|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/90409 |
13.5.2025 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2721 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel importazzjonijiet ta’ żraben tat-track tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/2721, il-25 ta’ Ottubru 2024)
Fil-paġna 1, fit-titolu; fil-premessa 1 u fil-premessa 2,
minflok:
“żraben tat-track”,
aqra:
“elementi tal-irfis taċ-ċineg”.
Fil-paġna 1, il-premessa 3,
minflok:
|
“(3) |
Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (‘il-prodott ikkonċernat’) huwa ċerti tipi ta’ żraben tal-azzar, bil-pads tal-lastku mwaħħla magħhom jew mingħajrhom, kemm jekk immuntati f’katina ta’ ċineg, b’tul massimu ta’ 3 000 mm, użati fuq magni li bħalissa jaqgħu taħt l-intestaturi 8426 , 8429 jew 8430 , jew ċineg trasportaturi li bħalissa jaqgħu taħt l-intestatura 8428 .”, |
aqra:
|
“(3) |
Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (‘il-prodott ikkonċernat’) huwa ċerti tipi ta’ elementi tal-irfis tal-azzar, bil-pads tal-lastku mwaħħla magħhom jew mingħajrhom, kemm jekk immuntati f’katina forma ta’ ċinga, b’tul massimu ta’ 3 000 mm, użati fuq magni li bħalissa jaqgħu taħt l-intestaturi 8426 , 8429 jew 8430 , jew ċineg trasportaturi li bħalissa jaqgħu taħt l-intestatura 8428 .”. |
Fil-paġna 2, fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu,
minflok:
“1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ żraben tal-azzar, b’kuxxinetti tal-lastiku mwaħħla magħhom jew mingħajrhom, kemm jekk immuntati f’katina ta’ ċineg kif ukoll jekk le, b’tul massimu ta’ 3 000 mm, użati fuq magni li bħalissa jaqgħu taħt l-intestaturi 8426 , 8429 jew 8430 , jew conveyor belts li bħalissa jaqgħu taħt l-intestatura 8428 , attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 8431 49 20 , ex 8431 39 00 , u ex 8431 49 80 (il-kodiċijiet TARIC 8431 49 20 10, 8431 39 00 20 u 8431 49 80 10), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.”,
aqra:
“1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ elementi tal-irfis tal-azzar, b’kuxxinetti tal-lastiku mwaħħla magħhom jew mingħajrhom, kemm jekk immuntati f’katina forma ta’ ċinga kif ukoll jekk le, b’tul massimu ta’ 3 000 mm, użati fuq magni li bħalissa jaqgħu taħt l-intestaturi 8426 , 8429 jew 8430 , jew conveyor belts li bħalissa jaqgħu taħt l-intestatura 8428 , attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 8431 49 20 , ex 8431 39 00 , u ex 8431 49 80 (il-kodiċijiet TARIC 8431 49 20 10, 8431 39 00 20 u 8431 49 80 10), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2721/corrigendum/2025-05-13/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)