European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/37

15.1.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 206/2025

tad-19 ta’ Settembru 2025

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/37]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/666 tal-4 ta’ April 2025 li jemenda l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-karbossimetilċelluloża tas-sodju, gomma taċ-ċelluloża (E 466) u tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċelluloża (E 460), iċ-ċelluloża tal-metil (E 461), iċ-ċelluloża tal-etil (E 462), iċ-ċelluloża idrossipropilata (E 463), iċ-ċelluloża tal-metil idrossipropil (E 464), l-etilmetilċelluloża (E 465), il-karbossimetilċelluloża tas-sodju, gomma taċ-ċelluloża (E 466), il-karbossimetilċelluloża tas-sodju retikolata, gomma taċ-ċelluloża retikolata (E 468) u l-karbossimetilċelluloża idrolizzata b’mod enżimatiku (E 469) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u mal-punt 69 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32025 R 0666: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/666 tal-4 ta’ April 2025 (ĠU L, 2025/666, 7.4.2025).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2025/666 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L, 2025/666, 7.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/666/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/37/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)