European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/90271

24.3.2025

Rettifika tar-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/573, l-20 ta' Frar 2024 )

1.

Fil-paġna 22, l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, il-formulazzjoni introduttorja:

minflok:

“1.   Il-persuni fiżiċi għandhom jiġu ċċertifikati sabiex iwettqu l-attivitajiet li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8(2), li jkopru l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, jew li jinvolvu alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti:”

,

aqra:

“1.   Il-persuni fiżiċi għandhom jiġu ċċertifikati sabiex iwettqu l-attivitajiet li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8(1), li jkopru l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, jew li jinvolvu alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti:”.

2.

Fil-paġna 22, l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-formulazzjoni introduttorja:

minflok:

“Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom mill-inqas attestazzjoni ta’ taħriġ biex iwettqu l-attivitajiet li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8(3), li jkopru l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, jew li jinvolvu alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti:”

,

aqra:

“Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom mill-inqas attestazzjoni ta’ taħriġ biex iwettqu l-attivitajiet li ġejjin li jinvolvu gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 8(10), li jkopru l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra speċifikati fihom, jew li jinvolvu alternattivi rilevanti għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi refriġeranti naturali, fejn rilevanti:”.

3.

Fil-paġna 23, l-Artikolu 10(9):

minflok:

“9.   Iċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti maħruġin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jibqgħu validi f’konformità mal-kundizzjonijiet li fihom ikunu nħarġu oriġinarjament. Sat-12 ta’ Marzu 2027, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi ċċertifikati jkunu meħtieġa jipparteċipaw f’korsijiet ta’ taħriġ ta’ aġġornament jew jikkompletaw il-proċess ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, mill-inqas kull 7 snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkollhom ċertifikat jew attestazzjoni ta’ taħriġ skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jipparteċipaw f’tali korsijiet ta’ taħriġ ta’ aġġornament jew jikkompletaw tali proċessi ta’ evalwazzjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mit-12 ta’ Marzu 2029.”

,

aqra:

“9.   Iċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti maħruġin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jibqgħu validi, f’konformità mal-kundizzjonijiet li fihom ikunu nħarġu oriġinarjament. Sat-12 ta’ Marzu 2027, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi ċċertifikati jkunu meħtieġa jipparteċipaw f’korsijiet ta’ aġġornament jew jikkompletaw il-proċess ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, mill-inqas kull 7 snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkollhom ċertifikat jew attestazzjoni ta’ taħriġ skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jipparteċipaw f’tali korsijiet ta’ aġġornament jew jikkompletaw tali proċessi ta’ evalwazzjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mit-12 ta’ Marzu 2029.”.

4.

Fil-paġna 26, l-Artikolu 12(1), il-formulazzjoni introduttorja:

minflok:

“1.   Il-prodotti u t-tagħmir li ġejjin li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, għandhom jitqiegħdu fis-suq biss, u sussegwentement jiġu fornuti u magħmula disponibbli għal kwalunkwe persuna oħra, jekk ikunu ttikkettati bħala:”

,

aqra:

“1.   Il-prodotti u t-tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, għandhom jitqiegħdu fis-suq u sussegwentement jiġu fornuti u magħmula disponibbli għal kwalunkwe persuna oħra, biss jekk ikunu ttikkettati. Dan japplika għal:”.

5.

Fil-paġna 29, l-Artikolu 13(6):

minflok:

“6.   Wara talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u b’kont meħud tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-disponibbiltà ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra reklamati u riċiklati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5. Meta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tindika nuqqas ivverifikat ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra reklamat u riċiklat, il-Kummissjoni tista’, eċċezzjonalment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 jew 5, għal mhux aktar minn 4 snin, sal-il-punt meħtieġ biex jiġi indirizzat in-nuqqas identifikat.”

,

aqra:

“6.   Wara talba ssostanzjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u b’kont meħud tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-disponibbiltà ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra reklamati u riċiklati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5. Meta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tindika nuqqas ivverifikat ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra reklamat u riċiklat, il-Kummissjoni tista’, eċċezzjonalment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tawtorizza eżenzjoni mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 jew 5, għal mhux aktar minn 4 snin, sal-punt meħtieġ biex jiġi indirizzat in-nuqqas identifikat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).”.

6.

Fil-paġna 30, l-Artikolu 13(9), il-punt (c):

minflok:

“(c)

mill-1 ta’ Jannar 2028, kommutatur elettriku ta’ vultaġġ għoli minn 52 kV sa u inkluż 145 kV u sa u inkluż 50 kA ta’ kurrent ta’ ċirkwit qasir, b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ 1 jew aktar;”,

aqra:

“(c)

mill-1 ta’ Jannar 2028, kommutatur elettriku ta’ vultaġġ għoli minn aktar minn 52 kV sa u inkluż 145 kV u sa u inkluż 50 kA ta’ kurrent ta’ ċirkwit qasir, b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ 1 jew aktar;”.

7.

Fil-paġna 30, l-Artikolu 13(11), il-formulazzjoni introduttorja:

minflok:

“11.   B’deroga mill-paragrafu 9, it-tħaddim ta’ kommutatur elettriku li juża jew li l-funzjonament tiegħu jkun jiddependi minn mezz iżolanti jew ta’ qtugħ b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ anqas minn 1 000 huwa permess jekk, wara proċedura ta’ akkwist li tqis l-ispeċifiċitajiet tekniċi tat-tagħmir meħtieġ għall-użu speċifiku kkonċernat, tapplika waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:”

,

aqra:

“11.   B’deroga mill-paragrafu 9, it-tħaddim ta’ kommutatur elettriku li juża jew li l-funzjonament tiegħu jkun jiddependi minn gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra bħala mezz iżolanti jew ta’ qtugħ b’potenzjal ta' tisħin globali ta’ anqas minn 1 000 huwa permess jekk, wara proċedura ta’ akkwist li tqis l-ispeċifiċitajiet tekniċi tat-tagħmir meħtieġ għall-użu speċifiku kkonċernat, tapplika waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:”.

8.

Fil-paġna 31, l-Artikolu 13(19):

minflok:

“19.   It-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir jew l-utilizzazzjoni ta’ kwalunkwe prodott elenkat fil-punti 2(b), 4, 5(c), 7(b), (c) u (d), 8(b) sa (e), 9(b) sa (f), 11(c), 17(c) u 19(b) tal-Anness IV wara d-data ta’ projbizzjoni rispettiva speċifikata f’dawk il-punti għandu jkun ipprojbit sakemm l-operatur ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza li:

(a)

ir-rekwiżiti ta’ sikurezza rilevanti fil-post partikolari ma jippermettux l-installazzjoni ta’ tagħmir li juża gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra taħt il-valur potenzjal ta' tisħin globali speċifikat fil-projbizzjonijiet rispettivi; jew

(b)

it-tagħmir tqiegħed fis-suq qabel id-data ta’ projbizzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness IV.”

,

aqra:

“19.   It-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir jew l-utilizzazzjoni ta’ kwalunkwe prodott elenkat fil-punti 2(b), 4, 5(c), 7(b), (c) u (d), 8(b) sa (e), 9(b) sa (f), 11(c), 17(c) u 19(b) tal-Anness IV wara d-data ta’ projbizzjoni rispettiva speċifikata f’dawk il-punti għandu jkun ipprojbit sakemm l-operatur ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza li:

(a)

ir-rekwiżiti ta’ sikurezza rilevanti fil-post partikolari ma jippermettux l-installazzjoni ta’ tagħmir jew l-utilizzazzjoni tal-prodotti li jużaw gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra taħt il-valur potenzjal ta' tisħin globali speċifikat fil-projbizzjonijiet rispettivi; jew

(b)

it-tagħmir jew il-prodott tqiegħed fis-suq qabel id-data ta’ projbizzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness IV.”.

9.

Fil-paġna 37, l-Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“1.   L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom dawk il-gassijiet jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja valida lill-awtoritajiet doganali maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20(4) u (5), ħlief fil-każ ta’ ħażna temporanja.”

,

aqra:

“1.   L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja valida lill-awtoritajiet doganali maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20(4) u (5), ħlief fil-każ ta’ ħażna temporanja.”.

10.

Fil-paġna 38, l-Artikolu 23(2), it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza:

minflok:

“… Fil-każ ta’ proċedura ta’ tranżitu, l-impriża li jkollha kwota jew awtorizzazzjonijiet biex tuża l-kwota kif meħtieġ skont dan ir-Regolament għandha tkun id-detentur tal-proċedura.”

,

aqra:

“… Fil-każ ta’ proċedura ta’ tranżitu, l-impriża rreġistrata fil-Portal tal-gassijiet F skont l-Artikolu 20 għandha tkun id-detentur tal-proċedura.”.

11.

Fil-paġna 46, l-Artikolu 32(2):

minflok:

“2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(12), fl-Artikolu 12(18), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 24(1), fl-Artikolu 25(2), fl-Artikolu 35(1) u fl-Artikolu 35(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-11 ta’ Marzu 2024.”

,

aqra:

“2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(12), fl-Artikolu 12(18), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 24(1), fl-Artikolu 25(2), fl-Artikolu 35(1) u fl-Artikolu 35(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-11 ta’ Marzu 2024.”.

12.

Fil-paġna 46, l-Artikolu 32(3):

minflok:

“3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(12), fl-Artikolu 12(18), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 24(1), fl-Artikolu 25(2), fl-Artikolu 35(1) u fl-Artikolu 35(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”

,

aqra:

“3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(12), fl-Artikolu 12(18), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 24(1), fl-Artikolu 25(2), fl-Artikolu 35(1) u fl-Artikolu 35(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”.

13.

Fil-paġna 46, l-Artikolu 32(6):

minflok:

“6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(12), l-Artikolu 12(18), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 24(1), l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 35(1) u l-Artikolu 35(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

,

aqra:

“6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(12), l-Artikolu 12(18), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 24(1), l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 35(1) u l-Artikolu 35(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

14.

Fil-paġna 55, l-Anness IV, il-punt 7(d):

minflok:

“(d)

gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 750 għal chillers ta’ aktar minn 12 kW, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat.”,

aqra:

“(d)

gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 750 jew aktar għal chillers b'kapaċità nominali ta’ aktar minn 12 kW, ħlief jekk dawn ikunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sikurezza fis-sit tal-operat.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/573/corrigendum/2025-03-24/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)