|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/86 |
13.1.2026 |
DEĊIŻJONI (UE) 2026/86 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3) dwar investigazzjonijiet fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u ta’ kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/1575 (BĊE/2020/54) dwar is-segwitu għal ksur suspettat ta’ dmirijiet professjonali meta l-persuna kkonċernata tkun uffiċjal ta’ livell għoli tal-BĊE (BĊE/2025/45)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/3) (1) għandha tiġi emendata biex jiġi żgurat li l-persuni kollha li jipparteċipaw fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u li għalhekk jaqgħu taħt is-setgħa ta’ awto-organizzazzjoni tal-BĊE jkunu koperti minn dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Il-qafas ta’ investigazzjoni interna tal-BĊE ġie modifikat, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-allegat ksur tad-dmirijiet u l-obbligi professjonali jiġi rrapportat lil, u segwit minn, unità waħda inkarigata mill-investigazzjonijiet interni. Jenħtieġ li din l-unità unika tingħata wkoll il-kompitu li taġixxi fuq suspetti tal-eżistenza ta’ każijiet possibbli ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li tinvolvi persuna soġġetta għall-qafas ta’ investigazzjoni interna tal-BĊE. Ir-rieżami tal-qafas ta’ investigazzjoni interna tal-BĊE rriżulta fit-tħassir taċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006 dwar l-inkjesti amministrattivi interni (2) u fl-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet relatati mal-qafas ta’ investigazzjoni interna tal-BĊE fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn’ il quddiem il-“Kundizzjonijiet tal-Impjieg”). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/1575 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/54) (3) għandha tiġi emendata biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet modifikati rilevanti tal-qafas ta’ investigazzjoni interna tal-BĊE japplikaw ukoll f’każijiet fejn il-persuna kkonċernata tkun uffiċjal ta’ livell għoli tal-BĊE. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u konsistenza, l-emendi għaż-żewġ Deċiżjonijiet għandhom japplikaw mill-istess data bħad-data tal-emendi għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u r-Regoli tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew relatati mal-qafas ta’ investigazzjoni interna tal-BĊE. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3) u d-Deċiżjoni (UE) 2020/1575 (BĊE/2020/54) għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3)
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3) hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni Din id-Deċiżjoni tapplika għal:
(iktar ’il quddiem imsejħa flimkien bħala ‘parteċipanti fil-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet u korpi oħrajn’), u
(iktar ’il quddiem imsejħa flimkien bħala ‘persuni rilevanti’).” |
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Dmir li tiġi rrapportata kwalunkwe informazzjoni dwar attività illegali 1. Persuni rilevanti li jsiru jafu b’informazzjoni li tagħti lok għal suspett dwar l-eżistenza ta’ każijiet possibbli ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jipprovdu mingħajr dewmien dik l-informazzjoni jew lil: (a) id-Direttur għall-Verifika Interna, jew (b) lill-maniġer għoli inkarigat mill-qasam ta’ ħidma tagħhom, jew (c) lill-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta l-qasam ta’ ħidma tagħhom. Meta l-informazzjoni tiġi pprovduta lill-persuni msemmija fil-punt (b) jew (c), huma għandhom mingħajr dewmien jittrażmettu l-informazzjoni lid-Direttur għall-Verikfika Interna. Persuni relevanti bl-ebda mod ma għandhom isofru trattament inġust jew diskriminatorju bħala riżultat li jkunu kkommunikaw l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu. 2. Meta d-Direttur għall-Verifika Interna jirċievi informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1, huwa għandu jsegwi kif ġej:
3. Meta d-Direttur Ġenerali tas-Segretarjat jirċievi informazzjoni skont il-paragrafi 2, id-Direttur Ġenerali tas-Segretarjat għandu, soġġett għall-Artikolu 4, jittrażmettieha mingħajr dewmien lill-Uffiċċju u jinforma lid-Direttorat tal-Verifika Interna u, fejn xieraq, lill-President. 4. Parteċipanti fil-korpi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u korpi oħrajn li jsiru jafu b’xi informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu tali informazzjoni mingħajr dewmien lid-Direttur Ġenerali tas-Segretarjat jew lill-President. Jekk il-President jirċievi l-informazzjoni, il-President għandu jittrażmetti l-informazzjoni mingħajr dewmien lid-Direttur Ġenerali tas-Segretarjat. Id-Direttur Ġenerali tas-Segretarjat għandu jibda s-segwitu xieraq skont il-kriterji u f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, u b’hekk jiżgura wkoll li fil-każijiet kollha li mhumiex relatati ma’ kwalunkwe parteċipant fil-korpi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u korpi oħrajn bħala persuna li lilha jiġi attribwit ksur jew li magħha tkun assoċjata dik il-persuna, l-informazzjoni riċevuta tiġi trażmessa mingħajr dewmien lid-Direttur għall-Verifika Interna. 5. Fil-każijiet li fihom parteċipant fil-korpi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u korpi oħrajn jew persuna rilevanti ikollhom informazzjoni konkreta li ssostni l-possibbiltà tal-eżistenza ta’ xi każ ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1, u, fl-istess ħin, ikollhom raġunijiet ġustifikati biex jikkunsidraw li l-proċedura prevista fil-paragrafi ta’ hawn fuq f’dak il-każ speċifiku tkun ser timpedixxi r-rapportar kif suppost ta’ dik l-informazzjoni lill-Uffiċċju, huma jistgħu jirrapportaw tali informazzojni direttament lill-Uffiċċju mingħajr ma jkunu soġġetti għall-Artikolu 4.” |
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2020/1575 (BĊE/2020/54)
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1575 (BĊE/2020/54) huwa mibdul b’dan li gej:
“Artikolu 3
Proċedura għall-evalwazzjoni u s-segwitu
1. Rapporti ta’ informazzjoni dwar ksur mibgħuta permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 0.4 bis 2.1 tar-Regoli tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn’ il quddiem ir-‘Regoli tal-Persunal’) li jirreferu għal uffiċjal ta’ livell għoli tal-BĊE bħala bħala persuna li lilha jkun attribwit ksur jew li magħha tkun assoċjata dik il-persuna għandhom jiġu segwiti skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/3) (*1) meta dawk ir-rapporti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.
2. Meta r-rapporti ta’ informazzjoni dwar ksur imsemmija fil-paragrafu 1 ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3), huma għandhom jiġu segwiti skont il-Anness XI tar-Regoli tal-Persunal.
3. Minkejja l-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti nnominata taħt l-Artikolu 2 tista’:
|
(a) |
qabel ma tikkonkludi jekk l-informazzjoni riċevuta tiġġustifikax investigazzjoni amministrattiva jew le, tibgħat l-informazzjoni riċevuta lill-Kumitat tal-Etika tal-BĊE għall-parir tiegħu dwar il-kwistjoni; |
|
(b) |
jekk jikkonkludu li l-informazzjoni riċevuta tiġġustifika investigazzjoni amministrattiva, jiddeċiedu li jiftħu waħda, u jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti tal-awtorità tal-ħatra f’konformità mal-Anness XI tar-Regoli tal-Persunal, u jiddeċiedu wkoll b’mod eċċezzjonali li jwettqu l-kompiti tad-Direttur għall-Verifika Interna f’konformità mal-Anness XI tar-Regoli tal-Persunal, filwaqt li jaħtru f’dan il-każ investigaturi b’anzjanità adegwata biex iwettqu l-inkjesta. |
(*1) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għal investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi tal-Bank Ċentrali Ewropew, fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u ta’ kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (BĊE/2016/3) (ĠU L 79, 30.3.2016, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/456/oj).”;"
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2026.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Diċembru 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għal investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi tal-Bank Ċentrali Ewropew, fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u ta’ kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (BĊE/2016/3) (ĠU L 79, 30.3.2016, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/456/oj).
(2) Iċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006 ġiet adottata fil-21 ta’ Marzu 2006 u hija disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE.
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/1575 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2020 dwar l-evalwazzjoni u s-segwitu ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ ksur irrapportat permezz tal-għodda għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta fejn persuna kkonċernata tkun uffiċjal ta’ livell għoli tal-BĊE (BĊE/2020/54) (ĠU L 359, 29.10.2020, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1575/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/86/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)