|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/125 |
20.1.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/125
tat-8 ta’ Diċembru 2025
dwar il-konklużjonital-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/798 (1) il-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fis-7 ta’ Mejju 2025, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta l-opinjoni tiegħu fil-21 ta’ Marzu 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (3) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha (4).
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
R. STOKLUND
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/798 tal-14 ta’ April 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (ĠU L, 2025/798, 25.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/798/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(3) ĠU L, 2026/126, 20.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/126/oj.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/125/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)