|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/147 |
23.1.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/147
tat-22 ta’ Jannar 2026
li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-benfluralin, għall-bentjavalikarb u għall-penflufen f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), u l-Artikolu 18(1), il-punt (b), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għas-sustanzi attivi benfluralin, bentjavalikarb u penflufen ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin ma ġġedditx permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/149 (2). L-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva għalhekk skadiet fit-12 ta’ Frar 2023. L-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-benfluralin ġew revokati u ma jeżistu l-ebda MRLs tal-Codex (CXLs) jew tolleranzi tal-importazzjoni għal dik is-sustanza attiva. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għall-benfluralin fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu. L-MRLs għal dik is-sustanza attiva huma diġà stabbiliti fil-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”) u għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 18(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentjavalikarb ma ġġedditx permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2657 (3). Għalhekk, l-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva skadiet fit-13 ta’ Diċembru 2023. L-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bentjavalikarb ġew revokati u ma jeżistu l-ebda CXLs jew tolleranzi tal-importazzjoni għal dik is-sustanza attiva. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għall-bentjavalikarb fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu. Għaldaqstant, l-MRLs għal dik is-sustanza attiva fil-prodotti kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 18(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
L-approvazzjoni tal-penflufen skadiet fil-31 ta’ Jannar 2024 (4) u ma tressqet l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tagħha. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għall-penflufen fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu. L-MRLs għal dik is-sustanza attiva huma diġà stabbiliti fl-LOD u għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-istess valur fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 18(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu stabbiliti u adattati ċerti LODs. Għas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament, dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku. Għall-bentjavalikarb, huma pproponew ukoll li jinbidlu d-definizzjonijiet tar-residwi għall-finijiet ta’ infurzar għall-bentjavalikarb (is-somma tal-bentjavalikarb-isopropil (KIF-230 R-L) u l-enantjomeru tiegħu (KIF-230 S-D)). Il-Kummissjoni tqis li jixraq li tiġi stabbilita din id-definizzjoni tar-residwi ġdida. |
|
(6) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(8) |
Sabiex ikunu jistgħu jseħħu l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq qabel ma bdew japplikaw l-MRLs il-ġodda u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs il-ġodda, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emendi fl-MRLs rilevanti. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew immanifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel it-12 ta’ Awwissu 2026.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-12 ta’ Awwissu 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/149 tal-20 ta’ Jannar 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 20, 23.1.2023, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/149/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2657 tas-6 ta’ Novembru 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentjavalikarb, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2023/2657, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2657/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1447 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus pumilus QST 2808 u penflufen (ĠU L 178, 13.7.2023, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1447/oj).
ANNESS
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-kolonni għall-benfluralin, il-bentjavalikarb u l-penflufen jitħassru; |
|
(2) |
fl-Anness V, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-benfluralin, il-bentjavalikarb u l-penflufen: “ Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Jindika l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/147/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)