European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/49

20.2.2026

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/49

tal-11 ta’ Diċembru 2025

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2223 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/817, flimkien mar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas li jiżgura l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri, il-viża, il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni.

(2)

Dak il-qafas jinkludi għadd ta’ komponenti u għodod li jappoġġaw l-interoperabbiltà, inkluż repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (“ir-repożitorju ċentrali”). Ir-repożitorju ċentrali jaħżen data anonimizzata estratta mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE sottostanti, mis-servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku, mir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità u mid-detettur ta’ identitajiet multipli, sabiex jipprovdi data statistika bejn is-sistemi u rapportar analitiku għall-finijiet ta’ politika, operazzjonali u ta’ kwalità tad-data.

(3)

Sabiex ir-repożitorju ċentrali jkun jista’ jwettaq ir-rwol tiegħu, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2223 (3) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali, inklużi standards speċifiċi għall-ipproċessar tad-data personali, u regoli dwar is-sigurtà.

(4)

Wara l-adozzjoni tar-Regolamenti (UE) 2021/1134 (4), u (UE) 2025/12 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2021/2223 jiġi modifikat biex jinkorpora data statistika derivata minn dawn ir-Regolamenti l-ġodda, li se tinħażen fir-repożitorju ċentrali.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2021/2223 jiġi emendat skont dan.

(6)

Billi r-Regolament (UE) 2019/817 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/817 fil-liġi nazzjonali tagħha. Għalhekk hija marbuta b’dan ir-Regolament.

(7)

Dan ir-Regolament ma jikkostitwix żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda tieħu sehem fihom, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (6). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(8)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8).

(9)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (9) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (10).

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (11) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (12).

(11)

Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(12)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u ta opinjoni fil-5 ta’ Ġunju 2025,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2223 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, punt numru 1 jinbidel b’dan li ġej:

“(1)

data statistika” tfisser id-data, li hija anonimizzata u użata biss għall-fini tal-produzzjoni ta’ rapporti statistiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), ir-Regolamenti (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816, u r-Regolamenti (UE) 2024/982 (*2), (UE) 2024/1358 (*3), (UE) 2025/12 (*4) u (UE) 2025/13 (*5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/767/oj)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2024/982 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-tiftix u l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija, u li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI u r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament Prüm II) (ĠU L, 2024/982, 5.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/982/oj)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2024/1358 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika sabiex jiġu applikati b’mod effettiv ir-Regolamenti (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1350 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE u sabiex jiġu identifikati ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil mad-data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1358, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1358/oj)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2025/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar il-ġbir u t-trasferiment ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri għat-titjib u għall-faċilitazzjoni tal-verifiki fil-fruntieri esterni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726 u (UE) 2019/817, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE (OJ L, 2025/12, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/12/oj)."

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2025/13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar il-ġbir u t-trasferiment ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/818 (ĠU L, 2025/13, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/13/oj).”;"

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Ir-repożitorju ċentrali għandu jkun fih l-istatistika meħtieġa biex jitħejjew rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-sistemi f’konformità mar-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1(1).”

;

(b)

fil-paragrafu 5, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(f)

rapporti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(g)

statistika skont l-Artikolu 45a(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(h)

rapporti skont l-Artikolu 45a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, li jkun fihom l-istatistika li ġejja dwar ir-rekords miżmuma fis-Sistema ta’ Informazzjoni:

(i)

rapporti u statistika ta’ kuljum, u rapporti trimestrali personalizzati skont l-Artikolu 45a(4) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, dwar viżi għal tranżitu fl-ajruport, viżi għal soġġorn qasir;

(ii)

statistika trimestrali dwar il-viżi għal soġġorn twil li tkun saret applikazzjoni għalihom, maħruġa, irrifjutati, rtirati, revokati, annullati u estiżi, u dwar il-permessi ta’ residenza li tkun saret applikazzjoni għalihom, maħruġa, irrifjutati, rtirati, revokati, annullati u mġedda, f’konformità mal-Artikolu 45a(5) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(iii)

statistika regolari biex jiġi żgurat il-monitoraġġ minn eu-LISA tal-iżvilupp u l-funzjonament tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża msemmija fl-Artikoli 45a(3) u 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(i)

rapporti skont l-Artikolu 9j(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, li jkun fihom l-istatistika li ġejja:

(i)

statistika ġġenerata mill-EES li tindika rati anormali ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u ta’ rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ titulari ta’ viża;

(ii)

statistika ġġenerata mill-VIS skont l-Artikolu 45a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 li tindika rati anormali ta’ rifjuti ta’ applikazzjonijiet tal-viża minħabba riskju ta’ migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika assoċjat ma’ grupp speċifiku ta’ titulari ta’ viża;

(j)

statistika ġġenerata mill-VIS f’konformità mal-Artikolu 45a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u mill-EES li tindika korrelazzjonijiet bejn l-informazzjoni miġbura permezz tal-formola ta’ applikazzjoni u l-każijiet ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn minn titulari ta’ viża jew ta’ rifjuti ta’ dħul;

(k)

rapporti skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2025/12, li jkun fihom l-istatistika li ġejja:

(i)

statistika trimestrali dwar il-funzjonament tar-router u dwar il-konformità tat-trasportaturi tal-ajru mal-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2025/12;

(ii)

informazzjoni statistika meħtieġa għar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2025/12 u għall-ġenerazzjoni tal-istatistika f’konformità mal-Artikolu 38(5) tar-Regolament (UE) 2025/12;

(iii)

statistika regolari biex jiġi żgurat il-monitoraġġ mill-eu-LISA tal-iżvilupp u l-funzjonament tar-router f’konformità mal-Artikolu 38(8) tar-Regolament (UE) 2025/12.”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Ir-rapporti tekniċi msemmija fil-paragrafu 3 għandu jkun fihom statistika dwar l-użu tas-sistema, id-disponibbiltà, l-inċidenti, il-kapaċità tal-prestazzjoni, l-akkuratezza bijometrika, il-kwalità tad-data u, jekk applikabbli, it-tranżazzjonijiet pendenti.”

;

(3)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-aċċess għar-repożitorju ċentrali minn persunal debitament awtorizzat għandu jingħata u jiġi ġestit f’konformità mal-Artikolu 45a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1860, l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2018/1861, l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/816, l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2024/982, l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2024/1358, l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2025/12, u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2025/13.”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/817/oj).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/818/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2223 tat-30 ta’ Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika, (ĠU L 448, 15.12.2021, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/2223/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1134/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2025/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar il-ġbir u t-trasferiment ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri għat-titjib u għall-faċilitazzjoni tal-verifiki fil-fruntieri esterni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726 u (UE) 2019/817, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE (OJ L, 2025/12, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/12/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/192/oj).

(7)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/439(1)/oj.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/437/oj).

(9)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2008/178(1)/oj.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/146/oj).

(11)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2011/350/oj.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/49/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)