European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/9

15.1.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 189/2025

tad-19 ta’ Settembru 2025

li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/9]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/630 tal-31 ta’ Marzu 2025 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-makuba mill-Pelargonium graveolens L‘Hér., taż-żejt essenzjali tal-ewkaliptu mill-Eucalyptus globulus Labill. u taż-żejt essenzjali tal-lemongrass mis-Cymbopogon flexuosus (Nees ex Steud.) Will. Engl. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/634 tal-1 ta’ April 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta bl-Escherichia coli CGMCC 7.401 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/647 tat-2 ta’ April 2025 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913 u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1471 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat, rispettivament bin-numri ta’ identifikazzjoni 4d1 u 4d23, bħala addittivi fl-għalf għall-qtates (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/714 tal-10 ta’ April 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-karminju indigo bħala addittiv tal-għalf għall-qtates, għall-klieb u għall-ħut ornamentali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/708 tal-11 ta’ April 2025 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1810/2005 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/720 tal-15 ta’ April 2025 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32651 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/752 tas-16 ta’ April 2025 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-L-tirożina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 101/2014 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/756 tas-16 ta’ April 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta bl-Escherichia coli CGMCC 22721 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/782 tat-23 ta’ April 2025 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-karbonati fl-għalf (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/708 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1810/2005 (10), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/752 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 101/2014 (11), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE

(12)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31o (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009):

“—

32025 R 0782: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/782 tat-23 ta’ April 2025 (ĠU L, 2025/782, 24.4.2025).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 296 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/913) u 471 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1471):

“, kif emendat bi:

32025 R 0647: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/647 tat-2 ta’ April 2025 (ĠU L, 2025/647, 3.4.2025).”

3.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 650 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/359):

“651.

32025 R 0630: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/630 tal-31 ta’ Marzu 2025 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-makuba mill-Pelargonium graveolens L‘Hér., taż-żejt essenzjali tal-ewkaliptu mill-Eucalyptus globulus Labill. u taż-żejt essenzjali tal-lemongrass mis-Cymbopogon flexuosus (Nees ex Steud.) Will. Watson bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2025/630, 1.4.2025).

652.

32025 R 0634: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/634 tal-1 ta’ April 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta bl-Escherichia coli CGMCC 7.401 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2025/634, 2.4.2025).

653.

32025 R 0714: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/714 tal-10 ta’ April 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-karminju indigo bħala addittiv tal-għalf għall-qtates, għall-klieb u għall-ħut ornamentali (ĠU L, 2025/714, 11.4.2025).

654.

32025 R 0708: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/708 tal-11 ta’ April 2025 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1810/2005 (ĠU L, 2025/708, 14.4.2025).

655.

32025 R 0720: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/720 tal-15 ta’ April 2025 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32651 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2025/720, 16.4.2025).

656.

32025 R 0752: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/752 tas-16 ta’ April 2025 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-L-tirożina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 101/2014 (ĠU L, 2025/752, 22.4.2025).

657.

32025 R 0756: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/756 tas-16 ta’ April 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta bl-Escherichia coli CGMCC 22721 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2025/756, 22.4.2025).”

4.

It-testi tal-punt 1zzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1810/2005) u l-punt 2zzv (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 101/2014) għandhom jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/630, (UE) 2025/634, (UE) 2025/647, (UE) 2025/714, (UE) 2025/708, (UE) 2025/720, (UE) 2025/752, (UE) 2025/756 u (UE) 2025/782 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L, 2025/630, 1.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/630/oj.

(2)   ĠU L, 2025/634, 2.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/634/oj.

(3)   ĠU L, 2025/647, 3.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/647/oj.

(4)   ĠU L, 2025/714, 11.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/714/oj.

(5)   ĠU L, 2025/708, 14.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/708/oj.

(6)   ĠU L, 2025/720, 16.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/720/oj.

(7)   ĠU L, 2025/752, 22.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/752/oj.

(8)   ĠU L, 2025/756, 22.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/756/oj.

(9)   ĠU L, 2025/782, 24.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/782/oj.

(10)   ĠU L 291, 5.11.2005, p. 5.

(11)   ĠU L 34, 5.2.2014, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/9/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)