European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/21

15.1.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 221/2025

tad-19 ta’ Settembru 2025

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2026/21]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/723 tas-6 ta’ Frar 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu annwali tad-differenzi fil-prezz bejn il-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli u l-kerosin fossili u għall-allokazzjoni tal-kwoti tal-EU ETS għall-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21apo (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21app.

32025 R 0723: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/723 tas-6 ta’ Frar 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu annwali tad-differenzi fil-prezz bejn il-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli u l-kerosin fossili u għall-allokazzjoni tal-kwoti tal-EU ETS għall-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli (ĠU L, 2025/723, 16.4.2025).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2025/723 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L, 2025/723, 16.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/723/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/21/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)