European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/52

4.5.2026

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/52

tas-16 ta’ Diċembru 2025

li jemenda l-Anness III tad-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-qafas tal-Unjoni għall-kalkolu nazzjonali tal-potenzjal ta’ tisħin globali tul iċ-ċiklu tal-ħajja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva (UE) 2024/1275, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkolat u żvelat fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini ġdid f’konformità mal-Anness III ta’ dik id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mill-obbligu li jikkalkulaw il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja lill-kategoriji ta’ bini li huma jeskludu mill-obbligu li jkollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 20(6) ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Huwa meħtieġ qafas armonizzat tal-Unjoni għall-kalkolu nazzjonali tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja għas-settur tal-bini biex jippromwovi l-komparabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja madwar l-Unjoni, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-klima ta’ prodotti u attivitajiet differenti relatati mal-bini.

(3)

Jenħtieġ li qafas tal-Unjoni għall-kalkolu nazzjonali tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jipprovdi metodoloġija u sett ta’ regoli komuni, li jippermettu lill-Istati Membri jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja b’mod konsistenti u trasparenti, bil-ħsieb li r-riżultati jiġu żvelati fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini. Flimkien mad-dikjarazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti tal-kostruzzjoni skont ir-Regolamenti (UE) Nru 305/2011 (2) u (UE) 2024/3110 (3) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ir-regolament applikabbli jiddependi fuq il-prodott tal-kostruzzjoni inkwistjoni), il-qafas tal-Unjoni jappoġġa l-ħolqien ta’ swieq ewlenin għal prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jnaqqsu l-emissjonijiet kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini. In-nuqqas ta’ qafas bħal dan tal-Unjoni jista’ jwassal għal inkonsistenzi u għal trattament mhux ugwali tal-operaturi ekonomiċi, li jimminaw l-effettività u l-koerenza tal-politiki tal-Unjoni dwar il-klima.

(4)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal approċċ unifikat, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas uniformi li jistabbilixxi prinċipji komuni għal għodod jew għal metodi nazzjonali eżistenti stabbiliti qabel l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/1275 u għal għodod jew metodi li jiġu żviluppati fil-futur.

(5)

Il-qafas tal-Unjoni jenħtieġ li joffri ċertu livell ta’ adattabilità, li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw l-għodod jew il-metodi nazzjonali uffiċjali eżistenti tagħhom fl-approċċ unifikat il-ġdid, filwaqt li jiżgura li l-qafas ġenerali jibqa’ konsistenti u jippromwovi l-komparabbiltà tar-riżultati madwar l-Unjoni.

(6)

Il-qafas tal-Unjoni għall-valutazzjoni tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jenħtieġ li jinbena fuq standards u fuq metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment, b’mod partikolari EN 15978 (EN 15978:2011 Sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Valutazzjoni tar-rendiment ambjentali tal-bini. Metodu ta’ kalkolu) u jqis kwalunkwe standard sussegwenti relatat mas-sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-metodu ta’ kalkolu għall-valutazzjoni tar-rendiment ambjentali tal-bini, filwaqt li jippromwovi l-ħżin tal-karbonju fil-bini jew fuqu, il-kostruzzjoni ta’ bini li jservi fit-tul u l-ekonomija ċirkolari fil-kostruzzjoni inkluż l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali u d-disinn għaż-żarmar. Il-qafas tal-Unjoni jenħtieġ li jqis ukoll l-inizjattivi eżistenti, inkluż il-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE għall-indikatur 1.2 u oqfsa nazzjonali uffiċjali, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u biex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ għodod u ma’ metodi nazzjonali eżistenti u ma’ sforzi globali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima.

(7)

Il-qafas tal-Unjoni jenħtieġ li jistabbilixxi ambitu uniformi tal-elementi tal-bini u tat-tagħmir tekniku, li jimminimizza l-ostakli tas-suq bejn l-Istati Membri u jiffaċilita l-fehim u t-tqabbil tar-riżultati, filwaqt li jippermetti wkoll l-identifikazzjoni tas-sorsi tal-emissjonijiet. Huwa meħtieġ livell ibbilanċjat ta’ dettall fl-ambitu uniformi tal-elementi tal-bini u tat-tagħmir tekniku sabiex jinkisbu eżiti akkurati u komparabbli, peress li ġeneralità eċċessiva jew livelli differenti ta’ dettall jistgħu jwasslu għal approċċi inkonsistenti u għal perċezzjonijiet inġusti tal-impatt ambjentali ta’ proġetti u soluzzjonijiet differenti.

(8)

Sabiex jitnaqqsu b’mod effettiv l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, jenħtieġ li l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun ikkalkolat jew stmat diġà fl-istadju tad-disinn, qabel ma tinbeda l-kostruzzjoni ta’ binja, meta jkunu għadhom jistgħu jsiru bidliet fid-disinn tal-bini.

(9)

Ir-riżultati żvelati fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jirriflettu l-istadju tal-bini kif mibni, biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet reali tal-gassijiet serra tal-bini komplut jiġu kkalkulati b’mod akkurat.

(10)

Sabiex jiġu żgurati l-akkuratezza u l-konsistenza fil-kalkoli tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-erja utli tal-art użata fil-kalkoli jenħtieġ li tiġi ddefinita b’mod ċar, u b’hekk jiġi evitat il-potenzjal għal żoni b’impatt baxx li r-riżultat ġenerali tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jitnaqqas b’mod artifiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-qafas tal-Unjoni jkun jirrikjedi trasparenza fl-erjas tal-art użati fil-kalkolu billi jirrikjedi regoli nazzjonali li jqisu standards rikonoxxuti internazzjonalment, filwaqt li jippermetti lill-Istati Membri ċertu flessibbiltà biex jiddefinixxu l-erja utli tal-art fil-livell nazzjonali.

(11)

Sabiex jiġu żgurati l-akkuratezza u l-affidabbiltà tal-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja, jenħtieġ li tiġi stabbilita ġerarkija ċara tad-data tal-input ibbażata fuq il-kwalità u l-preċiżjoni tagħhom. Il-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jenħtieġ li jagħti prijorità lill-użu ta’ data maħruġa skont l-atti legali rilevanti tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2024/3110, li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini.

(12)

Fir-reġjuni ultraperiferiċi, skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jissimplifikaw il-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini billi jippermettu użu estiż ta’ data prestabbilita f’dawk ir-reġjuni, biex titqies il-possibbiltà għal eżenzjoni rikonoxxuta mir-Regolament (UE) 2024/3110 applikabbli għall-prodotti tal-bini mqiegħda fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi.

(13)

Il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini żvelat fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jiġi rrapportat f’format trasparenti, li mill-inqas juri r-riżultati għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja. Għal skopijiet oħra, inklużi l-kontroll u l-verifika u l-ġbir tad-data għall-iffissar u għall-aġġornament tal-valuri limitu fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma mħeġġa jiġbru informazzjoni aktar dettaljata dwar il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini.

(14)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2024/1275 tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva (UE) 2024/1275 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (ĠU L, 2024/3110, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3110/oj).


ANNESS

ANNESS III

Kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(2)

1.   QAFAS ĠENERALI

Dan l-anness jistabbilixxi qafas tal-Unjoni għall-kalkolu nazzjonali tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja, b’ħarsa lejn id-divulgazzjoni tar-riżultati fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini skont l-Artikolu 7(2). Għall-verifika tal-konformità ma’ valur limitu skont l-Artikolu 7(5), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jħallu barra xi partijiet mill-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja u xi partijiet mill-ambitu tal-komponenti tal-bini, pereżempju bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjenti ponderati assoċjati mad-data tal-ħruġ tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini.

Il-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP, global warming potential) tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid għandu jiġi kkalkolat f’konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan l-Anness u skont il-partijiet rilevanti tal-istandard EN 15978 (EN 15978:2011 Sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-bini. Metodu ta’ kalkolu) u filwaqt li jitqies kwalunkwe standard sussegwenti relatat mas-sostenibbiltà ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-metodu ta’ kalkolu għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-bini. Dan ma jikkostitwix kodifikazzjoni legali ta’ dan l-istandard.

Il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja divulgat fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPC, energy performance certificate) tal-bini għandu jirrifletti l-istadju kif mibni.

2.   PERJODU TA’ STUDJU TA’ REFERENZA

Il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 sena (1).

3.   DATA GĦALL-KALKOLU

Id-data maħruġa f’konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 305/2011 (2) jew (UE) 2024/3110 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, imsejħa bħala “data disponibbli skont ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini” fit-Tabella 1, għandha tintuża meta tkun disponibbli. Jekk tkun kompatibbli mad-“data disponibbli skont ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini”, għandha tintuża wkoll id-data maħruġa f’konformità mar-regolamenti dwar il-prodotti adottati abbażi tad-Direttiva 2009/125/KE, tar-Regolament (UE) 2017/1369, jew tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), imsejħa “data disponibbli skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija” fit-Tabella 1. Jekk tali data ma tkunx disponibbli, jistgħu jintużaw tipi oħra ta’ data msemmija fit-Tabella 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ogħla akkuratezza u affidabbiltà possibbli tar-riżultati tal-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja, u huma mħeġġa jippermettu l-użu ta’ data speċifika għall-proġett jew speċifika għall-prodott li jkollha kwalità ogħla u preċiżjoni ogħla mid-data ġenerika jew mill-valuri prestabbiliti.

Tabella 1

Ħarsa ġenerali lejn id-definizzjonijiet ta’ tip differenti ta’ data dwar il-prodott għall-bini

Tip ta’ data

Definizzjoni u użu

Id-data disponibbli skont ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini

Data dwar il-prodotti tal-effetti tat-tibdil fil-klima miksuba mid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità (DoPC, declaration of performance and conformity) skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jew ir-Regolament (UE) 2024/3110, inkluż id-DoPC koperta minn speċifikazzjoni teknika armonizzata u d-DoPC maħruġa f’konformità mad-dokument Ewropew ta’ valutazzjoni rilevanti u mal-valutazzjoni teknika Ewropea.

Data disponibbli skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija

Data kompatibbli maħruġa f’konformità mar-regolamenti dwar il-prodotti adottati abbażi tad-Direttiva 2009/125/KE, tar-Regolament (UE) 2017/1369 jew tar-Regolament (UE) 2024/1781.

Data speċifika għall-proġett

Data speċifika għall-proġett ikkalkolata f’konformità mal-istandard EN 15804 jew EN 50693 jew standard kompatibbli, għalkemm mhux maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jew ir-Regolament (UE) 2024/3110 jew ir-regolamenti dwar il-prodotti adottati abbażi tad-Direttiva 2009/125/KE, tar-Regolament (UE) 2017/1369 jew tar-Regolament (UE) 2024/1781. Dik id-data tista’ tintuża biss jekk tkun speċifikament permessa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Data speċifika għall-prodott

Data speċifika għall-prodott ikkalkolata f’konformità mal-istandard EN 15804 jew EN 50693 jew standard kompatibbli, għalkemm mhux maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 jew ir-Regolament (UE) 2024/3110 jew ir-regolamenti dwar il-prodotti adottati abbażi tad-Direttiva 2009/125/KE, tar-Regolament (UE) 2017/1369 jew tar-Regolament (UE) 2024/1781. Dik id-data tista’ tintuża biss jekk tkun speċifikament permessa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Data medja għal grupp ta’ prodotti f’konformità mal-istandard EN 15804 jew EN 50693

Id-data ambjentali settorjali tirrappreżenta l-medja ta’ diversi prodotti minn kumpanija waħda jew aktar u tiġi pprovduta minn assoċjazzjonijiet industrijali jew minn organizzazzjonijiet ekwivalenti oħra li jkopru l-prodott. Dik id-data tista’ tintuża biss jekk tkun speċifikament permessa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Data ġenerika

Data ambjentali ġenerika kkalkolata f’konformità mal-istandard EN 15804 jew EN 50693 jew ma’ standard kompatibbli għal grupp ta’ prodotti għal pajjiż jew reġjun. Dik id-data ma tistax tkun speċifika għal sit jew għal impriża. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ċari dwar kif dik id-data trid tiġi ġġenerata jew ikkalkolata, abbażi ta’ data simili eżistenti speċifika għall-prodott. Dawk ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet konservattivi, sabiex ma jiffavorux data ġenerika fuq bażi inġusta fuq data speċifika għall-prodott. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data ġenerika għal prodotti għall-bini użati mill-ġdid, filwaqt li jqisu l-benefiċċji ta’ approċċi ċirkolari.

Valuri prestabbiliti

Id-data ambjentali kkalkolata f’konformità mal-istandard EN 15804 jew EN 50693 jew standard kompatibbli tista’ tintuża biex jimtlew il-lakuni fid-data, meta ma jkun hemm disponibbli l-ebda wieħed mit-tipi ta’ data ta’ hawn fuq, jew meta jkun meħtieġ li jiġi ssimplifikat il-kalkolu. Il-valuri prestabbiliti jistgħu jiġu stabbiliti għal ambitu speċifiku ta’ element tal-bini jew ta’ diversi elementi tal-bini, jew għal ambitu ta’ submodulu taċ-ċiklu tal-ħajja jew ta’ modulu taċ-ċiklu tal-ħajja, jew ta’ submoduli multipli taċ-ċiklu tal-ħajja jew ta’ moduli multipli taċ-ċiklu tal-ħajja. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri prestabbiliti b’suppożizzjonijiet konservattivi li jinkoraġġixxu l-kalkolu b’data speċifika meta disponibbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sensiela ta’ valuri prestabbiliti li jiżguraw li d-divulgazzjoni tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid, skont l-Artikolu 7(2), tkun possibbli anke fl-assenza ta’ kwalunkwe data speċifika.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ċari, b’approċċ konsistenti u konservattiv, biex jiġu ġġenerati u aġġornati d-data ġenerika u l-valuri prestabbiliti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data meħtieġa, inkluż id-data ġenerika u l-valuri prestabbiliti, ikunu disponibbli għall-pubbliku, u jippermettu l-kalkoli tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal bini ġdid sad-dati stabbiliti fl-Artikolu 7(2), inkluż f’każijiet fejn id-data speċifika għall-proġett jew dik speċifika għall-prodott ma tkunx disponibbli.

Għal tipi ta’ data għajr id-data disponibbli skont ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini jew skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija, l-Istati Membri huma mħeġġa jillimitaw il-frammentazzjoni tas-suq permezz tar-rikonoxximent ta’ data affidabbli u kompatibbli disponibbli maħruġa fi kwalunkwe Stat Membru, inkluża data speċifika għall-prodott u data speċifika għall-proġett ikkalkolata f’konformità EN 15804 jew EN 50693 jew standard kompatibbli. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw konsistenza u kompatibbiltà bejn id-data meta jikkombinaw dik id-data minn sorsi differenti u jiżguraw li r-riżultati finali għall-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkunu affidabbli.

4.   SPAZJU TA’ ART LI TISTA’ TINTUŻA

Il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandu jiġi espress f’unitajiet ta’ kg ta’ CO2eq/m2 ta’ spazju ta’ art li tista’ tintuża.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif id-definizzjoni ta’ spazju ta’ art li tista’ tintuża trid tintuża fil-prattika biex jiġi kkalkolat il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid. L-ispazju ta’ art li tista’ tintuża għandu jikkorrispondi mal-ispazju tal-partijiet tal-bini li huma koperti mill-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja u ma għandux jestendi lil hinn mill-involukru tal-bini. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu, fil-livell nazzjonali, l-ispazju ta’ art li tista’ tintuża adottat f’termini ta’ żoni komponenti, kif definit f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Kejl tal-Proprjetà (IPMS, International Property Measurement Standards) (5) jew standard ekwivalenti, li jiżguraw it-trasparenza, il-konsistenza u l-komparabbiltà tal-kejl tal-ispazju ta’ art.

Il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandu jiġi kkalkolat u ddivulgat fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, f’konformità mal-Artikolu 19 u mal-Anness V, jew tal-unità tal-bini meta jkun applikabbli. Jekk ikun rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli għall-allokazzjoni tal-emissjonijiet tal-komponenti tal-bini kondiviżi minn diversi binjiet. Dawk ir-regoli għandhom jiżguraw li l-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun ġust, trasparenti u konsistenti f’bini u fi proġetti differenti.

5.   AMBITU TAL-ISTADJI TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

Il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandu jiġi kkalkolat għal kull stadju meħtieġ taċ-ċiklu tal-ħajja, kif stabbilit fit-Tabella 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mill-kalkolu kwalunkwe stadju fakultattiv taċ-ċiklu tal-ħajja, kif stabbilit fit-Tabella 2.

Għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja, meta l-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott toffri diversi xenarji, il-kalkolu fil-livell tal-bini għandu jkun rappreżentattiv kemm jista’ jkun tal-proġett ta’ bini jew tal-bini. Meta ma jkunx hemm informazzjoni affidabbli disponibbli, jew ikun hemm kalkolu ssimplifikat rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li jintuża xenarju prestabbilit għall-kalkolu, abbażi tal-prinċipju tal-agħar xenarju possibbli.

L-Istati Membri jistgħu jadottaw valuri prestabbiliti għal kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja jew stadju tas-subċiklu tal-ħajja f’konformità mar-rekwiżiti relatati mad-data għall-kalkolu stabbiliti fit-Taqsima 3 biex jimtlew il-lakuni fid-data jew meta jkun meħtieġ li l-kalkolu jiġi ssimplifikat.

Tabella 2

L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li jridu jiġu kkalkolati, skont EN15978:2011 u prEN15978:2025, u filwaqt li jitqies kwalunkwe standard sussegwenti relatat mas-sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-metodu ta’ kalkolu għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-bini

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

Meħtieġ/Fakultattiv

EN15978:2011

prEN15978:2025

A1:

Provvista ta’ materja prima

A1:

Estrazzjoni u produzzjoni upstream

Meħtieġ

A2:

Trasport

A2:

Trasport lejn il-fabbrika

Meħtieġ

A3:

Manifattura

A3:

Manifattura

Meħtieġ

A4:

Trasport

A4:

Trasport

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit

A5:

Proċess ta’ installazzjoni tal-kostruzzjoni

A5:

Proċess ta’ installazzjoni tal-kostruzzjoni

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeskludu proċessi relatati mad-demolizzjoni ta’ qabel il-kostruzzjoni u mat-trasport tal-ħaddiema tal-kostruzzjoni lejn is-sit u minnu. Jekk jiġi kkalkolat proċess relatat mad-demolizzjoni ta’ qabel il-kostruzzjoni jew mat-trasport tal-ħaddiema tal-kostruzzjoni lejn is-sit u minnu, ir-riżultati għandhom jiġu rrapportati bħala indikaturi separati

B1:

Użu

B1:

Użu

B1.1:

Emissjonijiet minn materjali u minn karbonizzazzjoni

B1.2:

Emissjonijiet maħruba tar-refriġeranti

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit, inkluż l-impatt assoċjat mal-emissjonijiet maħruba tar-refriġeranti

B2:

Manutenzjoni

B2:

Manutenzjoni

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit

B3:

Tiswija

B3:

Tiswija

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit

B4:

Sostituzzjoni

B4:

Sostituzzjoni tal-komponenti tal-bini

Meħtieġ

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu b’mod ċar fil-livell nazzjonali r-regola għall-kwantifikazzjoni tal-għadd ta’ sostituzzjonijiet għall-komponenti jew għall-prodotti li jridu jiġu applikati, pereżempju, l-għadd deċimali medju sempliċi ta’ sostituzzjonijiet, l-għadd sħiħ ta’ sostituzzjonijiet

Meta tkun disponibbli, għandha tintuża l-informazzjoni relatata mal-ħajja operazzjonali ta’ referenza li tkun disponibbli f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 jew mar-Regolament (UE) 2024/3110 jew mar-regolamenti dwar il-prodotti adottati abbażi tad-Direttiva 2009/125/KE, tar-Regolament (UE) 2017/1369 jew tar-Regolament (UE) 2024/1781.

B5:

Rinnovazzjoni

B5:

Rinnovazzjoni

Fakultattiv

B6:

Użu tal-enerġija operazzjonali

B6:

Użu tal-enerġija operazzjonali

B6.1:

Sistemi regolati integrati fil-bini (servizzi)

B6.2:

Sistemi mhux regolati integrati fil-bini (servizzi)

B6.3:

Użu ieħor tal-enerġija relatat ma’ attivitajiet tal-utenti tal-bini

Meħtieġ

Il-kalkolu għandu jkun konsistenti mal-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali, f’konformità mal-qafas ġenerali komuni stabbilit fl-Anness I. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kalkolu biss għal sistemi regolati integrati fil-bini (servizzi) koperti minn din id-Direttiva

Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra (GHG, greenhouse gas) li jħarsu ’l quddiem għall-emissjonijiet operazzjonali, il-fatturi għandhom ikunu ġġustifikati, konsistenti u definiti b’mod ċar għall-perjodu kollu ta’ studju ta’ referenza

L-allokazzjoni tal-impatti tal-enerġija esportata għandha titwettaq f’konformità mal-istandard EN 15978. L-impatt tal-enerġija esportata huwa rrapportat fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja D2

B7:

Użu operazzjonali tal-ilma

B7:

Użu operazzjonali tal-ilma

B7.1:

Sistemi essenzjali integrati fil-bini (tojlits, doċċi, kmamar tal-banju, tisħin, tkessiħ, ventilazzjoni, umidifikazzjoni, u irrigazzjoni)

B7.2:

Sistemi oħra integrati fil-bini (pixxini, sawni, eċċ.)

B7.3:

Sistemi mhux integrati fil-bini (pereżempju, magni tal-ħasil tal-platti, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, eċċ.)

Fakultattiv

 

B8:

Attivitajiet tal-utenti integrati fil-bini, mhux koperti minn B1-B7

B8.1:

Trasport ta’ persuni lejn il-bini u minnu

B8.2:

Iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi fis-sit tal-bini

B8.3:

Oħrajn, bħall-użu ta’ “materjali konsumabbli” bħal karti għall-uffiċċji, jew għamara u tagħmir mhux imwaħħlin mal-bini

Fakultattiv

C1:

Dekostruzzjoni

C1:

Dekostruzzjoni/Demolizzjoni

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit

C2:

Trasport

C2:

Trasport lejn l-ipproċessar jew ir-rimi tal-iskart

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit.

C3:

Ipproċessar tal-iskart għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u/jew għall-irkupru

C3:

Ipproċessar tal-iskart għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u/jew għall-irkupru

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit

C4:

Rimi

C4:

Rimi tal-iskart

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit

D:

Benefiċċji u tagħbijiet lil hinn mil-limitu tas-sistema

D1:

Użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tal-enerġija li jirriżultaw mill-flussi netti tal-materjali li joħorġu mil-limitu tas-sistema

Meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-kalkolu għall-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-prodott u għad-data ġenerika ekwivalenti jew għall-valur prestabbilit

D2:

Benefiċċji u tagħbijiet potenzjali minn utilitajiet esportati (pereżempju, enerġija elettrika, enerġija termali, ilma tax-xorb)

Meħtieġ

6.   ALLOKAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET RELATATI MAL-KONSUM U MAL-ĠENERAZZJONI TAL-ENERĠIJA FUQ IL-POST TA’ BINI

It-Tabella 3 tiddeskrivi t-tliet approċċi possibbli għall-allokazzjoni ta’ emissjonijiet integrati relatati mal-konsum u mal-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq il-post ta’ bini. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, il-konsistenza u l-akkuratezza fil-kalkolu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu wieħed mill-approċċi elenkati fit-Tabella 3, jiġifieri l-approċċ A, l-approċċ B1 jew l-approċċ B2. Jekk l-approċċ B1 jew B2 jiġi adottat fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-regoli ta’ allokazzjoni magħżula meħtieġa għall-kalkolu f’konformità mal-kalkolu tal-enerġija u mal-istandards rilevanti.

Għall-fini tal-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-allokazzjoni tal-emissjonijiet operazzjonali relatati mal-konsum u mal-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq il-post ta’ bini matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja għandha ssir f’konformità mal-għażla tal-allokazzjoni tal-emissjonijiet integrati u f’konformità mal-istandard EN 15978.

Tabella 3

Kalkolu tal-emissjonijiet integrati ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-post

Fattur ta’ influwenza

Approċċ A

Approċċ B1 jew B2

Tip ta’ allokazzjoni ta’ emissjonijiet integrati għall-bini ta’ komponenti tal-ħżin tal-enerġija

Allokazzjoni sħiħa għall-bini

Tip ta’ allokazzjoni ta’ emissjonijiet integrati għall-bini ta’ partijiet oħra tas-sistema

Allokazzjoni sħiħa għall-bini

B1:

Allokazzjoni proporzjonali għall-bini abbażi tas-sehem ta’ enerġija maqbuda/ġġenerata użata għall-awtokonsum

B2:

Allokazzjoni għall-bini għal komponenti integrati fl-involukru tal-bini u li jiffurmaw il-wiċċ tiegħu, kif ukoll l-allokazzjoni proporzjonali tal-emissjonijiet integrati li jifdal għall-bini abbażi tas-sehem tal-enerġija maqbuda/ġġenerata użata għall-awtokonsum

7.   AMBITU TAL-ELEMENTI TAL-BINI U TAT-TAGĦMIR TEKNIKU

Il-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandu jinkludi bħala minimu l-elementi tal-bini u t-tagħmir tekniku elenkati fil-Livell 2 taħt il-kategoriji tal-qafas u tal-qalba tat-Tabella 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kalkolu komprensiv u akkurat tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja, li jiddeskrivi b’mod ċar fil-livell nazzjonali l-elementi tal-bini u t-tagħmir tekniku ta’ bini meħtieġ għall-kalkolu tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jsegwu l-eżempji murija fil-Livell 3 u fil-Livell 4 tat-Tabella 4 u jipprovdu kwalunkwe devjazzjoni sostanzjali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

L-elementi tal-bini u t-tagħmir jew is-sistemi tekniċi koperti mill-EPC tal-bini vvalutat għandhom jitqiesu fil-kalkolu jekk l-Istati Membri jqisu li s-sjieda u l-manutenzjoni tagħhom ikunu parzjalment jew esklużivament ir-responsabbiltà tas-sid tal-bini (6), anke jekk ikunu esterni għall-bini vvalutat u strutturalment indipendenti minnu. Meta l-elementi tal-bini u t-tagħmir tekniku jkunu esterni għall-bini vvalutat u strutturalment indipendenti minnu, l-emissjonijiet assoċjati ta’ dawk l-elementi tal-bini u t-tagħmir tekniku għandhom jitqiesu fl-analiżi tal-karbonju inkorporat u tal-karbonju operazzjonali, iżda l-ispazju ta’ art tagħhom ma għandux jitqies għall-ispazji ta’ art.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jadottaw data ġenerika jew valuri prestabbiliti għal kwalunkwe wieħed mill-elementi msemmija fil-livelli fit-Tabella 4, f’konformità mar-rekwiżiti relatati mad-data għall-kalkolu stabbiliti fit-Taqsima 3 biex jimtlew il-lakuni fid-data jew meta jkun meħtieġ li jiġi ssimplifikat il-kalkolu.

Tabella 4

Ambitu ġerarkiku tal-elementi tal-bini u tat-tagħmir tekniku

Livell 1

Livell 2

Livell 3 (eżempju)

Livell 4 (eżempji)

Qafas

Substruttura

Ippuntaljar u rfid tal-pedamenti

Puntali u kaxxuni permanenti

Irfid

Pedamenti

Appoġġi laterali

Pjattaforma tal-pedament, kappetti tal-puntali, bażijiet ta’ kolonni, pedamenti tal-ħitan; travi ta’ kollegament, travi tal-irbit

Ħitan u kolonni tas-substruttura

Ċangaturi u travi tas-sular terran (meta l-bini jinkludi sular ta’ taħt l-art, iċ-ċangaturi tal-qiegħ tas-sular ta’ taħt l-art għandhom jingħaddu mal-Livell 3 rilevanti “Elementi tas-sular ta’ taħt l-art”)

Bokok tal-liftijiet (ċangaturi u ħitan)

Elementi tas-sular ta’ taħt l-art

Appoġġi laterali tas-sular ta’ taħt l-art

Ċangaturi tal-qiegħ tas-sular ta’ taħt l-art u blinding

Ħitan riffieda

Ħitan strutturali, puntali u kolonni tas-sular ta’ taħt l-art

Travi, serratizzuni, puntali u ċangaturi tas-sular ta’ taħt l-art

Turġien u rampi tas-sular ta’ taħt l-art

Impermeabilizzazzjoni vertikali u li ma jgħaddix ilma minnha, saff drenanti, drejns u skin wall

Impermeabilizzazzjoni orizzontali li ma jgħaddix ilma minnha, saff drenanti, drejns u ċangatura tal-kompletament

Iżolazzjoni tas-sular ta’ taħt l-art

Bokok tal-lift tas-sular ta’ taħt l-art, bokok tal-fossa, kmiem (sleeves)

Xogħol kompożitu, xogħol prefabbrikat u affarijiet oħra għal “Substruttura” (7)

Struttura

Oqfsa u ċangaturi (ċangaturi ’l fuq mill-parti ta’ fuq tas-sular terran)

Ħitan strutturali, puntali u kolonni tas-sular ta’ taħt l-art

Travi, serratizzuni, puntali u ċangaturi tas-sular ta’ fuq

Travi, serratizzuni, puntali u ċangaturi tal-bjut

Taraġ (li jifforma parti mill-istruttura)

Reżistenza kontra n-nirien għal struttura tal-azzar

Tankijiet, pixxini u affarijiet oħra

Meta jkunu jinsabu fl-involukru tal-bini biss (inkella inklużi f’xogħlijiet esterni)

Xogħol kompożitu, xogħol prefabbrikat u affarijiet oħra għal “Struttura” (8)

Xogħlijiet arkitettoniċi esterni (mhux strutturali)

Faċċata

Ħitan u karatteristiċi esterni mhux strutturali

Irfinar tal-ħitan esterni minbarra t-tlibbis

Tlibbis tal-faċċata u ħitan purtiera

Twieqi esterni

Bibien esterni

Faċċati esterni tal-ħwienet

Xaters tar-romblu u xaters kontra n-nirien

Bjut

Irfinar tal-bjut

Tamboċċi

Impermeabbilizzazzjoni

Iżolazzjoni

Tisbiħ tal-bjut ħodor (ibsin u rotob)

Xogħol kompożitu, xogħol prefabbrikat u affarijiet oħra għal “Xogħlijiet arkitettoniċi esterni (mhux strutturali)” (9)

Qalba

Xogħlijiet arkitettoniċi interni jew taħt il-kisi (mhux strutturali)

Diviżjonijiet interni

Ħitan u diviżorji interni mhux strutturali

Iżolazzjoni

Faċċati interni tal-ħwienet

Kompartimenti tat-tojlits

Diviżorji mobbli

Kmamar kesħin

Bibien interni

Twieqi interni

Xaters tar-romblu u xaters kontra n-nirien

Xogħol ieħor tal-konkos

Fittings u affarijiet oħra

Balavostri u poġġamani

Turġien u catwalk li ma jiffurmawx parti mill-istruttura, cat ladders

Kabinetti inkorporati (10), armarji, ħżin, lockers, postijiet bilqiegħda, xkafef, counters, bankijiet

Karatteristiċi dekorattivi inkorporati

Pannelli ta’ aċċess

Irfinar taħt il-kisi

Irfinar tal-art (intern u estern (jiġifieri, miksi jew f’gallariji))

Irfinar u kisi tal-ħitan interni

Irfinar tas-soqfa u soqfa foloz (interni jew esterni)

Iżolazzjoni

Xogħol kompożitu, xogħol prefabbrikat u affarijiet oħra għal “Xogħlijiet arkitettoniċi interni jew miksijin (mhux strutturali)” (11)

Servizzi u tagħmir tal-bini: Sistemi relatati mal-ilma u mal-ilma mormi

Oġġetti sanitarji

Tojlits, ċisterni, trejs tad-doċċi, banjijiet, vitien, kontrolli, bexxiexi tad-doċċi, basin units, sinkijiet, heaters tal-ilma sħun istantanji

Sistemi tal-ilma kiesaħ

Termostat, miters termali, miter tal-ilma kiesaħ, sett ta’ pompi/booster, miters oħra, pajpijiet, iżolazzjoni tal-pajpijiet, appoġġ/manku, tagħmir għal protezzjoni kontra ġlata u għat-traċċar tas-sħana

Ħżin tal-ilma kiesaħ

Tank tal-ħżin flimkien ma’ kwalunkwe sistema ta’ trattament u ta’ filtrazzjoni għall-kontroll tal-kwalità tal-ilma

Ilma tal-wiċċ / ilma tax-xita / ilma maħmuġ tad-drenaġġ

Pajpijiet, iżolazzjoni, appoġġ, tank tal-ħżin tal-ilma tax-xita, attenwazzjoni, żbokki, pompi, pajpijiet tal-ilma tax-xita, pajpijiet tad-drenaġġ, pajpijiet tal-kondensat, iżolazzjoni, appoġġ, ċisterna, nases, pompa, drejn

Sistemi għal użu mill-ġdid tal-ilma

Tank tal-ħżin tal-ilma domestiku mormi mingħajr drenaġġ/tal-ilma tax-xita, pajpijiet u tagħmir ta’ trattament ġewwa l-linja tal-bini

Servizzi u tagħmir tal-bini: Sistemi ta’ tisħin

Tagħmir għall-ġenerazzjoni tas-sħana u tal-ilma sħun

Bojler tal-gass/elettriku, pompi tas-sħana tal-arja/ilma/art, kessieħ, ħiter tal-ilma lokali, forn li jaqbad bl-injam, bojler tal-bijomassa, tisħin termali solari u sistemi tal-ilma sħun. Is-sistemi tat-tisħin komunali li jinsabu fi ħdan l-impronta tal-bini huma inklużi f’dan l-ambitu sal-punt tal-miter. Lil hinn mill-miter, dawn is-sistemi jitqiesu bħala parti min-network ta’ distribuzzjoni. Il-bokka u l-manifold għandhom jiġu inklużi anke jekk jaqgħu barra mill-impronta tal-bini. Skambjatur tas-sħana bil-pjanċi li jaqbad ma’ network tat-tisħin distrettwali. Għandu jiġi inkluż ukoll tagħmir għall-ġenerazzjoni tal-ilma sħun (pereżempju, l-kalorifikatur).

Distribuzzjoni, kontroll, anċillari, emittenti, skambjaturi/unitajiet terminali tas-sħana u tal-ilma sħun

Radjatur elettriku, radjatur bl-ilma, tisħin ta’ taħt l-art, unità ta’ interfaċċa tas-sħana, skambjatur tas-sħana bil-pjanċi, pompi, switchboard mekkaniku, unità tal-pressurizzazzjoni, pot tad-dożaġġ, kontrollur taċ-ċirkwiti friegħi (BC, branch circuit), deumidifikatur, muntaturi kontra l-vibrazzjonijiet, termostat, miters termali, miter tal-ilma sħun, pajpijiet, iżolazzjoni tal-pajpijiet, appoġġ/manku, tagħmir għall-protezzjoni kontra l-ġlata u għat-traċċar tas-sħana

Tagħmir għall-ħżin tas-sħana

Maħżen tal-ilma sħun, reċipjent buffer, reċipjent ta’ espansjoni

Servizzi u tagħmir tal-bini: Sistemi ta’ tkessiħ dedikati (jekk sistema tagħmel kemm tisħin kif ukoll tkessiħ, din għandha taqa’ fl-ambitu ta’ “sistemi ta’ tisħin” biss)

Tagħmir għall-ġenerazzjoni tat-tkessiħ

Torri tat-tkessiħ, unitajiet ta’ koljaturi tal-fannijiet, arja kundizzjonata.

Emittent tat-tkessiħ, skambjaturi/unitajiet terminali, anċillarji u kontroll, distribuzzjoni, ħżin

Maħżen tal-ilma kiesaħ, reċipjent buffer, reċipjent ta’ espansjoni, pompi, switchboard mekkaniku, unità tal-pressurizzazzjoni, pot tad-dożaġġ, kontrollur taċ-ċirkwiti friegħi, kontrollur, deumidifikatur, muntaturi kontra l-vibrazzjonijiet, termostat, miters termali, miter tal-ilma kiesaħ, pajpijiet, iżolazzjoni tal-pajpijiet, appoġġ/manku, tagħmir għall-protezzjoni kontra ġlata u għat-traċċar tas-sħana

Servizzi u tagħmir tal-bini: Sistemi tal-ventilazzjoni

Moviment tal-arja

Fannijiet, ventilazzjoni mekkanika bl-irkupru tas-sħana, unitajiet tal-immaniġġar tal-arja, fannijiet tas-saqaf, ventilazzjoni tal-kċina, purtieri tal-arja

Terminali tal-arja

Diffusers, xbieki, sistemi bil-volum tal-arja varjabbli, sistemi bil-volum tal-arja kostanti, persjani

Pajpijiet u anċillari

Pajpijiet, iżolazzjoni, appoġġ, pajpijiet ikklassifikati għan-nar, appoġġ

Barrieri tal-kontroll, attenwazzjoni u sikurezza kontra n-nirien relatati mat-tagħmir tal-ventilazzjoni

Stabbilizzatur tal-volum tal-arja varjabbli, stabbilizzatur tal-kontroll tal-volum, barriera tan-nirien, estrazzjoni tad-dħaħen, barriera tad-duħħan ta’ nar motorizzata, pressurizzazzjoni tat-turġien, fannijiet ikklassifikati għan-nar, barrieri li jtaffu l-pressjoni, kontrolli, persjani, estratt tal-gass, attenwazzjoni akustika

Servizzi u tagħmir tal-bini: Sistemi tat-tidwil

Tidwil intern

Installazzjonijiet tad-dawl intern, żbokk, kaxxa ta’ ġunzjoni, sokit, kontroll tad-dawl, kejbil, swiċċ

Tidwil estern (immuntat fuq il-bini)

Lampi/arbli/appoġġ, eċċ. li huma mmuntati fuq il-bini. Installazzjonijiet tad-dawl estern, żbokk, kaxxa ta’ ġunzjoni, sokit, kontroll tad-dawl, kejbil, swiċċ

Tidwil ta’ emerġenza

Dwal ta’ emerġenza, kontrolli, kejbil, swiċċ

Tidwil ieħor

Tidwil tax-xogħol, tidwil tal-palk/tad-divertiment, tidwil tad-displej tal-ħwienet bl-imnut, tidwil arkitettoniku inkluż l-installazzjonijiet tad-dawl assoċjat, żbokk, kaxxa ta’ ġunzjoni, sokit, kontroll tad-dawl

Servizzi u tagħmir tal-bini: Servizzi elettriċi għall-enerġija, għall-komunikazzjonijiet, għas-sigurtà, għall-IT u għad-detezzjoni tan-nar

Enerġija elettrika

Tinkludi installazzjonijiet interni u mmuntati fuq il-bini. Kejbil tal-enerġija, konteniment tat-trejs tal-kejbil, panel board/distribuzzjoni, tagħmir ta’ riżerva, żbarra ta’ distribuzzjoni, transformer, sokits/swiċċijiet, kaxxi tal-art, sensuri, vultaġġ għoli, vultaġġ medju, vultaġġ baxx, enerġija baxxa, konteniment

Vultaġġ Baxx Ħafna (ELV, Extra Low Voltage)/ komunikazzjonijiet/sigurtà

Sistemi ELV. Komunikazzjonijiet u tagħmir awdjoviżiv. Sigurtà: Tagħmir tat-televiżjoni b’ċirkwit magħluq (CCTV, Closed circuit Television), sensuri u allarmi tas-sigurtà.

IT u data

Tagħmir tal-IT: kwalunkwe ħaġa relatata mad-data, pereżempju, tagħmir tal-Wi-Fi, server, kejbils backbone u strutturati, kompjuters, printers, kabinetti tad-data, patch panels

Sistema ta’ ġestjoni tal-bini (BMS, Building management system)

BMS/kontrolluri fuq kojls tal-fannijiet, outstation, sistema prinċipali ta’ kontrollur bil-kompjuter (headend), kejbils meħtieġa, valvi ta’ kontroll, sensuri għall-istatistika tat-temperatura

Ġenerazzjoni ta’ riżerva tal-elettriku

Provvista tal-enerġija mingħajr interruzzjoni (UPS, uninterruptible power supply), ġenerazzjoni ta’ riżerva, provvista tal-batterija, ġeneraturi standby fil-linja tal-bini

Detezzjoni tan-nar u allarmi

Sistemi tal-allarmi tan-nirien inklużi d-detezzjoni, il-kejbils, il-panel tat-tifi tan-nar u l-unità tas-sejħa finali

Servizzi u tagħmir tal-bini:

Ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post

Enerġija rinnovabbli — ġenerazzjoni elettrika fuq il-post u mmuntati fuq il-bini

Pannell fotovoltajku (PV, photovoltaic) solari, invertitur, turbina eolika, bini ta’ turbini tal-ilma mmuntat jew fi ħdan l-impronta tal-bini

Enerġija rinnovabbli — ħżin fuq il-post

Batterija fi ħdan l-impronta tal-bini

Servizzi u tagħmir tal-bini: Installazzjonijiet ta’ sistemi tas-sikurezza tal-ħajja, tal-fjuwil u tal-moviment

Sistema ta’ bexxiexa

Pajpijiet, irjus tat-tarf, valvi, tank, pajp flessibbli, pompi

Sistemi ta’ tifi tan-nar

Torri tal-ivvampjar niexef u mxarrab, idrant, fi ħdan impronta deżinjata tal-bini, kontrolli/sensuri ta’ bokka ta’ ftuħ awtomatiku (AOV, automatic opening vent), sistema ta’ soppressjoni tan-nirien

Protezzjoni kontra s-sajjetti / sistema ta’ ertjar

Konduttur tas-sajjetti, vireg tal-ert

Installazzjonijiet tal-fjuwil

Il-provvisti kollha tal-fjuwil minbarra dawk elettriċi, kwalunkwe ħaġa ppompjata jew taħt pressjoni.

Tagħmir tal-gass: konnessjoni, miter tal-gass, regolatur tal-pressjoni, pajpijiet, valvi.

Tank tal-ħżin tal-fjuwil fuq il-post, imħażen nexfin.

Trivelli (Augers).

Lift, stair lift, pjattaforma elevabbli

Għandhom jiġu inklużi sistemi ta’ lift, ta’ stair lift, u ta’ pjattaforma elevabbli. L-enerġija għal dawk is-sistemi għandha tiġi inkluża fl-installazzjonijiet elettriċi

Escalators u passaġġi mobbli

Għandhom jiġu inklużi sistemi għal escalators u passaġġi mobbli. L-enerġija għal dawk is-sistemi għandha tiġi inkluża fl-installazzjonijiet elettriċi

Servizzi u tagħmir tal-bini: Sistemi ta’ rimi tal-iskart

Sistemi speċjalizzati u komunali ta’ rimi tal-iskart

Inċineraturi tal-iskart u kwalunkwe sistema għal flussi ta’ skart u rimi tal-iskart

 

Xogħol kompożitu, xogħol prefabbrikat u affarijiet oħra għal “Servizzi u tagħmir tal-bini” (12)

Xogħlijiet esterni

(Fakultattivi)

Toroq esterni, mogħdijiet, pavimentar u wċuħ oħra adatti għat-traffiku tal-persuni jew tal-vetturi li jinsabu fiż-żona tal-plott tal-bini

Toroq u mogħdijiet iddisinjati għall-mixi jew għat-traffiku tal-vetturi

Għandha tiġi inkluża t-tħejjija ta’ xogħlijiet subbażi inkluż it-trattament, it-tqegħid, il-livellar, il-klassifikazzjoni u l-ikkumpattar

Blinding, konkos in situ inkluż xogħol bil-forma, tisħiħ, konnessjonijiet, membrani tad-drenaġġ/tal-ħaxix ħażin, kurduni tal-bankini, aċċessorji, marki tal-bankina/tat-triq/tal-grawnd applikati fuq il-wiċċ, irfinar maħduma. eż.:

Irfinar tal-makadam jew tal-asfalt miksi

Ġebel, pavimentar, madum, ċagħaq, madum żgħir

Żrar, bċejjeċ tal-ġebel, bċejjeċ tal-injam

Tapit imtaqqab tal-ħaxix

Uċuħ iddisinjati għall-bandli, għall-isport jew għal użi speċjalizzati oħra

Is-sistemi kollha meħtieġa biex jiġġestixxu d-drenaġġ u/jew l-attenwazzjoni tal-ilma tal-wiċċ

Tarġiet, turġien u rampi (inklużi s-substruttura, formazzjoni u rfinar finali) barra mil-linja deżinjata tal-bini

Mogħdijiet għall-mixi

Pavimentar u wċuħ rotob iddisinjati għall-mixi

Fittings u installazzjonijiet esterni għad-delineazzjoni tal-ispazji, tal-konfini u taż-żoni esterni taż-żona tal-plott tal-bini u skop estetiku ta’ quddiem

Reċinti esterni

Għandhom jiġu inklużi reċinti tal-injam, tal-metall, tal-konkos, tal-ġebel, poġġamani, gradi, ħitan, ħitan baxxi li huma esterni u li ma humiex parti mill-involukru termali tal-bini u li huma ġodda

Għandhom jiġu inklużi l-barrieri għall-vetturi u għall-persuni bil-mixi li huma meħtieġa jieħdu tagħbija speċifika għal skopijiet ta’ protezzjoni, bi gradi assoċjati

Għandhom jiġu inklużi r-rekwiżiti tas-substruttura, il-komponenti, il-pali, fissaġġi, il-ferramenta, kopertini, tagħmir bl-elettriku, kontrolli u rfinar finali

Din il-kategorija tinkludi ħitan riffieda li ma humiex parti mill-bini, normalment magħmulin mill-konkos, mill-injam jew mill-ġebel, inkluż ir-rekwiżiti kollha tas-substruttura/tal-ippuntaljar, ert imsaħħaħ, rekwiżiti tad-drenaġġ, membrani, komponenti, fissaġġi, kopertini, ġonot, preservattivi, irfinar finali, gabbjuni

Poġġamani esterni

Ħitan esterni

Installazzjonijiet esterni

Għamara tat-triq tas-sit inkluż gradi (fejn mhux parti minn reċint jew barrieri), turnstiles, bollards fissi/li jistgħu jitkissru/jitneħħew, postijiet bilqiegħda, bankijiet, imwejjed, kontenituri tal-mifrex/frak taż-żrar, displejs tal-posters/tan-noticeboards, stands/xelters tar-roti, sinjali direzzjonali, arbli tal-bnadar, tagħmir tal-isport estern/bandli, pontijiet pedonali żgħar, waqfiet tal-karozzi tal-linja, xelters, kabini tat-telefown, kaxxi postali, skulturi/xogħlijiet esterni tal-arti, elementi ornamentali tal-ilma inkluż kwalunkwe substruttura, tank, komponent, pajp, kontroll u tagħmir meħtieġ

Servizzi tal-bini esterni

Nota ġenerali: din il-kategorija fiha s-servizzi kollha mhux imwaħħla mal-bini jew akkomodati barra mill-impronta tal-bini.

Drenaġġ estern

Ilma maħmuġ/ilma tal-wiċċ/drenaġġ tal-art taħt l-art u ’l fuq mill-art, mill-ewwel tappiera lil hinn mill-ħajt ta’ lqugħ tal-bini, mill-konnessjoni tal-kanal tad-drenaġġ jew minn katusa oħra (pereżempju, faċilità tat-trattament tad-drenaġġ fuq il-post). Għandhom jiġu inklużi wkoll trunċieri, pipelines, fittings, sodod, radam mill-ġdid, bennieni, appoġġi, konnessjonijiet, gullies u spralli (pereżempju, fit-toroq). Stazzjonijiet tal-ippumpjar ippakkjati, irjus ta’ katusi/żbokki tal-partijiet ta’ fuq, kisjiet finali, kanali prefabbrikati, kompartimenti, tappieri, kanali, bjar tal-infiltrar, fosos, unitajiet ta’ interċetturi tal-petrol. Għandhom jiġu inklużi wkoll kwalunkwe alterazzjoni, kwalunkwe xogħol ta’ tiswija, mili jew tindif tas-sistemi eżistenti tad-drenaġġ, tappieri u spralli. Għandhom jiġu inklużi wkoll installazzjonijiet relatati ma’ sistemi sostenibbli ta’ drenaġġ urban (SUDS, sustainable urban drainage systems) (mhux imwaħħla), drenaġġ ta’ likwidi perikolużi bħal sustanzi kimiċi u skart likwidu industrijali

Servizzi esterni — ilma

Sistemi ta’ provvista tal-ilma bil-pajpijiet li jġibu l-ilma mill-mejns tal-impriża statutorja lejn il-punt tad-dħul fil-bini, inkluż id-distribuzzjoni għal punti ta’ utenti esterni (pereżempju, impjanti u tagħmir esterni u idranti tan-nar). Idrant tan-nar/riċiklaġġ tal-ilma tax-xita/riċiklaġġ tal-ilma domestiku mormi mingħajr drenaġġ barra mil-linja deżinjata tal-bini. Għandhom jiġu inklużi wkoll tankijiet, pajpijiet, traċċar tas-sħana, iżolazzjoni, konnessjonijiet

Servizzi esterni — elettriku

Distribuzzjoni tal-elettriku b’vultaġġ għoli mill-provvista tal-impriża statutorja lejn stazzjon tat-transformer fuq il-post, distribuzzjoni tal-elettriku b’vultaġġ baxx mit-transformer fuq il-post għall-pannell ewlieni tal-iswitchgear fi ħdan il-bini u l-installazzjonijiet esterni għall-provvista tal-elettriku, inkluż ġeneraturi ta’ emerġenza jew ta’ standby. Għandhom jiġu inklużi wkoll kejbils, wajers, bordijiet, trunking, koperturi tal-aċċess, konnessjonijiet, distribuzzjoni, trunċieri, bokok, substazzjonijiet ippakkjati/transformer, installazzjonijiet tal-UPS

Servizzi esterni — gass

Sistemi tal-provvista tal-gass naturali bil-pajpijiet li jġibu l-gass mill-mejns tal-impriża statutorja lejn il-miter tal-gass; u t-teħid ta’ gass likwifikat miż-żejt (LPG, liquefied petroleum gas) minn reċipjenti esterni tal-ħżin sal-punt tad-distribuzzjoni, inkluż il-provvista tal-gass mill-mejns u d-distribuzzjoni tal-provvista tal-gass lil punti ta’ utenti esterni (pereżempju, lejn impjanti u tagħmir esterni). Għandhom jiġu inklużi wkoll id-distribuzzjoni, koperturi tal-aċċess, konnessjonijiet, trunċieri, bokok, tankijiet/fliexken tal-ħżin

Servizzi esterni — telekomunikazzjonijiet u simili

Il-konnessjoni ta’ sistemi tat-telekomunikazzjonijiet, televiżjoni bil-kejbil, Internet u sistemi oħra ta’ komunikazzjoni mill-provvista tal-impriża statutorja jew ta’ fornitur ieħor ta’ servizzi lejn il-punt ewlieni ta’ distribuzzjoni fil-bini. Għandhom jiġu inklużi wkoll kejbils, wajers, bordijiet, trunking, koperturi tal-aċċess, konnessjonijiet, distribuzzjoni, trunċieri, bokok

Servizzi esterni — ħżin tal-fjuwil

Sistemi esterni ta’ ħżin tal-fjuwil u ta’ distribuzzjoni bil-pajpijiet. Tankijiet tal-ħżin u reċipjenti esterni għall-bini, u sistemi ta’ provvista permezz tal-pajpijiet li jiddistribwixxu ż-żejt, il-petrol jew id-diżil minn tankijiet jew reċipjenti tal-ħżin sal-punt tad-dħul fil-bini jew għal impjanti u tagħmir esterni. Għandhom jiġu inklużi wkoll id-distribuzzjoni, pompi, valvi, iżolazzjoni, koperturi tal-aċċess, konnessjonijiet, tagħmir ta’ monitoraġġ, trunċieri, bokok, tankijiet/fliexken tal-ħżin

Servizzi esterni — tidwil

Sistemi ta’ tidwil estern ta’ sit/triq inkluż għal żoni pedonali, mogħdijiet, toroq, sinjali mdawla tat-traffiku, tidwil estern. Għandhom jiġu inklużi wkoll kejbils, wajers, bordijiet, trunking, koperturi tal-aċċess, konnessjonijiet, distribuzzjoni, trunċieri, bokok, kontrolli u luminarji/lampi nfushom, inkluż tidwil għal grawnds tal-isports

Servizzi esterni — sistemi ta’ sigurtà

Sistemi ta’ sigurtà inkluż CCTV, arbli tal-kameras, provvisti tal-enerġija esterni ġenerali għal tagħmir ta’ sigurtà u għal tidwil speċifiku tas-sigurtà

Xogħol kompożitu, xogħol prefabbrikat u affarijiet oħra għal “servizz ta’ bini estern” (13)

Bini estern (14)

Bini anċillari żgħir

Bini anċillari żgħir estern separat relatat mas-sistemi tal-bini u l-funzjonament normali tal-aċċess għall-bini u għas-sit, inkluż postijiet tal-bojler, bini ta’ substazzjon, bini għall-ħżin tal-fjuwil, postijiet fejn tpoġġi r-roti, barrakki, unitajiet tal-ħżin u kmamar tal-gwardjani

Strutturi ta’ parkeġġ indipendenti (15)

Strutturi fuq l-art jew taħt l-art li huma għall-użu esklużiv jew kondiviż mill-okkupanti tal-bini

Xogħol kompożitu, xogħol prefabbrikat u affarijiet oħra għal “bini estern” (16)

(7)  Iżolazzjoni, impermeabbilizzazzjoni, simentazzjoni, konnessjonijiet, fittings jew elementi għad-drenaġġ, elementi għal servizzi li jiddaħħlu jew jiġu applikati flimkien max-xogħlijiet substrutturali iżda li ma humiex diġà magħduda taħt entrati speċifiċi f’din it-Tabella 4 jew xi mkien ieħor.

(8)  Reżistenza kontra n-nirien, iżolazzjoni, impermeabbilizzazzjoni, simentazzjoni, konnessjonijiet, fittings, rampi, shuttering permanenti, strutturi ta’ mezzanin, l-appoġġi għal postijiet bilqiegħda f’saffi, ir-rotot ta’ manutenzjoni jew elementi oħra li jiddaħħlu jew jiġu applikati flimkien max-xogħlijiet strutturali iżda li ma jitqisux diġà taħt entrati speċifiċi f’din it-Tabella 4 jew xi mkien ieħor.

(9)  Reżistenza kontra n-nirien, iżolazzjoni, impermeabbilizzazzjoni, simentazzjoni, konnessjonijiet u komponenti tal-irbit mal-istruttura, fittings, rampi, tagħmir li jipprovdi dell, persjani, qattara tal-bejt, protezzjoni kontra l-insetti, assemblaġġi ta’ gradilji, parapetti, poġġamani, ħitan ekoloġiċi, ċmieni jew elementi oħra li jiddaħħlu jew li jiġu applikati flimkien max-xogħlijiet arkitettoniċi esterni iżda li ma jitqisux diġà taħt entrati speċifiċi hawnhekk jew xi mkien ieħor.

(10)  Inkorporat(a) tirreferi għall-inkorporazzjoni tal-karatteristiċi rilevanti tal-bini matul l-istadju tal-kostruzzjoni u qabel it-trasferiment tal-bini lis-sid.

(11)  Reżistenza kontra n-nirien, iżolazzjoni, impermeabbilizzazzjoni, simentazzjoni, konnessjonijiet u komponenti tal-irbit mal-istruttura jew rotot ta’ manutenzjoni, framing, issiġillar, adeżivi, floating floors, sprung floors, irfinar, immarkar tal-linji, qtugħ, skirting, fittings, rampi, assemblaġġi tax-xbieki, parapetti, poġġamani, fireplaces jew elementi oħra li jiddaħħlu jew li jiġu applikati flimkien max-xogħlijiet arkitettoniċi interni iżda li diġà ma jitqisux taħt din it-Tabella 4 jew xi mkien ieħor.

(12)  Kwalunkwe installazzjoni, fitting jew element ieħor li jiddaħħlu jew jiġu applikati flimkien mas-servizzi, mas-sistema u mal-infrastruttura tal-bini iżda li diġà ma jitqisux taħt entrati speċifiċi f’din it-Tabella 4 jew xi mkien ieħor.

(13)  Kwalunkwe installazzjoni, fitting jew element ieħor assoċjati mal-installazzjoni tal-ilma, tal-gass, tal-elettriku, tat-tisħin, tal-ventilazzjoni, tad-drenaġġ ’il fuq mill-art, tat-telekomunikazzjonijiet u ta’ servizzi oħra, inklużi kanali, kisi protettiv, toqob, trinek, kmiem, koperturi, installazzjoni li twaqqaf in-nirien, tikkettar, u bażijiet, eċċ., li ma humiex inklużi xi mkien ieħor.

(14)  Tirreferi għal bini li huwa estern għall-bini vvalutat u strutturalment indipendenti minnu, iżda li jinsab fiż-żona ta’ madwar il-bini vvalutat u li jaqdi lill-okkupanti tal-bini vvalutat u/jew lis-sistemi u l-infrastruttura tekniċi tal-bini vvalutat. L-indipendenza strutturali għandha tinftiehem bħala nuqqas ta’ pedamenti kondiviżi u elementi strutturali oħra li jifilħu t-tagħbija.

(15)  Il-faċilitajiet ta’ parkeġġ li jikkondividu elementi strutturali u li jaqgħu fl-involukru tal-istruttura tal-bini ma għandhomx jitqiesu bħala bini estern iżda minflok għandhom jitqiesu bħala parti mill-bini kollu, u b’hekk fl-analiżi jingħaddu l-karbonju inkorporat assoċjat, il-karbonju operazzjonali u l-ispazju ta’ art tagħhom. Għall-kuntrarju, għal strutturi ta’ parkeġġ indipendenti li jitqiesu bħala bini estern, il-karbonju inkorporat u l-karbonju operazzjonali assoċjati tagħhom jistgħu jitqiesu fl-analiżi, iżda mhux fl-ispazju ta’ art tagħhom. F’każijiet fejn faċilità tal-parkeġġ tkun parti minn struttura kondiviża bejn aktar minn bini wieħed, jew il-kumpless kollu tal-bini għandu jikkostitwixxi valutazzjoni waħda, jew l-impatti tal-karbonju inkorporat u l-ispazju ta’ art tal-faċilità tal-parkeġġ għandhom jiġu allokati abbażi tal-ammonti relattivi tal-ispazji tal-parkeġġ li huma deżinjati għal kull bini.

(16)  Kwalunkwe installazzjoni, fitting jew element ieħor assoċjati mal-kostruzzjoni ta’ bini estern li ma humiex inklużi xi mkien ieħor.

8.   RIŻULTATI TAL-GWP TUL IĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

Għall-fini tar-rapportar tar-riżultati fl-EPC tal-bini, il-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini għandu jiġi rrapportat f’format trasparenti, li juri riżultati mqar għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja f’konformità mat-Tabella 5.

Tabella 5

Divulgazzjoni tal-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPC) tal-bini

 

Stadju tal-produzzjoni (A1-A3)

Stadju tal-proċess tal-kostruzzjoni (A4-A5)

Stadju tal-użu, tal-manutenzjoni, tas-sostituzzjoni (B1-B4)

Stadju tal-użu tal-enerġija operazzjonali (B6)

Stadju ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott (C1-C4)

Użu mill-ġdid, riċiklaġġ, potenzjal ta’ rkupru (D1)

Benefiċċji u tagħbijiet potenzjali minn utilitajiet esportati (pereżempju, enerġija elettrika, enerġija termali, ilma tax-xorb) (D2)

Total tal-GWP (17)

 

 

 

 

 

 

 

(17)  It-total tal-GWP huwa s-somma ta’ GWP fossili, GWP bijoġeniku u GWP tal-użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art.


(1)  Il-perjodu ta’ referenza fiss ta’ 50 sena jitqies xieraq bil-ħsieb li jinkisbu riżultati komparabbli. Dan għandu jinftiehem bħala referenza konvenzjonali aktar milli ħajja operazzjonali preżunta tal-bini.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (ĠU L, 2024/3110, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3110/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).

(5)   https://ipmsc.org/wp-content/uploads/2023/01/ipms-all-buildings-.pdf.

(6)  Eżempji speċifiċi ta’ sistemi tekniċi tal-bini li jistgħu jitqiesu fl-elementi tal-“qalba” jinkludu: il-bini ta’ pannelli solari integrati, impjanti termali solari mmuntati fuq il-bjut, impjanti fotovoltajċi jew termali solari installati fuq art komunali, sistemi lokali ta’ tisħin distrettwali, jew sistema ta’ pompa tas-sħana mill-art installata taħt l-art. Jistgħu jingħaddu biss is-sistemi tekniċi li jinbnew bħala parti mill-proġett il-ġdid ta’ kostruzzjoni. Is-sjieda tista’ tkun esklużiva għal bini wieħed jew għal grupp komuni ta’ unitajiet ta’ bini (eż. blokok ta’ appartamenti). Karatteristika komuni ta’ sjieda għandha tkun ir-responsabbiltà li tħallas għal kwalunkwe manutenzjoni, tiswija u titjib tas-sistema teknika. F’każijiet ta’ sjieda komunali, il-karbonju totali inkorporat tas-sistema teknika kollha għandu jinqasam b’mod proporzjonat bejn l-unitajiet tal-bini tas-sidien.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/52/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)