European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/17

15.1.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 222/2025

tad-19 ta’ Settembru 2025

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2026/17]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/322 tat-18 ta’ Frar 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (1)trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 32fhd (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32025 D 0322: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/322 tat-18 ta’ Frar 2025 (ĠU L, 2025/322, 19.2.2025).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/322 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L, 2025/322, 19.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/322/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/17/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)