|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/90479 |
6.6.2025 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2055 tal-25 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tas-27 ta’ Settembru 2023 )
Fil-paġna 77, fil-paragrafu 1 tal-kolonna 2 tat-tabella fl-Anness, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,
minflok:
“Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq bħala sustanzi waħedhom jew, fejn il-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jkunu preżenti biex jagħtu karatteristika mfittxija, f’taħlitiet f’konċentrazzjoni ugwali jew akbar minn 0,01 % skont il-piż.”,
aqra:
“Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq waħedhom jew, fejn il-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jkunu preżenti biex jagħtu karatteristika mfittxija, f’taħlitiet f’konċentrazzjoni ugwali jew akbar minn 0,01 % skont il-piż.”.
Fil-paġna 78, fil-paragrafu 4(a) tal-kolonna 2 tat-tabella fl-Anness, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,
minflok:
“mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, bħala sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet, għall-użu f’siti industrijali;”,
aqra:
“mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi waħedhom jew f’taħlitiet, għall-użu f’siti industrijali;”.
Fil-paġna 78, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 tal-kolonna 2 tat-tabella fl-Anness, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,
minflok:
“Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għat-tqegħid fis-suq tal-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li ġejjin, bħala sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet:”,
aqra:
“Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għat-tqegħid fis-suq tal-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li ġejjin, waħedhom jew f’taħlitiet:”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2055/corrigendum/2025-06-06/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)