European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/90605

18.7.2025

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/351 tas-17 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, il-mudelli tad-dikjarazzjonijiet u l-mudelli tad-dikjarazzjonijiet uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/351, id-9 ta’ Frar 2024 )

Fil-paġna 600, fl-Anness, fl-emenda tat-test deskrittiv fil-parenteżi taħt it-titolu tal-Kapitolu 2 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403,

minflok:

“(Din id-dikjarazzjoni għandha timtela u tiġi mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jew maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali rilevanti, fejn it-trasport lejn il-fruntiera tal-Unjoni jinkludi t-trażbord minn inġenju tal-ajru għal ieħor jew minn bastiment għal ieħor f’pajjiż jew territorju, jew żona tiegħu mhux elenkati fil-kolonni 1 u 2, rispettivament tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404)”,

aqra:

“(Din id-dikjarazzjoni għandha timtela u tiġi mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jew maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali rilevanti, fejn it-trasport lejn il-fruntiera tal-Unjoni jinkludi t-trażbord minn inġenju tal-ajru għal ieħor jew minn bastiment għal ieħor f’pajjiż jew territorju, jew żona tiegħu mhux elenkati fil-kolonni 1 u 2, rispettivament tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404)”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/351/corrigendum/2025-07-18/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)