|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/90152 |
24.2.2025 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 323 tad-19 ta’ Diċembru 2018 )
Fil-paġna 13, fl-Anness I, il-punt 1, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019,
minflok:
|
“1. |
Pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, materjal in-vitro u pjanti tal-injam, imċekkna naturalment jew artifiċjalment, għat-tħawwil, li joriġinaw mill-pajjiżi terzi kollha u li jagħmlu parti mill-ġeneri jew mill-ispeċijiet li ġejjin:”, |
aqra:
|
“1. |
Pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, materjal in-vitro u pjanti tal-injam, imċekkna naturalment jew artifiċjalment, għat-tħawwil, li joriġinaw mill-pajjiżi terzi kollha (1) u li jagħmlu parti mill-ġeneri jew mill-ispeċijiet li ġejjin: |
(1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-fini ta’ dan l-att, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2019/corrigendum/2025-02-24/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)