|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/65 |
7.1.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/65
tas-6 ta’ Jannar 2026
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1688 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago (minn hawn ’il quddiem ukoll: “TT”) u mill-Istati Uniti tal-Amerka (minn hawn ’il quddiem ukoll: “l-Istati Uniti”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
F’Mejju 2021, Copa-Cogeca, assoċjazzjoni ta’ utenti tal-prodott ikkonċernat, talbet is-sospensjoni tad-dazji anti-dumping fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2070 (3), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tissospendix id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1688. |
|
(3) |
Id-dazji anti-dumping kurrentament fis-seħħ ivarjaw bejn EUR 27,77/tunnellata u EUR 42,47/tunnellata fuq l-importazzjonijiet mir-Russja u jammontaw għal EUR 22,24/tunnellata fuq l-importazzjonijiet minn Trinidad u Tobago u għal EUR 29,48/tunnellata fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika tal-iskadenza imminenti (4), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
It-talba għal rieżami ġiet sottomessa fit-28 ta’ Ġunju 2024 minn Fertilizers Europe (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tat-taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Ir-raġunijiet għat-talba għal rieżami kienu li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dumping u f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(6) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-8 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu kkunsidrat
|
(7) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.5. Kummenti dwar il-bidu mill-partijiet interessati
|
(8) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-Russja, ta’ Tinidad u Tobago u tal-Istati Uniti tal-Amerka, lill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li jirrappreżentaw l-interessi tal-utenti magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ. |
|
(10) |
L-awtoritajiet Russi argumentaw li l-bidu tal-investigazzjoni kien inkonsistenti mad-WTO sal-punt li r-Rapport tal-Bord f’EU – Cost Adjustment Methodologies II (Russia) (6) sab li l-metodoloġija tal-aġġustament tal-kost użata mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali kienet inkonsistenti mal-Artikoli 2.2.1.1 u 2.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping. Il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport tal-Bord inkwistjoni għadu taħt appell. Fi kwalunkwe każ, il-fatti eżaminati minn dak il-Bord huma differenti mill-fatti ta’ dan il-każ. B’mod partikolari, it-talba għal rieżami ta’ skadenza sottomessa minn Fertilizers Europe fiha kalkoli tad-dumping ibbażati fuq il-prezzijiet domestiċi effettivi fir-Russja. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(11) |
Fl-14 ta’ Novembru 2024, l-awtoritajiet Russi allegaw l-assenza ta’ talba debitament sostanzjata fis-sens tal-Artikolu 11.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping peress li t-talba ma kellhiex biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ rikorrenza jew ta’ kontinwazzjoni tad-dumping u tad-dannu. L-awtoritajiet Russi rreferew għall-kalkoli tad-dumping skont l-hekk imsejħa metodoloġija standard, li l-awtoritajiet Russi allegaw li ma kinux imqassra kif xieraq. L-awtoritajiet Russi ddikjaraw li t-talba ċaħħdet lill-partijiet Russi mill-opportunità li jivverifikaw id-data, li jifhmu u jivverifikaw il-kalkoli u li jikkummentaw dwarhom minħabba li t-talbama kellhiex taqsira xierqa tal-informazzjoni kunfidenzjali, inkluża data pprovduta minn esperti esterni lill-applikant, jew ma kellhomx dikjarazzjoni tar-raġunijiet li tispjega għaliex is-sommarju ma kienx possibbli. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Russi rreferew għall-Artikolu 6.5.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping u għal diversi Deċiżjonijiet tal-Bord tad-WTO dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim, inkluż EC – Fasteners (China) (7). |
|
(12) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-valur normali maħdum deskritt mill-applikant fit-talba, l-awtoritajiet Russi saħqu li l-aġġustamenti tal-kostijiet tal-gass naturali bbażati fuq il-prezzijiet ta’ Waidhaus jew Baumgarten huma inkonsistenti mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Russi rreferew għar-Rapport tal-Bord tad-WTO dwar il-Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kost (8). |
|
(13) |
Permezz tas-sottomissjoni tas-16 ta’ Novembru 2024 (9), Methanol Holdings (Trinidad) Limited (“MHTL”), produttur esportatur fi Trinidad u Tobago, allegat li t-talba ma kinitx tissodisfa l-istandards legali fir-rigward tal-allegazzjoni li l-iskadenza tal-miżuri dwar l-importazzjonijiet minn Trinidad u Tobago x’aktarx li tirriżulta f’rikorrenza tad-dumping. MHTL speċifikat li t-talba uriet marġnijiet ta’ dumping negattivi fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ Trinidad u Tobago ta’ UAN lejn l-Unjoni. |
|
(14) |
Permezz tas-sottomissjoni tat-18 ta’ Novembru 2024 (10), CF Industries Holdings, Inc (“CFI”), produttur esportatur fl-Istati Uniti tal-Amerka, tenniet dak li qalu l-awtoritajiet Russi fir-rigward tal-impossibbiltà li l-partijiet interessati jivverifikaw ċerti data, valutazzjonijiet u sorsi fit-talba. CFI xeħtet dubji wkoll dwar il-leġittimità ta’ wħud mill-pretensjonijiet tal-applikant minħabba diskrepanzi bejn iċ-ċifri fit-talba u ċifri tal-Eurostat fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti fl-2020 u fl-2021. |
|
(15) |
Permezz tas-sottomissjoni tat-18 ta’ Novembru 2024, (11) JSC Nevinnomyssky Azot (Eurochem) u JSC Novomoskovsk Azot (NAK Azot) (b’mod konġunt imsejħa “Eurochem”) argumentaw li l-verżjoni tat-talba għal rieżami ta’ skadenza li ġiet ippreżentata fit-28 ta’ Ġunju 2024 minn Fertilizers Europe (it-“talba oriġinali”) ma pprovdietx biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jew tad-dannu mill-importazzjonijiet ta’ UAN mir-Russja. Eurochem tenniet ukoll li tali nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti fit-talba oriġinali ma setax jiġi rettifikat minn informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-applikant matul il-perjodu ta’ 3 xhur qabel l-iskadenza tal-miżuri oriġinali. F’dan ir-rigward, hija rreferiet għall-verżjoni miftuħa tat-talba għal rieżami ta’ skadenza datata d-9 ta’ Settembru 2024 li ġiet magħmula disponibbli għall-partijiet interessati fil-proċess tal-każ. Għalhekk, Eurochem talbet li l-Kummissjoni tipprovdi lil Eurochem bit-talba oriġinali. |
|
(16) |
Barra minn hekk, Eurochem sostniet li t-talba oriġinali ma kienx fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni tad-dumping. Hija argumentat li l-prezz tal-esportazzjoni kif iddeterminat mill-applikant kien manifestament mhux akkurat minħabba li kien ibbażat fuq metodoloġija inġusta u ma kienx appoġġat mill-evidenza. Speċifikament, Eurochem allegat li t-talba użat b’mod żbaljat prezz medju annwali tal-importazzjoni għar-Russja, iżda minflok kellha tibbaża fuq il-prezzijiet medji tal-importazzjoni fix-xahar peress li kien hemm fluttwazzjoni kbira fil-prezzijiet tal-UAN fl-2023. Barra minn hekk, fit-talba, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet Russi tal-UAN fl-2023 kien ibbażat fuq il-Eurostat u kien aġġustat għall-kostijiet tat-trasport fir-Russja u mir-Russja lejn Franza (Rouen). Skont Eurochem, tali aġġustamenti b’mod żbaljat assumew li l-importazzjonijiet Russi kollha jeħtieġu kostijiet tat-trasport għall-kunsinna fir-Russja, filwaqt li Acron, esportatur Russu kbir, uża t-terminal tal-UAN tiegħu stess fl-Estonja, u li l-importazzjonijiet Russi kollha kienu qed jidħlu fl-UE minn Franza filwaqt li, skont Eurochem, terz tal-importazzjonijiet Russi tal-UAN kienu qed jiġu importati minn Stati Membri oħra. |
|
(17) |
Barra minn hekk, Eurochem sostniet li t-talba ma pprovdiet l-ebda evidenza għal diversi suppożizzjonijiet rigward id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni tal-UAN ta’ oriġini Russa, bħal li Acron kellha bejgħ tal-UAN mir-Russja lejn l-UE, it-trasport tal-UAN fir-Russja u mir-Russja lejn Franza kif ukoll il-kostijiet relatati għal tali trasport. F’dan ir-rigward, it-talba rreferiet għal diversi annessi kunfidenzjali mingħajr ma pprovdiet raġuni tajba għal tali trattament kunfidenzjali. Eurochem argumentat li l-verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dawn l-annessi li kien fihom ċerti meded ma tagħmilx sens u ma hijiex biżżejjed biex il-partijiet interessati jifhmu b’mod raġonevoli l-informazzjoni sottomessa. |
|
(18) |
Barra minn hekk, Eurochem sostniet li d-determinazzjoni tal-valur normali wkoll kienet ibbażata fuq metodoloġija żbaltjata u ma kinitx sostnuta mill-evidenza. Eurochem speċifikat li, għall-kuntrarju tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, it-talba qabblet il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ impjant fir-Russja li ma kellux bejgħ domestiku (JSC Acron) mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku ta’ impjant fir-Russja li kellu kemm bejgħ domestiku kif ukoll bejgħ għall-esportazzjoni (NAK jew Nevinka). Skont Eurochem, it-talba jew kellha tieħu l-prezz domestiku u dak tal-esportazzjoni tal-istess impjant jew kellha toħroġ medja tal-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni u tal-bejgħ domestiku Russi. Minflok, it-talba b’mod żbaljat ibbażat fuq il-prezzijiet ta’ entitajiet legali li ma kinux komparabbli. |
|
(19) |
Eurochem sostniet ukoll li l-applikant ma kienx uża tliet sorsi magħrufa ta’ prezzijiet tal-UAN ta’ kull xahar fis-suq Russu, jiġifieri Argus, Chemcourier u SPIMEX, u minflok ibbaża fuq spekulazzjonijiet mhux appoġġati minn espert jew konsulent mhux imsemmi. Barra minn hekk, peress li l-prezzijiet tal-UAN varjaw b’mod sinifikanti matul l-2023, it-talba kellha tiddetermina l-valur normali abbażi tal-prezzijiet tas-suq domestiku ta’ kull xahar, aktar milli abbażi tal-prezzijiet medji annwali. |
|
(20) |
Eurochem tenniet ukoll il-kummenti magħmula mill-awtoritajiet Russi, fir-rigward tal-assenza ta’ sommarju dovut ta’ informazzjoni kunfidenzjali tad-data dwar il-valur normali. |
|
(21) |
Barra minn hekk, Eurochem allegat li t-talba naqset milli tipprovdi evidenza ta’ sitwazzjoni partikolari tas-suq fis-sens tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, u li l-metodoloġija tal-aġġustament tal-kost, fejn il-kost reali tal-gass fir-Russja jiġi sostitwit bi prezz ta’ riferiment ibbażat fuq il-prezzijiet tal-gass f’Waidhaus u f’Baumgarten, kienet inkonsistenti mar-regoli applikabbli tad-WTO. Eurochem argumentat ukoll li valur normali maħdum li jkun ibbażat fuq il-kostijiet u l-profitt tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SGA”, selling, general and administrative) u l-qligħ li jirriżultaw mill-produtturi tal-UAN fl-Istati Uniti wkoll ikun f’kunflitt mar-regoli tal-UE u tad-WTO. |
|
(22) |
Barra minn hekk, Eurochem argumentat li t-talba ma pprovdietx biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri kienet se tirriżulta f’kontinwazzjoni tad-dannu permezz ta’ importazzjonijiet mir-Russja u naqset milli tanalizza l-effett ta’ diversi fatturi oħra li kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, bħall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-evoluzzjoni tal-konsum, il-prezz tal-urea, iż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u x-xiri tal-UAN mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni wettqet eżami tat-talba f’konformità mal-Artikoli 11(2) u 5 tar-Regolament bażiku u kkonkludiet li r-rekwiżiti għall-bidu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kienu ġew issodisfati. Il-Kummissjoni qieset li l-evidenza prima facie ppreżentata fit-talba indikat sitwazzjoni fejn l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni u/jew fir-rikorrenza tad-dumping u fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni, u dan iġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont il-liġi. Fi kliem ieħor, instab li t-talba kienet issostanzjata biżżejjed u għalhekk kien jistħoqqilha investigazzjoni ulterjuri. Tali valutazzjoni saret qabel il-perjodu ta’ 3 xhur ta’ qabel l-iskadenza tal-miżuri oriġinali. Il-verżjoni tat-talba datata d-9 ta’ Settembru 2025 li saret disponibbli għall-partijiet interessati fil-proċess tal-każ fil-bidu tal-investigazzjoni kkostitwiet konsolidazzjoni tat-talba u ta’ ċerta evidenza korroborattiva li ġiet sottomessa mill-applikant, li ma kinitx tikkostitwixxi evidenza jew argumenti ġodda meta mqabbla mal-verżjoni oriġinali tat-talba. Speċifikament fir-rigward tat-talba ta’ Eurochem sabiex tirċievi l-verżjoni oriġinali tat-talba, il-Kummissjoni kkondividiet din ma’ Eurochem fil-15 ta’ Jannar 2025. F’dan ir-rigward, il-Qorti tinnota li, f’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-554/23 P, C-568/23 P, Fertilizers Europe u Il-Kummissjoni vs Nevinnomysskiy Azot u NAK “Azot”, (12) l-Artikolu 11(2) tar-Regolament AD bażiku jrid jiġi interpretat li jfisser li l-Kummissjoni hija intitolata li tqis evidenza li ġiet prodotta, fuq talba tagħha, mill-produtturi tal-Unjoni fil-perjodu ta’ 3 xhur qabel l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping, sabiex tiddeċiedi jekk huwiex xieraq li twettaq rieżami ta’ dawk il-miżuri anti-dumping. |
|
(24) |
Għalhekk, il-pretensjonijiet magħmula mill-erba’ partijiet fir-rigward tal-legalità tal-bidu u tas-suffiċjenza tal-evidenza ppreżentata fit-talba ġew miċħuda. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni enfasizzat li talba għal rieżami jrid ikun fiha biżżejjed evidenza prima facie. B’partikolari skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-kwantità u l-kwalità tal-provi neċessarji sabiex jiġu ssodisfatti l-kriterji tas-suffiċjenza tal-provi għall-finijiet tal-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza huma differenti minn dawk li huma neċessarji għall-finijiet ta’ determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ dannu (13). |
|
(25) |
It-talba mressqa mill-applikant inkludiet kalkoli dettaljati li juru l-kontinwazzjoni tad-dumping fir-Russja abbażi ta’ evidenza raġonevolment disponibbli għall-applikant. Il-Kummissjoni qieset li l-kwantità u l-kwalità tal-evidenza mressqa mill-applikant huma biżżejjed biex iwasslu għall-bidu tar-rieżami ta’ skadenza. F’dan ir-rigward, għall-kuntrarju ta’ dak li ssottomettiet Eurochem, ma hemm l-ebda obbligu skont l-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku li talba għal rieżami ta’ skadenza tirrifletti fedelment, fil-kalkoli tal-marġni tad-dumping, il-kanali tad-distribuzzjoni differenti kollha tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiżi taħt kunsiderazzjoni u fl-Unjoni. Bl-istess mod, ma hemm l-ebda rekwiżit legali li t-talba tkopri l-bejgħ domestiku jew għall-esportazzjoni fit-totalità tiegħu jew li tippreżenta aġġustamenti dettaljati fil-kalkoli. Barra minn hekk, il-kalkoli annwali medji sottomessi mill-applikant kienu biżżejjed biex jiġi stabbilit marġni tad-dumping prima facie. Ma hemm l-ebda obbligu li applikant li jippreżenta talba għal rieżami ta’ skadenza jagħmel kalkoli tal-marġni tad-dumping ta’ kull xahar qabel l-istadju tal-bidu. |
|
(26) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni qieset li l-ebda wieħed mill-kummenti mressqa minn Eurochem fir-rigward tad-dannu u l-kawżalità, kif miġbura fil-qosor fil-premessa (22) hawn fuq, ma seta’ b’mod plawżibbli jqajjem dubji dwar is-suffiċjenza tal-evidenza rilevanti dettaljata sottomessa bħala parti mit-talba. |
|
(27) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-kwantità u l-kwalità tal-evidenza mitluba b’mod partikolari minn Eurochem tmur lil hinn b’mod ċar mill-istandard prima facie. Abbażi ta’ dan, il-pretensjonijiet ta’ Eurochem ġew miċħuda. |
|
(28) |
Il-pretensjoni tal-awtoritajiet Russi dwar il-metodoloġija biex jiġi vvalutat il-valur normali għar-Russja hija indirizzata ulterjorment fit-taqsima rispettiva li tkopri l-valutazzjoni tad-dumping, b’mod partikolari taħt il-premessi (56), (60) u (61) hawn taħt. |
|
(29) |
Fir-rigward tal-pretensjoni ta’ MHTL dwar l-evidenza nieqsa dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-Kummissjoni qablet fuq il-fatt li t-talba uriet marġnijiet ta’ dumping negattivi fir-rigward ta’ TT. Fejn id-dumping ikun waqaf jeżisti wara l-impożizzjoni tal-miżuri, kwalunkwe analiżi tar-rieżami ta’ skadenza tabilħaqq għandha tiffoka fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping. Il-Kummissjoni nnotat li l-applikant kien ipprovda biżżejjed evidenza, ibbażata fuq data raġonevolment disponibbli, li turi l-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping minn TT f’diversi xenarji plawżibbli u f’konformità mal-istandard legali rilevanti. Il-Kummissjoni qieset li l-argumenti sottomessi minn MHTL ma setgħux iqajmu dubju dwar is-suffiċjenza tal-evidenza inkluża fit-talba. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni qieset li t-talba ġiet sottomessa b’verżjoni mhux kunfidenzjali ċara u dettaljata biżżejjed. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali pprovdiet lill-partijiet interessati b’fehim siewi tar-raġunijiet legali u fattwali li fuqhom hija bbażata t-talba, u b’hekk ippermettitilhom jissottomettu kummenti estensivi fl-istadju tal-bidu. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, matul il-proċedimenti, l-applikant għamel divulgazzjoni addizzjonali ta’ informazzjoni u tal-annessi tat-talba li inizjalment kienu nżammu kunfidenzjali. Id-dokument tal-applikanti tqiegħed fil-proċess miftuħ tal-investigazzjoni u ġie magħmul disponibbli għall-partijiet interessati. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjonijiet tal-partijiet interessati f’dan ir-rigward. |
1.6. Kampjunar
|
(31) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.6.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(32) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod proviżorju. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tar-rappreżentattività f’termini tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-UE bejn l-1 ta’ Lulju 2023 u t-30 ta’ Ġunju 2024. Ġiet ikkunsidrata wkoll il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun ikkonsista minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irrappreżentaw madwar 64 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni fl-istadju tal-bidu u 75 % tal-bejgħ fl-Unjoni tal-produtturi li wieġbu għall-eżerċizzju permanenti. Il-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(33) |
F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Il-produttur esportatur CFI allega li l-kampjun propost kellu rappreżentazzjoni żejda ta’ produtturi tal-Ewropa tal-Lvant, naqas milli jissodisfa l-istandards stabbiliti tar-rappreżentattività u talab li jiżdied produttur addizzjonali (Netherlandiż) mal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni ta’ CFI minħabba li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni f’termini kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-bejgħ u, minħabba l-postijiet tal-produtturi tal-Unjoni, anke f’termini tal-firxa ġeografika peress li kien fih kumpaniji minn partijiet differenti tal-Unjoni (il-Ġermanja, il-Polonja u l-Litwanja). |
1.6.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(34) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(35) |
Żewġ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
1.6.3. Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka
|
(36) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(37) |
Inizjalment, iż-żewġ produtturi esportaturi SC Nevinnomyssky Azot (Eurochem) u JSC Novomoskovsk Azot (NAK Azot) (li jissejħu b’mod konġunt “Eurochem”, ara l-premessa (15)) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tan-numru baxx, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ u stiednet liż-żewġ produtturi esportaturi jissottomettu tweġiba kompluta għall-kwestjonarju. |
|
(38) |
Produttur esportatur wieħed fi Trinidad u Tobago u produttur esportatur wieħed fl-Istati Uniti tal-Amerka pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tan-numru baxx għal kull pajjiż, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ u stiednet liż-żewġ produtturi esportaturi jissottomettu tweġiba kompluta għall-kwestjonarju. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(39) |
Il-Kummissjoni stiednet lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, liż-żewġ importaturi mhux relatati li għamlu lilhom infushom magħrufin u lill-erba’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati li għamlu lilhom infushom magħrufin biex jimlew il-kwestjonarji, li saru disponibbli fuq is-sit web tagħha (14) fil-jum tal-bidu. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant bil-għan li tiġbor data dwar il-makroindikaturi. |
|
(40) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-applikant, żewġ importaturi mhux relatati fl-Unjoni, u minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(41) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi Russi ma ppreżentaw l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju sal-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni. |
1.8. Applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku
|
(42) |
Permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni infurmat liż-żewġ produtturi esportaturi Russi li hija qisithom bħala partijiet li ma kkooperawx u infurmathom bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li tagħmel użu mill-fatti disponibbli biex tiddetermina s-sejbiet tagħha fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-awtoritajiet tar-Russja bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(43) |
Permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Diċembru 2024, iż-żewġ produtturi esportaturi Russi ma qablux mal-applikazzjoni intenzjonata tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Madankollu, iż-żewġ produtturi esportaturi Russi ma ssottomettewx it-tweġiba għall-kwestjonarju pendenti iżda minflok xeħtu dubju fuq il-legalità tal-bidu tal-investigazzjoni ta’ rieżami li kienet għaddejja. B’mod partikolari, huma allegaw li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovdiet kopja tat-talba għal rieżami ta’ skadenza minn Fertilizers Europe minkejja li kienet obbligata li tipprovdiha fit-8 ta’ Ottubru 2024, il-jum tal-bidu tar-rieżami preżenti. Abbażi ta’ dan, iż-żewġ produtturi esportaturi Russi kkonkludew li l-Kummissjoni xekklet il-kooperazzjoni tagħhom mar-rieżami ta’ skadenza. Din il-kwistjoni hija indirizzata ulterjorment fil-premessa (23) hawn fuq. |
1.9. Verifika
|
(44) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
(a) Proċedura sussegwenti |
|
(45) |
Fl-20 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(46) |
Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ġew meqjusa, fejn xieraq. Il-partijiet li talbu dan ingħataw seduta ta’ smigħ. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(47) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju f’soluzzjoni milwiema jew ammonijakali (“UAN”, urea u nitrat tal-ammonju), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 80 00 (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(48) |
L-UAN hija fertilizzant tan-nitroġenu likwidu li tipikament jintuża f’xi għelejjel li jinħartu. |
|
(49) |
Il-kontenut tan-nitroġenu huwa l-aktar karatteristika sinifikanti tal-prodott taħt rieżami. Dan jista’ jvarja bejn 28 % u 32 % tal-UAN, skont il-kontenut tal-ilma tas-soluzzjoni. B’mod ġenerali, is-soluzzjonijiet importati huma UAN 32 % peress li l-UAN aktar ikkonċentrat huwa orħos biex jiġi kkunsinnat. Madankollu, ikun xi jkun il-kontenut tan-nitroġenu tagħhom, is-soluzzjonijiet kollha ta’ urea u nitrat tal-ammonju huma kkunsidrati li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u għalhekk jikkostitwixxu prodott uniku. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(50) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 80 00 . |
2.3. Prodott simili
|
(51) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(52) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Ir-Russja
3.1.1. Kummenti preliminari
|
(53) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-UAN mir-Russja komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi meta mqabbla mal-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018). Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-UAN mir-Russja ammontaw għal 12,4 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 13,4 % matul l-investigazzjoni oriġinali. F’termini relattivi, il-volum tal-esportazzjonijiet Russi tal-UAN lejn l-UE naqas b’47 %, u f’termini assoluti, it-tnaqqis ammonta għal 289 952 tunnellata. |
3.1.2. Applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku
|
(54) |
Kif imsemmi fil-premessa (42), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi mir-Russja ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-Russja li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni kienet beħsiebha tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-Russja. Eurochem wieġbet għall-informazzjoni tal-Kummissjoni fid-19 ta’ Diċembru 2024 u tenniet l-intenzjoni tagħha li ma tikkooperax fl-investigazzjoni fid-dawl tal-allegati żbalji li saru fl-istadju tal-bidu kif indirizzat fit-Taqsima 1.5 hawn fuq. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba ulterjuri għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward. |
|
(55) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari d-data pprovduta mill-applikanti fit-talba u l-istatistika tal-importazzjoni miksuba mill-Eurostat. |
3.1.3. Valur Normali
|
(56) |
Kif imsemmi fil-premessa (55) hawn fuq, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-Russja, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli biex tistabbilixxi l-valur normali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat id-data pprovduta mill-applikant fit-talba. Din id-data kienet ibbażata fuq l-informazzjoni dwar is-suq li l-applikant kellu aċċess għaliha. Il-valur normali stmat kien jikkonsisti fi prezz domestiku mill-fabbrika, ta’ EUR 165 għal kull tunnellata fis-sena 2023. |
3.1.4. Prezz tal-Esportazzjoni
|
(57) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-Russja, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli biex tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(58) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data tal-informazzjoni dwar is-suq ipprovduta fit-talba. Il-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika li rriżulta għas-sena 2023 kien ta’ EUR 135 għal kull tunnellata. |
3.1.5. Tqabbil
|
(59) |
Kif imsemmi fil-premessi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni użat id-data dwar il-valur normali u dwar il-prezz tal-esportazzjoni aġġustata għal-livelli mill-fabbrika biex twettaq it-tqabbil skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
3.1.6. Marġnijiet tad-dumping
|
(60) |
It-tqabbil ta’ hawn fuq wera li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, espressi bħala perċentwal tal-valur ta’ CIF, kienu 16,7 % inqas mill-valur normali stabbilit. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kkonstatat li, li kieku kellha tibbaża fuq valur normali maħdum ibbażat fuq il-prezzijiet aġġustati tal-gass naturali (15), dan ikun jirriżulta f’differenza saħansitra ogħla bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-valur normali stabbilit: jiġifieri 44 %. |
|
(61) |
Billi nstab dumping fir-rigward tar-Russja taħt kwalunkwe xenarju plawżibbli, il-Kummissjoni qieset li l-pretensjonijiet ta’ Eurochem kellhom l-għan li jiskwalifikaw l-użu ta’ metodoloġija tal-valur normali maħdum, kif miġbur fil-qosor fil-premessa (21) hawn fuq, kienu irrilevanti. |
|
(62) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2. Trinidad u Tobago
3.2.1. Kummenti preliminari
|
(63) |
L-uniku produttur magħruf tal-UAN fi Trinidad u Tobago matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien MHTL. |
|
(64) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’termini assoluti, l-importazzjonijiet tal-UAN minn Trinidad u Tobago komplew bi kważi l-istess livelli bħal matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Skont iċ-ċifri tal-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-UAN minn Trinidad u Tobago ammontaw għal madwar 9,8 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 8,1 % matul l-investigazzjoni oriġinali. Iż-żieda relattiva fis-sehem mis-suq hija spjegata mil-livell ferm aktar baxx tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. |
3.2.2. Valur Normali
|
(65) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ MHTLli kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(66) |
Peress li ma kien hemm l-ebda bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku u ma kienx possibbli li jinstabu prezzijiet domestiċi (fin-nuqqas ta’ kwalunkwe konsum domestiku), il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u 2(6)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(67) |
Il-valur normali nħadem billi ngħadd dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami:
|
3.2.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(68) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, MHTL esportat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi biss. Il-bejgħ kollu lejn l-Unjoni sar permezz ta’ importatur relatat fil-Ġermanja. Dan l-importatur relatat kien ibigħ il-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti fil-Ġermanja jew lil kumpaniji relatati fi Franza u Spanja, li min-naħa tagħhom kienu jbigħu l-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti fis-swieq nazzjonali rispettivi tagħhom. |
|
(69) |
B’hekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ mill-ġdid għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SGA u l-kostijiet tad-dilwizzjoni u tat-taħlit; u għal profitt raġonevoli. |
|
(70) |
Rigward il-kostijiet tad-dilwizzjoni u t-taħlit, speċifiċi għal dan il-każ, MHTL esportat biss UAN b’kontenut ta’ nitroġenu ta’ 32 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importaturi relatati, madankollu, biegħu lill-klijenti indipendenti UAN b’kontenut ta’ nitroġenu jew ta’ 32 % jew anqas. Għalhekk, fil-każ li fih il-prodott ikkonċernat ġie dilwit bl-ilma jew tħallat mal-kubrit sabiex jinkiseb kontenut aktar baxx ta’ nitroġenu, l-aġġustamenti msemmija fil-premessa (69) inkludew ukoll il-kostijiet addizzjonali tad-dilwizzjoni u t-taħlit imġarrba mill-importatur relatat. |
3.2.4. Tqabbil
|
(71) |
Għal kull tip ta’ prodott, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(3) u 2(6)(b) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif hemm stabbilit hawn fuq. |
|
(72) |
Meta ġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-kostijiet tan-nol u tal-assigurazzjoni, għad-dazji doganali, għall-ispejjeż tal-maniġġ, tat-tagħbija u dawk anċillari u għall-kostijiet tal-ħżin, u għall-kostijiet addizzjonali tad-dilwizzjoni u tat-taħlit imġarrba mill-importatur relatat. |
3.2.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(73) |
Għal MHTL, il-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(74) |
Bl-użu tal-metodoloġija deskritta fil-premessa (70) hawn fuq, il-marġni tad-dumping espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 35,1 % għal MHTL. Għalhekk, ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(75) |
Wara d-divulgazzjoni, DAKOFO (16) allegat li l-importazzjonijiet ta’ UAN li joriġinaw minn Trinidad u Tobago fl-Unjoni ma sarux bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Sabiex tivvaluta prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, DAKOFO qagħdet fuq il-kwotazzjonijiet tal-prezz tal-importazzjoni tal-UAN fit-terminal ta’ Fredericia, li skont DAKOFO huwa l-akbar terminal fir-reġjun tal-Baħar Baltiku li jittratta l-vjeġġi tal-UAN. Fir-rigward tal-valur normali, DAKOFO qieset li ma hemm l-ebda bejgħ ta’ UAN fis-suq domestiku ta’ Trinidad u Tobago. Għalhekk, hija użat valur normali maħdum li kien ibbażat fuq kwotazzjonijiet CIF ta’ New Orleans (NOLA) ppubblikati. |
|
(76) |
Il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni ta’ DAKOFO. Kif spjegat fil-premessi minn (65) sa (74), il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tad-dumping tagħha fuq id-data vverifikata tal-uniku produttur li kkoopera u, skont l-informazzjoni fil-fajl, l-uniku produttur eżistenti tal-UAN fi Trinidad u Tobago. Din id-data ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni fuq il-post. Peress li dan il-kalkolu rriżulta fl-eżistenza ta’ dumping, il-konklużjoni tal-Kummissjoni ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping għal Trinidad u Tobago hija kkonfermata. |
3.3. L-Istati Uniti tal-Amerka
3.3.1. Kummenti preliminari
|
(77) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-UAN mill-Istati Uniti komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Skont iċ-ċifri tal-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-UAN mill-Istati Uniti ammontaw għal madwar 20,6 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 16,2 % matul l-investigazzjoni oriġinali. |
3.3.2. Valur Normali
|
(78) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-uniku produttur esportatur li kkoopera, CFI, kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali tal-produttur esportatur li kkoopera, tal-prodott simili fis-suq domestiku, kien rappreżentattiv. |
|
(79) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat, għall-produttur esportatur li kkoopera, it-tipi ta’ prodotti mibjugħin lokalment li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott ikun rappreżentattiv jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ b’esportazzjoni tat-tip tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ domestiku tal-uniku tip ta’ prodott li l-produttur esportatur li kkoopera biegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien rappreżentattiv. |
|
(81) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(82) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(83) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(84) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott ta’ bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jekk:
|
|
(85) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li [95–100] % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkolat bħala medju ponderat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(86) |
Il-produttur esportatur li kkoopera esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.3.4. Tqabbil
|
(87) |
Għal kull tip ta’ prodott, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif huwa stabbilit hawn fuq. |
|
(88) |
Meta ġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għal skontijiet, ribassi u differenzi fil-kwantitajiet; il-kostijiet tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-maniġġ, tat-tagħbija u l-kostijiet anċillari u l-kostijiet tal-kreditu. |
3.3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(89) |
Għall-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(90) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 52,2 % għall-produttur li kkoopera. Għalhekk, ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(91) |
Wara d-divulgazzjoni, DAKOFO allegat li l-importazzjonijiet tal-UAN li joriġinaw mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni ma sarux bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Sabiex tivvaluta prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, DAKOFO qagħdet fuq kwotazzjonijiet tal-prezz tal-importazzjoni tal-UAN fit-terminal ta’ Fredericia, bl-istess mod kif sostniet DAKOFO għall-importazzjonijiet minn Trinidad u Tobago (ara l-premessa (75) hawn fuq). Fir-rigward tal-valur normali, DAKOFO użat “kwotazzjonijiet CIF ta’ New Orleans (NOLA)” ippubblikati, meta jitqies li dawn il-kwotazzjonijiet jirrappreżentaw il-prezzijiet domestiċi pagabbli fl-Istati Uniti. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni ta’ DAKOFO. Kif spjegat fil-premessi minn (78) sa (90), il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tad-dumping tagħha fuq id-data vverifikata tal-uniku produttur tal-UAN li kkoopera fl-Istati Uniti. Din id-data ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni fuq il-post. Peress li dan il-kalkolu rriżulta fl-eżistenza ta’ dumping, il-konklużjoni tal-Kummissjoni ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping għall-Istati Uniti hija kkonfermata. |
4. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING
4.1. Ir-Russja
|
(93) |
Wara s-sejba li tindika l-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami fir-rigward tar-Russja, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping, f’każ li l-miżuri jiskadu. L-elementi addizzjonali li ġejjin ġew analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
4.1.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja
|
(94) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-kapaċità tal-produzzjoni totali u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja kienu sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Skont id-data pprovduta mill-applikant, il-kapaċità tal-produzzjoni aggregata tal-produtturi Russi magħrufa kollha qabżet it-3 500 000 tunnellata fis-sena, u l-kapaċitajiet ta’ riżerva kienu bħala medja madwar 30 % fi kwalunkwe sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.1.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(95) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-produtturi esportaturi Russi jżidu l-bejgħ tal-esportazzjonijiet tagħhom bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(96) |
L-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping ma naqqsitx l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volumi tal-importazzjoni annwali laħqu aktar minn 300 000 tunnellata fis-sena, jiġifieri kważi nofs il-volum tal-importazzjonijiet li nstabu fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, u aktar minn nofs il-medja annwali osservata fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, li kien mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2018. Huwa mfakkar ukoll li dan il-bejgħ fl-Unjoni, anke b’miżuri anti-dumping fis-seħħ, sar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, jekk il-miżuri jiskadu, il-volumi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping x’aktarx li jiżdiedu. |
4.1.3. Konklużjoni
|
(97) |
Il-miżuri anti-dumping applikabbli ma waqqfux lill-produtturi Russi milli jkomplu jbigħu volumi sinifikanti ta’ UAN fl-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dawn il-produtturi x’aktarx li jbigħu volumi saħansitra akbar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni, minħabba li għandhom il-kapaċità ta’ riżerva biex ikunu jistgħu jagħmlu dan (ara l-premessa (94)). |
4.2. Trinidad u Tobago
|
(98) |
Wara s-sejba li tindika l-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (ara l-premessa (74)), il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping, f’każ li l-miżuri jiskadu. L-elementi addizzjonali li ġejjin ġew analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fi Trinidad u Tobago u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
4.2.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fi Trinidad u Tobago
|
(99) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-kapaċità tal-produzzjoni totali u l-kapaċità ta’ riżerva fi Trinidad u Tobago kienu sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala medja, il-kapaċità ta’ riżerva annwali kienet ta’ aktar minn 400 000 tunnellata fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħqet aktar minn 700 000 tunnellata fl-2023. |
4.2.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(100) |
L-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping ma naqqsitx l-attraenza tas-suq tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-volumi annwali tal-importazzjoni minn Trinidad u Tobago matul il-perjodu kkunsidrat laħqu aktar minn 400 000 tunnellata fis-sena, li huwa aktar milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u qrib il-medja annwali osservata fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, li kien mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2018. Huwa mfakkar ukoll li dan il-bejgħ fl-Unjoni, anke b’miżuri anti-dumping fis-seħħ, sar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, huwa probabbli li, jekk il-miżuri jiskadu, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikomplu jiżdiedu. |
4.2.3. Konklużjoni
|
(101) |
Il-miżuri anti-dumping applikabbli ma waqqfux lil MHTL milli tkompli tbigħ volumi sinifikanti ta’ UAN fl-Unjoni. Jekk il-miżuri jiskadu, MHTL x’aktarx li tbigħ volumi saħansitra akbar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni, minħabba li MHTL għandha l-kapaċità ta’ riżerva biex tkun tista’ tagħmel dan. |
4.3. L-Istati Uniti tal-Amerka
|
(102) |
Wara li nstabet l-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni analizzat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jiskadu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni analizzat il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Istati Uniti u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
4.3.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Istati Uniti
|
(103) |
Kemm fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-uniku produttur esportatur li kkoopera mill-Istati Uniti kien CFI. It-talba indikat l-eżistenza ta’ produtturi oħra tal-UAN fl-Istati Uniti. Dawn il-produtturi ma kkooperawx mar-rieżami ta’ skadenza preżenti u lanqas mal-investigazzjoni oriġinali. Il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom hija meqjusa improbabbli li tkun disponibbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Għalhekk, skont approċċ konservattiv, il-Kummissjoni qieset biss il-kapaċità ta’ riżerva ta’ CFI bħala disponibbli għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Dik il-kapaċità ta’ riżerva ammontat għal aktar minn 200 000 tunnellata fis-sena matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-kapaċità totali ta’ CFI kienet f’medda ta’ [6 000 000 sa 6 500 000] tunnellata fis-sena fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.3.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(104) |
L-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping ma naqqsitx l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi tal-UAN mill-Istati Uniti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ħlief għas-sena 2021, il-volumi annwali esportati mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni qabżu l-550 000 tunnellata fis-sena, li huwa sinifikanti u madwar 150 000 tunnellata biss inqas milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Huwa mfakkar ukoll li dan il-bejgħ fl-Unjoni, anke b’miżuri anti-dumping fis-seħħ, sar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, huwa probabbli li, jekk il-miżuri jiskadu, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikomplu jiżdiedu. |
4.3.3. Konklużjoni
|
(105) |
Il-miżuri anti-dumping applikabbli ma waqqfux lil CFI milli tkompli tbigħ volumi sinifikanti ta’ UAN fl-Unjoni. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, CFI x’aktarx li tbigħ tal-anqas madwar l-istess volum li biegħet fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni jew saħansitra żżid il-volumi tagħha mibjugħin fl-Unjoni peress li CFI kellha l-kapaċità ta’ riżerva biex tkun tista’ tagħmel dan (ara l-premessa (103)). Għalkemm l-UAN jista’ jinbiegħ bi prezzijiet ogħla fis-suq domestiku meta mqabbel mas-suq tal-Unjoni, ma hemm l-ebda indikazzjoni li s-suq tal-UAN tal-Istati Uniti se jkompli jikber, u għalhekk huwa improbabbli li jassorbi xi kapaċità ta’ riżerva. Barra minn hekk, CFI kienet ħerqana li tagħmel l-aħjar użu mill-kapaċità tal-produzzjoni tagħha u li tbigħ kwalunkwe output minn kapaċitajiet ta’ riżerva li b’mod ieħor ma kinux qed jintużaw, lis-swieq tal-esportazzjoni, inkluż lis-suq tal-Unjoni. |
|
(106) |
Wara d-divulgazzjoni, CFI sostniet li l-Kummissjoni naqset milli twettaq il-valutazzjoni li tħares’ il quddiem meħtieġa mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. CFI żiedet li l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ikkaratterizzat minn ċirkostanzi straordinarji u mhux rappreżentattivi, inklużi nuqqasijiet ta’ provvista li ġibdu esportaturi marġinali lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, CFI sostniet li l-Kummissjoni ma vvalutatx jekk CFI kellhiex xi inċentiv biex tbigħ bl-istess prezzijiet fil-futur u jekk il-prezzijiet tal-gass, li CFI stenniet li jonqsu wara l-2024, ikollhomx impatt fuq ir-relazzjonijiet tal-prezzijiet, jekk l-irkupru tal-produtturi tal-Unjoni jaffettwax d-domanda futura għall-UAN prodott fl-Istati Uniti, u jekk ix-xejriet tad-domanda domestika tal-Istati Uniti jillimitawx id-disponibbiltà tal-esportazzjoni. Fl-aħħar nett, CFI invokat li l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti kienu xprunati minn nuqqasijiet temporanji tal-Unjoni, mhux minn inċentivi strutturali għad-dumping. |
|
(107) |
Fir-rigward tal-allegazzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ valutazzjoni li tħares ’il quddiem, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni ta’ CFI għall-valutazzjoni li saret, fil-premessi minn (102) sa (105). |
|
(108) |
Fir-rigward ta’ kwalunkwe karattru mhux rappreżentattiv tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni indikat li l-volumi tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, li kellhom sehem ta’ aktar minn 20 % tas-suq totali tal-Unjoni (ara t-Tabella 2 hawn taħt), bl-ebda mod ma jistgħu jitqiesu marġinali. Il-Kummissjoni fehmet li CFI ma kinitx qed tirreferi għal “esportaturi marġinali” iżda għal “esportazzjonijiet marġinali”. |
|
(109) |
Għall-kuntrarju tal-pretensjoni ta’ CFI, il-Kummissjoni vvalutat jekk CFI kellhiex inċentiv ċar biex tkompli tbigħ l-UAN bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni (ara l-premessa (105)). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhux biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda wkoll fis-snin 2022 u 2023, il-prezzijiet domestiċi grossi ta’ CFI qabżu l-prezzijiet tal-esportazzjoni grossi fatturati minn CFI lill-Unjoni, li kienet indikazzjoni ċara ta’ prattiki ta’ dumping konsistenti fil-perjodu kollu kkunsidrat. Instab li CFI kellha pożizzjoni b’saħħitha fis-suq domestiku tal-Istati Uniti li lilu kien qed tbigħ mill-inqas 95 % tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. Ma kien hemm l-ebda raġuni ovvja biex CFI tbaxxi l-prezzijiet domestiċi tagħha (għal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni) u b’hekk iċċedi s-sors ewlieni ta’ profitti tagħha. Min-naħa l-oħra, huwa improbabbli li CFI tbigħ l-UAN fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet fil-livell għoli tas-suq domestiku tal-Istati Uniti, fid-dawl tal-istruttura aktar kompetittiva tas-suq tal-Unjoni. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni kompliet tiċċara li ma kien meħtieġ li jiġi vvalutat l-ebda effett tal-prezzijiet tal-gass fuq ir-relazzjonijiet futuri tal-prezzijiet. Kif jidher fil-premessi (102) u (118), ma kienx qed jitqies bħala meħtieġ li jiġu analizzati r-relazzjonijiet tal-prezzijiet fil-valutazzjoni preżenti marbuta mar-riskju ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping. Għall-istess raġunijiet, ma tqiesx meħtieġ li jiġi analizzat jekk l-irkupru tal-produtturi tal-Unjoni jaffettwax id-domanda futura għall-UAN prodott fl-Istati Uniti. Minkejja dan, jista’ jkun mistenni li sakemm l-UAN li joriġina mill-Istati Uniti jiġi offrut bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni, id-domanda għall-UAN prodott fl-Istati Uniti se tkompli. |
|
(111) |
Fir-rigward ta’ jekk ix-xejriet tad-domanda domestika tal-Istati Uniti setgħux jillimitaw id-disponibbiltà tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni fakkret li kienet sabet li s-suq domestiku tal-Istati Uniti x’aktarx ma kienx se jkompli jikber (105). Fi kwalunkwe każ, CFI naqset milli tissottometti kull analiżi li tindika l-kuntrarju, jiġifieri li turi li s-suq domestiku tal-Istati Uniti x’aktarx li jikber fil-futur. |
|
(112) |
Fir-rigward tal-pretensjoni ta’ CFI li ma kien hemm l-ebda inċentiv strutturali għad-dumping, qed issir referenza għall-premessa (109) ta’ hawn fuq, fejn il-Kummissjoni spjegat għaliex il-pożizzjoni b’saħħitha ta’ CFI fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, li tippermettilha tagħmel profitti sinifikanti, flimkien ma’ suq tal-esportazzjoni ħafna aktar kompetittiv fl-Unjoni, fil-fatt ħolqot sitwazzjoni ta’ dumping strutturali, li x’aktarx tkompli. |
|
(113) |
Barra minn hekk, CFI argumentat li l-Kummissjoni ma analizzatx jekk il-kapaċità ta’ riżerva ta’ CFI ta’ mill-inqas 200 000 tunnellata fis-sena kinitx fil-fatt meħtieġa biex taqdi lill-klijenti domestiċi u ta’ pajjiżi terzi tagħha, u lanqas ma eżaminat il-kostijiet tal-opportunità tad-devjazzjoni tal-volumi lejn l-Unjoni. Hija nnotat ukoll li, minn naħa waħda, il-konklużjoni li s-suq tal-Unjoni baqa’ attraenti minħabba li l-volumi tal-esportazzjoni minn CFI qabżu mill-inqas 550 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u, min-naħa l-oħra, il-konklużjoni li d-dumping x’aktarx li jkompli fin-nuqqas ta’ miżuri, jirrappreżentaw raġunament ċirkolari. |
|
(114) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-pretensjonijiet ta’ CFI. Minkejja l-valutazzjoni skont il-premessa (103), il-Kummissjoni sabet li anki jekk l-ebda waħda mill-kapaċità ta’ riżerva vvalutata jew frazzjoni żgħira biss minnha ma tiġi esportata lejn l-Unjoni fil-futur, mill-inqas volum annwali ta’ aktar minn 550 000 tunnellata ta’ UAN (17), li kien l-aktar baxx li CFI esportat fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar li jaqa’ fil-perjodu kkunsidrat, x’aktarx li jiġi esportat lejn l-Unjoni fil-futur ukoll. Tali volum tal-esportazzjoni huwa sinifikanti (sehem mis-suq ta’ 20 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ara t-Tabella 2 hawn taħt), meta mqabbel mal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat li tali importazzjonijiet saru fl-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Meta wieħed iqis li l-prattiki ta’ dumping komplew filwaqt li l-miżuri anti-dumping kienu fis-seħħ, huwa probabbli li tali prattiki ta’ dumping se jkomplu f’każ li l-miżuri jiskadu. Tali raġunament ma jippreżentax raġunament ċirkolari, iżda pjuttost qed jiddeduċi konsegwenza jew probabbiltà bbażata fuq avvenimenti attwali. |
|
(115) |
CFI sostniet ukoll li ż-żieda fl-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti fl-2022 u fl-2023 kienet rispons għal taħlita eċċezzjonali ta’ prezzijiet għoljin tal-Unjoni, produzzjoni limitata tal-Unjoni, u disponibbiltajiet imnaqqsa ta’ fornituri oħra. Ladarba l-produtturi tal-Unjoni reġgħu bdew il-produzzjoni u l-prezzijiet tal-Unjoni reġgħu lura għal-livelli normali, l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti kienu diġà bdew jonqsu. Hija sostniet li dan jista’ jiġi kkonfermat mid-data tal-Eurostat fit-Tabella 2 hawn taħt, li turi tnaqqis fil-volumi tal-importazzjoni tal-Istati Uniti fl-Unjoni minn 853 263 tunnellata fl-2022 għal 536 569 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(116) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-pretensjoni ta’ CFI. L-ewwel nett, il-Kummissjoni sabet li l-volum tal-importazzjoni osservat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien jirrappreżenta aktar minn 20 % tas-sehem mis-suq tal-konsum tal-Unjoni (ara t-Tabella 2). Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet instabu li kienu oġġett ta’ dumping, kif uriet l-investigazzjoni. Bl-istess mod, il-Kummissjoni fakkret li anki f’kuntest ta’ ebda fattur estern eċċezzjonali (bħal żieda rapida fil-prezzijiet tal-gass u interruzzjonijiet sussegwenti fil-provvista, li CFI qieset li kienu prinċipalment responsabbli għal żieda fil-volumi tal-esportazzjoni mill-Istati Uniti), l-esportazzjonijiet tal-UAN mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni laħqu kull sena aktar minn 540 000 tunnellata fl-2016, fl-2017 u fil-perjodu ta’ investiment tal-investigazzjoni oriġinali, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018 (ara t-Tabella 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/576 (18)). Dan juri li fil-perjodi kollha investigati mill-Kummissjoni mill-2016, il-volumi tal-esportazzjoni tal-UAN lejn l-Unjoni laħqu livelli sinifikanti. |
|
(117) |
Fl-aħħar nett, CFI nnotat li skont il-paragrafu 96 tad-dokument ta’ divulgazzjoni, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tanalizza “r-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u fl-Istati Uniti” u r-“relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u l-prezzijiet fl-Istati Uniti”. Madankollu, id-dokument ta’ divulgazzjoni ma kien fih l-ebda analiżi bħal din. |
|
(118) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-analiżi tar-relazzjonijiet tal-prezzijiet innotati ma kinitx meħtieġa biex jiġi konkluż li d-dumping x’aktarx li jkompli fin-nuqqas ta’ miżuri. L-analiżi tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-kapaċità ta’ riżerva fl-Istati Uniti u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kienet biżżejjed biex tintlaħaq din il-konklużjoni (ara l-premessi minn (102) sa (105)). |
|
(119) |
Għall-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni li d-dumping x’aktarx ikompli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(120) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar 20 (grupp ta’) produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(121) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal 2 299 135 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, prinċipalment data miġbura minn Fertilizers Europe u l-informazzjoni dwar is-suq disponibbli għall-applikant. Kif hemm indikat fil-premessa (32), intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Abbażi tad-data vverifikata, dawn irrappreżentaw kważi 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(122) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha kif irreġistrati fil-Eurostat. |
|
(123) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||
|
(124) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 23 %. Dan it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni jista’ jiġi spjegat minn għadd ta’ raġunijiet: tnaqqis temporanju fil-produzzjoni tal-UAN fl-Unjoni meta l-prezzijiet tal-gass u tal-enerġija żdiedu fl-2022; żieda sinifikanti ħafna fil-volumi tal-importazzjoni fl-istess sena; u l-aħjar prattiki għall-użu ta’ nutrijenti fil-biedja li jillimitaw l-użu ta’ fertilizzanti minerali (19). |
5.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
5.3.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(125) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġx li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(126) |
Dik id-dispożizzjoni tistipula li l-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed għandhom jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:
|
|
(127) |
Fl-istadju tal-bidu, MHTL allegat li l-importazzjonijiet minn Trinidad u Tobago jenħtieġ li jiġu vvalutati separatament minħabba ċirkostanzi mibdula meta mqabbla mal-investigazzjoni inizjali. B’mod speċifiku, skont MHTL, valutazzjoni separata tal-importazzjonijiet minn TT kienet tkun iġġustifikata fid-dawl tal-fatt li t-talba ma sabet l-ebda dumping għal TT, l-esportaturi minn TT kienu sħab affidabbli u politikament stabbli għall-Unjoni u differenti mill-esportaturi mir-Russja u mill-Istati Uniti tal-Amerka, u l-importazzjonijiet minn TT (bi prezzijiet ogħla mill-importazzjonijiet ta’ oriġini oħra u b’volum ferm inqas mill-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Istati Uniti tal-Amerka flimkien) ma setgħux ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet. Id-deċiżjoni dwar jekk l-importazzjonijiet jenħtieġx li jiġu valutati b’mod kumulattiv jew le trid tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, li f’dan il-każ ġew issodisfati kif spjegat f’aktar dettall fil-premessi (129) sa (132) hawn taħt. L-ebda kwistjoni oħra mqajma minn MHTL ma tista’ tqajjem dubji dwar l-adegwatezza tal-eżami tal-importazzjonijiet minn Trinidad u Tobago flimkien mal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u mir-Russja (20). |
|
(128) |
Il-produttur esportatur CFI talab li l-importazzjonijiet mir-Russja jiġu vvalutati separatament mill-importazzjonijiet minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka. CFI bbażat il-pretensjoni tagħha fuq il-każijiet Hardboard (21) u Vireg tal-Wajer (22) (li kienu jinvolvu pajjiżi għajr ir-Russja) u rreferiet (i) għall-istrutturi tal-kostijiet uniċi tal-produtturi Russi li jirriżultaw mill-prezzijiet tal-gass regolati domestikament; (ii) għall-fatturi ġeopolitiċi (jiġifieri l-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u s-sanzjonijiet konsegwenti tal-Punent fuq ir-Russja); (iii) għal imġiba distinta fl-ipprezzar peress li r-Russja kienet qed tiddevja l-provvisti tal-gass naturali tagħha fi prodotti tan-nitroġenu downstream; u (iv) għat-talba li turi twaqqigħ tal-prezz sinifikanti għar-Russja biss. Il-Kummissjoni nnotat li s-sitwazzjoni fil-każijiet iċċitati minn CFI kienet differenti mis-sitwazzjoni f’din l-investigazzjoni, u għalhekk dawk l-argumenti ma setgħux jiġu trasposti f’din l-investigazzjoni. Pereżempju, fil-każ Hardboard, fejn l-importazzjonijiet mill-Brażil ġew ivvalutati separatament, l-importazzjonijiet mill-Brażil kienu jikkonċernaw tip ta’ prodott b’użu distint ħafna. Il-Kummissjoni tqis li dan ċertament ma huwiex il-każ tal-UAN importat fir-rieżami preżenti. Fil-każWire Rod, l-importazzjonijiet mit-Turkija ma ġewx akkumulati b’mod partikolari minħabba li l-prezzijiet tagħhom kienu għoljin ħafna u li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi Torok u operaturi oħra ma tqisux simili, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Moldova ġew ivvalutati separatament peress li ma waqqgħux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-marġni tad-dannu kien taħt il-limitu de minimis tad-danni. F’din l-investigazzjoni, l-ebda pajjiż ikkonċernat ma għandu prezzijiet għoljin b’mod anormali u t-twaqqigħ tal-prezz huwa sinifikanti meta wieħed iqis in-natura sensittiva għall-prezz ta’ komodità bħall-UAN. Wara d-divulgazzjoni, CFI allegat li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet analiżi sostantiva f’konformità mal-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament bażiku (jiġifieri analiżi sostantiva tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn prodotti mill-oriġini differenti) u li n-natura u s-sors ta’ kwalunkwe dumping mill-Istati Uniti, mir-Russja jew mit-TT kienu differenti, jiġifieri peress li d-dumping Russu jirriżulta minn distorsjonijiet strutturali tal-kostijiet ikkawżati mill-Istat. Il-Kummissjoni ma qablitx u nnotat li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Unjoni huma vvalutati fid-dettall fil-premessa (131) hawn taħt u li n-natura tad-dumping hija, fil-kuntest ta’ tali analiżi, irrilevanti. |
|
(129) |
Il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati kienu ferm ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(130) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikkonċernat ma kienx negliġibbli fis-sens tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. L-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu 12,4 % għall-importazzjonijiet mir-Russja, 9,8 % għall-importazzjonijiet minn Trinidad u Tobago u 20,6 % għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka. Għalkemm il-volumi tal-importazzjonijiet minn Trinidad u Tobago naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, dawn l-importazzjonijiet xorta għad għandhom sehem konsiderevoli mis-suq fl-Unjoni (9,8 %). |
|
(131) |
Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn, minn naħa, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka u, min-naħa l-oħra, bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni, kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kkompetew ma’ xulxin, kif ukoll mal-prodott simili prodott fl-Unjoni. Dan għaliex il-prodotti importati u l-prodotti domestiċi jinbiegħu permezz tal-istess kanali ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti. Spiss l-UAN minn oriġini differenti jitħallat f’tankijiet tal-ħżin. Il-prodott taħt rieżami huwa komodità omoġenja interkambjabbli u l-kompetizzjoni li kien hemm kienet ibbażata fil-biċċa l-kbira fuq il-prezz waħdu. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ lejn l-Unjoni kemm tal-produtturi domestiċi kif ukoll tal-pajjiżi kkonċernati (konsolidati u individwali) laħqu l-ogħla livell fl-2022 u naqsu b’mod sinifikanti wara. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni minn TT kienu bażikament l-istess bħal fl-2021, il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja naqsu b’39 %. Il-prezzijiet tal-Istati Uniti naqsu wkoll iżda b’ammont aktar baxx. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi kkonċernati naqsu għal livelli taħt il-prezzijiet tal-bejgħ lill-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(132) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka ġew eżaminati b’mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu. |
5.3.2. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(133) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil bejn il-volum tal-importazzjonijiet mal-konsum fl-Unjoni. |
|
(134) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(135) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’109 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda fis-sehem mis-suq kienet saħansitra aktar evidenti hekk kif is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati żdied b’171 %, minn 15,8 % fl-2021 għal 42,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Billi l-konsum tal-Unjoni naqas bi 23 % matul l-istess perjodu, iż-żieda qawwija fis-sehem mis-suq mill-pajjiżi kkonċernati kienet b’mod ċar għad-detriment ta’ parteċipanti oħra fis-suq, jiġifieri l-industrija tal-Unjoni. |
5.3.3. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz
|
(136) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi ta’ data tal-Eurostat. |
|
(137) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(138) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu bi 19 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu fl-2022 minħabba l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, b’mod partikolari l-prezzijiet globali ogħla tal-gass li poġġew piż akbar fuq l-UE. Madankollu, sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, dawn kienu naqsu għal livell taħt dak tal-2021 għall-importazzjonijiet li joriġinaw minn kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni minn TT kienu kważi l-istess bħal fl-2021, il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja naqsu b’39 %. Il-livelli tal-prezzijiet tal-Istati Uniti naqsu wkoll iżda b’ammont aktar baxx mill-importazzjonijiet Russi. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(140) |
B’mod simili għal kif sar fl-investigazzjoni oriġinali, il-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni ġie aġġustat għal livell mill-fabbrika ħlief għal dak il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li ġarrab it-trasport tal-merkanzija bil-baħar għall-kunsinna lejn portijiet bħal Rouen (Franza) u Ghent (il-Belġju). Instab li kien xieraq li jintużaw il-prezzijiet għall-kunsinna lejn dak il-port minflok ma jiġu kkalkolati l-prezzijiet mill-fabbrika għall-bejgħ li jirrappreżenta madwar 5 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(141) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera marġni ta’ twaqqigħ medju ponderat tal-prezz ta’ bejn 3,5 % u 18 %, li tqies bħala sinifikanti fid-dawl tan-natura sensittiva għall-prezz tal-komodità tal-UAN. |
|
(142) |
Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati eżerċitaw soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet. Fil-fatt, il-livelli tal-prezzijiet kienu taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u b’hekk ma jippermettux lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tagħha għal livelli profittabbli. |
|
(143) |
Wara d-divulgazzjoni, MHTL talbet lill-Kummissjoni tistabbilixxi marġni ta’ dannu li jinjora kwalunkwe kost futur previst tal-industrija tal-Unjoni derivat mill-konformità mal-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS, Emissions Trading System). Il-Kummissjoni kkonfermat li tali kostijiet ma jitqisux meta jiġi kkalkolat marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz u li ma twettaq l-ebda kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz f’din l-investigazzjoni. |
5.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati
|
(144) |
L-importazzjonijiet tal-UAN minn pajjiżi terzi għajr ir-Russja, Trinidad u Tobago u l-Istati Uniti tal-Amerka kienu prinċipalment mill-Belarussja, mill-Ukrajna, mis-Serbja u mill-Eġittu. |
|
(145) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-UAN minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(146) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi kkonċernati naqsu b’77 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-Belarussja u mill-Ukrajna jista’ jiġi spjegat mill-iżviluppi ġeopolitiċi (eż. il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u s-sanzjonijiet tal-UE imposti fuq il-Belarussja). Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi kkonċernati kien biss ta’ 2,3 %, u għalhekk inqas mill-4,1 % li nstabu fil-perjodu ta’ investigazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali. |
5.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.5.1. Kummenti ġenerali
|
(147) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(148) |
Kif imsemmi fil-premessa (32), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(149) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta’ data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju makroekonomiku sottomessa mill-applikant. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(150) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(151) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
|
(152) |
Wara d-divulgazzjoni, MHTL sostniet li l-valutazzjoni tad-dannu kienet distorta, minħabba n-natura qarrieqa tal-punt tat-tluq (2021). Il-parti appellat għal kwalifika tal-pandemija tal-COVID-19 u ċ-ċirkostanzi minn hemm’ il quddiem, u għal rikonoxximent li l-punt tat-tluq għat-tnaqqis identifikat fil-valutazzjoni tad-dannu kien is-sena eċċezzjonali tal-2021. Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ MHTL li l-valutazzjoni tad-dannu kienet distorta. Fl-Unjoni, il-katina agroalimentari, inkluż is-settur tal-fertilizzanti, tqieset bħala essenzjali matul iż-żmien tal-pandemija tal-COVID-19 u l-provvista u d-distribuzzjoni tal-UAN komplew. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-fertilizzanti ma kinitx partikolarment affettwata mill-pandemija (23) u li bħala tali, il-punt tat-tluq tal-perjodu kkunsidrat għall-valutazzjoni tad-dannu ma ppreżentax stampa distorta tad-dannu. |
5.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.5.2.1.
|
(153) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(154) |
Fl-Unjoni, l-UAN normalment jiġi prodott f’siti kimiċi integrati li jimmanifatturaw diversi prodotti. F’dan il-kuntest, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produzzjoni tal-UAN naqset b’37 %, minn 3 649 010 tunnellati għal 2 299 135 tunnellata, jiġifieri madwar 1,4 miljun tunnellata inqas milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Il-kriżi bla preċedent tal-gass u tal-enerġija matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni irriżultat f’waqfiet temporanji fil-produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(155) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset bejn l-2021 u l-2022 imbagħad baqgħet stabbli sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(156) |
Fid-dawl tal-kapaċitajiet pjuttost stabbli u t-tnaqqis fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas minn 41 % fl-2021 għal 28 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li huwa ferm inqas mill-użu tal-kapaċità fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (50 %) u definittivament mhux sostenibbli fuq medda medja sa twila ta’ żmien. 5.5.2.2. |
|
(157) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(158) |
Il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’45 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan huwa f’kuntrast qawwi mal-livelli li qegħdin jiżdiedu ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati f’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. |
|
(159) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 28 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan l-iżvilupp kien riżultat ta’ kundizzjonijiet ħżiena tas-suq, speċjalment il-prezzijiet baxxi tal-UAN importat. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ntilef għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li s-sehem mis-suq tagħhom bażikament ittrippla matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.2.3.
|
(160) |
Iċ-ċifri ta’ hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, l-użu baxx tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq juru li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tikber matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq. |
5.5.2.4.
|
(161) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(162) |
Fid-dawl tad-deterjorament fiċ-ċirkostanzi tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, l-għadd ta’ impjegati tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 19 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, minħabba l-għeluq temporanju tal-impjanti u billi l-produzzjoni naqset saħansitra aktar, il-produttività xorta naqset bi 22 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Meta kien possibbli, l-industrija tal-Unjoni għamlet ħilitha biex tittrasferixxi l-impjiegi tal-UAN lejn partijiet oħra tas-sit kimiku tal-produttur minflok ma tat sensji lil impjegati ta’ valur. |
5.5.2.5.
|
(163) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(164) |
L-ipprezzar inġust kontinwu mill-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati għamilha impossibbli għall-industrija tal-Unjoni li tirkupra mill-prattiki tad-dumping osservati fl-investigazzjoni oriġinali. |
5.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.5.3.1.
|
(165) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(166) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ kienu influwenzati mid-dinamika tad-domanda u l-provvista, inkluża l-produzzjoni temporanjament imxekkla ta’ xi produtturi tal-Unjoni li fissret żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni f’kuntest ta’ disponibbiltà mnaqqsa tal-UAN fis-suq tal-Unjoni. Wara li l-prezzijiet laħqu l-ogħla livell matul it-tieni trimestru tal-2022, jiġifieri minħabba l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq il-prezzijiet tal-gass u tal-enerġija, sa nofs l-2023, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-UAN naqsu, imbagħad stabbilizzaw. |
|
(167) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni ta’ unità żdied bi 15 % matul l-istess perjodu. Il-kost dejjem jiżdied tal-produzzjoni kien prinċipalment iddeterminat mill-fluttwazzjonijiet fil-prezz tal-gass, u l-parti l-kbira tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-UAN kienu dovuti għal dan. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux ikopru l-kostijiet tal-produzzjoni tal-UAN fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bil-livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom minħabba l-kompetizzjoni inġusta ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi tal-UAN mill-pajjiżi kkonċernati. B’riżultat ta’ dan, in-negozju tal-UAN mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni beda jagħmel it-telf. |
5.5.3.2.
|
(168) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(169) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jiġifieri minħabba t-twettiq tal-impenji tal-indiċjar tas-salarju. Il-kostijiet lavorattivi għal kull impjegat kienu ogħla fl-2022, meta l-profittabbiltà laħqet l-ogħla livell tagħha. |
5.5.3.3.
|
(170) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(171) |
L-istokk tal-għeluq naqas b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-istokk bħala perċentwal tal-produzzjoni żdied kemxejn. Dan il-fattur ma tqiesx bħala indikatur sinifikanti tad-dannu fl-investigazzjoni oriġinali billi l-istokk bħala perċentwal tal-produzzjoni kien baxx matul il-perjodu kollu u l-istokkijiet tal-għeluq huma soġġetti għal varjazzjonijiet staġunali. Il-Kummissjoni qieset li dan huwa l-każ ukoll fl-investigazzjoni preżenti. F’din l-investigazzjoni, il-livelli tal-istokkijiet li nstabu kienu ogħla milli fl-investigazzjoni oriġinali. |
5.5.3.4.
|
(172) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(173) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà naqset minn 9,4 % fl-2021 għal -7,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami minħabba l-iżviluppi fil-prezzijiet medji tal-bejgħ u l-kostijiet tal-produzzjoni deskritti fil-premessi (166)-(167), użu aktar baxx tal-kapaċità u produzzjoni aktar baxxa biex jiġu assorbiti l-kostijiet fissi. L-2022 kienet sena anormali, bi prezzijiet għoljin tal-materja prima u tal-enerġija iżda wkoll bi prezzijiet għoljin tal-UAN f’kuntest ta’ provvista mfixkla. L-iskedi tal-produzzjoni mibdula, il-kost dejjem jiżdied tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ mrażżna minħabba l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati wasslu biex l-industrija tal-Unjoni tagħmel it-telf fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn il-fatti ma jistgħux jiġu mminati minn marġnijiet imtejba fis-settur tan-nitroġenu msemmija minn MHTL fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni abbażi tad-data rrapportata mill-intelliġenza tas-suq għall-Ewropa (inkluża n-Norveġja) għal parti mill-2025 (24), jiġifieri minn data għal settur usa’ mill-UAN, għal żona ġeografika usa’ mill-Unjoni u għal perjodu wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(174) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus nett żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u segwa mill-qrib ix-xejra tal-profittabbiltà. |
|
(175) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’hekk jirrifletti x-xejriet deskritti qabel għall-profittabbiltà u l-fluss tal-flus. |
|
(176) |
L-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti limitati fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, anke jekk l-investiment kontinwu f’impjant kimiku integrat huwa essenzjali għas-sopravivenza fit-tul. It-tnaqqis fil-livelli ta’ investiment kien ikkawżat mit-tnaqqis fil-ħila ta’ ġenerazzjoni tal-kapital kif muri mid-deterjorament fis-sitwazzjoni tal-fluss tal-flus u l-kundizzjonijiet ħżiena tas-suq. L-investimenti, li kienu aktar baxxi milli fl-investigazzjoni oriġinali, iffukaw fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, ir-razzjonalizzazzjoni u l-kisbiet fl-effiċjenza. |
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(177) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni sofriet tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ (-9 %) li flimkien maż-żieda fil-kostijiet (+15 %) wasslu biex livell ta’ profitt ta’ 9,4 % fl-2021 jinbidel f’telf fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn ix-xejriet irriżultaw fi tnaqqis kbir fil-fluss tal-flus, fir-redditu fuq l-investiment u fil-livelli ta’ investiment. Inħassu effetti negattivi sinifikanti wkoll f’indikaturi tal-volum bħall-produzzjoni, li naqset b’37 %, il-volum tal-bejgħ, li naqas b’45 %, u s-sehem mis-suq, li niżel minn 76,6 % fl-2021 għal 54,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, il-livelli tal-użu tal-kapaċità naqsu għal livelli inkwetanti, u kienu baxxi wisq biex jiġu rkuprati l-kostijiet rilevanti. Dawn l-iżviluppi ħallew lill-industrija tal-Unjoni f’qagħda dannuża. L-ebda wieħed mill-indikaturi eżaminati ma wera rkupru jew żvilupp pożittiv. |
|
(178) |
Wara d-divulgazzjoni, MHTL ma qablitx li l-indikaturi tad-dannu eżaminati ma wrew l-ebda rkupru jew żvilupp pożittiv. Il-Kummissjoni ċaħdet il-kummenti ta’ MHTL minħabba li kienu bbażati fuq żviluppi magħżula fuq snin magħżula u fuq rappreżentazzjoni ħażina tal-fatti. Pereżempju, MHTL sostniet li l-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-ogħla livell tagħhom mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat, li kien kompletament żbaljat (ara t-Tabella 5). Il-parti rreferiet ukoll għal “titjib notevoli fir-rati tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni” matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (li żdied minn 25 % għal 28 % mill-2022), li jittraskura l-2021 u l-fatt li t-Tabella 5 turi b’mod ċar tnaqqis fl-użu tal-kapaċità matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (- 33 %). MTHL qieset bħala żvilupp pożittiv it-tnaqqis aktar baxx fil-volumi tal-bejgħ f’termini assoluti fit-tabella 6 bejn l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (- 112 693) meta mqabbel mat-tnaqqis ogħla fil-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati fl-istess perjodu (- 210 254 tunnellata, kif muri fit-tabella 2), li jirrappreżenta ħażin li, matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kważi ttriplikaw is-sehem mis-suq tagħhom filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 28 %. |
|
(179) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
6. KAWŻALITÀ
|
(180) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Wara d-divulgazzjoni, CFI ddikjarat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tagħmel dan u li l-Kummissjoni kellha teżamina l-effetti ta’ fatturi magħrufa oħra li kkawżaw id-deterjorament inizjali tal-industrija tal-Unjoni qabel ma reġgħu bdew l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti. Il-Kummissjoni ma laqgħetx il-pretensjoni ta’ CFI billi kienet waħda bla bażi, u żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet tal-UAN mill-industrija tal-Unjoni, iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. |
6.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(181) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet volumi sinifikanti ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni, hekk kif il-bejgħ tal-Unjoni tagħha naqas b’45 %. Hekk kif il-konsum naqas bi 23 %, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 76,6 % għal 54,9 %. |
|
(182) |
It-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni jista’ jiġi attribwit għal importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 15,8 % għal 42,8 %. Wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-prezzijiet tal-enerġija żdiedu b’mod konsiderevoli u dan irriżulta f’żieda rapida fil-kost tal-produzzjoni. Fl-istess ħin, il-volumi tal-importazzjonijiet żdiedu b’mod esponenzjali. |
|
(183) |
Id-dazji fis-seħħ huma dazji fissi stabbiliti fi żmien meta l-prezzijiet tal-UAN kienu baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ EUR 127/tunnellata fl-2017/2018, il-perjodu użat għall-kalkolu tal-ammont tad-dazju speċifiku matul l-investigazzjoni oriġinali, filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni osservat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien aktar minn darbtejn ogħla minħabba ż-żieda qawwija fil-kostijiet. Konsegwentement, l-effettività tad-dazju speċifiku naqset b’mod qawwi, u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien diġà kellhom effetti devastanti fuq il-volum fl-2022, meta l-prezzijiet tal-UAN żdiedu f’daqqa u d-dazji anti-dumping fissi rrappreżentaw sehem baxx ħafna mill-prezz finali tal-UAN. Wara li fl-2022 intilfu volumi sinifikanti u s-sehem mis-suq, mill-2023, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minħabba l-kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u ġarrbet telf sinifikanti fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(184) |
Għalhekk huwa ċar li ż-żieda kbira fl-importazzjonijiet bi prezzijiet dejjem jonqsu li kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezz u jrażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha rwol kbir fid-deterjorament rapidu tal-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni. Żewġ fatturi speċifiċi għall-prodott aggravaw dan l-impatt. L-ewwel nett, l-UAN huwa komodità mibjugħa lill-klijenti kważi esklużivament abbażi tal-prezz. Għalhekk, differenza żgħira biss fil-prezz jista’ jkollha konsegwenza sinifikanti. It-tieni, l-UAN, għall-kuntrarju tal-biċċa l-kbira tal-fertilizzanti, huwa prodott likwidu li jeħtieġ tankijiet speċjali ta’ ħżin. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni li jilħqu l-limitu tal-kapaċità tal-ħżin tal-UAN tagħhom iridu jċaqilqu l-UAN fil-katina tad-distribuzzjoni billi jbigħu l-istokk bil-prezzijiet prevalenti fis-suq, anke jekk dawk il-prezzijiet ikunu baxxi. |
|
(185) |
CFI ddikjarat li l-provvista tagħha lill-UE twieġeb għad-domanda, u ma hijiex xprunata mill-provvista, madankollu, il-fatt jekk hijiex CFI li tfittex il-klijenti jew jekk il-klijenti jfittxux fornitur huwa irrilevanti għall-fini ta’ din l-analiżi. CFI ddikjarat ukoll li fl-aħjar każ kien hemm korrelazzjoni dgħajfa bejn l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u t-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, li diversi żviluppi tas-suq mhux relatati kienu ġew attribwiti b’mod żbaljat għall-effett tal-importazzjonijiet u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tasal għal konklużjoni simili għall-każ Proteina tas-Sojja (25), li fih ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni nstabet li nkisret. Wara d-divulgazzjoni, CFI qieset ix-xejriet tad-dannu bħala inkompatibbli mal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti. F’dan ir-rigward hija sostniet li l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet diġà naqset fl-2021, jiġifieri qabel ma l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti reġgħu daħlu fl-Unjoni. Il-Kummissjoni ma qablitx u fakkret lil CFI li l-kawżalità kienet ġiet stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali u li l-analiżi tad-dannu fir-rieżami ta’ skadenza kurrenti hija primarjament iffokata fuq il-kwistjoni dwar jekk l-industrija tal-Unjoni kinitx irkuprat mid-dannu tal-passat ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u jekk tali dannu jkomplix jew jerġax iseħħ jekk il-miżuri jiskadu. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-każ Proteina tas-Sojja, din l-investigazzjoni stabbiliet rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, inklużi l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (182) hawn fuq, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 15,8 % fl-2021 għal 42,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdied minn 0 % fl-2021 għal 20,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti kienu ferm ogħla mid-de minimis għat-tliet pajjiżi kkonċernati. |
6.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(186) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu aktar għaljin mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu wkoll b’mod qawwi fil-volum, billi kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 7,6 % fl-2021 iżda mhux aktar minn 2,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-importazzjonijiet ma kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(187) |
Matul l-investigazzjoni, l-importatur li kkoopera Union Invivo nnota li l-flussi aktar baxxi tal-importazzjoni mill-Belarussja, wara s-sanzjonijiet imposti mill-UE, wasslu għal riorganizzazzjoni tal-flussi tal-importazzjoni minn oriġini oħra, f’kuntest ta’ produzzjoni aktar baxxa tal-UAN mill-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-importazzjonijiet tal-UAN mill-Belarussja naqsu b’mod sinifikanti minħabba raġunijiet ġeopolitiċi u min]abba s-sanzjonijiet imposti mill-UE. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-kwota tas-suq ta’ importazzjonijiet mill-Belarussja kienet ta’ 4,7 % fl-2021, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kellhom, f’dik is-sena, sehem mis-suq ta’ aktar minn tliet darbiet ogħla, li kienet ta’ 15,8 %. Barra minn hekk, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Belarussja naqsu b’ 120 271 tunnellata mill-2021, jiġifieri qabel is-sanzjonijiet, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu f’dak l-istess perjodu b’ 582 869 tunnellata, jiġifieri kważi ħames darbiet dak il-volum. It-tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-Belarussja għalhekk ma jispjegax il-preżenza qawwija u ż-żieda matul il-perjodu kkunsidrat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
6.3. Tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(188) |
Matul l-investigazzjoni, il-produtturi esportaturi li kkooperaw attribwew is-sitwazzjoni dannuża tal-produtturi tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet li qed jonqsu tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(189) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 12 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(190) |
L-esportazzjonijiet jirrappreżentaw, bħala medja, 16 % tal-produzzjoni tal-UAN tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-bejgħ għall-esportazzjoni kien limitat meta mqabbel mat-tnaqqis fil-bejgħ fl-Unjoni, anke f’termini relattivi, u kien hemm flutwazzjonijiet fil-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni u xi drabi dawn kienu ogħla mill-prezzijiet tagħha fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ma kkontribwitx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
6.4. Dannu kkawżat mill-industrija tal-Unjoni lilha nnifisha
|
(191) |
CFI sostniet li d-dannu li eventwalment ġarrbu l-produtturi tal-Unjoni kien ikkawżat minnhom stess minħabba li xi produtturi tal-Unjoni xtraw l-UAN mingħand il-pajjiżi kkonċernati. L-investigazzjoni sabet li l-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun li rreferiet għalih CFI, kien xtara kwantitajiet eċċezzjonalment baxxi ta’ UAN, fid-dawl taċ-ċirkostanzi diffiċli tas-suq, sabiex jissodisfa ċerti ordnijiet. Dawk l-operazzjonijiet ma kellhom l-ebda impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni dannuża ġenerali tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li twassal biex ir-rabta kawżali ma tkunx ġenwina jew sostanzjali. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
6.5. Żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni
|
(192) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-assoċjazzjoni AFCOME (26) u Union Invivo qalu li d-dannu kien ikkawżat mill-fatt li (xi) produtturi tal-Unjoni ħallsu prezz għoli għall-gass/enerġija u/jew kienu jiddependu wisq fuq il-gass Russu (li kien qed jintuża bħala arma) u/jew kellhom strutturi tal-kostijiet ineffiċjenti li llimitaw il-kapaċità tagħhom li jirrispondu għal xokkijiet esterni u /jew rati ta’ utilizzazzjoni baxxi minħabba għeluq temporanju tal-impjanti tal-ammonijaka. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw żiedu li xi wħud minn dawn iċ-ċirkostanzi kienu bla preċedent, eċċezzjonali u dejjem aktar improbabbli li jerġgħu jseħħu, għalkemm fl-istadju ta’ divulgazzjoni CFI qieset li d-diffikultajiet fil-provvista tal-Unjoni kienu pjuttost strutturali. MHTL iddikjarat li ċ-ċirkostanzi li fihom seħħet il-prestazzjoni negattiva tal-produtturi tal-Unjoni kienu ta’ natura eċċezzjonali, filwaqt li d-data disponibbli (fit-talba) indikat bis-saħħa li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tirkupra sew minn dan, u li s-sitwazzjoni tagħha qed tkompli tiżdied fis-saħħa. Wara d-divulgazzjoni, AFCOME, INOXA (27) u Union Invivo insistew fuq il-fatt li l-pajjiżi kkonċernati kellhom aċċess għall-gass bi prezzijiet aktar baxxi mill-produtturi tal-Unjoni, filwaqt li CFI talbet analiżi li l-prestazzjoni tas-settur tal-fertilizzanti fl-Unjoni kienet tirrifletti allegat kollass usa’ fl-industriji tal-UE intensivi fil-gass naturali, inklużi l-azzar, is-siment, il-ħġieġ u l-karta. |
|
(193) |
Il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux peress li, f’kundizzjonijiet ekwi, mingħajr ma titqies is-sitwazzjoni tal-industriji intensivi fil-gass naturali li ma jużawx UAN, il-produtturi tal-Unjoni fi kwalunkwe każ kellhom ikunu kapaċi jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-UAN tagħhom għal livell sostenibbli/profittabbli, li l-investigazzjoni preżenti wriet li ma kienx il-każ. Ta’ min jinnota wkoll li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet u tal-kostijiet tal-gass/tal-enerġija fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma setgħetx tispjega t-tnaqqis fil-profitti f’dan il-każ, bħal fl-2022, meta l-prezzijiet u l-kostijiet tal-gass/tal-enerġija laħqu l-ogħla livell. Differenza fil-prezz bejn il-gass fl-Unjoni u fil-pajjiżi kkonċernati ma tiġġustifikax il-prattiki ta’ dumping misjuba. |
|
(194) |
Wara d-divulgazzjoni, MHTL ikkontestat il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ hawn fuq. Għall-parti, kollox meqjus ugwali, ma jsegwix awtomatikament fiċ-ċirkostanzi kollha li bejjiegħ se jkun jista’ jżid il-prezz tal-bejgħ tiegħu ad infinitum sabiex ikopri l-kostijiet tiegħu stess minħabba li restrizzjonijiet oħra jinfluwenzaw il-kapaċità tal-bejjiegħ li jgħolli l-prezzijiet, bħall-provvista u d-domanda u l-prospetti li jitlef il-klijenti għall-kompetituri. Il-Kummissjoni ċaħdet il-kunsiderazzjonijiet ta’ MHTL, li jinjoraw li f’kundizzjonijiet ekwi l-produtturi tal-Unjoni kellhom ikunu jistgħu jgħaddu ż-żidiet fil-kostijiet aktar milli jagħmlu telf ladarba l-prezzijiet tal-gass naqsu (fit-tieni parti tal-perjodu kkunsidrat). |
6.6. Tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni
|
(195) |
It-Tabella 1 turi li l-konsum fis-suq tal-Unjoni naqas bi 23 % b’mod ġenerali. Ix-xejra ta’ tnaqqis fid-domanda hija komuni għall-fertilizzanti tan-nitroġenu, li kienu qed jesperjenzaw tnaqqis stabbli fir-rati tal-konsum fil-passat reċenti minħabba sitwazzjonijiet ta’ sfida b’rabta mal-klima, oqfsa regolatorji ambjentali li qed jinbidlu u fatturi ġeopolitiċi. Ma huwiex ċar jekk ix-xejra ’l isfel hijiex probabbli li se tkompli fil-futur, b’mod partikolari fir-rigward tal-UAN. Fir-rigward tax-xejriet futuri, CFI nnotat li, filwaqt li d-domanda għall-UAN varjat bejn l-2020 u l-2024, kemm id-domanda globali kif ukoll dik tal-Unjoni għall-UAN huma mbassra li se jiżdiedu (għalkemm ma ġiet provduta l-ebda kwantifikazzjoni). |
|
(196) |
Wara d-divulgazzjoni, CFI talbet analiżi dwar jekk it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-UAN mill-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni kienx derivat minn tnaqqis fid-domanda u jekk it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni naqqasx l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni, l-assorbiment tal-kostijiet fissi u l-profittabbiltà. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li t-Taqsimiet 5.2, 5.5.2.1, 5.5.2.2 u 5.5.3.4 hawn fuq analizzaw ix-xejriet fil-konsum tal-Unjoni, l-użu tal-kapaċità fl-Unjoni, il-bejgħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni, u l-profittabbiltà tagħhom. |
|
(197) |
Il-Kummissjoni skopriet li, minkejja t-tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-UAN fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod kostanti matul dak il-perjodu akkost ta’ importazzjonijiet oħra u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk ġie konkluż li, filwaqt li l-iżvilupp tad-domanda seta’ kkontribwixxa għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping baqgħu il-kawża ewlenija ta’ tali dannu. Fi kliem ieħor, l-effetti tat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni ma setgħux wasslu biex ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni titqies li ma kinitx ġenwina jew sostanzjali. |
6.7. Konklużjoni
|
(198) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li t-tnaqqis fil-konsum seta’ kkontribwixxa għal dan. Instab li fatturi oħra ma kkontribwewx għad-dannu kkonstatat. |
7. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DANNU
|
(199) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (179) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(200) |
F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiżi kkonċernati, il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
|
(201) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-analiżi tal-elementi msemmija hawn fuq tappoġġa b’mod ċar il-konstatazzjoni ta’ kontinwazzjoni tad-dannu. Irrispettivament minn dan, l-istess elementi, flimkien mal-eżistenza ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minkejja l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, jindikaw b’mod ċar li d-dannu jerġa’ jseħħ fin-nuqqas tat-tiġdid tal-miżura. |
7.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiżi kkonċernati
|
(202) |
Kif imsemmi fil-premessi (94), (99) u (103), fit-tliet pajjiżi kkonċernati, hemm kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti li ma hijiex qed tintuża. L-esportaturi kollha fil-pajjiżi kkonċernati għandhom il-kapaċità li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni malajr, kif muri miż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi kkonċernati kollha bejn l-2021 u l-2022. Il-kapaċità ta’ riżerva kollettiva tagħhom ġiet stmata li tammonta għal madwar żewġ miljun tunnellata, li hija żewġ terzi tal-konsum fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Ta’ min jinnota wkoll li fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati li għandhom il-biċċa l-kbira tal-kapaċitajiet ta’ riżerva (ir-Russja u Trinidad u Tobago), ftit li xejn hemm suq domestiku. |
7.2. Il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(203) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz kien ta’ 18 % għall-importazzjonijiet mir-Russja, 12 % għall-importazzjonijiet minn Trindad u Tobago u 3,5 % għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti. Jekk il-miżuri jiskadu, it-twaqqigħ tal-prezz u t-trażżin tal-prezz huma mistennija li jkomplu, u b’hekk ikomplu jaggravaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-livelli tat-twaqqigħ tal-prezz u tas-soppressjoni tal-prezzijiet għall-Istati Uniti jiżdiedu jekk iċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessa (209) hawn taħt jimmaterjalizzaw. |
|
(204) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw l-UAN lil ammont żgħir ta’ pajjiżi terzi, kif deskritt fid-dettall fit-taqsima li jmiss, bi prezzijiet li jiddependu fuq il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq. Fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping fl-Unjoni, il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni se jkun aktar baxx u jsir aktar attraenti. Ta’ min jinnota li CFI kienet l-uniku produttur esportatur li kkoopera li għandu suq domestiku sinifikanti x’jaqdi. |
|
(205) |
Bil-prevalenza ta’ prezzijiet tal-gass distorti, iffissati mill-Istat b’mod artifiċjalment baxxi fir-Russja, u b’politika deliberata ta’ pprezzar doppju tal-gass, il-gass Russu jinbiegħ bi prezzijiet artifiċjalment baxxi lill-industrija lokali domestika tal-UAN filwaqt li jinbiegħ bi prezzijiet tal-gass tal-esportazzjoni għoljin ħafna lejn l-Unjoni. L-effetti tal-politika tal-ipprezzar doppju tal-gass ġew aggravati mill-kriżi bla preċedent tal-gass fl-Unjoni. Konsegwentement, ir-Russja hija mistennija li tkompli bi kwalunkwe esportazzjoni tal-UAN bi prezzijiet baxxi li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
7.3. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(206) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 4 hawn fuq, is-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu. L-UAN jintuża biss fl-Ewropa tal-Punent u fl-Ewropa Ċentrali, fl-Istati Uniti tal-Amerka, fil-Kanada, fl-Arġentina u fl-Awstralja u globalment jiġu nnegozjati bejn 4 u 5 miljun tunnellata biss kull sena (28). L-Unjoni hija t-tieni l-akbar suq tal-UAN fid-dinja. CFI nnotat li, filwaqt li d-domanda varjat bejn l-2020 u l-2024, kemm id-domanda globali kif ukoll dik tal-Unjoni għall-UAN huma mbassra li se jiżdiedu. Is-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti f’termini tal-prezz billi l-bdiewa li jikkonsmaw il-fertilizzanti għandhom aċċess għal sorsi siewja ta’ finanzjament, għal infrastruttura ta’ tekniki ta’ fertilizzazzjoni ta’ preċiżjoni u għal riżorsi oħra. Il-miżuri fis-seħħ ma impedixxux lill-pajjiżi kkonċernati milli jżidu s-sehem mis-suq tagħhom minn 37,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali għal 42,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(207) |
B’mod ġenerali, l-esportaturi għandhom kanali ta’ distribuzzjoni tal-fertilizzanti stabbiliti sew fl-Unjoni, ħaġa li tiffaċilita l-esportazzjonijiet loġistikament. Il-kapaċità tagħhom li jibagħtu malajr volumi sinifikanti lejn l-Unjoni kienet partikolarment qawwija fl-2022, sena li fiha l-volumi tal-importazzjoni lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati kienu madwar darba u nofs aktar milli kienu fl-2021. Ir-Russja stabbiliet kwoti għall-esportazzjoni ta’ fertilizzanti minerali lejn l-aħħar tal-2021, iżda l-implimentazzjoni u l-estensjoni tagħhom ftit li xejn kellha impatt fuq il-volumi tal-esportazzjoni (29). |
|
(208) |
Barra minn hekk, il-konsum tal-UAN, li jeħtieġ infrastruttura speċifika li diġà teżisti fl-Unjoni, ma jistax jinħoloq faċilment fi swieq ġodda. |
|
(209) |
Barra minn hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni se tiżdied jekk it-tariffi doganali fuq l-UAN li ġejjin mill-Istati Uniti jitnaqqsu mis-6,5 % attwali għal żero (30). Volumi addizzjonali tal-UAN mill-Istati Uniti jistgħu jkunu mistennija minħabba bidla reċenti fil-politika kummerċjali tal-Istati Uniti (31), li finalment tneħħi t-tariffi li l-Istati Uniti kellhom l-intenzjoni li japplikaw fuq ċerti importazzjonijiet, inkluż l-UAN. Dan x’aktarx li jirriżulta f’kompetizzjoni msaħħa mill-ġdid fis-suq domestiku tal-UAN tal-Istati Uniti, imbagħad saturazzjoni ta’ dak is-suq u ridirezzjoni konsegwenti tal-UAN mill-Istati Uniti lejn is-suq primjum tal-Unjoni. |
7.4. Konklużjoni
|
(210) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-revoka tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati b’livelli ta’ prezzijiet dannużi, u għalhekk jaggravaw ulterjorment id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju. |
|
(211) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw qiesu ż-żieda fil-produzzjoni jew fis-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2023 bħala sinjal ta’ rkupru tal-industrija tal-Unjoni. Wara d-divulgazzjoni, MHTL indikat kundizzjonijiet operattivi mtejba għall-industrija tal-Unjoni li jirriżultaw minn tnaqqis fil-prezzijiet tal-gass naturali wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, sitwazzjoni li, fil-fehma tal-parti, tikkontradixxi kwalunkwe konklużjoni rigward il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. Dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħux jimminaw il-konklużjoni fil-premessa ta’ hawn fuq fid-dawl tal-analiżi fit-Taqsimiet 5.5.2 u 5.5.3 ta’ hawn fuq. |
|
(212) |
Fi kwalunkwe każ, id-dannu materjali x’aktarx jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jiskadu. B’mod speċifiku, fin-nuqqas ta’ miżuri mġedda, probabbilment se jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet dannużi. Wara d-divulgazzjoni finali, CFI xeħet dubju fuq iż-żewġ dikjarazzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti fuq il-bażi ta’ analiżi żbaljata tad-dumping. L-allegazzjonijiet ta’ CFI f’dan ir-rigward ġew indirizzati fit-taqsima 4.3.3. hawn fuq. Il-Kummissjoni kkonkludiet li r-riskju ta’ żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jikkonkretizza mill-eżistenza ta’ kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti fil-pajjiżi esportaturi. Id-data disponibbli dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni tissuġġerixxi wkoll li l-prezzijiet tal-UAN fl-Unjoni se jkomplu jkunu attraenti meta jitqies li l-ebda destinazzjoni oħra ma tista’ tassorbi l-volum mibjugħ mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (206), ftit hemm pajjiżi li jikkunsmaw l-UAN. |
8. INTERESS TAL-UNJONI
|
(213) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u ta’ operaturi ekonomiċi oħrajn. |
8.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(214) |
Hemm madwar 20 produttur magħruf tal-UAN madwar l-Unjoni. Produtturi tal-Unjoni li jkopru kważi 70 % tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw fl-investigazzjoni. L-ebda wieħed ma oppona l-investigazzjoni. |
|
(215) |
Fil-kuntest ta’ suq tal-fertilizzanti ta’ sfida fir-rigward tal-provvista u l-prezzijiet li jvarjaw, l-effett mistenni tal-miżuri fis-seħħ ġie dilwit mill-prezzijiet għoljin tal-UAN u, b’riżultat ta’ dan, ma wassalx għal irkupru kbir tal-industrija tal-Unjoni. Ir-revoka tal-miżuri x’aktarx li jkollha effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni minħabba ż-żieda probabbli ta’ importazzjonijiet dannużi mill-pajjiżi kkonċernati, li twassal għal volumi u għal prezzijiet ta’ bejgħ aktar baxxi, u b’hekk jiġi aggravat it-telf finanzjarju u tkompli tiddgħajjef il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti. L-estensjoni tal-miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni ssegwi l-operazzjonijiet, toffri provvisti regolari tal-prodott taħt rieżami, tipproteġi l-impjiegi, tinvesti biex issir aktar ekoloġika u ttejjeb il-profittabbiltà għal livelli sostenibbli. |
|
(216) |
Ir-rappreżentanti tal-bdiewa Ġermaniżi ddikjaraw li s-CBAM (32) jrendi d-dazji anti-dumping bħala inutli. Il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni peress li s-CBAM jindirizza kwistjonijiet għajr id-dumping (jiġifieri l-ġlieda kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju). Barra minn hekk, xejn ma jissuġġerixxi li CBAM se twaqqaf l-importazzjonijiet tal-UAN, anki jekk jista’ jkun raġonevolment mistenni effett dissważiv, skont AGPB (33) u Union Invivo. |
8.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(217) |
Żewġ importaturi mhux relatati wieġbu l-kwestjonarju u qablu li jikkooperaw ulterjorment mal-investigazzjoni. It-tnejn appoġġaw it-tiġdid tal-miżuri fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-UAN mir-Russja għal raġunijiet ġeopolitiċi. |
|
(218) |
L-attivitajiet relatati mal-UAN irrappreżentaw sehem żgħir mill-attivitajiet ta’ wieħed miż-żewġ importaturi li kkooperaw, li huwa unjoni ta’ kooperattivi li taġixxi f’isem il-membri tagħha u fl-2023, serviet lil aktar minn 20 % tas-suq tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami . L-importatur l-ieħor, aktar dipendenti fuq l-UAN, adatta l-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu skont l-evoluzzjoni tas-suq tal-UAN. Iż-żewġ importaturi li kkooperaw offrew firxa wiesgħa ta’ servizzi u/jew prodotti u għandhom diversi sorsi ta’ provvista. |
|
(219) |
Kwalunkwe konsegwenza negattiva għall-importaturi fl-Unjoni li tirriżulta mill-estensjoni tal-miżuri ma tistax tisboq il-konsegwenzi pożittivi ta’ dawn tal-aħħar fuq l-industrija tal-Unjoni. L-estensjoni tal-miżuri hija maħsuba biex tappoġġa kundizzjonijiet ekwi li l-partijiet kollha jistgħu jibbenefikaw minnhom. Barra minn hekk, l-importaturi b’mod ġenerali joffru firxa wiesgħa ta’ fertilizzanti u/jew servizzi u għandhom diversi sorsi ta’ provvista. Il-maġġoranza tal-partijiet, inklużi ż-żewġ importaturi li kkooperaw, iddikjaraw li fl-aħħar mill-aħħar kienu se jkunu l-utenti finali tal-UAN, jiġifieri l-bdiewa, il-partijiet affettwati minn żidiet fil-prezzijiet (jekk ikun hemm) li jirriżultaw mill-miżuri. |
8.3. Interess tal-utenti
|
(220) |
L-ebda parti li tirrappreżenta l-interessi tal-utenti ma ppreżentat tweġibiet għall-kwestjonarju. |
|
(221) |
L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kooperattivi agrikoli u/jew il-bdiewa rilevanti fl-Unjoni (Copa-Cogeca) u fl-Awstrija, fil-Belġju (Wallonia), fid-Danimarka, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Irlanda, fil-Polonja u fil-Portugall ippreżentaw ruħhom. L-ebda waħda minnhom ma kkontestat it-tiġdid tal-miżuri fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-UAN mir-Russja għal raġunijiet ġeopolitiċi. Madankollu, huma kkontestaw it-tiġdid tal-miżuri fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-UAN mill-pajjiżi kkonċernati l-oħra minħabba li l-miżuri kienu ta’ dannu għall-bdiewa. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esprimew fehma simili u ppreżentaw dokumenti f’dan ir-rigward. Xi assoċjazzjonijiet/gruppi ta’ kooperattivi Franċiżi li jaġixxu bħala pjattaformi tax-xiri u li jixtru l-provvisti agrikoli f’isem il-bdiewa, ikkummentaw dwar l-impatt negattiv tal-miżuri fuq il-bdiewa Franċiżi u ssuġġerew li l-bdiewa jiffinanzjaw in-nuqqas ta’ gass fit-territorju tal-UE billi jħallsu dazji anti-dumping fuq l-UAN. |
|
(222) |
L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-bdiewa sostnew li ftit li xejn hemm jew ma hemm l-ebda prodott ta’ sostituzzjoni għall-bdiewa (u/jew għal operaturi ekonomiċi oħra) minħabba li ma hemmx biżżejjed produzzjoni ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu fl-Unjoni. Madankollu, xi settijiet tad-data ta’ appoġġ ippreżentati mill-partijiet, jiġifieri fir-rigward tal-produzzjoni tal-UAN tal-Unjoni, ma kinux kompluti. |
|
(223) |
Ċerti kummenti rrigwardaw l-importanza tal-kostijiet tal-UAN f’farm (għalkemm il-kwantifikazzjoni varjat minn parti għall-oħra (34)) u/jew indikaw li l-bdiewa kienu ilhom ibatu s-snin għal diversi raġunijiet (bħal għelejjel ħżiena, prezzijiet tal-bejgħ baxxi, temp ħażin jew kompetittività kbira fis-suq) u enfasizzaw ir-riskju għall-impjiegi. Skont dawn il-partijiet, iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tisforza lil xi bdiewa jwaqqfu l-produzzjoni u/jew jiddeterjoraw ulterjorment settur li jopera f’suq volatili, peress li l-bdiewa ma jistgħux jgħaddu l-kostijiet u jeħtieġ li jibqgħu kompetittivi f’suq globalizzat. Wara d-divulgazzjoni, AGPB iddikjarat li kien hemm eluf ta’ farms agrikoli speċjalizzati fiċ-ċereali fl-Unjoni b’eluf ta’ impjiegi, inkluż f’attivitajiet upstream u downstream. Madankollu, l-ebda parti ma kkwantifikat l-għadd ta’ impjiegi li jistgħu jkunu kkonċernati jew sostanzjati jekk, kif u/jew kemm jistgħu jkunu fil-periklu, abbażi tal-evidenza attwali. |
|
(224) |
Filwaqt li ġie rikonoxxut li l-impatt tal-miżuri jista’ jvarja skont it-tip ta’ farm jew skont il-prattika tal-biedja, ta’ min jinnota li fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li l-UAN kien jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-kostijiet totali tal-biedja fl-Unjoni. Dan il-perċentwal baqa’ ma ġiex ikkontestat f’din l-investigazzjoni. Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, AGPB iddikjarat li l-perċentwal kien jirrappreżenta ammont sinifikanti. |
|
(225) |
Ma deher l-ebda impatt sinifikanti ta’ xi żieda eventwali fil-prezzijiet ġejja minn miżuri fuq is-settur tal-biedja b’mod ġenerali fl-Unjoni, u lanqas fuq l-esportazzjonijiet tal-għalla ewlenija fl-Unjoni li tikkonsma l-UAN, jiġifieri l-qamħ. Fil-fatt, l-esportazzjonijiet tal-qamħ tal-Unjoni żdiedu minn 32,3 miljun tunnellata fl-2021/2022, għal 35,1 miljun tunnellata fl-2022/2023 u mbagħad għal 38,9 miljun tunnellata fl-2023/2024 (35). F’dan ir-rigward, fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, AGPB iddikjarat li l-Kummissjoni kienet injorat li l-esportazzjonijiet tal-qamħ fl-Unjoni naqsu fl-2024 minħabba diversi raġunijiet, partikolarment minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti, u li ħafna farms agrikoli speċjalizzati fiċ-ċereali kien ikollhom introjtu negattiv fl-2024 u fl-2025. Il-Kummissjoni sabet l-aħħar dikjarazzjoni ta’ AGPB kontradittorja mal-kunsiderazzjonijiet tagħha nnifisha, dwar nuqqas ta’ korrelazzjoni bejn iż-żieda fl-esportazzjonijiet tal-qamħ fl-2021/2022, fl-2022/2023 u fl-2023/2024, u l-prezzijiet tal-fertilizzanti (il-fertilizzanti jinxtraw 18-il xahar qabel il-ħsad). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret fis-sejba tagħha fl-investigazzjoni oriġinali rigward nuqqas ta’ korrelazzjoni bejn il-varjazzjoni fil-kostijiet tal-inputs tal-farms agrikoli u l-introjtu tal-bdiewa. |
|
(226) |
Minħabba li l-UAN bħala fertilizzant ikopri realtajiet differenti ħafna u l-użu tiegħu jvarja ħafna minn għalla għall-oħra, minn reġjun għall-ieħor, eċċ., bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni ffukat l-analiżi tagħha fuq l-impatt potenzjali taż-żamma tal-miżuri għall-farms speċjalizzati fil-qamħ komuni (jiġifieri l-għalla ewlenija li tuża l-UAN) fi Franza (il-pajjiż ewlieni li jipproduċi l-qamħ fl-Unjoni) li jużaw l-UAN bħala sors uniku ta’ fertilizzant tan-nitroġenu. Qiegħed jiġi mfakkar li Franza hija t-tieni l-akbar pajjiż li jikkonsma l-prodott taħt rieżami fid-dinja u li fl-2023 kienet tirrappreżenta 52 % tal-konsum Ewropew tal-prodott taħt rieżami (36). |
|
(227) |
Fl-2023, għall-farms Franċiżi speċjalizzati tal-għelejjel, il-fertilizzanti rrappreżentaw 22,7 % tal-inputs intermedji totali (37). Il-bdiewa speċjalizzati Franċiżi, li l-produzzjoni prinċipali tagħhom (aktar minn 30 %) kienet qamħ, irriżervaw 27,3 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni tagħhom għall-fertilizzanti. Għal dawk il-farms, l-UAN kien jirrappreżenta madwar 19,1 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni, li 1,53 % minnhom jirriżultaw mid-dazji anti-dumping kurrenti (38). Il-COPA-COGECA kkontestat is-sejba ta’ 1,53 % għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, iżda ma pprovdiet l-ebda kalkolu alternattiv. |
|
(228) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li, minkejja diversi fatturi oħra li jaffettwaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-bdiewa, l-impatt fuq il-kostijiet tal-miżuri anti-dumping kurrenti tal-UAN baqa’ limitat għall-bdiewa fix-“xenarju tal-agħar każ”, filwaqt li jitqies ukoll li ħafna farms fl-Unjoni jiddependu fuq diversi għelejjel. Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, l-AGPB ma qablitx ma’ din il-konklużjoni minħabba li, skont id-definizzjoni, il-farms ikkunsidrati kienu speċjalizzati fiċ-ċereali u fiż-żrieragħ żejtnin (u mhux f’għelejjel oħra). Għall-Kummissjoni, din l-ispeċjalizzazzjoni ma teskludix dħul ieħor (39). B’kollox, ma jistax jitqajjem dubju li l-kostijiet ta’ 1,53 % spjegati fil-premessa ta’ hawn fuq jitolbu li l-impatt tal-miżuri anti-dumping attwali tal-UAN għall-bdiewa fl-“agħar xenarju possibbli” jiġi kkwalifikat bħala “limitat”. |
8.4. Fatturi oħrajn
|
(229) |
L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interess tal-bdiewa, l-importaturi tal-Unjoni li kkooperaw u CFI ikkonċedew għat-tiġdid tal-miżuri għar-Russja minħabba li l-Unjoni riedet tnaqqas id-dipendenza fuq ir-Russja għall-inputs agrikoli kritiċi u tevita milli r-Russja tikkonverti l-gass f’fertilizzanti nitroġenużi biex tevita s-sanzjonijiet tal-UE (40). Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-firxa wiesgħa ta’ miżuri stabbiliti kontra r-Russja mill-2022 ’l hawn għal raġunijiet ġeopolitiċi. Imposti addizzjonali fuq il-fertilizzanti kimiċi nitroġenużi mir-Russja u mill-Belarussja inkluż l-UAN japplikaw minn Lulju 2025 (41). |
|
(230) |
L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interess tal-bdiewa, importaturi mhux relatati li kkooperaw u produtturi esportaturi li kkooperaw opponew it-tiġdid tal-miżuri għal pajjiżi għajr ir-Russja minħabba li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami kienu meħtieġa, li xi fornituri mhux tal-Unjoni ma baqgħux disponibbli, li l-produzzjoni fl-Unjoni ma tistax tissodisfa d-domanda domestika, li bosta produtturi tal-Unjoni jservu biss is-swieq lokali tagħhom, li kien hemm tfixkil fil-katina tal-provvista tal-UAN u/jew li l-produtturi tal-Unjoni jiffavorixxu prodotti b’valur miżjud għajr il-prodott taħt rieżami. MHTL innotat li din kienet essenzjalment il-faċilità ta’ produzzjoni ta’ kumpanija Żvizzera, li kellha investimenti sinifikanti fil-kapaċitajiet ta’ ħżin f’diversi Stati Membri, u li talbet li titqies bħala sors affidabbli ta’ provvista stabbilit bħala sieħeb fuq termini tajbin mal-Unjoni u politikament stabbli, b’kuntrast mal-instabbiltà dejjem akbar tar-relazzjonijiet politiċi tagħha mar-Russja u mal-Istati Uniti tal-Amerka, u bħala li tikkomplimenta l-industrija tal-Unjoni. |
|
(231) |
Wara d-divulgazzjoni, COPA-COGECA ddikjarat li l-affordabbiltà tan-nutrijenti kienet taħt pressjoni fl-2025. AFCOME indikat tnaqqis fil-provvista tal-UAN f’nofs l-2025. AGPB tenniet tħassib simili filwaqt li żiedet li leġiżlazzjoni ġdida fl-Istati Uniti tista’ tattira l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti barra mill-pajjiż (għad-detriment tal-Unjoni). Xi partijiet, bħal INOXA, iddikjaraw li l-produtturi tal-Unjoni kellhom inkapaċità strutturali biex jissodisfaw id-domanda, b’mod partikolari fi Franza. |
|
(232) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti miġbura fil-qosor fiż-żewġ premessi ta’ hawn fuq. Xi kummenti kienu ġenerali wisq, jiġifieri kienu jikkonċernaw il-fertilizzazzjoni b’mod ġenerali iżda mhux neċessarjament l-UAN. Il-Kummissjoni qieset li, b’mod ġenerali, hemm biżżejjed sorsi ta’ provvista, inklużi diversi produtturi tal-Unjoni kif ukoll importazzjonijiet. Il-miżuri fis-seħħ ma impedixxux lill-pajjiżi kkonċernati milli jżidu s-sehem mis-suq tagħhom minn 37,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali għal 42,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ din l-investigazzjoni. Il-prattiki tad-dumping ma jistgħux jiġu ġġustifikati mill-fatt li (i) kien hemm produzzjoni temporanjament limitata fl-Unjoni u xi tfixkil fil-katina tal-provvista; u/jew mill-fatt li (ii) xi produtturi tal-Unjoni saru temporanjament inqas kosteffiċjenti meta mqabbla ma’ produtturi oħra jew meta mqabbla ma’ produtturi mhux tal-Unjoni; u/jew mill-fatt li (iii) mhux il-produtturi kollha tal-Unjoni jservu lill-Istat Membru li jikkonsma l-aktar UAN fl-Unjoni. L-investigazzjoni wriet pjuttost il-benefiċċji għall-Unjoni li tippreżerva diversi sorsi ta’ provvista f’suq globali ta’ sfida u li qed jevolvi kontinwament, inklużi l-produtturi tal-UAN tal-Unjoni, aktar milli żieda tad-dipendenza fuq pajjiżi terzi bi prattiki kummerċjali inġusti u/jew b’impronta tal-karbonju ogħla. Uriet ukoll li l-produtturi tal-Unjoni (xi wħud kapaċi jagħmlu deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità fost il-forom differenti ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu) għandhom il-kapaċità/il-possibbiltà li jżidu l-produzzjoni tal-UAN meta jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-bdiewa u tal-assoċjazzjonijiet tagħhom, li matul l-investigazzjoni kienu qed jitolbu li jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-provvista tal-UAN. Wara d-divulgazzjoni, MHTL kkunsidrat din l-aħħar dikjarazzjoni bħala waħda li tmur kontra inizjattivi oħra tal-Kummissjoni, jiġifieri r-raġunament għaż-żieda gradwata fit-tariffi applikabbli fil-premessa (9) tar-Regolament (UE) 2025/1227 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42). Madankollu, il-Kummissjoni sabet li d-diversi inizjattivi kollha tagħha kienu konsistenti u ġibdet l-attenzjoni li l-premessa (9) ikkwotata minn MHTL qieset b’mod ċar li ż-żieda gradwata fit-tariffi żżid il-produzzjoni fl-Unjoni. |
|
(233) |
Wara d-divulgazzjoni, MHTL appellat lill-Kummissjoni biex tiżgura bir-reqqa l-konsistenza fl-azzjoni esterna tagħha u biex tħassar il-miżuri fir-rigward ta’ Trinidad u Tobago. CFI talbet revoka tal-miżuri f’dak li għandu x’dak kollu li jirrigwarda l-Istati Uniti. Il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjonijiet bħala bla bażi, minħabba li l-partijiet ma ssostanzjawhomx b’mod speċifiku u adegwat. Fil-fatt dawn il-pretensjonijiet kienu bbażati prinċipalment fuq l-argumenti l-oħra tagħhom dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkumulazzjoni skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Kif speċifikat fit-Taqsima 5.3.1, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka kif ukoll bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni, kienu simili. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda raġuni biex l-esportazzjonijiet minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi kkonċernati jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-proċediment u mill-miżuri sottostanti. |
|
(234) |
Union Invivo sostniet li l-prodott taħt rieżami sar forma għalja ta’ fertilizzant tan-nitroġenu u li t-tiġdid tal-miżuri se jaffettwa b’mod negattiv lill-partijiet ikkonċernati involuti fil-katina tad-distribuzzjoni tas-soluzzjonijiet tan-nitroġenu. Il-ħsara, jekk kien hemm, ma setgħetx tiġi kkwantifikata. Il-Kummissjoni ċaħdet dan il-punt. L-ebda parti li tirrappreżenta l-ħżin fil-portijiet, fid-distributuri jew fil-farms, fil-bawżers tan-negozji tal-bexx ma ppreżentat tweġibiet għall-kwestjonarju jew xi data verifikabbli oħra f’dan ir-rigward. |
|
(235) |
MHTL allegat li l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali kellha impatt sinifikanti fuq l-industriji downstream fl-Unjoni, u b’hekk żiedet il-kostijiet u heddet il-vijabbiltà tagħhom. Il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni, li ma kinitx sostanzjata. |
|
(236) |
Bl-għan li tiġi ddiversifikata l-provvista, AFCOME talbet lill-Unjoni timporta l-UAN lest u mhux biss il-gass għall-produzzjoni tal-UAN. Union Invivo ddikjarat li l-importazzjoni tal-UAN ibbażat fuq is-CNG (43) kellha inqas impatt fuq l-ambjent mill-produzzjoni tal-UAN fl-Unjoni manifatturat minn importazzjonijiet tal-LNG (44) minħabba li l-produzzjoni tal-UAN bl-LNG tarmi 16 % aktar emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-CNG, filwaqt li appellat għal diversifikazzjoni tal-provvisti tal-Unjoni, kemm ta’ gass kif ukoll ta’ prodotti lesti sintetizzati mill-gass. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-materja prima tinfluwenza l-impatt ambjentali tal-UAN iżda ċaħdet il-pretensjoni sal-punt li huwa fl-interess tal-Unjoni li jiġu ppreservati fl-Unjoni diversi sorsi ta’ provvista tal-gass u tal-produzzjoni tal-UAN, inklużi l-produtturi domestiċi tal-UAN. |
|
(237) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw sostnew li s-sigurtà u l-affordabbiltà tal-ikel kienu f’riskju, bil-konsumaturi jbatu l-aktar minħabba żieda fil-prezzijiet tal-ikel u l-effetti ta’ kriżi tal-għoli tal-ħajja fit-tul. F’dan il-kuntest, MHTL qalet li l-Istati Uniti kienet ħalliet is-sens komun jipprevali billi ddeċidiet, f’Awwissu 2022, li ma timponix dazji anti-dumping u kompensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-UAN fl-Istati Uniti tal-Amerka minn Trinidad u Tobago (45). Il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-argumenti. Il-pretensjonijiet ma kinux sostanzjati sa fejn jirrigwardaw l-impatt tal-miżuri eżistenti fuq is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-ikel u fuq il-konsumaturi. Xejn fil-fajl ma wera li l-miżuri fis-seħħ affettwaw is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-ikel fl-aħħar 5 snin. Fir-rigward tan-nonimpożizzjoni ta’ dazji anti-dumping u kompensatorji fl-Istati Uniti fl-2022, il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi jvarjaw minn dawk fl-investigazzjoni preżenti. Il-Kummissjoni fakkret li l-għan tal-estensjoni tal-miżuri huwa li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-partijiet kollha. |
|
(238) |
Wara d-divulgazzjoni, CFI appellat għal għajnuna lill-bdiewa billi jitnaqqsu l-kostijiet tal-input, tittejjeb id-disponibbiltà tal-provvista u titnaqqas id-dipendenza strateġika fuq il-produtturi Russi. Partijiet bħal Interore u COPA-COGECA wrew tħassib dwar l-effett kumulattiv ta’ diversi inizjattivi, prinċipalment is-CBAM, fuq is-settur agrikolu. Skont INOXA, l-imposti kollha (id-dazji anti-dumping, is-CBAM u d-dazji doganali flimkien) jammontaw għal aktar minn 30 % tal-prezz finali tal-fertilizzanti tan-nitroġenu għall-bdiewa, filwaqt li ż-żamma tal-miżuri tagħmel ħsara lir-rendimenti u lill-kwalità taċ-ċereali. Għal INOXA u CFI, l-estensjoni tal-miżuri tikkontradixxi l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni (jiġifieri l-Politika Agrikola Komuni, l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, l-objettivi strateġiċi tal-ftuħ u/jew il-Bini ta’ stokkijiet strateġiċi). Għalkemm il-Kummissjoni ma rrikonoxxietx il-kwantifikazzjoni mhux sostanzjata ppreżentata minn INOXA, iżda rrikonoxxiet li l-imposti msemmija minn INOXA kollha kellhom impatt fuq il-kost għas-settur agrikolu. Il-Kummissjoni ikkonkludiet li l-pretensjonijiet dwar ir-rendimenti u l-kwalità taċ-ċereali kienu bla bażi, ġibdet l-attenzjoni li l-imposti msemmija jaqdu objettivi differenti u kkonkludiet li d-dazji anti-dumping kienu meħtieġa billi d-difiża tal-kummerċ, il-produzzjoni reżiljenti tal-fertilizzanti fl-Unjoni u s-sanzjonar tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna kienu fost il-prijoritajiet tal-Unjoni. |
8.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(239) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti ta’ interess għall-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-UAN li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(240) |
AFCOME u Union Invivo qajmu dubji dwar il-validità tal-konklużjoni peress li l-implimentazzjoni ta’ CBAM (u, għal AFCOME, anke r-reviżjoni tal-ETS) kien se jkollha wkoll impatt fuq il-bdiewa. Il-Kummissjoni qieset li l-pretensjonijiet kienu prematuri u mhux sostanzjati, u għalhekk ċaħdithom. |
|
(241) |
Minkejja l-konklużjoni fil-premessa (239), il-Kummissjoni tinnota l-importanza tas-settur tal-biedja fl-Unjoni u l-isfidi numerużi li dan qed ikollu jiffaċċja. Jekk il-prezz tal-UAN jiżdied għal livell sostanzjalment ogħla milli kien fl-2024 u l-impatt tal-miżuri kurrenti fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-bdiewa ma jibqax sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sospensjoni tal-miżuri f’konformità mal-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(242) |
Wara d-divulgazzjoni, AGPB qieset kull sospensjoni potenzjali tal-miżuri bħala ineffettiva fuq il-bażi li l-miżuri temporanji ma jippermettux l-adattament tas-suq. Il-Kummissjoni fakkret li kwalunkwe azzjoni meħuda (temporanja jew fuq bażi aktar permanenti) ikollha tqis l-interessi kollha involuti. |
|
(243) |
Wara d-divulgazzjoni, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-bdiewa kkontestaw il-konklużjoni abbażi taż-żidiet fil-prezzijiet tal-UAN fl-2025 u/jew il-fluttwazzjoni tad-distakk bejn il-prezzijiet taċ-ċereali u l-prezzijiet tal-UAN. Il-Kummissjoni nnotat li s-settijiet tad-data pprovduti (xi drabi assenti, xi drabi bis-sors nieqes, xi drabi għal sehem ta’ 2025 biss, eċċ.) ma setgħux ipoġġu f’dubju l-konklużjonijiet ta’ investigazzjoni sħiħa b’sejbiet dwar id-dumping u d-dannu għall-perjodi msemmija fil-premessa (7) u li jindikaw l-eżistenza ta’ prattiki ta’ dumping dannużi u l-kontinwazzjoni probabbli tagħhom jekk il-miżuri jitħassru. |
9. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(244) |
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet milħuqin mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, il-kontinwazzjoni tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq il-UAN mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġ li jinżammu. |
|
(245) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju għar-Russja, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fir-Russja”. |
|
(246) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti relatati mat-tbaħħir, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(247) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji Russi li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(248) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament għall-kumpaniji Russi japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-Russja u manifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami, prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Russja”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(249) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (46). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(250) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu ta’ żmien biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. |
|
(251) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47) meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(252) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju f’soluzzjoni milwiema jew ammonijakali, li kurrentament jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 80 00 u li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago, u mill-Istati Uniti tal-Amerka.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Ammont fiss ta’ dazju (EUR għal kull tunnellata) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Russja |
PJSC Acron |
42,47 |
C500 |
|
Ir-Russja |
Il-Kumpanija b’Ishma Konġunti “Azot” |
27,77 |
C501 |
|
Ir-Russja |
Il-Kumpanija b’Ishma Konġunti “Nevinnomyssky Azot” |
27,77 |
C504 |
|
Ir-Russja |
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Russja |
42,47 |
C999 |
|
Trinidad u Tobago |
Methanol Holdings (Trinidad) Limited |
22,24 |
C502 |
|
Trinidad u Tobago |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw minn Trinidad u Tobago |
22,24 |
C999 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
CF Industries Holdings, Inc. |
29,48 |
C503 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka |
29,48 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali għall-kumpaniji Russi msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li joħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’tunnellati) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Russja. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Russja.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1688 tat-8 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 258, 9.10.2019, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1688/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2070 tas-26 ta’ Ottubru 2022 biex ma jiġux sospiżi d-dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1688 (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 208, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2070/oj).
(4) ĠU C, C/2024/907, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/907/oj.
(5) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU C, C/2024/5996, 8.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5996/oj).
(6) Ir-Rapport tal-Bord, EU – Cost Adjustment Methodologies II (Russia), WT/DS494/R, il-punt 8.1 u t-Taqsima 7 “Sejbiet” tar-Rapport tal-Bord.
(7) Ir-Rapport tal-Bord, EC – Fasteners (China), WT/DS397/R, il-punt 7.515.
(8) Ir-Rapport tal-Bord, EU – Cost Adjustment Methodologies II (Russia), WT/DS494/R.
(9) t24.010155.
(10) t24.010183.
(11) t24.010186.
(12) Is-sentenza tat-30 ta’ April 2025, Fertilizers Europe u Il-Kummissjoni Ewropea vs AO Nevinnomysskiy Azot u AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK “Azot” , C-554/23 P u C-568/23 P, ECLI:EU:C:2025:291.
(13) Ara, b’analoġija, is-Sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-67/14, ECLI:EU:T:2017:481, il-punt 98.
(14) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2751.
(15) F’dan ix-xenarju, il-valur normali kien jikkonsisti f’valur tal-kost tal-produzzjoni mill-fabbrika ta’ unità ta’ Novgorod, aġġustat bi prezz tal-gass naturali li l-fornituri tal-gass Russi japplikaw għall-utenti Ewropej għall-gass naturali li jidħol fl-Unjoni f’Waidhaus. Sabiex jaslu għall-valur normali totali, l-applikanti inkludew marġni ta’ profitt ta’ 10 %. Abbażi ta’ dan, il-valur normali kien ta’ EUR 199 għal kull tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.
(16) Dansk Korn & Foder, assoċjazzjoni kummerċjali għall-kummerċ taċ-ċereali u tal-għalf fid-Danimarka, https://dakofo.dk/.
(17) Id-data vverifikata ppreżentata mis-CFI wriet esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ aktar minn 550 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan huwa aktar mill-volum tal-importazzjoni rrapportat mill-Eurostat (ara t-Tabella 2).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/576 tal-10 ta’ April 2019 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka, (ĠU L 100, 11.4.2019, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/576/oj).
(19) https://agriculture.ec.europa.eu/cap-my-country/sustainability/environmental-sustainability/low-input-farming/nutrients_en.
(20) Ara wkoll ir-Rapport tal-Bord, U – Footwear (WT/DS405/R), il-punt 7.403.
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/1999 tal-25 ta’ Jannar 1999 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ hardboard li joriġinaw mill-Bulgarija, mill-Estonja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Polonja u mir-Russja u li jiġbor definittivament id-dazjiu proviżjonali imposti (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/194/oj), il-premessi 39-41.
(22) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 703/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova u fit-Turkija (ĠU L 203 5.8.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/703/oj), il-premessi 58-64.
(*1) L-ebda indiċi sinifikanti ma huwa possibbli minħabba n-nuqqas ta’ importazzjonijiet fl-2021
(*2) L-ebda indiċi sinifikanti ma huwa possibbli minħabba n-nuqqas ta’ importazzjonijiet fl-2021.
(23) L-industrija tal-fertilizzanti ma kinitx ġiet affettwata b’mod sinifikanti mill-pandemija tal-COVID-19, fid-dawl tal-biċċa riċerka disponibbli fuq https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0301420721000362 (L-influwenza tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-kumpaniji tal-fertilizzanti: Ir-rwol tal-vantaġġi kompetittivi, Politika tar-Riżorsi, Volum 71, 2021, 102019, ISSN 0301–4207).
(24) t25.011233.
(25) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012 li ttemm il-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/343/oj).
(26) L-Association Française de Commercialisation et de Mélanges d’Engrais.
(27) Fornitur ta’ inputs agrikoli fil-Majjistral ta’ Franza, http://www.inoxa.fr/.
(28) t24.010911 (Union Invivo), slide 9.
(29) L-artiklu fl-istampa “Fertilizer market anticipates little impact from updated Russian export quotas”, datat il-25 ta’ Ottubru 2024, disponibbli fuq https://www.spglobal.com/commodity-insights/en/news-research/latest-news/fertilizers/102524-fertilizer-market-anticipates-little-impact-from-updated-russian-export-quotas.
(30) Anness I tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, COM(2025) 471 final. Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2025. Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=COM(2025)471&lang=mt.
(31) Anness I tal-Ordni Eżekuttiva 12257 modifikata, disponibbli fuq https://www.whitehouse.gov/presidential-actions/2025/11/modifying-the-scope-of-the-reciprocal-tariff-with-respect-to-certain-agricultural-products/
(32) Il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri. Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj).
(33) Association Générale des Producteurs de Blé et autres céréales, https://agpb.fr/missions/.
(34) Ara l-eżempji f’t24.011415.
(35) Ara t-Tabella 3 tas-“Synthèses conjoncturelles” ta’ Agreste, numru 432 ta’ Diċembru 2024 disponibbli fuq https://agreste.agriculture.gouv.fr/agreste-web/disaron/SynGcu24432/detail/.
(36) t24.010911 (Union Invivo).
(37) Sors: il-portal agri data, ekonomija tal-farms: https://agridata.ec.europa.eu/extensions/FADNPublicDatabase/FADNPublicDatabase.html. Ta’ min jinnota li fis-sottomissjoni t25.011255 l-AGPB ddikjarat li l-proporzjon bejn il-kost tal-fertilizzant u l-input totali għall-farms agrikoli speċjalizzati fiċ-ċereali (OTEX 15) kien ta’ 20 % fl-2023.
(38) Bil-prezzijiet tal-UAN ta’ madwar EUR 300/tunnellata, id-dazji anti-dumping li jvarjaw minn EUR 22,24 - 29,48/tunnellata għal Trinidad u Tobago u l-Istati Uniti żiedu l-kostijiet tal-fertilizzanti għall-kultivaturi tal-qamħ Franċiżi li jimportaw l-UAN bi 8 %. Għalhekk, l-effett globali fuq il-kostijiet tal-bdiewa li jużaw l-UAN fix-xenarju tal-ogħla każ kien stmat għal 1,53 % (8 % x 19,1 %).
(39) Résultats économiques des exploitations agricoles - France; Chiffres clés 2023, 18.12.2024 (aġġornat fl-21.1.2025), disponibbli fuq https://agreste.agriculture.gouv.fr/agreste-web/disaron/Chd2418/detail/
(40) Fis-sottomissjoni tiegħu t24.010183, il-produttur esportatur tal-Istati Uniti, CFI, ikkwota b’mod partikolari l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, L-iżgurar tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-fertilizzanti, COM/2022/590 final tad-9.11.2022, disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52022DC0590.
(41) Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/access-to-markets/mt/news/eu-increases-tariff-duties-russian-and-belarusian-imports-agricultural-products-and-fertilizers#:~:text=The%20EU%20has%20imposed%20new%20tariffs%20applicable%20on,were%20not%20yet%20subject%20to%20extra%20customs%20duties.
(42) Ir-Regolament (UE) 2025/1227 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2025 dwar il-modifika tad-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw jew jiġu esportati mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Belarussja (ĠU L, 2025/1227, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1227/oj).
(43) Gass naturali kkompressat.
(44) Gass naturali likwifikat.
(45) Investigazzjonijiet Nri 701-TA-668-669 u 731-TA-1565-1566 (Final), Pubblikazzjoni 5338, Awwissu 2022.
(46) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.
(47) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/65/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)