
4.3.1. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(113) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA sostniet li l-analiżi tal-Kummissjoni tat-twaqqigħ tal-prezz kienet tiddependi biss fuq data mill-perjodu ta’ investigazzjoni, mingħajr ma qieset il-perjodu kollu kkunsidrat jew eżaminat l-iżviluppi kontinwi fil-prezzijiet u ma kellhiex oġġettività. |
|
(114) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq eżami oġġettiv u evidenza pożittiva u ma injoratx l-iżviluppi fil-prezzijiet maż-żmien. Il-perjodu kollu kkunsidrat ġie eżaminat għal xejriet fil-volumi tal-importazzjoni, is-sehem mis-suq, l-indikaturi tal-ħsara u s-soppressjoni. Il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, li jeħtieġu tqabbil preċiż tat-tipi ta’ prodotti, huma limitati għall-perjodu ta’ investigazzjoni biex tiġi żgurata l-komparabbiltà dovuta. Kif iddikjarat fit-Taqsima 4.3 tar-Regolament proviżorju, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz saret f’konformità mal-metodoloġija stabbilita tal-Kummissjoni, li tiffoka fuq il-perjodu ta’ investigazzjoni għat-tqabbil tal-prezzijiet. Dan huwa konsistenti mar-Regolament bażiku. Il-valutazzjoni tal-effetti fuq il-prezzijiet kienet ibbażata fuq l-aktar data reċenti u rilevanti, jiġifieri, il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(115) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA kkontestat ukoll il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u talbet kjarifika dwar l-aġġustamenti speċifiċi li saru. Hija argumentat li d-data disponibbli turi li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu konsistentement ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul l-2021, l-2022, u l-perjodu ta’ investigazzjoni, u għalhekk tiddubita l-validità tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. |
|
(116) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-asserzjoni injorat l-elementi metodoloġiċi ewlenin u s-sejbiet tal-investigazzjoni. It-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit bl-użu ta’ metodoloġija soda bbażata fuq data vverifikata u f’konformità sħiħa mar-Regolament bażiku. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni wettqet tqabbil tal-prezzijiet ibbażat fuq il-PCNs bl-użu ta’ data vverifikata matul iż-żjarat fuq il-post lill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, filwaqt li l-asserzjoni kienet tiddependi fuq data statistika aggregata dwar l-importazzjonijiet. It-tqabbil sar fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, u fejn kienu meħtieġa aġġustamenti, dawn ġew żvelati lill-kumpaniji individwali kkonċernati. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(117) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA sostniet ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma rażżnux il-prezzijiet tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif innotat fit-Taqsima 4.4 tar-Regolament proviżorju, it-trażżin tal-prezzijiet seħħ peress li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux iżidu biżżejjed il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom minħabba pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw miċ-Ċina. Minkejja żieda ta’ 24 % fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, din iż-żieda ma kinitx biżżejjed biex tikkumpensa għal żieda ta’ 42 % fil-kostijiet tal-produzzjoni, li tipprekludi lill-industrija tal-Unjoni milli tikseb livell raġonevoli ta’ profitt. Il-Kummissjoni nnotat li l-inabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li taġġusta l-prezzijiet tagħha f’konformità mal-iżviluppi fil-kostijiet kienet konsegwenza diretta tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, u b’hekk ġiet stabbilita rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet u t-trażżin tal-prezzijiet. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(118) |
Kif deskritt fit-Taqsima 3.2 sat-Taqsima 3.5 hawn fuq, wara l-asserzjonijiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-kalkolu rivedut wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 19 % u 43,2 % b’porzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
|
(119) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CHCIA tenniet l-asserzjoni tagħha li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kkawżawx soppressjoni tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Hija argumentat li, minħabba t-tnaqqis ta’ 16 % fil-konsum tal-Unjoni bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, ma kienx ikun kummerċjalment fattibbli għall-industrija tal-Unjoni li tgħaddi l-kostijiet addizzjonali lill-klijenti. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha dwar il-konsum tal-Unjoni, kif analizzat fit-Taqsima 5.2.3 hawn taħt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfasizzat li l-vijabbiltà kummerċjali hija marbuta mal-kompetizzjoni. L-investigazzjoni żvelat li ż-żieda fl-importazzjonijiet inġusti miċ-Ċina għamlitha kummerċjalment mhux fattibbli għall-industrija tal-Unjoni li żżid il-prezzijiet f’konformità maż-żieda fil-kostijiet, li huwa eżempju ewlieni ta’ soppressjoni tal-prezzijiet. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(121) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur Bunnik Creations B.V. sostna li d-differenza fil-prezzijiet bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet stmata żżejjed u ppreżenta eżempji speċifiċi dwar xemgħat rustiċi. |
|
(122) |
Filwaqt li l-asserzjoni kienet ibbażata fuq PCN speċifiku, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni wettqet tqabbil tal-prezzijiet fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ. Dan ġie aġġustat kif xieraq fejn meħtieġ u wara t-tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Dan it-tqabbil tal-prezzijiet kien ibbażat fuq il-PCNs, bl-użu ta’ data vverifikata matul iż-żjarat fuq il-post lill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u lill-produtturi tal-Unjoni, u, kif innotat fil-premessa (114) hawn fuq, il-kalkolu wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 19 % u 43,2 % għal porzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
4.3.2. Konklużjoni
|
(123) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (250) sa (259) tar-Regolament proviżorju. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(124) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (260) sa (264) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
|
(125) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (265) sa (276) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
|
(126) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA kkontestat is-sejba ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, bl-argument li l-evidenza disponibbli ma kinitx tappoġġa tali konklużjoni. Hija enfasizzat li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat, u l-produtturi tal-Unjoni baqgħu profittabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li hija interpretat bħala sinjal ta’ reżiljenza aktar milli ħsara. Barra minn hekk, is-CHCIA affermat li t-tnaqqis fil-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment kien primarjament attribwibbli għal strateġiji ta’ investiment aggressivi ta’ wara l-pandemija, aktar milli pressjonijiet esterni tas-suq. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif spjegat fit-Taqsima 4.5 tar-Regolament proviżorju u fil-premessa (92) hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat soppressjoni tal-prezzijiet minħabba pressjoni minn importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping bi prezz baxx. Għalkemm il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni żdiedu b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat, din iż-żieda ma kinitx biżżejjed biex tikkumpensa għal żieda ta’ 42 % fil-kostijiet tal-produzzjoni. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm livell raġonevoli ta’ profittabbiltà. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis qawwi fil-profitti, li naqsu b’68 %, flimkien ma’ telf fis-sehem mis-suq (-24 %). Il-marġnijiet ta’ profitt naqsu minn livell b’saħħtu ta’ [9 % - 11 %] għal livelli dannużi ta’ [3 % - 4 %] biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan il-kollass fil-profittabbiltà huwa indikatur ċar ta’ ħsara materjali. Fir-rigward tal-investimenti, il-Kummissjoni nnotat li ż-żieda fl-attività ta’ investiment kienet primarjament diretta lejn ir-riallokazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti u s-sostituzzjoni tal-assi essenzjali tal-produzzjoni. Dawn l-investimenti saru minkejja pressjoni kompetittiva qawwija, sehem mis-suq li qed jonqos, u sitwazzjoni finanzjarja li qed tiddeterjora. Id-deċiżjonijiet ta’ investiment ma jinnegawx l-eżistenza ta’ ħsara iżda pjuttost jirriflettu l-isforzi mill-industrija tal-Unjoni biex tadatta u tibqa’ ħajja f’kundizzjonijiet ostili. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(128) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur, Bunnik Creations B.V., sostna li ż-żidiet fil-kostijiet tal-enerġija u tal-materja prima, aktar milli l-importazzjonijiet Ċiniżi, kienu responsabbli għat-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Il-kumpanija sostniet ukoll li l-industrija tal-Unjoni baqgħet profittabbli matul il-perjodu kkunsidrat u li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha saħansitra żdiedu, li jindika nuqqas ta’ ħsara. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni analizzat iż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni fit-Taqsima 5.2.4.2 hawn taħt. Il-Kummissjoni nnotat li hija indirizzat il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fit-Taqsima 4.5.3.4 tar-Regolament proviżorju. Ġie ddeterminat li l-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’rata li taqbeż dik tal-prezzijiet tal-bejgħ li qed jiżdiedu, u dan irriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod speċifiku, il-profittabbiltà naqset minn [9 % - 11 %] fl-2021 għal sitwazzjoni dannuża ta’ madwar [3 % - 4 %] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu b’mod persistenti l-prezzijiet tal-Unjoni, u applikaw pressjoni ’l isfel sostanzjali fuq il-prezzijiet tas-suq, u b’hekk wasslu għal soppressjoni tal-prezzijiet. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(130) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-indikaturi mikroekonomiċi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (277) sa (290) tar-Regolament proviżorju. |
4.5. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(131) |
Fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, il-Kummissjoni infurmat lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea) bid-deċiżjoni tagħha u stednitu jissottometti kwalunkwe kumment sad-29 ta’ Awwissu 2025. Il-Gvern taċ-Ċina ssottometta sett ta’ kummenti fil-15 ta’ Settembru 2025, inkluża asserzjoni dwar il-valutazzjoni tad-dannu allegatament difettuża tal-Kummissjoni. |
|
(132) |
Minħabba li s-sottomissjoni saret aktar minn ġimagħtejn wara l-iskadenza stabbilita, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra l-asserzjonijiet fil-kuntest tad-divulgazzjoni proviżorja għal raġunijiet proċedurali. Barra minn hekk, il-kontenut tas-sottomissjoni ma ppreżenta l-ebda argument ġdid jew sostantiv, iżda pjuttost tenna punti diġà mqajma minn partijiet interessati oħra. |
|
(133) |
Fid-dawl tad-dewmien proċedurali, il-Kummissjoni ċaħdet is-sottomissjoni. Madankollu, il-kontenut tal-asserzjonijiet ġie indirizzat kif xieraq bi tweġiba għas-sottomissjonijiet f’waqthom, preċedenti u korretti ta’ partijiet oħra. |
|
(134) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-ħsara, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (291) sa (296) tar-Regolament proviżorju. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping
|
(135) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA sostniet li ma kien hemm l-ebda rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Hija argumentat li fl-2023, kemm il-bejgħ tal-Unjoni kif ukoll l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu drastikament, filwaqt li fl-2022, l-importazzjonijiet żdiedu, u l-bejgħ tal-Unjoni naqas biss bi ftit u dan jissuġġerixxi li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni ċara. Is-CHCIA nnotat ukoll li t-twaqqigħ tal-prezz seħħ biss fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u dan kompla jdgħajjef l-argument għal rabta kawżali sostnuta. |
|
(136) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-analiżi tar-rabta kawżali mhijiex ibbażata biss fuq il-volumi tal-importazzjoni, iżda fuq l-impatt ikkombinat tal-volum u tal-prezz maż-żmien fir-rigward tad-diversi indikaturi tal-ħsara. Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità huma fattur ewlieni fil-valutazzjoni tal-ħsara. Kif innotat fit-Tabelli 4 u 5 tar-Regolament proviżorju, l-evoluzzjoni tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina għamlu pressjoni fuq il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Din is-soppressjoni tal-prezzijiet wasslet għal marġnijiet ta’ profitt mhux sostenibbli, telf tas-sehem mis-suq, u d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Is-CHCIA nnifisha rrikonoxxiet it-twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet Ċiniżi mill-2023, li dgħajjef il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżomm livelli vijabbli ta’ produzzjoni u pprezzar. Dan jappoġġa s-sejba tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mibjugħa fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ferm aktar baxxi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(137) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (297) sa (301) tar-Regolament proviżorju. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħra
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(138) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (302) sa (305) tar-Regolament proviżorju. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
|
(139) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHICIA affermat li l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja l-konklużjoni tagħha li t-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kien marbut mal-bejgħ tal-produtturi Ċiniżi fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. Is-CHICIA sostniet ukoll li kwalunkwe żvilupp negattiv fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma għandux jitqies bħala parti mill-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni nnotat, kif iddikjarat fil-premessa (308) u appoġġata wkoll min-nota 100 f’qiegħ il-paġna tar-Regolament proviżorju, li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi kienu sostanzjali fil-volum u ġew offruti bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk fis-suq tal-Unjoni. Dan indika li l-pressjoni tal-ipprezzar eżerċitata mill-produtturi Ċiniżi ma kinitx limitata għas-suq tal-Unjoni iżda kienet preżenti wkoll fi swieq globali oħra, u b’hekk affettwat ix-xenarju kompetittiv b’mod aktar wiesa’. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma attribwietx id-deterjorament fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni lill-importazzjonijiet Ċiniżi. Minflok, hija kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u l-ħsara materjali mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.2.3. Konsum
|
(141) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA sostniet li tnaqqis fil-konsum kellu jiġi vvalutat b’mod indipendenti bħala kawża potenzjali ta’ ħsara, u sostniet li l-Kummissjoni naqset milli twettaq tali analiżi. Il-Kummissjoni nnotat li t-Taqsima 5.2.3 tar-Regolament proviżorju tindirizza speċifikament il-konsum. |
|
(142) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Hija nnotat li filwaqt li l-konsum ġenerali tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis fil-bejgħ tal-Unjoni kien notevolment aktar qawwi. Barra minn hekk, mill-2021 sal-2022, u mill-2023 sal-perjodu ta’ investigazzjoni meta l-konsum żdied, il-bejgħ tal-Unjoni xorta naqas, u dan ma jindika l-ebda korrelazzjoni ċara. L-industrija tal-Unjoni naqqset ukoll b’mod sinifikanti l-produzzjoni tagħha, li rriżulta f’użu b’kapaċità baxxa li ma setax jiġi spjegat mix-xejriet tal-konsum biss. Barra minn hekk, matul il-perjodu kkunsidrat, perjodu ta’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod sostanzjali u kisbu sehem mis-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat l-iżviluppi fil-konsum, ippreżentat evidenza ta’ sostenn, u indirizzat il-kwistjoni fil-valutazzjoni tal-kawżalità tagħha. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
5.2.4. Fatturi oħrajn
|
(143) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA argumentat li fatturi oħra kellhom jiġu vvalutati bħala kawżi potenzjali ta’ ħsara. B’mod speċifiku, hija rreferiet għal deċiżjonijiet ta’ investiment, kostijiet li qed jiżdiedu, u preferenzi tal-konsumaturi. |
5.2.4.1. Deċiżjonijiet dwar l-Investiment
|
(144) |
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment, is-CHCIA sostniet li l-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti sproporzjonati. Dan, allegatament, wassal għal kostijiet ogħla tal-produzzjoni ta’ unità u rrifletta deċiżjonijiet kummerċjali difettużi ottimisti żżejjed. |
|
(145) |
Kif spjegat fil-premessa (123) hawn fuq, il-Kummissjoni nnotat li ż-żieda fl-attività ta’ investiment kienet primarjament immirata lejn ir-riallokazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti u s-sostituzzjoni tal-assi essenzjali tal-produzzjoni. Dawn id-deċiżjonijiet juru l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tadatta u tibqa’ ħajja f’kundizzjonijiet diffiċli. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
5.2.4.2. Spejjeż li qed jogħlew
|
(146) |
Is-CHCIA affermat li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, li ma setgħetx tiġi mgħoddija bis-sħiħ lill-konsumaturi, b’mod li ikkontribwiet għall-kundizzjoni tagħha li qed tiddeterjora. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni nnotat li hija wettqet eżami bir-reqqa tal-iżviluppi fil-kostijiet u x-xejriet tal-profittabbiltà matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kien attribwibbli għas-soppressjoni tal-prezzijiet li eżerċitat twaqqigħ sinifikanti tal-prezz minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Filwaqt li ż-żieda fil-kostijiet kienet fattur kuntestwali, din ma kisritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-ħsara materjali. Din il-konklużjoni hija ssostanzjata mid-data ppreżentata fit-Tabelli 9 u 12 tar-Regolament proviżorju. B’mod partikolari, matul is-sena 2022, minkejja żieda sostanzjali fil-kostijiet tal-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni setgħet tgħaddi dawn iż-żidiet fil-kostijiet lill-klijenti, u b’hekk iżżomm il-profittabbiltà. Dan jiċħad il-korrelazzjoni allegata mis-CHCIA, u jikkonferma li ż-żidiet fil-kostijiet ma kissrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-ħsara. Barra minn hekk, fl-2023, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat b’mod sinifikanti minħabba tnaqqis aggressiv fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li eżerċita pressjoni estrema fuq l-industrija tal-Unjoni. Din il-pressjoni tal-ipprezzar żammet lill-industrija milli taġġusta l-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u mhux minn żviluppi fil-kostijiet interni u għaldaqstant ċaħdet l-asserzjoni. |
5.2.4.3. Preferenzi tal-Konsumatur
|
(148) |
Is-CHCIA affermat li l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni kienet dovuta għan-nuqqas tagħha li tadatta għall-preferenzi tal-konsumatur li qed jevolvu, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi offrew prodotti aktar diversifikati u moderni. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni sabet li din l-asserzjoni kienet spekulattiva, mhux sostanzjata u nieqsa minn evidenza ta’ sostenn. Hija tenniet li l-valutazzjoni PCN ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni wriet kompetizzjoni ċara bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(150) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur Bunnik Creations B.V. sostna li t-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien dovut għal bidliet fl-imġiba tal-konsumatur u żieda fil-kompetizzjoni mill-bejjiegħa bl-imnut. Il-Kummissjoni nnotat, skont il-premessa (145) hawn fuq, li l-PCN iqabbel kanali ta’ distribuzzjoni ta’ valutazzjoni abbażi ta’ prodott skont it-tip, billi jagħżel prodotti minn diversi produtturi. Dawn il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jagħżlu bejn produtturi tal-Unjoni, Ċiniżi jew oħrajn. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(151) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CHCIA tenniet l-asserzjonijiet tagħha li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni naqset milli tqis fatturi kritiċi, bħall-impatt tal-COVID-19 u d-deċiżjonijiet ta’ investiment li ttieħdu mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(152) |
Fir-rigward tal-investimenti tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni rreferiet għat-Taqsima 5.2.4.1 hawn fuq, li fiha ġew indirizzati dawn il-kummenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni. |
|
(153) |
Fir-rigward tal-analiżi tal-impatt tal-COVID-19, il-Kummissjoni nnotat li hija qieset il-profittabbiltà ta’ qabel il-pandemija sabiex tistabbilixxi l-marġni ta’ profitt. Hija analizzat ukoll it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u l-effetti negattivi tal-importazzjonijiet Ċiniżi li nstabu li kienu oġġett ta’ dumping bi prezzijiet inġusti, kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ valur. Il-Kummissjoni vvalutat bir-reqqa dawn il-fatturi fl-analiżi tal-kawżalità tagħha, filwaqt li qieset is-sitwazzjoni ġenerali. Konsegwentement, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(154) |
Fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, il-Kummissjoni infurmat lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea) bid-deċiżjoni tagħha u stednitu jissottometti kwalunkwe kumment sad-29 ta’ Awwissu 2025. Il-Gvern taċ-Ċina ssottometta sett ta’ kummenti fil-15 ta’ Settembru 2025, inkluża asserzjoni dwar il-kawżalità. |
|
(155) |
Minħabba li s-sottomissjoni saret aktar minn ġimagħtejn wara l-iskadenza stabbilita, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra l-asserzjonijiet fil-kuntest tad-divulgazzjoni proviżorja għal raġunijiet proċedurali. Barra minn hekk, il-kontenut tas-sottomissjoni ma ppreżenta l-ebda argument ġdid jew sostantiv, iżda pjuttost tenna punti diġà mqajma minn partijiet interessati oħra. |
|
(156) |
Fid-dawl tad-dewmien proċedurali, il-Kummissjoni ċaħdet is-sottomissjoni. Madankollu, il-kontenut tal-asserzjonijiet ġie indirizzat kif xieraq bi tweġiba għas-sottomissjonijiet f’waqthom, preċedenti u korretti ta’ partijiet oħra. |
|
(157) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-kawżalità, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (313) sa (316) tar-Regolament proviżorju. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
6.1. Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
|
(158) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-industrija tal-Unjoni ppreżentat kjarifika dwar id-data rrapportata dwar il-kostijiet u l-prezzijiet. Il-Kummissjoni wettqet analiżi bir-reqqa tal-asserzjoni u rrieżaminat bir-reqqa l-informazzjoni sottomessa. Fejn xieraq, il-Kummissjoni implimentat il-korrezzjonijiet meħtieġa. |
|
(159) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Ningbo Kwung’s Wisdom argumenta li ż-0,33 % - 0,36 % addizzjonali miżjuda mal-profitt fil-mira ta’ 12 % biex jitqies in-nuqqas ta’ investiment fir-R&Ż f’kundizzjonijiet tas-suq distorti jikkostitwixxi għadd doppju, billi t-12 % kien diġà bbażat fuq “kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni”. Huwa sostna wkoll li ma ġiet ipprovduta l-ebda data pubblika biex tappoġġa ċ-ċifra ta’ 12 %. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni nnotat li profitt fil-mira ta’ 12 % kien diġà inkluż fl-ilment u kien sostanzjat u kontroverifikat matul l-investigazzjoni. Iż-0,33 % - 0,36 % addizzjonali jirrifletti aġġustament ġustifikat għan-nuqqas ta’ investiment fir-R&Ż u fl-innovazzjoni li jirriżulta minn distorsjonijiet tas-suq, bħall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping stabbiliti. Dan l-aġġustament huwa konsistenti mal-metodoloġija tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li tiżgura li l-profitt fil-mira jirrifletti l-livell ta’ profitt li l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb fin-nuqqas ta’ prattiki kummerċjali inġusti. Għalhekk, dan ma jikkostitwixxix għadd doppju iżda korrezzjoni meħtieġa biex terġa’ tiġi stabbilita kompetizzjoni ġusta. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(161) |
Kif deskritt fit-Taqsima 3.2. sat-Taqsima 3.5 hawn fuq, wara l-asserzjonijiet tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz. Għalhekk, il-marġnijiet finali tal-bejgħ taħt il-prezz għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u għall-kumpaniji l-oħrajn kollha huma kif ġejjin:
|
|
(162) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Ningbo Kwung’s Wisdom tenna l-asserzjoni li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni dwar il-livelli ta’ profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-2019 u fl-2020. |
|
(163) |
Il-Kummissjoni nnotat li din l-informazzjoni kienet tinsab fl-ilment, ivverifikat mill-Kummissjoni, u ġiet ipprovduta fil-premessa (320) tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni
|
(164) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA talbet l-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri, bl-argument li l-impożizzjoni ta’ dazji bbażati fuq il-marġnijiet tad-dumping, meta dawn il-marġnijiet jiġu kkalkolati bl-użu ta’ parametri referenzjarji esterni, tirriżulta f’rati ta’ dazju għoljin b’mod inġust. Bl-istess mod, Ningbo Kwung’s Wisdom talab l-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri minħabba l-livelli baxxi tiegħu ta’ bejgħ taħt il-prezz. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni nnotat li, f’każijiet fejn il-prezzijiet jew il-kostijiet domestiċi jitqiesu mhux affidabbli minħabba distorsjonijiet tas-suq, l-użu ta’ parametri referenzjarji esterni huwa kemm legalment kif ukoll metodoloġikament sod. Barra minn hekk, kif spjegat fit-Taqsima 6 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni għamlet analiżi komprensiva tal-kuntest ekonomiku. Dan jinkludi: id-distorsjonijiet tal-materja prima, l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ riżerva fiċ-Ċina, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-impatt fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-deċiżjoni li ma tiġix applikata r-regola tad-dazju inferjuri kienet legalment ġustifikata, ekonomikament soda, u allinjata mal-interessi tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(166) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Ningbo Kwung’s Wisdom sostna li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti għall-modulazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri. |
|
(167) |
Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (160) sa (161) hawn fuq, li indirizzaw il-modulazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
|
(168) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CHCIA ddikjarat li l-modulazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri twassal għal żieda qawwija fil-kost tal-importazzjonijiet tax-xemgħat miċ-Ċina u timmina d-dinamika kompetittiva fis-suq tal-Unjoni. |
|
(169) |
Il-Kummissjoni nnotat li, għall-kuntrarju, l-istabbiliment ta’ dazji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku kellu l-għan li jirrestawra ambjent kompetittiv ġust fis-suq tal-Unjoni, li kien ġie distort minn importazzjonijiet Ċiniżi inġusti oġġett ta’ dumping. B’hekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
6.3. Distorsjonijiet tal-materja prima - fuq l-imgħax skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
|
(170) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (338) sa (350) tar-Regolament proviżorju li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.4. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(171) |
Fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, il-Kummissjoni infurmat lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea) bid-deċiżjoni tagħha u stednitu jissottometti kwalunkwe kumment sad-29 ta’ Awwissu 2025. Il-Gvern taċ-Ċina ppreżenta sett ta’ kummenti fil-15 ta’ Settembru 2025, inkluż dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri u l-livell tal-miżuri. |
|
(172) |
Minħabba li s-sottomissjoni saret aktar minn ġimagħtejn wara l-iskadenza stabbilita, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra l-asserzjonijiet fil-kuntest tad-divulgazzjoni proviżorja għal raġunijiet proċedurali. Barra minn hekk, il-kontenut tas-sottomissjoni ma ppreżenta l-ebda argument ġdid jew sostantiv, iżda pjuttost tenna punti diġà mqajma minn partijiet interessati oħra. |
|
(173) |
Fid-dawl tad-dewmien proċedurali, il-Kummissjoni ċaħdet is-sottomissjoni. Madankollu, il-kontenut tal-asserzjonijiet ġie indirizzat kif xieraq bi tweġiba għas-sottomissjonijiet f’waqthom, preċedenti u korretti ta’ partijiet oħra. |
|
(174) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur Bunnik Creations B.V. sostna li l-modulazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri tinjora l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq tal-Unjoni. Huwa argumenta li tali metodoloġija kienet tiddependi biss fuq il-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, ma qisitx il-katina tal-provvista sħiħa, ikkontradixxiet il-prinċipju tal-proporzjonalità u għamlet ħsara lill-importaturi tal-UE. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni ma qablitx u nnotat li d-deċiżjoni tagħha li tiddetermina d-dazji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament Bażiku ġiet spjegata bis-sħiħ fit-Taqsima 6.2 u t-Taqsima 6.3 tar-Regolament proviżorju, kif ukoll fl-istess taqsimiet f’dan ir-Regolament. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni wettqet analiżi bir-reqqa tal-materja prima inkwistjoni (xama’ tal-paraffina) u kkonkludiet li x-xama’ tal-paraffina kienet soġġetta għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, fit-Taqsima 6.3.1 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni nnotat li d-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament Bażiku kienet ibbażata fuq evalwazzjoni komprensiva tal-informazzjoni rilevanti kollha mill-investigazzjoni. Dan kien jinkludi kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(176) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping definittivi jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(177) |
Fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, il-Kummissjoni infurmat lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea) bid-deċiżjoni tagħha u stednitu jissottometti kwalunkwe kumment sad-29 ta’ Awwissu 2025. Il-Gvern taċ-Ċina ssottometta sett ta’ kummenti fil-15 ta’ Settembru 2025, inkluż dwar l-interess tal-Unjoni. |
|
(178) |
Minħabba li s-sottomissjoni saret aktar minn ġimagħtejn wara l-iskadenza stabbilita, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra l-asserzjonijiet fil-kuntest tad-divulgazzjoni proviżorja għal raġunijiet proċedurali. Barra minn hekk, il-kontenut tas-sottomissjoni ma ppreżenta l-ebda argument ġdid jew sostantiv, iżda pjuttost tenna punti diġà mqajma minn partijiet interessati oħra. |
|
(179) |
Fid-dawl tad-dewmien proċedurali, il-Kummissjoni ċaħdet is-sottomissjoni. Madankollu, il-kontenut tal-asserzjonijiet ġie indirizzat kif xieraq bi tweġiba għas-sottomissjonijiet f’waqthom, preċedenti u korretti ta’ partijiet oħra. |
|
(180) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-importatur Bunnik Creations B.V. sostna li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tagħmel ħsara lill-importaturi u lid-distributuri. |
|
(181) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ebda importatur, utent jew distributur mhux relatat ma pparteċipa fil-proċess tal-kampjunar jew issottometta tweġibiet għall-kwestjonarju. Konsegwentement, ma ġiet ipprovduta l-ebda data dwar l-importaturi jew l-utenti, li tipprekludi lill-Kummissjoni milli tivvaluta l-impatt fuq l-importaturi, l-utenti jew id-distributuri. |
|
(182) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li jeżistu sorsi addizzjonali ta’ provvista kemm fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni, minbarra ċ-Ċina. Konsegwentement, l-importaturi u d-distributuri għandhom l-għażla li jakkwistaw minn dawn is-sorsi alternattivi. L-impożizzjoni ta’ miżuri hija mmirata lejn ir-restawr ta’ kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni iżda ma tipprojbixxix lill-importaturi u lid-distributuri milli jkomplu jakkwistaw miċ-Ċina. Barra minn hekk, skont il-premessa (358) tar-Regolament proviżorju, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, l-effett probabbli tal-miżuri fuq l-utenti ġie vvalutat abbażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli. Ix-xemgħat ġeneralment jirrappreżentaw spiża żgħira fil-firxa dekorattiva ta’ negozjanti u bejjiegħa bl-imnut, li tipikament jimmaniġġjaw varjetà wiesgħa ta’ prodotti. Ix-xemgħat jitqiesu wkoll bħala spiża konsumabbli minuri għall-konsumaturi. Konsegwentement, kwalunkwe żieda potenzjali fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping x’aktarx li ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-kostijiet operazzjonali tan-negozji. Il-kost unitarju relattivament baxx tax-xemgħat meta mqabbel mal-portafolli tal-prodotti ġenerali tan-negozjanti u tal-bejjiegħa bl-imnut jissuġġerixxi li tali żieda jkollha effett negliġibbli fuq l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. Bl-istess mod, iż-żieda fil-kost mhijiex mistennija li tbiddel b’mod sinifikanti l-imġiba tax-xiri tal-konsumatur. |
|
(183) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi, jekk huwa l-każ, ma kienx akbar mill-effett pożittiv tagħhom fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
|
(184) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (352) sa (360) tar-Regolament proviżorju. |
MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
7.1. Miżuri definittivi
|
(185) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, is-CHCIA sostniet li l-użu ta’ dazju ad valorem huwa forma mhux xierqa ta’ miżura minħabba n-natura speċifika tax-xemgħat bħala prodott. B’appoġġ għal din l-asserzjoni, hija rreferiet għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2009 (14) li fih id-dazji kienu bbażati fuq ammonti fissi abbażi tal-kontenut tal-fjuwil tax-xemgħat. |
|
(186) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-użu ta’ dazji ad valorem huwa legalment u ekonomikament ġustifikat peress li x-xemgħat jinbiegħu f’varjetà wiesgħa ta’ forom, b’differenzi sinifikanti fid-daqs, fil-piż, fil-materjal u fil-preżentazzjoni. L-istruttura tal-PCN użata fl-investigazzjoni diġà tirrappreżenta t-tip ta’ fjuwil, il-materjal tal-kontenitur, il-fwieħa, id-dekorazzjoni u t-tip ta’ ftila. Dan jiżgura l-komparabbiltà u d-differenzjazzjoni. |
|
(187) |
Barra minn hekk, ir-referenza għal investigazzjoni preċedenti, fejn id-dazji kienu bbażati fuq ammonti fissi marbuta mal-kontenut tal-fjuwil, mhijiex direttament applikabbli għall-każ attwali u ma għandhiex taffettwa s-sejbiet fattwali stabbiliti f’din l-investigazzjoni. Il-forma tad-dazju applikat trid tirrifletti l-karatteristiċi tal-prodott u r-riżultat tal-analiżi tad-dumping u tal-ħsara. F’dan il-każ, il-Kummissjoni sabet li d-dazji ad valorem huma effettivi fl-indirizzar tad-dumping u tal-ħsara, trasparenti u amministrattivament fattibbli, u allinjati kif xieraq mad-diversità tal-firxa ta’ prodotti. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(188) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, tal-ħsara, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
|
(189) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(190) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. B’hekk, dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina”. |
|
(191) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (15). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(192) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fiċ-Ċina”. |
|
(193) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) bl-għan li jivverifikaw l-preċiżjoni tad-dettalji li jinsabu fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mad-dritt doganali. |
|
(194) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(195) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(196) |
Jenħtieġ li l-produtturi esportaturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tkun soġġetta għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI; (ii) mhuwiex relatat ma’ produttur esportatur li għamel dan; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali. |
7.2. Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji
|
(197) |
Fid-dawl tal-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u minħabba l-livell tal-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji, imposti bir-Regolament proviżorju, jinġabru b’mod definittiv sal-livelli stabbiliti skont dan ir-Regolament. |
7.3. Ġbir retroattiv
|
(198) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2. hawn fuq, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni soġġetti għal reġistrazzjoni. |
|
(199) |
Matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġiet ivvalutata d-data miġbura fil-kuntest tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-kriterji skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku kinux issodisfati għall-ġbir retroattiv tad-dazji definittivi. |
|
(200) |
Il-Kummissjoni analizzat b’mod partikolari jekk kienx hemm xi żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw ħsara matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif preskritt mill-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku. Għal din l-analiżi, il-Kummissjoni qabblet il-volumi medji tal-importazzjoni ta’ kull xahar tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-volumi medji tal-importazzjoni ta’ kull xahar matul il-perjodu mix-xahar wara l-bidu ta’ din l-investigazzjoni sal-aħħar xahar sħiħ ta’ qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Ir-riżultat ta’ dan it-tqabbil indika tnaqqis fil-volum medju tal-importazzjonijiet fix-xahar. B’mod speċifiku, id-data turi li l-volum medju tal-importazzjoni fix-xahar matul il-perjodu bejn il-bidu tal-investigazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji kien aktar baxx mill-medja fix-xahar osservata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(201) |
Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-volumi medji tal-importazzjoni ta’ kull xahar matul il-perjodu mix-xahar ta’ wara l-bidu ta’ din l-investigazzjoni sal-aħħar xahar sħiħ ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji kontra x-xhur kalendarji korrispondenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Ir-riżultati ta’ dan it-tqabbil indikaw żieda fil-volumi tal-importazzjoni matul il-perjodu ta’ wara l-bidu, meta mqabbla mal-istess xhur fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Filwaqt li s-suq huwa soġġett għal ċertu grad ta’ staġjonalità, iż-żieda osservata fil-volumi tal-importazzjoni matul il-perjodu rilevanti kienet akkumpanjata minn żieda fil-prezzijiet medji tal-importazzjoni. Dan l-iżvilupp jissuġġerixxi li ż-żieda fil-volumi tista’ tiġi attribwita għal dinamiki usa’ tas-suq. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli ma tappoġġax sejba ċara ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva jew żieda fl-importazzjonijiet li x’aktarx timmina serjament l-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping definittiv u tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ miżuri retroattivi skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ miżuri b’effett retroattiv mhumiex issodisfati. |
8. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(202) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 (16), meta ammont ikun irid jiġi rrimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(203) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandeletti u prodotti simili, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3406 00 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Iċ-Ċina |
Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co., Ltd. |
56,7 % |
89UK |
|
Iċ-Ċina |
Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd., inkluż Anhui Fenyuan Aromatic Technology Co., Ltd. |
56,7 % |
89UI |
|
Iċ-Ċina |
Qingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd |
60,3 % |
89UJ |
|
Iċ-Ċina |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
58,1 % |
Ara l-Anness |
|
Iċ-Ċina |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
60,3 % |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li fuqha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u bil-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat(a), niċċertifika li (volum f’unità li qed nużaw) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Artikolu 2
L-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1732 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandeletti u prodotti simili għandhom jinġabru b’mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex jiżdiedu produtturi esportaturi ġodda mill-pajjiż ikkonċernat u jagħmilhom soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
huwa ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024); |
|
(b) |
mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li seta’ kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali; kif ukoll |
|
(c) |
effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Notifika tal-Bidu ta’ proċedura anti-dumping rigward l-importazzjoni ta’ xemgħat, kandeletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/7459, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7459/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/511 tal-20 ta’ Marzu 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ xemgħat, kandeletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/511, 21.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/511/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1732 tat-13 ta’ Awwissu 2025 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ xemgħat, kandeletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 2025/1732, 14.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1732/oj).
(5) Fi TRON (t24.013249), madwar 66 membru ta’ CHCIA pprovdew il-prokura espliċita tagħhom lil CHCIA biex tirrappreżentawhom fil-proċediment inkwistjoni. Min-naħa tagħha, CHCIA tat prokura lil ditta legali biex tirrappreżentahom.
(6) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2771.
(7) Jekk jogħġbok ara: AD726 Candles_Nota għall-fajl_Provisional sample_EU producers tad-19 ta’ Diċembru 2024 (t24.011572); Nota għall-fajl - kampjun definittiv tal-produtturi tal-UE tas-17 ta’ Jannar 2025 (t25.001025); Nota għall-fajl - Biddel il-kampjun definittiv tal-produtturi tal-UE tal-24 ta’ Frar 2025; (t25.002394).
(8) https://connect.spglobal.com/.
(9) Ara l-premessa (149) tar-Regolament proviżorju, fejn il-Kummissjoni pprovdiet ir-rekwiżiti regolatorji biex jinstab pajjiż rappreżentattiv fl-istess livell ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, jiġifieri pajjiż b’Introjtu Medju Superjuri skont il-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji.
(10) Disponibbli għall-partijiet fi TRON taħt t25.005556.
(11) NACE - “ Nomenclature statistique des Activités économiques dans la Communauté Européenne” hija l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea.
(12) Minflok il-Kategorija 3299 tan-NACE użata għall-ġbir tad-data għall-produtturi tax-xemgħat, iż-żewġ produtturi Tajlandiżi li l-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet li żżid waqgħu fil-kategoriji 2042 (Manifattura ta’ fwejjaħ u preparazzjonijiet tat-twaletta) u 4520 (Manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi bil-mutur) tan-NACE rispettivament.
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2009 tal-11 ta’ Mejju 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 119, 14.5.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/393/oj).
(15) Indirizz elettroniku: TRADE-TDI-NAME-CHANGE-REQUESTS@ec.europa.eu; European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussels, Belgium.
(16) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ANNESS
Produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Aromasong Home Products Co.,Ltd. |
89UL |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
BEIJING CANDLEMAN CANDLE CO., LTD. |
89UM |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
BOYE HONGMING CANDLE INDUSTRY CO., LTD. |
89UN |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Changlexian Yuhuiguorui arts and crafts Co.,Ltd. |
89UO |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ChangZhou JinTan Man Tin Fang Gifts Co.,ltd |
89UP |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Changzhou Jintan Xingta Arts and Crafts Co., Ltd. |
89UQ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Colourful Home Decoration(NanTong) Co.,Ltd. |
89UR |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
DALIAN ALL BRIGHT ARTS AND CRAFTS CO.,LTD |
89US |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dalian Bolaite Candle Industry Co., Ltd |
89UT |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dalian Talent Gift Co., Ltd. |
89UU |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
DANDONG ETON ART CANDLE CO.,LTD |
89UV |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
DANDONG HONGDE CANDLE INDUSTRIAL CO., LTD. |
89UW |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dandong Jiaxin Arts & Crafts Co., Ltd. |
89UX |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dandong Joy Gift And Craft Co., Ltd. |
89UY |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dehua Baililian Candle Craft Products Factory |
89UZ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Donggang tianbao wax Industry Co., Ltd. |
89VA |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
FUSHUN PINGTIAN WAX PRODUCTS CO.,LTD. |
89VB |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Fushun Shuanghui Petrochemical Co., Ltd. |
89VC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
FUTURE INTERNATIONAL (GIFT) CO., LTD. |
89VD |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Greenbay Craft (Shanghai) Co., Ltd. |
89VE |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hangzhou Aroma Huicheng Technology Co.,Ltd. |
89VF |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
HANGZHOU NINFE HOME CO., LTD. |
89VG |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hebei Huaming Laye Co.Ltd |
89VH |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hebei Ruitou Imp&Exp Co.,Ltd |
89VI |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hefei Weisi Arts & Crafts Co., Ltd. |
89VJ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiangxi Tongda Candle Co.,Ltd |
89VK |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiashan Jiahua Candle Arts & crafts Co. Ltd |
89VL |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JIAXING FEIYA HANDICRAFT ARTICLE CO.,LTD |
89VM |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jinan Jinming Tool Manufacturing Co. Ltd |
89VN |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jinhua Jushi Technology Co.,Ltd |
89VO |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
LITBRIGHT CANDLE (SHIJIAZHUANG) CO., LTD |
89VP |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
M&SENSE (SUZHOU) ARTS & CRAFTS CO., LTD. |
89VQ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
M.X. Candles and Gifts (Taicang) Co., Ltd. |
89VR |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
MINQUAN VALUEVOLUTION ARTS & CRAFTS CO., LTD. |
89VS |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Haishu Haihong Crafts Factory |
89VT |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ningbo Junee Gifts Designers and Manufacturers Co., Ltd. |
89VU |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ninghai Grand Houseware Co.,Ltd. |
89VV |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Ninghai Kaihui Houseware Co., Ltd |
89VW |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
QIDONG SHENLE ART&CRAFT CO.,LTD |
89VX |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Qingdao Allite RadianceCandle Co, Ltd |
89VY |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Qingdao Golden Sanda Craftworks co., Ltd |
89VZ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Qingdao Kinglight Craft Co.,Ltd |
89WA |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Qingdao Lishengyuan Industry Products Co., Ltd |
89WB |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Qingdao Locke Art and Craft Co.,Ltd |
89WC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Qingdao Shuailei Arts&crafts Co.,Ltd |
89WD |
|
|
|
|
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
QINGDAO SILVARTS CO., LTD. |
89WF |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Qingdao Xinkangmeiyuan Wax Industry Co.,Ltd |
89WE |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Qingyun Super Light Candle Technology Co., Ltd. |
89WG |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHAANXI JIALONG HOUSEWARE CO., LTD. |
89WH |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai Aqua Gifts Manufacture Co.,LTD |
89WI |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai Dream Candle Factory |
89WJ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanghai Sizu Biotechnology Co., Ltd. |
89WK |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHAOXING HIKING CANDLE GIFTS CO.,LTD |
89WL |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shijiazhuang Tabo Candles Sales Co.,Ltd |
89XD |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shaoxing Shangyu Ruisheng Wax Industry Co., Ltd |
89WM |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
shenyang shengjie candle co., ltd |
89WN |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Taizhou Bomall housewear Co., LTD |
89WO |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Taizhou Huangyan King Well Art & Craft Co. Ltd. |
89WP |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
TIANJIN HUATAI CANDLE CO., LTD |
89WQ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
TIANJIN PERMANENT HOME INTERNATIONAL TRADE CO.,LTD. |
89WR |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
TongLu ChunJiang Candle Products CO., LTD. |
89WS |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Tongxiang Apollo Craftwork Co.,Ltd. |
89WT |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Wuhe Ranran Arts & Crafts Co., Ltd. |
89WU |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
XUANCHENG ZHIWEN HANDICRAFT CO., LTD. |
89WV |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
YANGZHOU JINGTENG ART&CRAFT CO.,LTD |
89WW |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Yiwu Jialuofu Handicraft Co., Ltd. |
89WX |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Yixinyuan (Hubei) Household Products Co., Ltd |
89WY |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zhejiang Neeo Home Decoration Co., LTD |
89WZ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zhejiang Talent Fareast Home Gifts Co., Ltd |
89XA |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zhongshan South Star Arts & Crafts Manufacturing Co., Ltd. |
89XB |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zibo Jialong Wax Industry Co., Ltd |
89XC |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/157/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)